Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios IS‑SIBT 11 TA’ MARZU 2023 mill‑11am sal‑11pm IL‑LINJI HUMA MIFTUĦIN 5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99 92 sena ħidma għall‑missjoni VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien. #ilmissioint għal donazzjoni www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex Grazzi tad‑donazzjoni tagħkom | | 7 | 7 02 Min Kien Missier San Ġużepp? 08 Patri Avertan Fenech 12 Għinna Ngħinu 28 Bini Ta’ Klassijiet Ġodda NEWSPAPER POST Marzu 2023 SENA 91
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju],
7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm
Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm
Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272
Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066.
Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm
BORD EDITORJALI
Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)
Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia
Websajt u Facebook: missiomalta
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi u Noel Attard
Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar.
L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja.
Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.
Abbonament għal sena €10.00
2 Editorjal
4 Messaġġ Mid-Direttur
6 Intenzjoni Missjunarja
Min Kien Missier San Ġużepp?
Tradizzjonalment, il‑Knisja Kattolika dejjem żammet lil San Ġwakkin u Sant’Anna bħala l‑ġenituri tal‑Verġni Marija, però qatt ma ssemma xejn dwar il‑ġenituri ta’ San Ġużepp, il‑missier putattiv ta’ Ġesù. Bħal fil‑każ ta’ San Ġwakkin u Sant’Anna, ftit għandna dettalji fuq il‑ġenituri ta’ dak il‑bniedem li kellu jidher bħala missier Ġesù. Nafu fiż‑żgur li missier Ġużeppi, l‑għarus ta’ Marija kien jismu Ġakobb. Dan nafuh mill‑Evanġelju ta’ San Mattew (1:16), iżda fl‑Evanġelju ta’ San Luqa nsibu li missier Ġużeppi kien imsemmi Heli (3.23).
Ritratt tal‑faċċata:
Powster Uffiċjali Tal Maratona #hopemissiofest 2023
Allura, dan kif San Mattew jagħti isem u San Luqa jagħti isem ieħor? Din
F’din il‑ħarġa:
22
Tax-Xahar 24
Mill-Missjoni
Maratona Ta’ Tama 31
Dehriet Tal-Madonna
Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni U Ċajt 39 Nitolbu Għall-Mejtin Tagħna
8 Katekeżi 12 Għinna Ngħinu 16 Xhieda Missjunarja
Il-Qaddisa
Aħbarijiet
28
Poeżija 32
36 Riċetta
VO/1178
2 Marzu 2023 EDITORJAL – CLAUDIA CINI
San Ġużepp bilbastun bi fjuri filparti ta’
Pittura ta’ Jusepe de Riber
id‑diverġenza ġiegħlet lil xi studjużi tal‑Iskrittura jidħlu aktar fil‑fond dwar dan. L‑apoloġista Jimmy Atkins joffri spjegazzjoni li hija aċċettata minn diversi studjużi tal‑Bibbja, filwaqt li Julius Africanus, storiku Lhudi tat‑Tieni Seklu WK, jagħti informazzjoni mogħtija minn qraba ta’ Kristu f’dawk iż‑żminijiet. Dan jgħid li n‑nannu ta’ San Ġużepp, Matthan (imsemmi minn San Mattew) iżżewweġ mara jisimha Estha li kellha tifel li semmietu Ġakobb. Meta Matthan miet, Estha żżewġet qarib tiegħu jismu Melchi (imsemmi minn San Luqa) li taha tifel li semmieh Heli. B’hekk, Ġakobb, iben Matthan u Heli, iben Melchi, kienu aħwa
Talba Lil San Ġużepp
tar‑rispett. Heli miet bla ma kellu tfal, għalhekk Ġakobb iżżewweġ l‑armla ta’ Melchi u rabba lil Ġużeppi. B’hekk San Ġużepp, kien l‑iben bijoloġiku ta’ Ġakobb u iben Heli skont il‑liġi. Dan it‑tagħrif jinstab fl‑‘Ecclesiastical History’ ta’ Eusebius (1:6:7)
Hawn ta’ min iżomm quddiem għajnejh li l‑addozzjoni kienet komuni ħafna fil‑kultura Lhudija u din l‑addozzjoni kienet tidħol ukoll fl‑arblu tar‑razza. Għalhekk, waqt li persuna tidħol f’arblu tar‑razza partikolari, jekk il‑persuna tiġi addottata, tista’ tidher ukoll f’arblu tar‑razza ieħor.
O Mqaddes Ġużeppi, fil‑hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru u b’tama qawwija nsejħu l‑patroċinju tiegħek, wara dak tal‑Għarusa Mqaddsa tiegħek.
Mela f’ġieħ dik ir‑rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max‑Xebba bla tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l‑imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit‑tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il‑wirt għażiż, li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, u bis‑setgħa u bl‑għajnuna tiegħek tidħol għalina fil‑bżonnijiet tagħna.
Kif int, O Ġużeppi, kont taħseb f’din l‑art għall‑Familja Mqaddsa u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal‑familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, Missier ħanin, dawn il‑pesti ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imarrdu lid‑dinja. Ieqaf magħna mis‑smewwiet, f’din il‑gwerra li għandna mal‑qawwa tad‑dlamijiet, O Protettur qawwi tagħna. U kif darba ħlist mill‑mewt lill‑Bambin Ġesù, hekk issa ddefendi l‑Knisja Mqaddsa t’Alla mit‑tnassis tal‑għedewwa u minn kull hemm.
Xerred dejjem fuq kull wieħed u waħda minna l‑patroċinju tiegħek, sabiex bl‑eżempju u bl‑għajnuna tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba, u naqilgħu l‑hena ta’ dejjem ġewwa l‑ġenna
Ammen.
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023
Silta addattata mill‑fuljett Mater Dei.
fuq.
3 Marzu 2023
Kemm Lest/a Li Naħfer?
