Skip to main content

Malta Missjunarja Marzu 2021

Page 1

NEWSPAPER POST MARZU 2021 SENA 89

90

sena ħidma għall‑missjoni

b’risq il-Missjoni

Maratona fuq it-TV

IS‑SIBT 13 TA’ MARZU 2021 minn nofsinhar sa nofsillejl

Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios

IL‑LINJI HUMA MIFTUĦIN 5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99

Grazzi tad‑donazzjoni tagħkom

#ilmissioint

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Għal donazzjoni online: www.missio.org.mt/donate 02 Mill‑Kenn Tal‑Orfanatrofju  08 Il‑Ħabib Tal‑Qalb 16 Amritaa  22 San Pietru L‑Appostlu għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL

Marzu 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Dun Karm Portelli, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.

Mill‑Kenn tal‑Orfanatrofju

M

eta nisimgħu l‑kelma orfanatrofju, mill‑ewwel nassoċjawha ma’ dar kbira jew istitut immexxi mis‑sorijiet li jilqa’ fih tfal orfni – jiġifieri bla ġenituri. Iżda f ’orfanatrofju mhux dejjem issib biss tfal orfni, imma wkoll trabi, tfal u żgħażagħ miċħudin u abbandunati mill‑ġenituri tagħhom stess għal diversi raġunijiet, bħal nuqqas ta’ flus, diżabilità u superstizzjonijiet.

Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 19 Bini ta’ Kappella Ġdida 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Ittra mill‑Missjoni 28 Il‑Mixja Tagħna fid‑Deżert 32 San Ġużepp: 150 Sena Patrun tal‑Knisja 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Il‑Powster Uffiċċjali tal‑Maratona Hope Missio Fest 2021. 2

Dar Nazaret għat‑Tfal ta’ Alla fid‑Djoċesi ta’ Yendi fil‑Ghana, hija kenn fejn tfal ta’ kull età huma maħbubin u kkurati mingħajr l‑ebda kundizzjoni. Sor Stan Therese Mumuni ddedikat dawn l‑aħħar għaxar snin sabiex tmexxi din id‑dar. Hija ssalva tfal li setgħu ġew mhedda jew jinsabu fil‑periklu saħansitra mill‑familja jew mill‑komunità tagħhom stess. Bħalissa Sor Stan tieħu ħsieb iktar minn 60 tifel u tifla, li jvarjaw fl‑età minn ftit ġimgħat sa 18‑il sena. Hija tagħtihom sigurtà, ikliet nutrittivi, kura tas‑saħħa u edukazzjoni. Sor Stan tiżgura li t‑tfal jirċievu edukazzjoni ta’ kwalità biex għada pitgħada jiksbu xogħol u jkunu kapaċi jmantnu lilhom infushom. Il‑ħolma tagħha hija li xi darba, dawn it‑tfal imorru lura lejn il‑komunità tagħhom u juru kif l‑imħabba u l‑appoġġ tal‑Knisja tawhom


Marzu 2021

is‑setgħa biex jiżviluppaw u jilħqu l‑għanijiet tagħhom. Dar Nazaret hija waħda mill‑ħafna inizjattivi kritiċi stabbiliti mill‑Knisja Kattolika fil‑Ghana sabiex issalva u ssostni l‑ħajja taż‑żgħażagħ l‑iktar vulnerabbli tal‑pajjiż. Mingħajr l‑isforzi bla heda ta’ Sor Stan, u missjunarji, reliġjużi u lajċi oħra madwar il‑pajjiż, ħafna tfal jitilfu dak kollu li għandha x’toffri l‑ħajja. Madankollu, is‑sopravivenza ta’ dawn il‑programmi, u t‑tfal u ż‑żgħażagħ li jibbenefikaw tant minnhom, tiddependi ħafna fuq l‑appoġġ tagħna lkoll. Il‑Knisja u l‑gvern tal‑Ghana qed jagħmlu progress kbir fil‑programmi edukattivi f ’tentattiv biex ibiddlu dan it‑twemmin.

Madankollu kif jgħid l‑Isqof ta’ Yendi, Vincent Sowah Boi‑Nai: “Drawwiet antiki mhux faċli jintesew.” Sarah hija tfajla ferriħija u għandha futur sabiħ quddiemha. Tħobb tilgħab ma’ sħabha, tgawdi u tistudja l‑Matematika, ix‑Xjenza, l‑Ingliż u r‑Reliġjon, u qiegħda minn tal‑ewwel fil‑klassi tagħha ta’ 35 student u studenta. Iżda l‑ħajja għal Sarah mhux dejjem kienet ward u żahar, għaliex bħala tifla żgħira kienet ittimbrata li hija saħħara u sfat akkużata b’mod inġust bil‑mewt ta’ ħmistax‑il persuna mil‑lokal. It‑tifla, ta’ erba’ snin kellha impediment biex titkellem, u xi wħud fil‑komunità kienu jemmnu

F

’dan iż‑żmien ta’ pandemija mondjali, il‑karba għall‑għajnuna ħierġa minn kull pajjiż, speċjalment minn dawk il‑pajjiżi hekk imsejħa tat‑Tielet Dinja. Quddiem din il‑karba, ħadd ma jista’ jibqa’ ċass jew indifferenti. Jeħtieġ li lkoll inqumu u nwieġbu b’urġenza għal din il‑karba ħierġa mill‑qlub muġugħa. Qegħdin fiż‑Żmien tar‑Randan li jħejjina għall‑akbar festa li niċċelebraw matul is‑sena: L‑Għid il‑Kbir. Dan iż‑żmien qiegħed isejħilna biex inkunu solidali ma’ dawn ħutna

# MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021 li hija ‘wild tal‑ispirtu’ skont it‑twemmin tradizzjonali li jassoċja mġiba jew diżabilità anormali mal‑ispirti ħżiena. Uħud minn dawn il‑membri tal‑komunità, inkluża l‑familja stess ta’ Sarah, irrabjaw għaliha minħabba l‑inkapaċità jew in‑nuqqas ta’ rieda tagħha li titkellem, warrbuha u heddew li joqtluha. B’xorti tajba Sor Stan Mumuni u l‑Knisja lokali fil‑Ghana saru konxji tal‑periklu imminenti li Sarah kienet fih. Huma avviċinaw lill‑komunità u Sor Stan iġġieldet, kważi fiżikament, biex issalva lil Sarah mill‑iktar destin terribbli, u biex tagħtiha ċans għal ħajja ġdida. Hekk Sarah ingħaqdet ma’ ħafna tfal oħra fil‑kenn tal‑orfanatrofju li tmexxi Sor Stan. 

fil‑bżonn billi, kulħadd skont ma jista’, jaqsam magħhom minn dak li għandu. Missio (l‑Uffiċċju Missjunarju) ser jorganizza Maratona ta’ ġbir ta’ fondi nhar is‑Sibt 13 ta’ Marzu 2021 bejn nofsinhar u nofsillejl fuq l‑istazzjonijiet ewlenin bħala tweġiba għal din il‑karba. (Ara l‑faċċata tar‑rivista għal aktar dettalji). Jiena nemmen fil‑ġenerożità kbira tal‑poplu Malti u Għawdxi, u konvint li għal darba oħra ser iwieġbu għal dan l‑appell tagħna biex dawn ħutna jkunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti u b’dinjità. Minn issa nirringrazzjakom u nitlob lill‑Mulej ibierek lilkom u lill‑familji kollha tagħkom. Mons. Valentino Borg ‑ Direttur 3


Marzu 2021

I

“

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Indmu u Emmnu fl‑Evanġelju

f ’ħajjitna u nibqgħu naħsbu u nġibu rwieħna daqslikieku m’aċċettajna xejn lil Ġesù f ’ħajjitna. Ir‑reliġjon tagħna mhix mibnija fuq numru ta’ preċetti jew kmandamenti li jgħidulna x’għandna jew m’għandniex nagħmlu. Ir‑reliġjon tagħna hija mibnija fuq il‑persuna ta’ Ġesù veru Alla u veru bniedem. L‑Iben t’Alla sar bniedem bħalna u għammar fostna (Ġw. 1:14), biex jiltaqa’ magħna ħalli joffrilna s‑salvazzjoni ‘Tindem’ ma jfissirx biss bidla mirbuħa minnu bl‑għotja tiegħu nnifsu fuq l‑għolja tal‑qalb, iżda bidla wkoll tal‑Kalvarju. Ħadd mhu tal‑moħħ u tal‑atteġġamenti eskluż minn din is‑sejħa, kollha tagħna. Ma nistgħux naċċettaw lill‑Mulej Ġesu lanqas l‑akbar midneb. ż‑żmien huwa mitmum u s‑Saltna t’Alla waslet; indmu u emmnu fl‑Evanġelju.” (Mk. 1:15) Din hija l‑ewwel sejħa li għamel Ġesù lin‑nies ta’ żmienu huwa u jagħti bidu għall‑ħajja pubblika tiegħu. Din hija l‑istess sejħa li l‑Knisja qiegħda tagħmlilna fil‑bidu ta’ dan ir‑Randan Imqaddes. “Indmu u emmnu fl‑Evanġelju,” qalilna s‑saċerdot huwa u jqiegħed ftit irmied fuq rasna.

Min lest li jilqa’ lil Ġesù jrid ikun lest li jsir bniedem tassew ‘ġdid’ fil‑moħħ, fil‑qalb u fl‑atteġġamenti tiegħu. Fl‑Evanġelju nsibu diversi nies li għaddew minn din l‑esperjenzja. San Luqa jagħtina l‑ġrajja ta’ Żakkew li mhux biss kien pubblikan (jiġifieri meqjus bħala bniedem midneb), iżda l‑kap tagħhom u kien għani ħafna. (Lq. 19:2) Dan mhux biss laqa’ lil Ġesù

Skultura ta' Kristu u Żakkew fil‑Katidral tan‑Notre Dame f'Pariġi, Franza. 4


Marzu 2021

B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

Dan iż‑Żmien tar‑Randan, huwa żmien tajjeb biex niddeċiedu nħallux lil Ġesù jmissna ħalli jibdilna u fl‑istess waqt nduqu t‑tjieba u l‑ħniena kbira tiegħu. Illum il‑Mulej, filwaqt li qiegħed iħabbat mal‑bieb ta’ qalbna, qiegħed jgħidilna: “Jekk xi ħadd jismagħni u jiftaħli l‑bieb, jiena nidħol għandu u niekol miegħu u hu jiekol miegħi.” (Apok. 3:20) Inti ser twieġeb għal din l‑istedina? Dettal ta’ ikona ta’ Kristu msallab bejn żewġ Il‑Mulej qiegħed ħallelin mis‑sena 1711 ta’ Ioannis Moskos. jistenna u mhux San Disma, fuq il‑lemin, qed jiġi nkurunat ser jitlaq qabel minn anġlu, wara li ġie mwiegħed il‑Ġenna minn Ġesù. twieġbu. 

B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.