F’dan iż‑żmien qaddis tar‑Randan, il‑Knisja, aktar minn żminijiet oħra ta’ matul is‑sena, tħeġġiġna biex nidħlu daħla fina nfusna ħalli neżaminaw ir‑relazzjoni tagħna ma’ Alla u ma’ xulxin. Il‑konverżjoni tagħna ma tistax tintgħoġob u tkun milqugħa minn Alla jekk infittxu biss li nirranġaw r‑relazzjoni tagħna ma’ Alla u nieqfu hemm. Alla jitlob minna li nfittxu wkoll li nirranġaw ir‑relazzjonijiet ta’ bejnietna. Ma nistgħu qatt nitolbu lil Alla dak li m’aħniex lesti li noffru u nagħmlu ma’ xulxin.
Alla, fil‑ħniena tiegħu magħna, dejjem lest li jaħfrilna n‑nuqqasijiet kollha tagħna, għaliex l‑iben il‑waħdieni tiegħu, xerred demmu fuq is‑salib għall‑maħfra ta’ dnubietna mwettqa matul iż‑żminijiet
kollha (Mt. 26:28). Biżżejjed talba jew ġest żgħir ta’ ndiema biex Alla jagħtina l‑maħfra ta’ dnubietna. Ġesù ħafer lil wieħed li kien imsallab miegħu talli dan dawwar ħarstu lejh, filwaqt li bil‑ħniena talbu:
“Ġesù ftakar fija meta tidħol fis‑saltna tiegħek.” U Ġesù
fil‑pront wieġbu: “Tassew ngħidlek, illum tkun fil‑ġenna miegħi” (Lq. 23:42‑3). Iżda minkejja dan, Ġesù rabat il‑maħfra li dejjem lest li jagħti, ma’ kemm aħna lesti li naħfru lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor naqsuna. Fit‑talba tal‑Missierna, Ġesù kien ċar ħafna magħna, hekk li għallimna nitolbu:
“Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina” (Mt. 6:12). L‑ebda bniedem ma jista’ qatt
L‑Ikona tal‑Kruċifissjoni “Bejn iż‑Żewġ Ħallelin,” miktuba fl‑1711 minn Ioannis Moskos, hija kompożizzjoni multidimensjonali bbażata fuq xogħlijiet tal‑Punent. F’din il‑parti tal‑ikona s‑salib il‑kbir bl‑Imsallab huwa pproġettat fuq sfond tad‑deheb, filwaqt li madwaru jinfirex sħab iswed. San Dismas, fuq ix‑xellug, huwa inkurunat minn anġlu li jtir, wara li ġie mwiegħed id‑dħul fil‑Ġenna mill‑Mulej.
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
4 Marzu 2023
m’Alla. Ġesù, fil‑parabbola tal‑qaddej li ma riedx jaħfer, jurina li minkejja li wieħed mill‑qaddejja kellu jagħti lil sidu somma ta’ għaxart elef talent (madwar 200 000 sena xogħol), liema dejn qatt ma seta’ jħallsu lura, is‑sinjur ġietu ħniena minnu u ħafirlu dan id‑dejn kbir. Iżda mbagħad, dan il‑qaddej ma kienx lest li jaħfer lil sieħbu li kulma kellu jagħtih kien biss mitt dinar (mitt ġurnata xogħol). Hekk li mar xeħtu l‑ħabs sa ma jrodd kulma kellu jagħtih. Bir‑raġun kollu, is‑sinjur, xħin sema’ din il‑ġrajja
tnikket, filwaqt li qallu: “Ja qaddej ħażin, meta jiena ħfirtlek dak id‑dejn kollu, ma kienx imissek int ukoll
tħenn għal sieħbek kif ħennejt jien għalik?” Ġesù temm din il‑parabbola jgħid: “Hekk
jagħmel lilkom Missieri li hu fis‑smewwiet, jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom” (Mt. 18: 21‑35).
Il‑maħfra żgur li ma taqbilx
mal‑mentalità tagħna, hija tqila wisq biex nifhmuha u iżjed tqila biex nagħmluha. Jekk nitolbu lill‑Ispirtu s‑Santu, huwa jgħinna fin‑nuqqas ta’ ħila tagħna u jimlina bil‑kuraġġ u l‑qawwa biex naslu li naħfru lil xulxin minn qalbna.
Qegħdin fix‑xahar ta’ Marzu, xahar li sar sinonimu mal‑Maratona #hopeMissiofest, li din is‑sena se taħbat nhar is‑Sibt 11 ta’ Marzu, organizzata darba biss fis‑sena minn Missio Malta. Nixtieq nappella għall‑ġenerożità tagħkom biex inkunu nistgħu nwieġbu għal ħafna talbiet għall‑għajnuna mitluba minn ħafna nies li jgħixu fl‑artijiet tal‑missjoni. Aħna nippruvaw ngħinuhom biex jgħixu ħajjithom b’dinjità kif jistħoqqilhom. Jiena nixtieq li, filwaqt li nirringrazzjakom tal‑għajnuna tagħkom, hi kemm hi, nitlob lill‑Mulej ibierek lilkom u lill‑għeżież kollha tagħkom.
B’SMS ta’ €6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla għal sena skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkun qed titma’ 7 t’itfal għal ġurnata. DONAZZJONIJIET B’RIS Q IL‑MISSJONI sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99 B’SMS ta’ 6.99 tkun qed tixtri lkotba għal tifel jew tifla għal sena skolastika. B’SMS ta’ 2.33 tkun qed titma’ 7t itfal għal ġurnata. Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il-voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962 Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178) # MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023 iħallas ‘id‑dejn kbir’ tiegħu
5 Marzu 2023
Marzu 2023
Għall‑Vittmi tal‑Abbużi.
Nitolbu għal dawk
li sofrew abbuż
mill‑membri
tal‑Knisja, jalla
huma jsibu
fil‑Knisja stess
għajnuna konkreta għall‑uġigħ u
t‑tbatija li sofrew.
Nagħmlu ċara hawnhekk, li l‑abbużi li sofrew, sfortunatament ħutna, mhix
pjaga fil‑Knisja Kattolika biss, imma teżisti f’realtajiet u istituzzjonijiet oħra wkoll. U għalhekk f’dan ix‑xahar ta’ San Ġużepp, il‑Missier Putattiv ta’ Ġesù u l‑Għarus tal‑Immakulata, nitolbu u nkomplu ngħinu lil dawk il‑persuni li fil‑passat sofrew mill‑membri tal‑Knisja li suppost kienu l‑ħarriesa tagħhom.
Inkomplu nitolbu biex dawn
l‑abbużi ma jkomplux ukoll itappnu l‑ħajja familjari u ta’ dawk li huma ġenituri jew qraba tat‑tfal subien u bniet. Il‑Knisja Kattolika
qiegħda taħdem bla heda sabiex twettaq kull miżura u strutturi li jipproteġu liċ‑ċkejknin, u ma nħallux li dawn it‑tfal jaqgħu vittmi ta’ xi abbuż psikoloġiku u fiżiku. Għandna għalhekk, inkomplu naħdmu lkoll għalenija, u li nfittxu b’mod sinċier u determinat il‑ġid tal‑komunità, bi prijorità lejn il‑vittmi tal‑abbuż
f’kull sens. Quddiem
għajnejna għandna nżommu dejjem preżenti l‑uċuħ innoċenti taċ‑ċkejknin, waqt li niftakru fil‑kliem
ta’ Ġesù: “Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn
INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
6 Marzu 2023
dawn iċ‑ċkejknin li jemmnu fija, ikun aħjar għalih li jdendlulu m’għonqu ġebla
tat‑tħin minn dawk li jdawru l‑ħmir, u jgħarrquh f’qiegħ ta’ baħar. Ħażin għaliha
d‑dinja minħabba l‑iskandli!
Għax jeħtieġ li l‑iskandli jsiru, imma ħażin għalih dak il‑bniedem li minħabba fih isiru l‑iskandli” (Mt. 18:6‑7).
Il‑Knisja għalhekk, għandha
d‑dmir li toffri kull
għajnuna
meħtieġa billi tagħmel użu mill‑esperti f’dan il‑qasam u tgħin sabiex issir dejjem ġustizzja , billi tikkundanna dejjem l‑aggressuri u min‑naħa l‑oħra tfejjaq il‑ġrieħi kollha
BA Ż AR 92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn
sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023
ta’ dawk li huma vittmi ta’ xi abbuż.
7 Marzu 2023
L‑ Ispiritwalità Kristoloġika tal‑ Karmelitan Patri
Avertan Fenech
Diploma fil‑pjanu mill‑Victoria College of Music and Drama
ta’ Londra u fl‑2016
kiseb M.A. (Melit)
fl‑Ingliż (Modern and Contemporary Literature and Critirium) b’teżi jisimha: ‘According to Thy Word: The Modern Madonna in Early Twentieth and Twenty First Century English Literature’.
Fl‑2018, kiseb ukoll
l‑M.A. (Melit)
fl‑Ispiritwalità Karmelitana
jirkupraw mit‑tiġrib
tal‑mard tal‑faqar u jiksbu identità mill‑ħakma barranija. Din l‑inizjattiva wasslet biex Malta tikseb
kostituzzjoni fis‑sena 1921 u li jkollha rappreżentanza parlamentari għall‑ewwel darba. Il‑Knisja ħadmet ukoll biex taqdi lill‑poplu spiritwalment u soċjalment bl‑edukazzjoni, u b’benefiċċji oħra soċjali u spiritwali. F’dan l‑ambjent jibda jidher dan il‑patri eżemplari u mimli tjubija li nduna bil‑ħtiġijiet tal‑poplu u ddeċieda li jiddedika ħajtu kollha għall‑għemejjel ta’
Qabel ma nibda
r‑reċensjoni dwar dan il‑ktieb li
ħareġ bl‑ilsien Ingliż: ‘The Christological Spirituality of Father Avertan Fenech, Carmelite’, ikun xieraq li
ngħidu xi ħaġa dwar l‑awtur
tiegħu Warren James Borg
Ebejer li twieled fl‑1994, huwa membru tat‑Terz
Ordni Karmelitan u lekċerer
l‑MCAST. Fis‑sena 2012, għamel kors fit‑tagħlim
tal‑ilsien Ingliż bħala lsien
barrani (T.E.F.L) u kiseb
B.A Honours (Malta)
fl‑2015. Fl‑istess sena, rebaħ
b’riċerka fuq it‑teżi ‘Christ Our Perfection, The Christological Spirituality of Father Avertan Fenech, Carmelite’, ktieb ta’ 212‑il paġna li kien stampat minn
Edizioni Carmelitane
f’Ruma. Min jixtieq jixtri dan il‑ktieb jista’ jkellem
lil xi wieħed mill‑Patrijiet tal‑Kunvent tal‑Imdina.
Il‑bidu tal‑ktieb huwa dwar
il‑kontenut spiritwali, teologali u ekkleżjastiku
bejn is‑sena 1870 u s‑sena
1940, meta, f’dak iż‑żmien
il‑Maltin ippruvaw
ħniena , fl‑aspetti spiritwali u materjali. F’dak iż‑żmien, il‑Karmelitani Maltin stinkaw biex jiksbu għarfien tal‑identità reliġjuża tagħhom biex jagħtu bidu għall‑Provinċja ġdida li kienet twaqqfet fil‑31 ta’ Mejju 1892. Huma komplew jirsistu biex jimplimentaw l‑ispiritwalità tradizzjonali fil‑membri tagħhom u fil‑formazzjoni tan‑novizzi.