“Tassew ngħidlek illum tkun fil‑ġenna miegħi.” Jekk naqraw il‑ħajja ta’ diversi qaddisin insibu li fil‑bidu kienu midinba kbar, iżda f ’mument ta’ ħajjithom ħallew lil Alla jħobbhom u saru qaddisin kbar.

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

f ’daru, iżda ħalla lil Ġesu jġeddu u jagħmlu ‘bniedem tassew ġdid’. Hekk li qal lil Ġesù: “Ara, Mulej, nofs ġidi ser nagħtih lill‑foqra u jekk qarraqt b’xi ħadd inroddlu għal erba’ darbiet iżjed.” (Lq. 19:8) Ġesù jibqa’ jiġri warajna sal‑aħħar nifs ta’ ħajjitna għaliex huwa ma jaqta’ qalbu minn ħadd. Ilkoll nafu li wieħed mill‑ħallelin li kienu msallba ma’ Ġesù, nidem minn dak li kien għamel filwaqt li ħares lejn Ġesù u talbu: “Ftakar fija meta tidħol fis‑saltna tiegħek.” U Ġesù wieġbu:

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

#

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


Marzu 2021

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Marzu 2021 Intenzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni Is‑Sagrament tar‑Rikonċiljazzjoni

“Nitolbu biex ngħixu s‑Sagrament tar‑rikonċiljazzjoni b’ruħ imġedda sabiex induqu mill‑ħniena infinita t’Alla.”

L

‑istorja tas‑salvazzjoni li naraw fil‑Bibbja hija mingħajr dubju l‑istorja tal‑imħabba u

6

tal‑ħniena infinita t’Alla għall‑bnedmin li bdiet bl‑opra tal‑ħolqien u tkompliet bl‑opra tal‑fidwa tal‑bniedem li kien waqa’ fid‑dnub. Din il‑ħniena t’Alla narawha tidwi f ’kull ktieb tal‑Bibbja. Din il‑ħniena t’Alla turi fuq kollox l‑aspett ta’ tenerezza, ta’ mogħdrija u fuq kollox l‑aspett matern tal‑imħabba tiegħu kif tfisser il‑kelma Ebrajka għall‑ħniena ‘rahamim’, li tirreferi għall‑ġuf tal‑omm, għaliex Alla huwa Missier li jħobbna bit‑tenerezza t’omm: “Jaqaw Efrajm l‑iben għażiż! Jaqaw it‑tfajjel tal‑għaxqa tiegħi? Għax kull meta nitkellem kontrih, jien

niftakar aktar fih. Għalhekk ġewwenija mqanqla għalih, u żgur li nħenn għalih, oraklu tal‑Mulej.” (Ġeremija 31:20) Naraw dejjem mela lil Alla jieħu paċenzja bil‑bniedem, kif jurina s‑Salm 103:8: “Ħanin u twajjeb il‑Mulej, idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.” Hekk ukoll naraw fl‑istorja tal‑ħelsien tal‑poplu Lhudi, meħlus minn Alla l‑ħanin mill‑jasar tal‑Eġittu: “Imma nagħder sal‑elf nisel lil min iħobbni u jżomm il‑kmandamenti tiegħi.” (Eżodu 20:6) Naraw lill‑bniedem jagħraf ukoll kemm Alla huwa dejjem ħanin miegħu permezz


Marzu 2021

# tal‑patrijarki, l‑imħallfin u l‑profeti li huwa bagħat fost il‑poplu tiegħu: “U l‑Mulej għadda minn quddiemu u għajjat: “Jahweh! Jahweh! Alla li jagħder u jħenn, tqil biex jagħdab u kbir fit‑tjieba u l‑fedeltà.” (Eżodu 34:6) Din il‑ħniena t’Alla narawha fuq kollox fil‑kitbiet tas‑Salmi fejn naraw ħafna drabi il‑bniedem midneb jew sofferenti li jdur lejn il‑ħniena t’Alla: “Uri t‑tjieba tiegħek tal‑għaġeb, int li teħles mill‑għedewwa lil min jittama fil‑leminija tiegħek.” (Salm 17:7). “Ftakar fil‑ħniena u t‑tjieba tiegħek, għax huma minn dejjem, Mulej.” (Salm 25:6). “Int, Alla Sidi, ħanin u twajjeb, iddum biex tagħdab, kollok tjieba u fedeltà.” (Salm 86:15) “Miegħu jkunu l‑fedeltà u t‑tjieba tiegħi, b’ismi tissaħħaħ il‑qawwa tiegħu.” (Salm 88:25) “Ħanin u

twajjeb il‑Mulej, idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.” (Salm 103:8) “Waqqaf tifkira bl‑għeġubijiet tiegħu, twajjeb u ħanin il‑Mulej.” (Salm 111:4), u “Twajjeb u ħanin il‑Mulej, idum biex jagħdab u kollu tjieba.” (Salm 145:8) Permezz tas‑Sagrament tar‑Rikonċiljazzjoni li għandu jkun dejjem frekwenti fil‑ħajja Nisranija tagħna għandu dejjem jgħinna nagħrfu l‑kobor tal‑ħniena t’Alla. U għalhekk anke dan iż‑Żmien

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

tar‑Randan għandu jkun mument ta’ grazzja kbira fejn jien niltaqa’ ma’ Alla bi qrara tajba u sinċiera, qrara li tassew iġġib bidla u konverżjoni fil‑ħajja tagħna. Ejjew mela nitolbu f ’dan ix‑xahar ħalli lkoll kemm aħna nduqu mit‑tjieba infinita t’Alla li jurina fis‑sagrament tar‑rikonċiljazzjoni. Ejjew fuq kollox inkomplu nitolbu, nieħdu ħsieb saħħitna u nitolbu lil Ġesù, Marija u Ġużeppi jeħilsuna minn din il‑pandemija. 

BAŻAR

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


Marzu 2021

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Nimxi Magħkom Lejn il‑Missier It‑Tnax‑il Parti

9. L‑ISPIRTU S‑SANTU: IL‑ĦABIB TAL‑QALB “U kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l‑Ispirtu s‑Santu.” (Ġw. 20:22) It‑tielet persuna tat‑Trinità nsejħulha Spirtu s‑Santu u, bħall‑Missier u l‑Iben għandha karatteristiċi partikolari. Forsi l‑ewwel ħaġa li tiġi f ’moħħna meta naħsbu fl‑Ispirtu s‑Santu 8

hija l‑Pentekoste, meta l‑Ispirtu s‑Santu ġie mogħti lill‑Knisja. L‑ispirtu deher taħt il‑forma ta’ nar u ġab bidla sħiħa fil‑personalità tal‑appostli. Kienu qalbhom maqtugħa, imħawda u mbeżżgħa, imma wara l‑inżul tal‑Ispirtu s‑Santu ħadu r‑ruħ, moħħhom iddawwal b’dawl liema bħalu u kull tip ta’ biża’ sparixxa. Il‑qawwa tal‑fidi tagħhom

kienet hekk qawwijja li ma kinux jaħsbuha darbtejn imorru għall‑martirju. Hekk hu, l‑Ispirtu s‑Santu jista’ b’mod inkredibbli, ibiddel mhux biss lill‑appostli, imma wkoll lil kull wieħed u waħda minna. Li jeħtieġ hu li nifhmu aħjar min hu l‑Ispirtu s‑Santu u kif jista’ jaħdem aktar fil‑ħajja tagħna. X’nistgħu nagħmlu


Marzu 2021

biex inħallu lill‑Ispirtu s‑Santu jsib mod kif jista’ jibdilna f ’nies ġodda hekk kif għamel fil‑Pentekoste? L‑Ispirtu s‑Santu huwa dak li bil‑ħajja tiegħu jgħaqqad flimkien il‑persuni divini, il‑Missier mal‑Iben, kif ukoll lill‑Insara kollha. Bl‑istess mod huwa dak li jgħaqqad il‑popli kollha ta’ rieda tajba. L‑Ispirtu s‑Santu huwa wkoll l‑ispirtu ta’ Ġesù Rxoxt, li huwa preżenti fostna kull darba li aħna nkunu miġbura b’imħabba lejn xulxin. Meta Ġesù hu fostna, ta’ spiss inħossu d‑doni tal‑ispirtu, bħalma huma l‑paċi, il‑ferħ u t‑tjubija. Jekk noqogħdu attenti nistgħu nisimgħu l‑vuċi tal‑Ispirtu s‑Santu f ’qalbna. Imma nisimgħu din il‑vuċi interjuri wisq

aktar ċara meta jkollna l‑preżenza ta’ Ġesù fostna. Ġesù wiegħed li jibgħatilna l‑ispirtu biex nifhmu aħjar il‑messaġġ tiegħu u biex ikollna s‑saħħa npoġġu fil‑prattika l‑Bxara t‑Tajba f ’ħajjitna. L‑Ispirtu s‑Santu jaħdem biex iġib Pentekoste ġdid fil‑Knisja. Grazzi għall‑Ispirtu s‑Santu, waqt u wara il‑Konċilju Vatikan II, bdejna nifhmu l‑Knisja b’mod ġdid u aktar profond, li hija Knisja‑Komunjoni. “Imma d‑Difensur, l‑Ispirtu s‑Santu, li l‑Missier jibgħat f ’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.” (Ġw. 14:26) Il‑qaddejja t’Alla, Chiara Lubich, tfisser kif nistgħu

# MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021 npoġġu fil‑prattika dak li għadna kif għedna: “Hekk kif tqarbint, bdejt naħseb fuq il‑qalb ta’ Ġesù. Qalbi ferħet meta ħsibt b’liema qalb Ġesù glorjuż iħobbna. U ħsibt kif jiena nista’ nwieġeb għal imħabba hekk kbira. Ħassejt bħal vuċi tgħidli: “Kull qalb trid oħra.” Għalhekk, ‘kull qalb trid oħra’ għandu jkun il‑proponiment tiegħi għal‑lum u għal dejjem, sakemm Alla jrid. ‘Kull qalb trid oħra’. Dan ifisser li bl‑impenn kollu, u mhux b’nofs qalb, inkun lesta nitlef dak kollu li mhux ir‑rieda ta’ Alla għalija, u hekk inkun kompletament vojta biex nimtela bl‑Ispirtu s‑Santu. Huwa biss ġo fija, li huwa kapaċi jħobb bil‑qalb ta’ Ġesù. Allura hemm bżonn

Biex infiq għandi bżonn id‑demm.

Int tista’ tgħinni?

Grazzi mill‑qalb! 9


Marzu 2021

li npoġġi kollox fil‑ġenb, nitlef kollox, anki l‑aktar affarijiet sbieħ u qaddisa, u dak kollu li hu permess għalija imma li mhuwiex Alla.”