Il‑ktieb ikompli billi jsemmi ħajjet Patri Avertan li twieled il‑Mosta bl‑isem ta’ Luigi, fl‑10 ta’ Lulju 1871, iben Duminku Fenech u
KATEKEŻI – PATRI HERMANN DUNCAN O.Carm
8 Marzu 2023
Marija mwielda Attard. Il‑ġenituri tiegħu kienu nies fqar, xi ħaġa normali f’dawk iż‑żminijet diffiċli. Duminku kien jaħdem fil‑barrieri, filwaqt li Marija kienet seftura mas‑Sinjura
Tereża Grech. Duminku u Marija taw edukazzjoni
xierqa lil binhom Luigi biex jikseb pożizzjoni għolja jew inkella jsir saċerdot. Luigi attenda l‑iskola tal‑gvern ma’ tfal oħra tal‑qatgħa tiegħu, għax dak iż‑żmien it‑tfal tan‑nobbiltà Maltija biss
kienu jistudjaw ġo darhom minn għalliema privati. Meta kiber, Luigi daħal fl‑Ordni
Karmelitan għax kellu sejħa ġenwina. Għalkemm l‑Ingliżi mexxew Malta
mis‑sena 1800 sas‑sena 1964, it‑twemmin Kattoliku u l‑ħerqa reliġjuża ma battewx. Fil‑ftuħ tal‑Kanal ta’ Swejz, fis‑sena 1869, kellna żieda fil‑popolazzjoni u fil‑ġid
finanzjarju. Twaqqfu wkoll disa’ parroċċi f’Malta u erbgħa f’Għawdex. Meta Luigi beda jikber kien sar il‑Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Patri Avertan kien student minn tal‑bidu li ntbagħtu mill‑Belt Valletta għal San Ġiljan, ftit jiem wara li l‑kunvent kien inawgurat. Pietru Pawl Gatt kien novizz taħt Patri
Avertan. Wieħed ma jistax
iħalli barra lil Patri Xmun
Portelli li kien il‑konfessur tiegħu qabel mewtu. F’dak iż‑żmien, il‑Karmelitani bdew imorru bħala missjunarji fil‑Perù.
Il‑Kawża tal‑Beatifikazzjoni
bdiet fis‑sena 2017. Dawk in‑nies midħla ta’ Patri Avertan, jafu kemm kien patri umli u bniedem li jħobb it‑talb, għax il‑ġenituri tiegħu dejjem ħeġġewh biex jitlob bil‑ħerqa u jħobb il‑virtù. Huwa kien jieħu sehem kuljum fil‑quddies bħala tifel u kien iħobb jitlob ir‑Rużarju quddiem it‑Tabernaklu tal‑Bażilika tal‑Mosta, jew jgħid ir‑Rużarju taħt is‑siġra tal‑ħarrub. Waqt ir‑rikreazzjoni jew meta kien isiefer, kien isib ukoll
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023
Il‑vleġġa sewda turi lil Patri Avertan Fenech O.Carm.
Wieħed mill‑kotba ta' Patri Avertan dwar il‑Moralità u l‑Iskruplożità.
9 Marzu 2023
ħin biex jitlob. Meta tagħtu puplesija, li ħallietu ġo sodda, kien jipprova jitlob kif jista’ fit‑tbatija. Din il‑ħajja profonda ta’ talb tiġbed l‑attenzjoni mhux biss fit‑talb, iżda wkoll fir‑relazzjoni tiegħu m’Alla. It‑talb għalih kien ifisser att ta’ mħabba lejn Alla li dejjem wettaq bl‑aktar mod ta’ min jammirah. Huwa għaraf li l‑mixja tiegħu interjuri għall‑għaqda m’Alla setgħet issir bil‑professjoni tal‑kariżma kontemplattiva li twassal lir‑ruħ sabiex tagħraf l‑imħabba bla tarf t’Alla u tnissel xewqa li tħobb lura lil Alla billi tinħall minn dak kollu li huwa materjali. Kien bniedem li jippreferi s‑silenzju milli t‑tpaċpiċ
żejjed , u dejjem pront biex ifaħħar lill‑Imbierek u lil
ħutu l‑bnedmin. Kien iħobb
il‑meditazzjoni fuq Alla
u jagħmilha b’devozzjoni
kbira. It‑talb kien jgħinu
sabiex jinbena spiritwalment
u jfarrġu fi żmien it‑tbatija. Bħala Karmelitan, il‑Madonna ma kinitx biss is‑Sultana tiegħu, iżda kienet ukoll ommu u oħtu fil‑Karmelu li lejha kellu jħares bħala dixxiplu veru. Wettaq ir‑rieda t’Alla dejjem, sal‑aħħar żminijiet. Kien jaħseb fuq il‑kelma t’Alla skont ir‑Regola Karmelitana, u għaqqad it‑tbatijiet tiegħu ma’ ta’ Kristu, meta kien nieqes minn saħħtu. Kien ukoll missier u surmast tan‑novizzi fi żmien meta l‑Ordni, skont il‑Kapitlu Ġenerali tas‑sena 1902, kien qed jibża’ mit‑theddida tad‑dinja moderna li ntlaqtet mill‑ispirtu tad‑dinja. Dam għal sitta u għoxrin sena surmast, u kien apprezzat kemm mill‑istudenti kif ukoll mill‑ġenituri tagħhom, li mill‑ewwel għarfu fih potenzjal ta’ qdusija. Kien jieħu ħsieb lin‑novizzi meta kienu jimirdu, u kien jagħmel bosta
meditazzjonijiet, konferenzi u rtiri li wieħed isibhom miktubin f’pitazz. Kliemu kien meħud mill‑kliem ta’ Kristu, mill‑Iskrittura, mis‑Santi Padri u mid‑Dutturi tal‑Knisja. Aktar minn kitbietu, il‑ħajja ta’ virtù u umiltà kienet tinkuraġġihom biex jissagrifikaw ħajjithom ħalli jaqdu lil Alla u jgħinhom jimxu fit‑triq tal‑ġustizzja .
Kien saċerdot ta’ Kristu għax ikkonsagra lilu nnifsu lil
Alla. Kien dejjem jitqarben u kellu mħabba lejn l‑Ispirtu s‑Santu. Kien iħobb ħafna t‑teoloġija morali u dommatika.
Ġie ordnat saċerdot fil‑5 ta’ Lulju 1896, fil‑Kappella tal‑Palazz tal‑Isqof t’Għawdex minn Mons. Giovanni Camilleri OSA. Kien iqaddes b’ħerqa u b’devozzjoni kbira. Kien idum iqarar u jagħti direzzjoni spiritwali. Kien jagħti l‑karità lill‑fqar. Ma kienx jitkabbar fuq ħutu r‑reliġjużi u ħarab l‑unuri. Ġarrab it‑tbatija
b’rassenjazzjoni għar‑rieda
t’Alla meta kellu puplesija.
Bata bil‑mard u bil‑gwerra, iżda qatt ma tilef it‑tama
għax kellu natural ferrieħi.
Kien kewkba għall‑Ordni
Karmelitan Malti u għadda
għall‑ħajja ta’ dejjem fl‑1 ta’ Novembru 1943.
KATEKEŻI – PATRI HERMANN DUNCAN O.Carm
L‑għeluq tal‑proċess Djoċesan għall‑kawża tal‑beatifikazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech.
10 Marzu 2023
Ritratt: www.knisja.mt
RIEDA LI TAGĦTI
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.
Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.
Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023 www.adoptgrandparent.org Adopt a Grandparent Combat Loneliness MALTA POWERED BY Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001. Jien. Int. Aħna. Flimkien. POWERED BY Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Malta Social Impact Awards. AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien. 11 Marzu 2023
Għinna Ngħinu
Grupp ta’ Maltin li jirrappreżentaw lil Missio Malta, u li għandhom diversi professjonijiet li jvarjaw minn arkitettura, inġinerija, ‘carer’, parrukkier u professur tan‑nutrizzjoni, fost oħrajn, żaru l‑Filippini fi Frar li għadda mal‑qassis missjunarju u Assistent
Direttur ta’ Missio, Dun Victor Agius, li għex f’Tagaytay il‑Filippini għal madwar 40 sena.
Missio Malta flimkien mal‑grupp qed jappoġġjaw proġett ta’ razzett favur l‑ambjent kif ukoll il‑manutenzjoni ta’ dar
Help us Help !
A group of 12 Maltese volunteers led by Fr Victor Agius are going to the Philippines for a missionary experience. Missio together with this group are supporting the missionary projects of an eco farm and the repair of a formation house recently damaged by volcano eruption and typhoons.
Do your part and donate here!
We appreciate and thank you for generous contributions.
għas‑seminaristi li saritilha l‑ħsara bl‑iżbroff ta’ vulkan fl‑2021 u tifun li minnhom iseħħu diversi. Minħabba l‑kundizzjonijiet estremi tat‑temp, provvista tal‑ilma bilanċjata hija diffiċli biex tinżamm fir‑razzett, u għalhekk il‑provvista tal‑ikel mhix kostanti għan‑nies tal‑lokal. Bid‑donazzjonijiet ġenerużi tiegħek, ir‑razzett jista’ jiġi aġġornat sabiex ikollu strutturi b’saħħithom u sabiex jipprovdi l‑għodda meħtieġa ħalli jkun hemm sistemi tal‑ilma li jipprovdu provvista tal‑ilma kostanti u bilanċjata. Dan se jiżgura distribuzzjoni aktar bilanċjata tal‑ikel, u provvista ta’ ikel bnin u nutrittiv lin‑nies tal‑lokal u l‑komunitajiet. It‑tieni proġett se jiffoka fuq id‑dar tas‑seminaristi li hija ċentru għall‑formazzjoni tas‑seminaristi fl‑Asja. Din id‑dar tappoġġja lil‑lajċi fit‑tkabbir u l‑mixja spiritwali tagħhom. Bl‑appoġġ tagħkom, nistgħu flimkien ngħinu lill‑Filippini f’Tagaytay billi
jkollna razzett xieraq fejn ikunu jistgħu jkabbru l‑ikel tagħhom u jkollhom ukoll irranġata d‑dar tas‑seminarju tagħhom.
Fil‑15 ta’ Jannar, il‑knisja parrokkjali ta’ Sant’Anna f’Wied il‑Għajn, iċċelebrat il‑festa ta’ Santo Niño, festa tradi zzjonali Filippina li tfakkar l‑ewwel snin
Me You Us Together Missio (Missions Office) No. 7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171 ‑ Malta. Tel: 2123 6962 www.missio.org.mt Me You Us Together VO/1178 77236962
€10
5160 2036 ‑
12 Marzu 2023
ta’ Ġesù. Fl‑10:30am
saret purċissjoni, li hija wkoll tifkira tad‑dħul tal‑Kristjaneżmu
fil‑Filippini mill‑Ispanjoli, bl‑istatwa ta’ Santo Niño (Ġesù Bambin), segwita minn quddiesa bl‑Ingliż fil‑knisja parrokkjali. Wara, kien hemm programm żgħir ta’ attivitajiet, li inkluda ikel u żfin tradizzjonali mill‑komunità Filippina f’Malta. Waqt l‑attività, ġie esebit ix‑xogħol li
sar minn Missio Malta
fil‑Filippini, inkluż ir‑razzett favur l‑ambjent li se jkollu strutturi ġodda ta’ provvista tal‑ilma installati. Il‑grupp
ta’ missjunarji li vvjaġġaw
lejn il‑Filippini fil‑bidu
ta’ Frar, kienu preżenti
għall‑festa billi animaw
il‑quddies u wara offrew
kafejiet, tejiet u kejkijiet
għal donazzjonijiet b’risq
il‑komunità ta’ bdiewa, il‑proġett eko‑agrikolu u għajnuna fir‑rikostruzzjoni
ta’ dar tas‑seminaristi f’Tagaytay. Minbarra
Tagaytay, il‑grupp żar ukoll
il‑G żira Mindoro fejn jgħixu
l‑indiġeni Magnans, li matul is‑snin ittieħdu vantaġġi fuqhom f’diversi modi minn kolonizzaturi, min‑nies
tal‑lokal stess u fi żminijiet moderni minn kumpaniji tal‑qtugħ tas‑siġar. Il‑grupp
iltaqa’ magħhom sabiex jara kif jistgħu jiġu appoġġjati.