Nirriflettu: Jekk bejn wieħed u ieħor, l‑affarijiet madwarna marru għall‑aħjar, dan sar grazzi għall‑Ispirtu s‑Santu li dejjem iġedded wiċċ l‑art. Dan huwa hekk għaliex hija l‑grazzja tiegħu li tagħtina spinta ’l quddiem u timmotivana biex il‑ħajja divina li Ġesù rebaħ għalina tista’ taħdem ġo fina, tagħtina s‑saħħa u l‑kuraġġ li tant għandna bżonn. Kull persuna li niltaqgħu magħha hija tempju tal‑Ispirtu s‑Santu jew hija ddestinata li ssir hekk. Jekk dan huwa minnu, ma taħsibx li hija raġuni valida biex inħobbu dejjem iżjed kull persuna li niltaqgħu magħha? Bħalma nuru rispett 10

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

kbir lejn it‑Tabernaklu għaliex fih hemm Ġesù Ewkaristija, bl‑istess mod għandna nuru rispett kbir lejn kull persuna għaliex din il‑persuna hija Tabernaklu tal‑Ispirtu s‑Santu. Ejjew mela nagħtu qima lill‑Ispirtu s‑Santu billi nħobbu, nirrispettaw u naqdu lil kull persuna. Permezz tal‑misteru tal‑mewt u l‑qawmien ta’ Ġesù, li ġabilna r‑redenzjoni u l‑inżul tal‑Ispirtu s‑Santu, Ġesù jisvelalna, b’mod speċjali, l‑essenza tal‑ħajja tat‑Trinità bħala mħabba. Fil‑fatt, Ġesù msallab huwa l‑immaġni viżibbli ta’ dan il‑misteru, il‑lingwaġġ perfett imfisser fil‑maħluq. Il‑Missier jiġġenera lill‑Iben frott ta’ kemm iħobb. Biex ngħidu hekk, huwa joħroġ kompletament barra minnu nnifsu, f ’ċertu sens isir ‘xejn’ għax iħobb, u minħabba f ’hekk huwa Missier. Min‑naħa tiegħu l‑Iben, bħala eku tal‑Missier imur lura għand il‑Missier frott ta’ kemm iħobb, billi huwa wkoll isir ‘xejn’ għax iħobb u minħabba f ’hekk huwa Iben. L‑Ispirtu s‑Santu, li huwa l‑imħabba reċiproka bejn il‑Missier u l‑Iben, huwa dak li

jgħaqqadhom, jagħmel lilu nnifsu, f ’ċertu sens ‘xejn’ u ‘vojt ta’ mħabba’ li fih jiltaqgħu l‑Missier u l‑Iben, u jsiru ħaġa waħda. U għal din ir‑raġuni huwa l‑Ispirtu s‑Santu. Din hija l‑ħajja tat‑Trinità li aħna għandna nippruvaw nimitaw, inħobbu lil xulxin bl‑imħabba li l‑Ispirtu s‑Santu jxerred fi qlubna, hekk bħalma l‑Missier u l‑Iben iħobbu lil xulxin. Chiara Lubich. Nagħlqu bi kwotazzjoni minn diskors li kien għamel Athenagoras I, Patrijarka Ekumeniku ta’ Kostantinopli: “Mingħajr l‑Ispirtu s‑Santu, Alla jkun ’il bogħod, Kristu jkun ħaġa tal‑passat, il‑Vanġelu kliem mejjet, il‑Knisja xejn aktar minn organizzazzjoni, l‑awtorità dominju, il‑missjoni propaganda, l‑adorazzjoni sempliċement evokazzjoni u l‑azzjoni Nisranija moralità ta’ skjavi. Imma bl‑Ispirtu s‑Santu, Ġesù Rxoxt huwa preżenti, il‑Vanġelu huwa l‑qawwa tal‑ħajja, il‑Knisja hija Komunjoni Trinitarja, l‑awtorità hija servizz li jillibera, il‑missjoni hija Pentekoste, il‑liturġija hija memorja u anteċipazzjoni, il‑ħidma umana hija ddivinizzata.” 


Marzu 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Adopt a

Grandparent

Combat Loneliness POWERED BY

MALTA

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

www.adoptgrandparent.org POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11


Marzu 2021

SAN PIETRU APPOSTLU – MRO MANOEL PIROTTA

Martin Schmid SJ: Organista Qalb iċ‑Chiquitos

M

artin, magħruf ukoll bl‑isem Spanjol ta’ Esmid, twieled f’Baar fl‑Isvizzera fis‑26 ta’ Settembru 1694, minn Martin Schmid u Maria Katharina Hurter. Bejn l‑1710 u l‑1716 attenda l‑kulleġġ tal‑Ġiżwiti ta’ Lucerne, u sena wara daħal mal‑Kumpanija ta’ Ġesù. Kien aktarx hawn li tgħallem il‑mużika; forsi anki qabel ukoll peress li kien ġej minn familja rispettabbli fejn missieru kien jaħdem ta’ teżorier f’Büel. Għax kif se naraw, l‑edukazzjoni mużikali fiċ‑Chiquitania kienet fdata lilu u allura bilfors li kien imħarreġ sew f’din l‑arti; il‑lezzjonijiet tal‑mużika kienu jintużaw bħala l‑ewwel pass għall‑Kristjanizzazzjoni tal‑Indiġeni.

u ġarru f’vjaġġ iebes mimli toroq imħarbtin lejn Santa Ana de Velasco, madwar elf kilometru bogħod mill‑belt. Mal‑wasla tiegħu f’din il‑missjoni maqtugħa għaliha weħidha, Schmid immuntah kollu mill‑ġdid

bil‑vuċijiet u orkestri bl‑istrumenti li kien jibnilhom huwa stess. Kien anki jikkomponi bċejjeċ mużikali sagri għalihom.

Intant, wara li ordna qassis fl‑1726, Schmid ngħatalu l‑permess biex imur missjunarju fl‑Amerika Latina, imma minħabba l‑gwerra Anglo‑Spanjola kellu jibqa’ Sevilla fejn tgħallem tajjeb l‑ilsien Spanjol. Fl‑istess żmien, qaleb l‑istorja tat‑tribù ta’ Chiquitos ta’ Juan Patricio Fernández (1667‑1733) mill‑Ispanjol għall‑Ġermaniż. Lejn l‑aħħar tal‑1728 beda l‑vjaġġ twil u perikoluż tiegħu lejn l‑Amerika t’Isfel, li ħadlu aktar minn tliet xhur, minn Tenerife sa Buenos Aires. Il‑missjunarji li salpaw flimkien Impressjoni artistika ta' Schmid jitlob miegħu kien għad għarkupptejh bil‑vjolin imdendel mal‑ħajt. Biex nieħdu eżempju, fadlilhom tmien xhur f’Potosí, belt Bolivjana, oħra xi jterrqu sakemm Schmid kien bena orgni b’idejh stess, u għadu jintuża daħlu ġewwa tal‑pajjiż u b’sitt reġistri peress li kien sal‑ġurnata tal‑lum. Kien hu laħqu Potosì. Kien hawn fejn ukoll bennej tal‑istrumenti. wkoll li daħħal il‑mużika huwa u tliet Ġiżwiti oħra Jingħad li dan l‑orgni kien sagra polifonika Barokka ntgħażlu biex imorru żarmah biċċa biċċa, fil‑missjonijiet fejn kien jevanġelizzaw liċ‑Chiquitos. għabbieh kollu fuq il‑bgħula jaħdem; waqqaf korijiet Schmid wasal fil‑post 12


Marzu 2021

# tal‑missjoni f’Awwissu 1730. Mal‑wasla tiegħu hemmhekk, Schmid sab li n‑nies tal‑post kienu diġà mgħammdin u lesti, u kulma kien jinħtieġ kien li jsaħħaħhom aktar fil‑fidi u jagħmel il‑kolonji tagħhom aktar sostenibbli permezz t’edukazzjoni reliġjuża iżjed profonda u aktar ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil‑knejjes. Il‑Ġiżwiti kienu konvintissimi li l‑erwieħ setgħu jintrebħu billi wieħed jippromwovi l‑element mużikali fost l‑indiġeni, u t‑tempji u l‑madwar jiġu mżejna b’mod l‑aktar imponenti. Mhux ta’ b’xejn għalhekk, li mill‑Ewropa l‑Ġiżwiti kienu jibagħtu lejn l‑Amerika t’Isfel kompożituri ta’ ħila. Domenico Zipoli huwa magħdud bħala l‑aqwa fosthom, oħrajn biex jidderieġu l‑korijiet u oħrajn biex jimmanifatturaw l‑istrumenti mużikali. U dan kien proprju x‑xogħol ewlieni ta’ Schmid, megħjun minn sieħbu Dun Johann Mesner (1703‑68), fl‑ewwel snin tal‑ħidma missjunarja tiegħu, li jgħallem il‑mużika u jgħin fil‑kostruzzjoni ta’ knejjes; dik ta’ San Rafael de Velasco hija biss waħda minnhom. Kien ukoll responsabbli mit‑tixrid fil‑ħidma artiġjanali, u mhux darba jew tnejn li

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


Marzu 2021

kienu jingħataw għotjiet żgħar liċ‑Chiquitos bħala rigal, bħalma huma żibeġ, skieken, imqassijiet u x’naf jien. Parti mil‑lezzjonijiet mużikali ta’ Schmid kienu jikkonsistu wkoll f’li jgħallem lill‑indiġeni kif għandhom jibnu strumenti mużikali Ewropej.

SAN PIETRU APPOSTLU – MRO MANOEL PIROTTA

l‑mużika, iżda sab li l‑irħula kollha diġà kellhom l‑orgni tagħhom kif ukoll ħafna vjolini u kuntrabaxxi magħmula miċ‑ċedru, tipi differenti ta’ strumenti bit‑testiera u oħrajn tal‑qasba, arpi u trumbetti.

l‑eqdem raħal tal‑missjoni, fejn issokta bil‑lezzjonijiet tal‑mużika u qatta’ l‑aħħar snin f’San Miguel u San Igancio de Velasco jibni u jindura l‑altari flimkien ma’ sieħbu Mesner. Ġara iżda li fl‑1767 il‑Ġiżwiti ta’ San Injazju ma setgħux ikomplu bil‑ħidma missjunarja tagħhom wara li tkeċċew mir‑Re Karlu III ta’ Spanja. Fl‑1768, flimkien ma’ deportati oħrajn, Schmid kellu jagħmel il‑vjaġġ twil u mimli taħbit lura lejn Spanja, fejn wara 15‑il xahar detenzjoni f’El Puerto de Santa Marija tħalla jmur lura pajjiżu. L‑aħħar sena ta’ ħajtu qattagħha l‑kulleġġ tal‑Ġiżwiti ta’ Lucerne. Miet fl‑għomor ta’ 77 sena fl‑10 ta’ Marzu 1772.