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5
Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36
Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48
Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60
Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:
€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż)
€2400 (l‑ispejjeż kollha)
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
Jew fuq: www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑ QALB
13 Marzu 2023 # MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023
Appell mill‑Missjoni
Dear Rev. Msgr Valentino Borg,
Greetings from Father Sebastian Remy from India. With the Lord’s grace and blessings, I convey my sincere prayers and wishes for all your associates.
Dear Father, I would like to place my humble request before your consideration. Please help me with some mass intentions, with some stipends for this year 2023. Spreading the Lord’s word and bringing back the people to church, as well as making them read the Gospel, have been carried out very effectively. With mercy take my humble request. Here I attach some photos of my work. Consider my work and your small contribution will be very useful to many people during this season of Christmas and New Year.
With
N.B. If interested to help, go to page 23 to fill in the form.
Prayers, Father Sebastian Remy Diocese of Dharmapuri
14 Marzu 2023
KALENDARJU 2023 Jinsab għall‑bejgħ mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta għall‑prezz ta’ €2. KALENDARJU 2023 NEWSPAPER POST Jien Int Aħna Flimkien VO/1178 FA I EPOHHT RAHC& I TY TFIG POHS Nru.7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328 Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’ Inħeġġukom tmexxu l‑kelma. Ordnijiet ta’ 20 kopja jew aktar jitwasslu b’xejn. www.missio.org.mt Jien Int Aħna Flimkien missiomalta us €17 - Ħanżir jipprovdi ikel u sors ta' dħul lill-familja. Rigali b’differenza IL-ĦADD IT-TNEJN IT-TLIETA L-ERBGĦA IL-ĦAMIS IL-ĠIMGĦA IS-SIBT Nitolbu għal dawk li soffrew abbuż mill‑membri tal‑Knisja, jalla huma jsibu fil‑Knisja stess għajnuna konkreta għall‑uġigħ u t‑tbatija li sofrew. Min iħobb ’l Alla li huwa mħabba, Alla jgħammar fih u huwa f’Alla. SanĠorġPreca Marzu 2023 S. Papa S.Agnese Boħimja Il‑Martrital‑Etjopja S. Każimiru It‑tieni tar‑Randan Roża Viterbo Feliċità Perpetwa S.Ġwannt’Alla S.Franġiska Ruma Elijatas‑SokkorsNievesMartri Il‑Martrita’Antokja Ħadd tar‑Randan S.Patrizju S.RodriguMartri ta’Zardgoza S. deMarillac t’Aquideria S.PatrizjuIsqof S.Ċirillu Ġerusalemm Ir‑raba’ tar‑Randan (S.Ġużepp) B.IppolitoGalantini AlfonsdeRojas Klement Von Galen S. Martri Katerinatal‑Iżvezja It‑Tħabbiratal‑Mulej Il‑ħames tar‑Randan S. S. Anton Patrizi S.Simplicusta’ Cassino Irene Ruma MarijaAddolorata (Jumil‑Ħelsien) 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31 www.missio.org.mt Jien Int Aħna Flimkien missiomalta follow Rigali b’differenza B’għotja ta’ €25 tkun qed tisponsorja 100 kuruna sempliċi li l-Afrikani tant iħobbu u jżommu mdendla ma’ għonqhom. IL-ĦADD IT-TNEJN IT-TLIETA L-ERBGĦA IL-ĦAMIS IL-ĠIMGĦA IS-SIBT Nitolbu sabiex il‑movimenti u l‑gruppi tal‑Knisja jiskopru l‑missjoni tal‑evanġelizzazzjoni kuljum, filwaqt li jpoġġu l‑kariżmi tagħhom għas‑servizz tal‑bżonnijiet fid‑dinja. Kristu Rxoxt jibqa’ juri
salvana. Mons. Joe Galea Curmi – 02/09/2018 Mejju 2023 ĠużeppĦaddiem S.Atanasjus S.FilippuuS.ĠakbuAppostli S.Florjanu B.GirgorBoleslaoFrackowiakMartri Duminku Il‑ħames Ħadd Il‑Madonna ta’ Pompej S.ĠorġPreca Antoninu S.Injazjuta’Laconi S.Pankrazju Il‑Madonna Fatima Is‑sitt Ħadd tal‑Għid(Juml‑Omm) Silvanu S.Margerita Cortina BaskalBaylon S.Ġwann Papa S.Ċelestinu Papa Bernardinu ta’ It‑Tlugħfis‑Sematal‑Mulej Rita Cassia William Perth S.MarijaMaddalenadePazzi Girgor Papa Filippu S. ta’Canterbury Għidil‑Ħamsin (Pentekoste) MarijaOmmil‑Knisja S.Ġovannad’Arco Il‑Viżitazzjonital‑Verġni 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31 # MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023 15 Marzu 2023
l‑pjagi fil‑ġisem glorjuż tiegħu, u jrid li aħna narawhom biex inkunu nafu b’liema mod
Separati fit‑Twelid, Tewmin
Jispiċċaw fl‑Istess Kunvent
kuġini, imma aktar jidhru tewmin!” Ġurnata waħda, fl‑età ta’ 10 snin, Gabrijella aċċidentalment semgħet konverżazzjoni tal‑familja u skopriet is‑sigriet tat‑twelid tagħha stess. Ftit tal‑ħin wara, Eliżabetta semgħet l‑aħbar; dakinhar stess tal‑ewwel tqarbina tagħha.