F’San Juan Bautista, Santa Cruz, Schmid kompla bl‑evanġelizzazzjoni tiegħu billi kien jibgħat għexieren t’Indjos fil‑ġungla jfittxu l‑Indjani Nomadi bl‑għan li jħajruhom jersqu lejn il‑missjoni Ġiżwita. U wara xahrejn kien jarahom ġejjin lura b’xi mitt infidil magħhom, u mbagħad jitwasslu sal‑knisja bil‑kant u l‑mużika. Schmid, l‑ewwel kien L‑orgni li fuqu kien idoqq Dun Martin Schmid. Dan jinsab fil‑knisja ta’ Santa Ana de Velasco, jipprovdilhom x’jilbsu Schmid kien ukoll il‑Bolivja. minħabba l‑għera kompożitur ta’ bċejjeċ tagħhom, u wara sagri, fosthom ‘Si jagħtihom x’jieklu u kuruna Sab ukoll li dawk it‑tfal Bona Suscipemus’ u ‘Iste żgħira tar‑rużarju bħala rigal Indjani kienu mużiċisti Confessor’. Isimgħuhom fuq ta’ merħba. It‑tfal kienu tajbin u kuljum kienu jieħdu ‘youtube’ ħalli taraw kemm jitgħammdu mill‑ewwel, sehem fil‑quddies ta’ huma sbieħ. iżda l‑kbar mhux qabel ma ringrazzjament bid‑daqq u jiġu mgħallma l‑katekiżmu. l‑kant tagħhom f’xi knisja Aktar artikli mill‑istess awtur F’din il‑missjoni, Schmid jew oħra li kien hemm jinsabu fuq OAR@UoM kien ġie ordnat mis‑superjuri imxerrdin fl‑irħula. Schmid (https://www.um.edu.mt/ tiegħu biex jintroduċi ħadem ukoll f’San Javier, library/oar/)  14


Marzu 2021

Kellimna issa biex tippjana s‑safra għas‑sajf li ġej b'moħħok mistrieħ li ser tiddeverti żgur bi prezzijiet għall‑but ta' kulħadd.

Għal iktar informazzjoni Ċempel lil Natasha fuq Tel: 2122 2040 / Mob:+356 7979 2040 Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek? Kellimna, aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd.

YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171, Malta info@ytc.com.mt • www.ytc.com.mt

15


SANTA INFANZJA

Marzu 2021

Amritaa Tixtieq tgħin tifla li għandha ħolma li tkompli tistudja?

D

un Andrew Belevendiram qed jitlob l‑għajnuna ta’ benefatturi Maltin u Għawdxin sabiex tinstab persuna jew familja li lesta ‘taddotta’ tifla li l‑akbar xewqa tagħha hija li tkompli bl‑istudji tagħha. B’xorti ħażina, jekk ma jinstab ħadd li jisponsorja lil din it‑tifla, Amritaa, li għandha erbatax‑il sena, ser ikollha tieqaf mill‑iskola għaliex il‑familja tagħha ma taffordjax tħallas għall‑edukazzjoni tagħha. Dawn t’hawn taħt huma d‑dettalji tat‑tifla. Ta’ min jgħid li Missio huwa f ’kuntatt ma’ diversi orfanatrofji mxerrdin mad‑dinja kollha li għandhom tfal, bniet u subien, f ’sitwazzjonijiet simili ta’ Amritaa. Għalhekk, kull min hu interessat jisponsorja tifel jew tifla, jista’ jagħmel kuntatt ma’ Missio għal aktar tagħrif. Dettalji dwar Amritaa: Data tat‑Twelid: 10 ta’ Frar, 2007 Klassi: Standard 8 Skola: Holy Angel’s Higher Secondary English Medium School, Salem Raħal: Hasthampatti, Salem, Tamil Nadu, l‑Indja Missier: Peter Suresh Omm: Josephine Aħwa: Jose Pradeep Basil – li għadu kif temm l‑istudji tiegħu u qed jaħdem f ’Bangalore. Huwa kellu jissellef mill‑bank sabiex iħallas għall‑istudji tiegħu u bħalissa għadu qed iħallas.

16


Marzu 2021

#

Dwar il‑Familja: L‑omm, Josephine, kienet soru mal‑Kongregazzjoni

tal‑Grazzja u l‑Kompassjoni, imma telqet mill‑kunvent u żżewġet lil Peter Suresh.

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

L‑omm sabet xogħol bħala għalliema fl‑Iskola tal‑Matrikola tas‑Salib Imqaddes. Josephine u Peter għandhom żewġt itfal, Jose Pradeep Basil u Amritaa. L‑omm ser tirtira mix‑xogħol fis‑6 ta’ Mejju, 2021, iżda mhix ser tirċievi pensjoni għaliex l‑iskola li tgħallem fiha hija waħda privata. Il‑familja tgħix f’dar bil‑kera u l‑missier ma jaħdimx. Minħabba f’hekk il‑ġenituri ma jafux kif ser ikomplu jħallsu għall‑edukazzjoni ta’ binthom Amritaa. M’għandhom lil ħadd min jista’ jgħin lil binthom minkejja li Amritaa jistħoqqilha li tkompli bl‑edukazzjoni tagħha. 

CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 17


SANTA INFANZJA

Marzu 2021

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 17 2 porzjonijiet ross għal 130 tifel u tifla fit‑Tajlandja

edukazzjoni sportiva għal tfal f’Myanmar

€ 100 Xirja mediċina għal

€ 180 Saqqijiet għal tfal

€ 8,000 Bini ta’ kappella

tfal morda

€ 50 Programm ta’ ġimgħa

torox u muti f’orfanatrofju f’pajjiż Afrikan

f’ismek jew f’isem xi ħadd għażiż għalik

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 18

• 51802064 ‑ €25


Marzu 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Bini ta’ Kappella Ġdida

N

itolbu sabiex il‑Mulej jilqa’ f ’saltnatu lil oħtna Antonia Vella mix‑Xewkija li ħalliet din il‑ħajja nhar is‑17 ta’ Diċembru 2020. Hija kienet benefattriċi ta’ Missio u grazzi għad‑donazzjonijiet tagħha setgħet tinbena kappella ġdida, ikbar u aktar prattika sabiex isservi għan‑nies ta’ Karipatti u ta’ Agraharam fid‑distrett ta’ Samel f ’Tamil Nadu l‑Indja. Din il‑kappella, iddedikata lil San Martin, tbierket nhar it‑Tnejn 15 ta’ Frar mill‑Isqof Lawrence Pius. Dun Andrew Belevendiram, is‑saċerdot li jieħu ħsieb din il‑kappella, għoġbu jibagħtilna xi ritratti tal‑kappella qed tinbena u lesta. 

19


Marzu 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

“Aħna nagħtu kas u nieħdu ħsieb l‑orfni mhux għax aħna salvaturi, imma għax aħna salvati.” David Platt

David Joseph Platt (1978 ‑ ) huwa pastor, edukatur u awtur Amerikan. L‑aktar ktieb ta’ suċċess tiegħu huwa ‘Radical: Taking Back Your Faith From The American Dream’. Bejn l‑2014 u l‑2017 kien il‑president tal‑Bord Internazzjonali Missjunarja. Fl‑età ta’ 26, David kien mistieden imexxi l‑Kongregazzjoni tal‑Knisja ta’ Brook Hills, knisja enormi f’Birmingham, Alabama. Dan għamlu l‑iżgħar pastor fl‑Amerika kollha f’dak iż‑żmien. David huwa miżżewweġ lil Heather u flimkien għandhom erbat itfal. Tifel iltim u bla saqaf fuq rasu qed jittallab fit‑toroq ta’ Novi Sad, is‑Serbja.

20


Marzu 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

21


Marzu 2021

M

IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

San Pietru l‑Appostlu

a nafu xejn dwar it‑tfulija ta’ dan l‑appostlu. Is‑Sajjied tal‑Bnedmin jidħol fix‑xena meta ħuh Indri kellu laqgħa ma’ Ġesù u mar ferħan jgħid dan kollu lil Xmun Pietru. Malli Ġesù ra lil Xmun Pietru qallu: “Inti Xmun bin Ġwanni, mil‑lum ’il quddiem tibda tissejjaħ Kefa jew Pietru, li tfisser blata. Ma ddumx ma tifhem aħjar għala biddiltlek ismek.”

ta lil San Pietru ma kenitx maħsuba biss għalih, imma wkoll għas‑suċċessuri tiegħu li kellhom jiġu warajh. Pietru kien li mexxa l‑għażla ta’ Mattija flok Ġuda l‑Iskarjota. Hekk ukoll waqt diversi mirakli ta’ Ġesù, bħat‑Tieġ ta’ Kana, il‑qabda tal‑ħut, il‑miraklu tal‑ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, il‑qawmien mill‑mewt tat‑tifla ta’ Ġajru, it‑Trasfigurazzjoni fuq it‑Tabor u oħrajn. Pietru ra wisq

Fit‑Testment il‑Ġdid San Pietru jidher repetutament u b’mod prominenti fl‑Erba’ Evanġelji u fl‑Atti tal‑Appostli. Lil Pietru narawh preżenti waqt l‑għażla tat‑tnax‑il appostlu fejn huwa kien meqjus bħala l‑ewlieni fost sħabu. Biex juri lil kulħadd li Ġesù saħħaħ lil Pietru fuq l‑oħrajn kollha u li meta jitkellem hu jitkellem fomm is‑sewwa, Ġesù żied jgħidlu: “Xmun, Xmun, jien tlabt għalik biex twemminek ma jiġix nieqes, meta int terġa’ fik innifsek wettaq lil ħutek.” (Lq. 22:32) ‘Wettaq lil ħutek’ tfisser li tah is‑setgħa fuq il‑Knisja kollha, ukoll fuq l‑appostli sħabu, li bħalu kienu għadhom kemm ġew mgħollija għall‑ġieħ ta’ isqfijiet meta qalilhom: “Għamlu dan b’tifkira tiegħi!” Is‑setgħa ewlenija li Ġesù

umiljanti li jara lill‑imgħallem tiegħu jaħsillu r‑riġlejn ħorox tiegħu ta’ sajjied. Bħala bniedem debboli u fraġli naraw lil Ġesù jċanfar lil Pietru meta ra bi tqila li l‑Messija kellu jbati s‑Salib. Naraw imbagħad il‑fraġilità ta’ Pietru fl‑Ort tal‑Ġetsemani li ma riedx jishar siegħa waħda mal‑Imgħallem Divin. Pietru, li ftit qabel qallu li jekk jitilqu kulħadd hu ma kienx ser jitilqu, beża’ u beda jgħid li hu ma kienx

22

jaf lin‑Nazzri. Imma meta ġie f ’sensih induna u ħareġ jibki biki ta’ qsim il‑qalb. L‑indiema ta’ San Pietru narawha tixref sew f ’pittura ta’ Guido Reni minn Bologna fil‑maturità artistika tiegħu. F’artiklu, Patri K. Ferrante O.C. jgħid hekk: “Din il‑pittura ta’ San Pietru hija qawwija fl‑interpretazzjoni ta’ dawn is‑sentimenti u twassal tajjeb is‑sens ta’ sogħba u qsim il‑qalb tal‑Appostlu Pietru hekk kif ċaħad lill‑imgħallem tiegħu. Il‑qsim il‑qalb tal‑appostlu jimla l‑kwadru kollu; mill‑id li tidher fuq sidru sal‑wiċċ li fih l‑għajnejn imdemmgħin u miksura jħarsu lejn is‑sema. Ma tistax ma tilmaħx dak li l‑pittur ried jesprimi, jiġifieri sens ta’ ndiema. Reni rnexxielu joħloq fuq it‑tila dik ix‑xeħta tal‑emozzjoni, mingħajr ma jkun bombastiku u jibqa’ marbut mal‑klassiċiżmu li għamlu daqshekk magħruf u importanti fid‑dinja tal‑arti.” Għal Kristu, Pietru xandar il‑Kelma t’Alla, sofra persekuzzjonijiet, ħabs, swat u martirju. Kienet drawwa sabiħa fost is‑soċji antiki tal‑M.U.S.E.U.M. li meta jisimgħu xi serduq jidden kienu jgħidu: “San Pietru, itlob għalina”. 