Nhar it‑23 ta’ Frar 1962, Ċeċilja welldet tewmin bniet. B’xorti ħażina, qatt ma kellha ċ‑ċans tiltaqa’ magħhom, għaliex mietet waqt il‑ħlas, minn kumplikazzjonijiet relatati maċ‑ċesarja li saritilha. Quddiem din is‑sitwazzjoni drammatika, il‑familja tal‑omm ma kellhiex għażla oħra ħlief li tissepara lit‑tewmin. Waħda kellha titrabba mill‑missier, filwaqt li l‑oħra ġ iet addottata minn zijitha li tiġi oħt l‑omm. B’dan il‑mod, l‑aħwa, Eliżabetta u Gabrijella, kienu rreġistrati uffiċjalment bħala kuġini.
Ġara li peress li t‑tewmin kienu jgħixu fi bliet ġirien, attendew l‑istess skola. Ħafna drabi kienu jkunu bilqiegħda ħdejn xulxin, fl‑ewwel filliera, minħabba l‑problemi
tal‑vista li jbatu t‑tnejn biha. Kienu jifhmu lil xulxin tajjeb ħafna, kienu jħobbu jilagħbu flimkien u ħafna drabi kienu jagħżlu l‑istess attivitajiet. Il‑gosti komuni tagħhom saħansitra kienu wkoll fil‑mod kif jilbsu, tant li ħafna drabi spiċċaw jagħżlu l‑istess żraben jew ilbiesi. Iż‑żewġ aħwa kienu jippreferu l‑klassijiet tar‑reliġjon u l‑irtiri spiritwali, milli jmorru xi ħruġ mal‑ħbieb tagħhom. Ta’ kull sena, f’Jum l‑Erwieħ Kollha, huma kienu juru l‑istess devozzjoni lejn it‑tradizzjoni li jżuru ċ‑ċimiterji. U kull sena, kull waħda minnhom kienet tmur mal‑familja tagħha biex titlob fuq il‑qabar ‘taz‑zija Ċeċilja’, mingħajr ma kienu jafu li kienet ommhom mejta. Tul tfulithom, Eliżabetta u Gabrijella spiss semgħu lin‑nies jgħidu: “Huma
Huma ddeskrivew dak li ġara hekk: “Il‑ħajja fil‑kampanja hija sabiħa, ħlief għall‑fatt li n‑nies huma lsienhom laxk. Ċertament, kien xokk terribbli għalina t‑tnejn, minkejja li fhimna li l‑intenzjonijiet tal‑ġenituri tagħna kienu tajbin, u li konna maħbubin ħafna.”
Bħala adoloxxenti, it‑tewmin ipparteċipaw b’mod regolari fi gruppi ta’ talb immexxija mis‑sorijiet tal‑kongregazzjoni reliġjuża tas‑Sorijiet
Ospitalari ta’ Santa Eliżabetta. It‑tnejn ħassew is‑sejħa għall‑ħajja reliġjuża. It‑tewmin iddiskutewha ħafna bejniethom din il‑ħaġa u attirati mill‑ispiritwalità tal‑kongregazzjoni, eventwalment iddeċidew li jidħlu flimkien mas‑Sorijiet ta’ Santa Eliżabetta. Id‑data kienet stabbilita.
XHIEDA MISSJUNARJA
16 Marzu 2023
Ritratt: Dominika Cicha ‑ ALETEIA
It‑Tlieta u l‑Ħamis fit‑8:30pm fuq ONE TV.
Preżentazzjoni - Robert Farrugia
Sewwieq tal‑Mutur - Stephen Formosa
Produzzjoni - Missio Malta
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġjati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu fi rħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi.
Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna.
Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek.
https://missio.org.mt/donate/projects/education‑training/dinja‑mutur/
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023
BY 17 Marzu 2023
POWERED
L‑unika ħaġa li fadal kien il‑mument delikat li jgħatu l‑aħbar lill‑ġenituri rispettivi tagħhom. Għal Eliżabetta, l‑affarijiet marru tajjeb ħafna. Missierha, (il‑missier bijoloġiku tat‑tewmin), taha l‑barka tiegħu. Però g ħal Gabrijella ġara l‑kuntrarju. Furjuż, missierha ħadilha l‑karta tal‑identità u pprojbixxieha milli toħroġ mid‑dar. Sena u nofs wara, Gabrijella ħarġet bi pjan biex terġa’ tingħaqad m’oħtha fil‑kunvent. Bl‑iskuża biex tmur iżżur lil Eliżabetta għal għeluq sninha, hija ħejjiet kollox biex toqgħod hemm b’mod permanenti. Dan kien
ferħ kbir għal Eliżabetta, iżda Gabrijella kellha ssofri li tkisser ir‑relazzjonijiet kollha mal‑ġenituri tagħha għal ftit tas‑snin.
Minn hawn beda żmien ta’ grazzja għaż‑żewġ aħwa. Kien żmien meta fl‑aħħar kienu flimkien u setgħu jimxu lejn Kristu spalla ma’ spalla. Ħames snin wara, it‑tnejn kienu lesti għall‑wegħdiet perpetwi tagħhom. Il‑ġenituri ta’ Gabrijella attendew għaċ‑ċerimonja fil‑kumpanija tal‑kappillan, u sa fl‑aħħar aċċettaw id‑deċiżjoni tagħha u tawha
l‑barka tagħhom. Kulħadd kien megħlub bl‑emozzjoni. Però għal Eliżabetta u Gabrijella, ma setax ikun mod ieħor għaliex saru jafu li meta mietet ommhom, waħda mis‑sorijiet tal‑komunità reliġjuża li ngħaqdu magħha, kienet qed iżżommilha jdejha. Huma jaħsbu li ommhom ħadmet mis‑sema għall‑vokazzjoni tagħhom. Dan il‑mod kif reġ għu ngħaqdu, din it‑triq komuni bħala novizzi u postulanti fil‑vokazzjoni tagħhom, qisuhom bħala l‑isbaħ rigal t’ommhom; rigal mibgħut mis‑sema!