Marzu 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 23


Marzu 2021

ITTRA MILL‑MISSJONI – FR. JOSEPH SIKWESE

Update on Mr Augustine’s House 27th October, 2020 Dear Msgr Valent, I am currently in Lilongwe to escort some seminarians going to Spain for their formation. I will be going back to Karonga today. The work on Mr Augustine’s house is finished, and we have named it ‘Remigio and Giovanna ‑ Missio Malta’. We will unveil the name when we will be blessing the house. If all goes according to plan we will be blessing the house next week. We will also offer mass for the parents of the benefactor. We were lucky that the sisters provided a mattress and some blankets to Mr Augustine. I have attached some pictures of the house. A financial report will be sent soon. With kind regards,

Fr Joseph

4th November, 2020 Dear Fr Joseph, I hope that you are well. The benefactor is satisfied with the restoration of Augustine’s house. He is very happy and is still waiting for photos showing the plaque with his parents’ names and of you saying mass in the house of Mr Augustine. If possible send him a thank you card or a letter. The benefactor is ready to donate €800 for the restoration of another house. It is very very important to keep me informed if you accept such an offer. Please always send me photos before and after restoration. This, I think, is the secret that urges our benefactors to subsidize various projects. Regards to all,

Msgr Valentino Borg

24


Marzu 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

5th November, 2020 Dear Msgr Valent, Thank you for your email, and the news that Mr Farrugia is happy with the restoration of the house. We are planning to bless the house on Saturday afternoon. We will take the picture of the plaque and the pictures of the event. Please be patient with us. How is the COVID‑19 situation in Malta now? In Malawi we thank God the situation is far much better. We have 1 or 2 cases every day and sometimes we don’t record any case. We have been told to observe prevention measures, like social distance, washing of hands and wearing face masks, but now people have relaxed a lot. It’s only in the church that we are very strict. I always remember you, Missio Malta and all the donors in my prayers! May God bless you.

Fr Joseph

6th November, 2020 Dear Fr Joseph, Thank you for your e‑mail. It’s better to send the thank you card by e‑mail because by post it takes weeks to arrive. The situation here is still critical. Yesterday four persons died, one of them was a Jesuit Father, the third Jesuit who died in one week. God bless you,

Msgr Valentino Borg

25


Marzu 2021

ITTRA MILL‑MISSJONI – FR. JOSEPH SIKWESE

6th November, 2020 Dear Msgr Valent, Thank you for your email. I know three more old people whose houses need to be restored. So we will be happy to receive the donation. Among the three, I have attached the picture of Cecilia Mofolo. Her house was made poorly thatched with grass, and it was blown off by the winds. She has nowhere to go, and she stays in that house alone. It will be a noble cause to assist her. I regret I did not answer your email immediately, but I had gone to a rural parish to conduct a session on faith formation and evangelization. The parish is in an area where there is no network. It is difficult to access emails. God bless you,

Fr Joseph

9th November, 2020 Dear Msgr Valent, Last Saturday afternoon we had a very beautiful mass for the blessing of Augustine’s house. We prayed for the parents of the benefactor, Remigio and Giovanna. Augustine is very grateful, and he sent his message of thankfulness through a video. We are very grateful for the assistance through which Augustine has experienced God’s merciful love in a very concrete way.

Rev. Fr. Joseph Moloka Sikwese Bishop’s and Pastoral Secretary Diocese of Karonga Malawi

26


Marzu 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Ikel tajjeb, folklor, bini mill‑isbaħ u bliet mhux tas‑soltu: 7ta’ LULJU sal‑11ta’ LULJU Inżuru Alberobello, l‑Għerien ta’ Castellana, Polignano al mare, Matera u Cisternino. L‑Erbgħa 7 ta’ Lulju Niltaqgħu l‑ajruport fid‑9:30am mnejn naslu fl‑ajruport ta’ Bari, Karol Wojtyla, fis‑12:50pm b’titjira diretta tar‑Ryanair. Bil‑kowċ naslu l‑lukanda fiċ‑ċentru tal‑belt. Jitqassmu l‑kmamar u niltaqgħu fir‑reception biex noħorġu dawra mal‑belt. Il‑belt-port ta’ Bari li taf l‑oriġini tagħha lill‑immigrati Griegi ta’ 2,000 sena ilu, qiegħda fuq ix‑xifer tal‑Baħar Adrijatiku li jħares lejn il‑Greċja u fil‑preżent għandha popolazzjoni ta’ 320,000 ruħ. Fiha toroq twal sbieħ u organizzati, xogħol tal‑iżvilupp ta’ wara l‑1920, u fiha wkoll it‑toroq dojoq u jserrpu wirt tal‑iżvilupp antik taċ‑ċentru oriġinali tal‑belt. Ingawdu l‑mixja tul il‑Lungo Mare u nistrieħu fil‑Luna Park permanenti (ħlas extra). Inżuru l‑bażilika ta’ San Nikola, li hija binja ta’ 900 sena ilu, bl‑istatwa famuża ta’ San Nikola (tas‑Siġġiewi) u l‑kripta bil‑fdalijiet tiegħu. Passiġġata f ’Corso Emanuele, Corso Cavour, Via Sparano u Via Manzoni fid‑distrett tax‑xiri fejn nieqfu għal bibità qabel ma nerġgħu lura lejn il‑lukanda. Il‑Ħamis 8 ta’ Lulju Fid‑9:00am nitilqu mil‑lukanda lejn il‑belt ta’ Alberobello, belt li fiha dehra mhux tas‑soltu minħabba

ċ‑ċentru tagħha mżejjen b’aktar minn elfejn dar mibnijin bis‑soqfa qishom koppli‑lembut u li jsejħulhom ‘Trulli’. Ambjent miżmum tajjeb u nadif u b’dehra ġdida li tagħtik pjaċir. Mhux biss id‑djar, imma anke l‑knisja u ħafna ristoranti huma mibnijin fl‑istess għamla. Inżuru wkoll l‑Għerien ta’ Castellana, dehra naturali tal‑għaġeb li huma formazzjoni fil‑blat ta’ madwar 90 miljun sena ilu. Aħna u sejrin lura lejn Bari, inżuru belt żgħira sabiħa f ’xifer il‑baħar jisimha Polignano al Mare magħrufa l‑aktar għal Domenico Modugno li twieled hemm u li għandu monument sabiħ ikanta l‑Volare-oh-oh. Din il‑belt taf il‑bidu taghha madwar elf sena ilu fi żmien l‑Għarab u n‑Normanni. Ikollna ħin nagħmlu passiġġata u min irid jista’ jgħum. Il‑Ġimgħa 9 ta’ Lulju Minn hawn lejn Matera, belt li ġiet magħżula fl‑2019 mill‑UNESCO bħala belt ta’ wirt dinji. Din ukoll hija belt li fiha s-sorpriżi tagħha. Fl‑imgħoddi mhux bogħod ħafna kienet maqsuma f ’żewġ taqsimiet – fin‑naħa ta’ fuq kienu joqogħdu s‑sinjuri u fl‑għelieqi tal‑wied ta’ taħt il‑belt kien joqogħdu l‑bdiewa u l‑foqra. Il‑ġebla tal‑belt hija ġebla ratba ħafna u fiha n-nies il‑foqra, ħaffru mijiet ta’ għerien u kmamar li kienu joqogħdu

fihom. Ħaffru l‑knisja, il‑ħwienet u l‑għerien għall‑bhejjem. Belt qisha presepju li llum hija attrazzjoni turistika mill‑aqwa. Flimkien mal‑gwida nduru l‑parti prinċipali. Wara nżuru l‑inħawi ta’ Cisternino. Hawn magħrufin għall‑‘bombette’ li huma dawriet irqaq ta’ laħam (vitella jew majjal) imremblin u mimlijin b’ħafna affarijiet differenti. Insibu wkoll ħwienet tal‑laħam li jsajrulek il‑biċċa laħam li tagħżel fil‑pront u tkun tista’ toqgħod tiekol fuq mejda barra l‑ħanut f ’waħda mit‑toroq dojoq ta’ dan ir-raħal. Is‑Sibt 10 ta’ Lulju Filgħodu ħin liberu. Kulħadd jista’ jmur jagħmel ix‑xiri jew jippassiġġa max‑xatt jew fiż‑żona storika tal‑belt. Nerġgħu niltaqgħu fis‑1:00pm biex inżuru l‑Kastell Svevo mibni mir‑Re Ruġġieru, in‑neputi tal‑Konti Ruġġieru li ħa lil Malta minn taħt l‑Għarab u qegħdaha taħt il‑ħakma tan‑Normanni. Inżuru l‑Katidral ta’ San Sabino fejn nisimgħu l‑quddiesa li tiswa għall‑għada. Il‑Ħadd 11 ta’ Lulju Inqumu u nieħdu l‑kolazzjon biex nitilqu bil‑bagalji fit-8:30am lejn iċ‑ċentru kummerċjali Mongolfiera Santa Caterina. F’12:00pm nitilqu lejn l‑ajruport ta’ Bari mnejn naslu lura Malta fl‑4:00pm mat‑titjira tar‑Ryanair.

Għal iktar informazzjoni Ċempel lil Natasha fuq Tel: 2122 2040 / Mob:+356 7979 2040 Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek? Kellimna, aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd.

YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171, Malta info@ytc.com.mt • www.ytc.com.mt

27


IL‑MIXJA TAGĦNA FID‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR

Marzu 2021

It‑Tielet Parti Ir‑RANDAN: Stedina biex nimxu ’l quddiem fid‑DEŻERT SPIRITWALI TAGĦNA atul dan ir‑Randan aħna l‑Insara mistednin u mħeġġa mmorru metaforikament u litteralment fid‑deżert, kif għamlu l‑Padri Kristjani tad‑Deżert. Din mhijiex stedina assurda jew diffiċli, waħda ideali għall‑avventurużi jew għal dawk li jħobbu jivvjaġġaw, imma hija stedina reali u possibbli għal kulħadd; għal kull Nisrani li jixtieq jagħmel dan il‑vjaġġ spiritwali kontinwu, biex nimitaw it‑tfittxija spiritwali ta’ Ġesù Kristu fis‑skiet u l‑ġabra interjuri, biex naħsbu u nikkontemplaw fis‑satra ta’ moħħna, qalbna u ruħna l‑imħabba t’Alla għalina, u nħejju ruħna spiritwalment u mentalment għall‑Misteru tal‑Għid u għall‑ħajja Eterna. Kif jirrimarka Papa Franġisku fl‑Enċiklika

M

28

tiegħu ‘LAUDATO SI’: L‑Ispiritwalità Nisranija tipproponi tkabbir immarkat minn moderazzjoni u l‑kapaċità li tkun kuntent bi ftit. Huwa ritorn għal dik is‑sempliċità li jippermettilna nieqfu u napprezzaw l‑affarijiet żgħar, li nkunu grati għall‑opportunitajiet li toffrilna l‑ħajja, li nkunu spiritwalment maqtugħa minn dak li għandna, u li ma nċedux għad‑dwejjaq għal dak li aħna nieqsa. Dan jimplika li tiġi evitata d‑dinamika tal‑ħakma u s‑sempliċi akkumulazzjoni ta’ pjaċiri. (par. 222) Imma għaliex għandna mmorru wkoll fid‑deżert biex inwettqu dan fil‑prattika minflok noqogħdu biss fil‑knejjes u d‑djar tagħna? Raġuni waħda tispikka. Meta naqraw l‑Evanġelji nirrealizzaw li Kristu ma marx fis‑sinagogi lokali jew fit‑Tempju ta’ Ġerusalemm meta ried jitlob, għalkemm kien jieħu

sehem ta’ spiss fiċ‑ċerimonji u riti reliġjuzi tal‑Lhud, bħal pereżempju fil‑qari ta’ siltiet mill‑Kotba tal‑Antik Testment u jgħallem lin‑nies; iżda, qatt ma naqraw b’mod espliċitu li Ġesù xi darba talab fit‑Tempju jew fis‑Sinagogi. Huwa kien jippreferi jmur f ’postijiet imwarrba, f ’deżert jew fuq xi għolja jew muntanja, jew ukoll f ’xi ġnien bħal dak taż‑Żebbuġ biex jitlob. Bħal Mosè, il‑profeti u Ġwanni l‑Battista, Ġesù tkellem ma’ Missieru l‑Ħallieq f ’post fejn jista’ jkun aktar qrib u f ’kuntatt mal‑ħolqien. Fl‑Evanġelji nsibu bosta eżempji ta’ laqgħat divini f ’nofs in‑natura. Fil‑bidu nett tal‑ħajja Appostolika ta’ Kristu, l‑Ispirtu mexxa lil Ġesù fid‑deżert. Aktar tard San Mattew jgħidilna li wara li Kristu nqata’ mill‑folol huwa tela’ fuq il‑muntanja waħdu biex jitlob. San Luqa jfakkarna fid‑diversi drabi li Kristu kien jirtira waħdu lejn


Marzu 2021

postijiet imwarrba u joqgħod hemm jitlob. Kultant Kristu kien jippreferi jmur f ’xi ġnien, f ’xatt ta’ xi xmara jew fid‑deżert tal‑Lhudija. Il‑post jinbidel, imma l‑għan jibqa’ dejjem l‑istess ‑ jitlob. Kristu mar Ġerusalemm jiddiskuti mal‑qassisin u jgħallimhom, ifejjaq, ikeċċi l‑ispirti ħżiena u jagħmel kull ġid ma’ kull min kellu bżonnu, jew jiċċelebra l‑festa tal‑Qbiż (Passover), imma meta kellu bżonn ikun m’Alla, kien jaħrab lejn postijiet nieqsa minn sinagogi u mill‑awtoritajiet li kienu jmexxuhom. Papa Franġisku jenfasizza din ix‑xejra fl‑istess Enċiklika: Il‑Mulej kien kapaċi jistieden lil ħaddiehor biex joqgħod attent għas‑sbuħija li hemm fid‑dinja għax hu stess kien f ’kuntatt kontinwu man‑natura, u taha attenzjoni mimlija ħlewwa u meravilja. Hekk kif għamel triqtu madwar l‑art, ħafna drabi waqaf biex jikkontempla s‑sbuħija miżrugħa minn Missieru, u stieden lid‑dixxipli tiegħu biex jipperċepixxu messaġġ divin fl‑affarijiet: “Erfgħu għajnejkom u araw kif l‑għelieqi huma diġà bojod għall‑ħsad. (Ġw. 4:35). Is‑saltna t’Alla hija bħal qamħa ta’ żerriegħa tal‑mustarda li raġel ħa u żera’ fl‑għalqa tiegħu: hija l‑iżgħar żerriegħa, iżda ladarba kibret hija l‑akbar fost il‑pjanti. (Mt. 13:31‑32). (par. 97)

Allura, matul ir‑Randan aħna mistednin b’mod partikolari biex nimitaw lil Ġesù u mmorru fid‑deżerti spiritwali u naturali ta’ żminijietna għat‑trasformazzjoni u l‑laqgħa tagħna m’Alla. Madanakollu, biex naċċettaw din l‑istedina rridu negħlbu bosta ostakli fid‑dinja kontemporanja tagħna, storbjuża u kumplessa, u mimlija bil‑wisq impenji u rabtiet konnessi magħha, li għalkemm huma importanti u meħtieġa fil‑ħajja tagħna ta’ kuljum, jistgħu wkoll itellfuna, xi ftit jew wisq, fil‑mixja spiritwali tagħna. Bla dubju l‑ewwel sfida hija proprju l‑post stess fejn ħafna minna ngħixu llum: il‑bliet. F’dinja fejn aktar min‑nofs l‑umanità tgħix f ’żoni urbani, wieħed jeħtieġ li jagħmel sforz biex isib serħan, skiet u ħin biżżejjed f ’dawn l‑ambjenti biex jieqaf u jikkontempla. U aktar sforz huwa meħtieġ jekk wieħed irid joħroġ mill‑belt u jiċċaqlaq lejn imkejjen aktar kwieti li dejjem qegħdin jonqsu madwarna. Li jwassalna għat‑tieni sfida kbira biex insibu lil Alla fil‑Ħolqien: id‑degradazzjoni dejjem tiżdied ta’ dak il‑ħolqien li huwa s‑sagrament Ħaj tal‑Preżenza tal‑Ħallieq. F’dan ir‑rigward, huwa importanti li wieħed jiddistingwi sew bejn id‑deżert (naturali) li l‑ewwel patrijiet eremiti

# MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021 fittxew, u l‑ħolqien ta’ deżert mhux naturali (ikkawżat mill‑bniedem) li qiegħed dejjem jikber u jinfirex b’rata sorprendenti f ’ħafna partijiet tad‑dinja llum, inkluż fil‑ġzejjer Maltin. Mezzi u modi kif nistgħu ngħixu u nikbru fil‑mixja tagħna fid‑deżert spiritwali tagħna: Bla dubju ta’ xejn, l‑ewwel mezz importanti u effikaċi ħafna li bih nistgħu nimxu dejjem ’il quddiem fil‑ħajja spiritwali tagħna hija l‑Kelma t’Alla kif insibuha fil‑Kotba Mqaddsa. L‑Iskrittura Mqaddsa kienet u għadha s‑sisien tal‑moviment monastiku sa mill‑bidu nett tiegħu fit‑Tielet Seklu W.K. minn irgiel u nisa Nsara, ewlenin fosthom Pawlu l‑Ankorit u Antonius il‑Kbir (San Anton Abbati), li marru jgħixu fid‑deżert tal‑Eġittu. Il‑forza li biha dawn l‑monaċi eremiti setgħu jgħixu fid‑deżert f ’ħajja awstera mogħtija kompletament għaċ‑ċaħda, sawm, talb u l‑kontemplazzjoni kienet il‑Kelma t’Alla. Dawn il‑monaċi kienu jaqraw l‑Iskrittura Mqaddsa ta’ spiss kuljum, iżommuha f ’moħħhom u f ’qalbhom, ġieli jitgħallmu siltiet minnha bl‑amment, jużawha bħala mezz ta’ talb u kontemplazzjoni profonda 29


Marzu 2021

u fuq kollox jgħixuha u jagħmluha mudell ta’ ħajjithom. Hija l‑Kelma t’Alla li tat u għadha tagħti l‑qawwa lil dawn l‑eremiti u monaċi li jgħixu fid‑deżerti naturali biex jirnexxilhom jaslu ħalli jgħixu u joħolqu Deżerti Spiritwali f ’moħħhom, f ’qalbhom u f ’ruħhom. Dan għandu jkun ta’ eżempju għal kull Nisrani.

Xi punti oħra li nistgħu nirriflettu sew fuqhom: Deżert ta’ Rutina ta’ Kuljum: L‑istess tip ta’ ħajja ta’ kuljum, l‑istess xogħol, l‑istess kollox; jistgħu jwassluna għal monotonija u dwejjaq. Madanakollu, l‑attitudni tagħna tista’ tinbidel f ’mumenti ‘mimlija ħlewwa u meravilja’ b’daqsxejn ta’ immaġinazzjoni u entużjażmu biex napprezzaw dak kollu li huwa ordinarju fil‑ħajja tagħna ta’ kuljum, minkejja r‑rutina u b’hekk nitgħallmu nfittxu u nsibu 30

IL‑MIXJA TAGĦNA FID‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR

valuri għoljin fl‑aktar impenji u xogħlijiet umli tagħna ta’ kuljum. Imma aħna lesti li naċċettaw id‑deżerti li fihom imexxina l‑Mulej? Deżert ta’ Solitudni: Ħafna nies li jħossuhom waħidhom jippruvaw jaħbu u jirbħu din s‑solitudni tagħhom permezz ta’ soċjabbiltà u ferħ kemxejn sfurżati u superfiċjali. Id‑deżert tas‑solitudni huwa tifkira tal‑kundizzjoni umana tagħna bħala pellegrini fuq din l‑art mexjin bla waqfien lejn is‑Sema Pajjiżna. Dan id‑deżert tas‑solitudni nistgħu nbiddluh f ’esperjenza ta’ djalogu amikevoli u intimu ta’ ħbiberija u qima mal‑Ħallieq tagħna, fit‑talb u l‑ħidma tagħna ta’ kuljum fid‑djar u f ’kull post fejn inkunu, kemm waħidna kif ukoll mal‑familji u l‑komunitajiet tagħna. Deżert nieqes minn tifsir: It‑tifsira tagħmel il‑ħajja ta’ min jgħixha! Biex jaċċetta l‑esperjenza tad‑deżert, wieħed irid jitlaq kemxejn il‑kontroll żejjed u jħalli l‑affarijiet jiżvolġu bil‑verità u bil‑karattru proprju u interjuri tagħhom, li jikxfu u jesploraw tifsiriet ġodda u l‑approfondiment tal‑misteru tal‑ħajja. Ir‑Randan jista’ joffrilna opportunitajiet biex nidentifikaw irwieħna mad‑deżert tal‑imħabba ta’ Kristu, li jgħinna niskopru

tifsir ġdid u nagħtu togħma ġdida lil ħajjitna. Deżerti ta’ Dubji: Fid‑deżert forsi ma nafux xi rridu, fejn sejrin jew f ’min nistgħu nafdaw. It‑tentazzjonijiet fl‑esperjenzi tad‑deżert jiżvelaw minn xiex hija magħmula l‑persuna, il‑punti dgħajfa tagħha u l‑profondità tal‑impenji, ħsibijiet u l‑prinċipji tagħha. Xi tentazzjonijiet jistgħu jkunu: għażż, li nħallu l‑affarijiet tajbin jew ħżiena għaddejjin, inklinazzjonijiet senswali, inkwiet u biża’ dwar saħħitna, b’mod speċjali f ’dan iż‑żmien tal‑pandemija, eċċ... Dawn it‑tentazzjonijiet fl‑esperjenzi tad‑deżert jistgħu juru u jistabbilixxu l‑vojt intern ta’ kull wieħed u waħda minna. Irridu nistaqsu lilna nfusna: Nirrikonoxxu d‑dipendenza sħiħa tagħna minn Alla? Nafdaw fil‑qawwa u l‑preżenza t’Alla f ’ħajjitna? Nippreferu l‑modi faċli, it‑toroq tal‑inqas reżistenza u ta’ aktar sodisfazzjon? Napprezzaw il‑flus, il‑ħin, il‑prestiġju u l‑popolarità aktar min‑nies? Deżert tal‑Verità: Fid‑deżert tal‑verità wieħed jista’ wkoll jitgħallem jikkomunika m’Alla b’mod ta’ għarfien mistur, aktar personali, spontanju u amikevoli, intuwittiv, kif iħossu u jifhem hu, u


Marzu 2021

esperjenzali proprja. Forsi wieħed ma jħossux jitlob b’mod formali bħalma konna nagħmlu qabel. Forsi issa l‑istedina hija li nitolbu b’inqas dipendenza fuq immaġni, kunċetti, ideat jew rappreżentazzjonijiet mentali. Fix‑xejn u l‑vojt tagħna, il‑verità tal‑faqar u l‑miżerja proprja tagħna twassalna għal dipendenza sħiħa u totali minn Alla. L‑esperjenza ta’ deżert ta’ aridità u nixfa fit‑talb tagħna, flimkien ma’ għatx u ġuħ intens għal Alla biss, huwa żvilupp normali fil‑ħajja spiritwali Nisranija. Deżert tas‑Silenzju: Is‑skiet huwa għar‑riċettività u r‑rispons amikevoli għall‑modi kollha li Alla jagħżel biex jimmanifesta lilu nnifsu lilna. Imma s‑silenzju huwa wkoll imħabba, attenzjoni u riċettività lejna nfusna stess. Li nifhmu u naċċettaw lilna nfusna stess. Jeħtieġ is‑skiet biex inkunu nafu l‑profondità tagħna stess, proprju fil‑qalba stess tal‑eżistenza u esseri tagħna. Forsi xi minn daqqiet, Alla jidher mhux biss assenti f ’ħajjitna, imma wkoll li warrabna, ċaħadna u abbandunana. It‑talb biex nirbħu fuq dawn is‑sentimenti jikkonfronta l‑kunċett u d‑dubji tagħna dwar in‑nuqqas tal‑Preżenza t’Alla. Madanakollu,

is‑silenzju traxxendentali t’Alla jinkludi wkoll u żgur il‑preżenza ta’ qrubija Divina li tieħu ħsiebna dejjem. Kif nista’ ngħaddi mir‑reżistenza għall‑aċċettazzjoni? Nilmenta u ngerger bħal‑Lhud li qegħdin ifittxu l‑Art Imwiegħda? Il‑fiduċja tieghi f ’Alla tirbaħ fuq il‑biżgħat tal‑vojt u l‑baħħ f ’ħajti? Deżerti ta’ Żminijietna: Deżerti ta’ ġid u sinjurija, regħba u eġoiżmu. Deżerti ta’ sfidi u biża’. Deżerti ta’ nkwiet, tensjoni, eżilju u gwerer. Deżerti ta’ faqar u wġigħ. Deżerti ta’ nies bil‑ġuħ u ta’ bla saqaf fuq rashom, u b’nuqqas ta’ ħtiġijiet meħtieġa għall‑ħajja. Deżerti ta’ problemi ta’ saħħa, dgħufija tal‑ġisem u mard. Dawn huma xi wħud mid‑deżerti li taf toffrilna din id‑dinja. Jalla ż‑żmien u l‑esperjenza spiritwali ta’ dan ir‑Randan tbiddilna, tgħinna nilqgħu

dawn id‑deżerti, tgħinna nidentifikaw ruħna ma’ Kristu Msallab, u ġġibilna qalbna tiffjorixxi bis‑sħiħ fi Żmien l‑Għid u matul ħajjitna kollha. Il‑Ferħ tal‑Ħajja: Il‑ferħ veru tal‑ħajja qiegħed f ’li tgħixha u tagħmel affarijiet ta’ siwi, f ’li ddawwal u tħalli l‑frott f ’kull rokna u aspett tad‑deżerti tad‑dinja. Li tiffaċċja d‑diffikultajiet u l‑problemi, tagħrafhom, tikkontrollahom u tipprova ssolvihom biex hekk fl‑aħħar toħroġ rebbieħ fuqhom. Li tagħmel veru dak li darba kien falz, u dak li darba kien morr tagħmlu ħelu. Għax int biss taf x’ferħ kbir iġġarrab meta minn ftit ħamrija xotta u mitluqa inti jirnexxilek tagħmel art fertili u għammiela li tagħtik ħafna frott bnin, bil‑wisq u wisq itjeb, isbaħ u utli minn meta inti bdejt taħdimha! Kemm għalik kif ukoll għal ħaddieħor.  (ikompli fil‑ħarġa li jmiss)

31


Marzu 2021

SAN ĠUŻEPP – PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM

Il‑150 Sena tal‑Patronċinju ta’ San Ġużepp fuq il‑Knisja Universali

B

illi din is‑ sena jaħbat għeluq il‑150 sena minn meta San Ġużepp ġie maħtur Patrun tal‑Knisja, jixraq li ngħidu xi ħaġa fuqu billi fil‑gżejjer tagħna hawn ħafna devozzjoni lejh. Tajjeb ngħidu li fil‑bidu tal‑Pontifikat tal‑Papa Piju IX, fl‑10 ta’ Settembru 1847, huwa kien poġġa t‑tielet Ħadd ta’ wara l‑Għid biex issir il‑festa tal‑Patroċinju ta’ San Ġużepp. Waqt taħdita li kien għamel fl‑1854, huwa kien wera li San Ġużepp kien it‑tama l‑aktar ċerta għall‑Knisja wara l‑Verġni Mqaddsa Marija, u għalhekk fit‑8 ta’ Diċembru 1870, huwa ħatar lil San Ġużepp bħala l‑Patrun tal‑Knisja Universali u għolla l‑festa tiegħu tad‑19 ta’ Marzu bi grad liturġiku ta’ Solennità.

Fl‑1870, sewwa sew meta l‑Papa Piju IX ipproklama lil San Ġużepp Patrun Universali tal‑Knisja, saret l‑istatwa ta’ San Ġużepp f’Ħaż‑Żebbuġ, xogħol ta’ Ġlormu Darmanin.

salvazzjoni t’Alla għalina; kien ubbidjenti għar‑rieda t’Alla; kellu mħabba Ftit nafu dwar San Ġużepp għal‑Liġi u t‑twettiq tagħha; ħlief li kien min‑nisel ta’ wera ħniena u qawwa fi David li kien meħtieġ sabiex żminijiet ta’ prova; kellu Ġesù jkun legalment mid‑dar mħabba safja lejn il‑Verġni ta’ David biex titwettaq Mqaddsa Marija u eżerċita l‑Iskrittura. Lanqas biss l‑awtorità paterna tiegħu billi nafu fejn twieled; però dak ħa ħsiebha. Huwa għalhekk li huwa l‑iktar importanti eżempju veru ta’ għajxien għalina huwa l‑eżempju li Nisrani. Il‑Vanġelu jgħid li ħallielna San Ġużepp. Kien San Ġużepp kien mill‑familja bniedem ta’ fidi li kellu ta’ David li minnu kellu jiġi l‑irwol tiegħu fil‑pjan ta’ il‑Messija. It‑ tradizzjoni 32

tgħidilna li Ġużeppi kien xwejjah meta tgħarras lil Marija. Dan bl‑iskop li ssir enfasi fuq il‑verġinità ta’ Marija minn raġel qaddis u xwejjaħ. Il‑Liġi Lhudija kienet tgħid li xebba Lhudija kienet ġeneralment titgħarras meta jkollha 14‑il sena u tkun lesta għaż‑żwieġ. L‑irġiel ġeneralment kienu jiżżewġu bejn il‑25 u t‑30 sena. L‑għerusija kienet ddum bejn disa’ xhur u sena. Fl‑aħħar tal‑għerusija,


Marzu 2021

# MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021 l‑għarus kien iħejji d‑dar fl‑ewwel sekli, imma li dwar it‑tnissil verġinali għall‑għarusa u jagħti d‑dota aktarx kienu osservati fi ta’ Ġesù f ’Marija. Infatti lill‑missier l‑għarusa. żmien Marija, iż‑żwieġ kien nsibu dan il‑kliem: “Ħa lil isir fil‑ġurnata tal‑Erbgħa, martu għandu. Imma baqa’ It‑tħabbira tal‑anġlu ġrat meta l‑għarusa tkun verġni, m’għarafhiex sakemm kellha f ’dan iż‑żmien ta’ għerusija bħalma kienet Marija u iben.” (Mt. 1:25) Kliem u ġrat f ’Nazaret fejn kien isir nhar ta’ Ġimgħa l‑Evanġelista donnu jfisser li Ġużeppi kellu l‑ħanut ta’ jekk l‑għarusa tkun armla. l‑verġinità ta’ Marija baqgħet mastrudaxxa. biss sat‑twelid ta’ Wara li l‑anġlu Ġesù. Ommna ħabbar lil Marija il‑Knisja dejjem li kellha tkun żammet li Marija Omm Alla, hi kienet u baqgħet ħalliet Nazaret dejjem verġni u marret tgħin wkoll fit‑twelid lill‑qariba tagħha u wara t‑twelid Eliżabetta li ta’ Ġesù, u li kellha f ’ġufha San Ġużepp ħa lil Ġwanni ħsieb dejjem l‑Battista. Meta il‑verġinità t‑twelid ta’ Ġesù tagħha. Meta beda joqrob, fil‑Vanġelu Marija reġgħet jissemmew ħut lura minn Għajn Ġesù, dawn kienu Karim għal qraba ta’ Ġesù Nazaret. Kienet u mhux ulied tidher li t‑tarbija Marija. Fil‑Bibbja kienet waslet l‑kliem ‘eos ou’ biex titwieled (bil‑Grieg) u ‘ad u Ġużeppi ik’ (bil‑Lhudi), tħawwad. Ħafna ‘sakemm’ għandu għorrief jgħidu biss referenza Pittura ta’ San Ġużepp ta’ Giuseppe Calì. li Marija kienet għall‑imgħoddi qaltlu li kien se jkollha Ir‑raġuni ta’ dan kollu kienet u mhux għall‑futur, jiġifieri tarbija bil‑ħidma tal‑Ispirtu li jekk l‑għarus isib li martu li ma jfissirx li wara t‑twelid s‑Santu u Ġużeppi ma ħassux ma kinitx verġni, l‑għada ta’ Ġesù s‑sitwazzjoni denn jissieħeb mal‑misteru l‑Ħamis il‑jum li fih kien nbidlet u li San Ġużepp tal‑inkarnazzjoni. Huwa jiltaqa’ mas‑Sanhadrin, kellu x’jaqsam ma’ Marija. beda jiddubita jekk jitlaqhiex huwa kien jixli lil martu li Anke fit‑Testment il‑Qadim u għalhekk Ġużeppi kellu daħqet bih u jiġi meħlus miż‑ naqraw li Mikol, mart David, ħolma biex jobdi r‑rieda żwieġ. Naqraw fil‑Vanġelu ma kellhiex tfal sakemm t’Alla u jieħu lil Marija ta’ San Mattew li Ġużeppi mietet. Kliem li ma jfissirx li f ’daru. Mil‑liġijiet miktubin kellu ħolma mill‑anġlu kellha wlied wara li mietet. 33


Marzu 2021

SAN ĠUŻEPP – PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM

qaddisa kif kienu Ġużeppi u Marija. Fuq kollox nafu li Marija kienet tifla unika, kif jidher li kienet, u għalhekk kienet mitluba bil‑liġi li tiżżewweġ. Bosta studjużi ma jaqblux ma’ din l‑opinjoni u jgħidu li Marija qatt ma ħasbet li tibqa’ verġni fiż‑żwieġ, Kwadru ta’ San Ġużepp meqjum fil‑Kunvent tal‑Karmnu l‑Balluta.. iżda ddeċidiet li tibqa’ Ħafna għorrief tal‑Knisja verġni biex togħġob lil jgħidu li Marija kellha l‑vot Alla minħabba s‑saltna tal‑verġinità qabel it‑tħabbira tas‑smewwiet. Jekk dan tal‑anġlu biex issir Omm huwa minnu, San Ġużepp Alla. Jekk dan huwa minnu, għamel bħalma għamlet San Ġużepp kellu d‑dmir Marija. Fiż‑żewġ opinjonijiet u l‑jedd li jkun jaf b’dan. li semmejna Ġużeppi wera Għalhekk kellu wkoll jieħu l‑qdusija kbira tiegħu. Il‑Vanġelu ma jgħidilna sehem fih u jibqa’ verġni xejn dwar meta miet u huwa wkoll. Fit‑Testment il‑Qadim u fi żmien Marija, fejn miet Ġużeppi. Insibu ħafna tradizzjonijiet u wegħdiet bħal dawn ma kinux isiru. Kull xebba suppożizzjonijiet. Jingħad li huwa miet f ’Nazaret u Lhudija kienet tixtieq li ssir omm. U jekk Marija għamlet aktarx miet qabel ma’ Ġesù il‑vot tal‑verġinità għalfejn beda l‑ministeru pubbliku tiegħu, għax meta l‑Vanġelu kienet ser tiżżewweġ? Għal dan, dawk li jgħidu li Marija jitkellem dwar meta Ommu u ħutu marru jfittxuh kellha l‑vot tal‑verġinità f ’Kafernahum, ma jsemmi jwieġbu li m’għandniex nqisuha bħala ħaġa kbira li xejn dwar Ġużeppi. Hemm Alla jagħti ispirazzjonijiet kitba Apokrafa li tgħid li Ġesù assista lil missieru waqt erojċi u speċjali lill‑erwieħ 34

il‑mewt tiegħu, iżda dan ma nistgħux noqogħdu fuqu.

Nagħlqu dan l‑artiklu b’din it‑talba lil San Ġużepp li kien kiteb Papa San Ġwanni Pawlu II.

O San Ġużepp, bik u permezz tiegħek, aħna nbierku lill‑Mulej. Huwa għażlek minn fost l‑irġiel kollha biex tkun ir‑raġel kast ta’ Marija, dak li qagħad fuq l‑għatba tal‑misteru tal‑maternità tagħha, u li warajha laqa’ din il‑maternità bil‑fidi bħala opra tal‑Ispirtu s‑Santu. Inti tajt lil Ġesù l‑paternità legali mill‑familja ta’ David. Inti li ħarist bla heda u


Marzu 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

bl‑akbar għożża kemm lill‑Omm kif ukoll lill‑Iben biex ħajjithom kienet dejjem fiż‑żgur u biex il‑missjoni tagħhom setgħet titwettaq bla xkiel. Ġesù Salvatur ried jissottometti lilu nnifsu lejk bħalma jagħmel kull tifel tul it‑tfulija u l‑adoloxxenza tiegħu, u rċieva mingħandek it‑tagħlim tal‑ħajja umana, filwaqt li inti qsamt miegħu l‑ħajja tiegħu fl‑adorazzjoni tal‑misteru tiegħu. Inti issa qiegħed biswitu, u għaldaqstant nitolbuk biex tkompli tipproteġi l‑Knisja kollha, il‑familja li twieldet mis‑salvazzjoni li ġabilna Ġesù. Aħseb fil‑bżonnijiet spiritwali u materjali ta’ dawk kollha li jirrikorru għall‑interċessjoni tiegħek.

Statwa ta' San Ġużepp miqjuma fil‑Knisja Parrokjali taż‑Żejtun.

Ftakar fil‑familji u b’mod partikolari fil‑fqar: bis‑saħħa tiegħek huma żgur li jsibu ruħhom taħt il‑ħarsa ta’

Marija u f ’ idejn Ġesù li jidħol għalihom. Ammen. 

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Marzu 2021

FOKAĊĊA MIL‑LIGURJA

Metodu: • Ġo skutella kbira ħawwad flimkien id‑dqiq, iz‑zokkor, il‑ħmira u l‑melħ.

X’għandek bżonn: Għall‑għaġina

• 250 gramma dqiq mgħarbul • 30 gramma zokkor kaster • 5 grammi ħmira xotta • Nofs kuċċarina melħ fin • Bajda mħabbta • 40 millilitru butir imdewweb • 130 millilitru ħalib Għall‑wiċċ

• 250 gramma mozzarella mqattgħa roti roti • Bajda mħabbta • 2 mgħaref butir artab • Nofs kuċċarina melħ fin • Mgħarfa żejt • 2 mgħaref basal aħdar imqatta’ fin • Bżar iswed mitħun

• Żid il‑bajda, il‑butir u l‑ħalib, u ħawwad sew bi mgħarfa tal‑injam sakemm tifforma għaġina. • Għatti l‑għaġina bil‑kling film u ħalliha madwar siegħa sa ma’ togħla. • Sadanittant, ġo skutella żgħira ħawwad flimkien il‑butir, il‑melħ, iż‑żejt u l‑basal. • Iftaħ l‑għaġina u b’sikkina taqta’ agħmel sinjali vertikali u orizzontali kemm kemm fondi biex tifforma bħal gradilja. • Idlek l‑għagina bil‑bajda u wara bit‑taħlita tal‑butir. • Ippostja r‑roti tal‑mozzarella fil‑linji tal‑gradilja u ferrex ftit bżar iswed. • Sajjar f ’forn moderat għal madwar 25 minuta sa ma jiħmar il‑wiċċ u tinħall il‑mozzarella.

BUON APPETITO (L‑ikla t‑tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


Marzu 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9.00am u s‑1pm u bejn l‑4.00pm u s‑7.00pm. Is‑Sibt bejn id‑9.00am u s‑1.00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’ 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328

37


KOMPETIZZJONI ‑ MARZU 2021

Marzu 2021

LOGĦBA BIN‑NUMRI Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri b’tali mod li t‑tliet sommiet vertikali u t‑tliet sommiet orizzontali jaqblu man‑numri tat‑truf. Waħda minnhom hija lesta biex tgħinek. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

5 +

‑

2 ÷ 3 = 1 + x x ‑ = 66 ÷ x ‑ ‑ ‑ = 2 = = = 2 10 14

Isem u Kunjom: __________________________________________________________________________________ Indirizz:_________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: ________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Jannar 2021: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Frances Vassallo mis‑Siġġiewi. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

7 ‑ 6 + 8 = 9 + + ‑ 1 + 5 x 3 = 18 + + ‑ 9 + 4 x 2 = 26 = = = 17 15 3

Nitbissmu ftit:

Karmenu: Ħajti ma baqgħetx l‑istess minn mindu kelli l‑inċident. Salvu: X’inċident hu? Karmenu: Dak li subgħajja weħel fiċ‑ċurkett tat‑tieġ! 38

Pamela: Għall‑inqas stedinni darba għal ikla f’restorant! Robert: Jien ma noħroġx ma’ nisa miżżewġin. Pamela: Imma jien martek! Robert: Ma nagħmilx eċċezzjonijiet.


Marzu 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Eżempji sbieħ

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 17 ta’ Diċembru 2020 Antonia Vella mix‑Xewkija • 6 ta' Jannar 2021 Vincent Falzon mill‑Belt Valletta • 9 ta' Jannar 2021 Dorianne Formston mill‑Belt Valletta • 19 ta’ Jannar 2021 Nicholas Falzon minn Raħal Ġdid • 26 ta’ Jannar 2021 Polly Bezzina mill‑Ħamrun. Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Salvina Desira, Kolina Mizzi u diversi nies oħra minn Ħal Għaxaq. Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. • Grazzi wkoll lil Tereża u Manwela Muscat minn Ħal Għargħur li taw donazzjoni ta’ €350 minn bejgħ ta’ pjanti u oġġetti oħra. • Grazzi wkoll lil Mary Caruana li tat donazzjoni ta’ €50, lil Victor Tal‑Ghana li ta donazzjoni ta’ €100 u lil Emanuel Zammit ta’ Barbetta Bakery li ta donazzjoni ta’ €160, ilkoll miż‑Żejtun. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni.

Missio Malta • Missio Tfal 39


Marzu 2021

Missio Malta għadu kif nieda websajt ġdida. Fiha ssibu ħafna informazzjoni dwar il‑missjoni, il‑missjunarji, proġetti li twettqu u qed jitwettqu, animazzjoni missjunarja, attivitajiet u ħafna aktar.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

www.missio.org.mt

40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Marzu 2021 by Missio Malta - Issuu