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!
Kif
tgħin
fil‑missjoni:
tista’
lit‑tfal
€ 100 Pagament għall‑mediċina sabiex tikkura pazjenti infettati bl‑AIDS jew bil‑malarja
€ 300 Qfief mimlijin ikel għal 12‑il familja fqira
€ 2,500 Mutur għal katekist sabiex jilħaq nies f’żoni remoti
€ 17 2 porzjonijiet ross għal 130 tifel u tifla fit‑Tajlandja
€ 50 Programm ta’ ġimgħa edukazzjoni sportiva għal tfal f’Myanmar
XHIEDA MISSJUNARJA
18 Marzu 2023
Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP
Bis-saħħa tal-programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil-ħajja ta’ dawn it-tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.
Ibgħat id- donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il- Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Account No: 41474120039
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
Swift Code: APSBMTMT
Donazzjoni b’SMS
• 5061 7383 ‑ €2.33
• 5061 8998 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar
• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15
• 5180 2026 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 50011468005
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: VALLMTMT
www.missio.org.mt
Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’
ċempel: 2123 6962
Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
19 Marzu 2023
20 Marzu 2023 VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien.
“Li tagħti mhuwiex biss li tagħmel donazzjoni, imma li tagħmel differenza.”
Nazzjonijiet Uniti
In‑Nazzjonijiet Uniti hija organizzazzjoni intergovernattiva li l‑għanijiet ewlenin tagħha huma li żżomm il‑paċi u s‑sigurtà internazzjonali, tiżviluppa relazzjonijiet ta’ ħbiberija bejn in‑nazzjonijiet, tikseb kooperazzjoni internazzjonali u tkun ċentru għall‑armonizzazzjoni tal‑azzjonijiet tan‑nazzjonijiet. Hija l‑akbar u l‑aktar organizzazzjoni internazzjonali magħrufa fid‑dinja. In‑NU twaqqfet wara t‑Tieni Gwerra Dinjija bil‑għan li tipprevjeni gwerer dinjin futuri, wara l‑Lega tan‑Nazzjonijiet, li kienet ikkaratterizzata bħala ineffettiva.
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023 21 Marzu 2023
Santa Luċija Filippini
Luċija Filippini twieldet
fit‑13 ta’ Jannar 1672
f’Corneto‑Tarquinia
fit‑Toskana, l‑Italja. Kienet i ż‑żgħira minn ħames aħwa li sfaw iltiema f’età żgħira .
Meta Luċija kellha sitt snin
marret tgħix maz‑zijiet tagħha li bagħtuha l‑iskola tas‑Sorijiet Benedittini.
Il‑karriera tagħha bdiet meta l‑Kardinal Marcantonio
Barbarigo taha missjoni li twaqqaf skejjel għat‑tfajliet fqar. Din il‑missjoni wasslet għal missjoni oħra flimkien
ma’ Rosa Venerini, li waqqfu l‑‘Marcantonio Barbarigo
The Pious Teachers’, sabiex jingħataw taħriġ l‑għalliema għal dawn l‑iskejjel.
Dawn iż‑żgħażag ħ minn
Montefiascone kienu jiġu mħarrġa fis‑snajja’, bħall‑insiġ, rakkmu, qari u tagħlim reliġjuż. Tnax‑il sena wara, il‑Kardinal ħareġ regola bħala gwida għal Luċija u sħabha fil‑ħajja reliġjuża tagħhom. B’kollox Luċija waqqfet tnejn u ħamsin skola f’ħajjitha. Fl‑1707, Papa Klement XI bagħat għal Luċija f’Ruma biex
twaqqaf skejjel hemm ukoll. Parti mix‑xogħol tagħha u tal‑għalliema kien li jgħallmu fil‑klassijiet u jagħtu konferenzi għan‑nisa li riedu jitħarrġu fil‑fidi. Kienu jmexxu talb, meditazzjoni u xogħol ieħor. Luċija kienet tiffoka fuq l‑appostolat soċjali u kienet tħeġġeġ lill‑għalliema tagħha biex jieħdu ħsieb il‑bżonnijiet tal‑fqar u l‑morda. Il‑metodu tagħha ta’ tagħlim kien jiġbed ħafna attenzjoni minn kullimkien. Dan l‑appostolat kien ikun estensjoni tat‑tagħlim wara l‑lezzjoni. Kienet xhieda li dak li kienet tgħallem
IL‑QADDISA TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI 22 Marzu 2023
Promozzjoni tal Mara.
liż‑żgħażagħ, kienu jirrepetuh fid‑djar tagħhom u b’hekk kienu jsiru
għalliema daqshekk tajbin f’età żgħira .
Santa Luċija Filippini mietet bil‑kanċer fl‑1732 fl‑età ta’ 60 sena, f’Montefiascone.
Hija ġiet ikkanonizzata nhar it‑22 ta’ Ġunju tal‑1930. Il‑festa tagħha hija ċċelebrata fil‑25 ta’ Marzu.
Statwa tagħha tinsab f’niċċa fuq in‑naħa tax‑xellug tal‑entratura tal‑Bażilika ta’ San Pietru, f’Ruma.
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom:
Indirizz:
Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:
Tel:
N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.
Ritratti: pontificioistitutompf.it
23 Marzu 2023
Luċija Filippini mal prostituti.
“Is‑sitwazzjoni għadha imblokkata. Inkomplu nitolbu għal ħutna, filwaqt li nittamaw li l‑isforzi ta’ medjazzjoni jkunu ta’ suċċess biex jippermettu lill‑fidili jkomplu jgħixu fil‑paċi”, jgħid Mons. Jean Baptiste Tiama, Isqof ta’ Mopti, li jiddeskrivi s‑sitwazzjoni tal‑komunità Nisranija ta’ Douna fil‑parroċċa ta’ Barapireli fil‑Mali, bħala mhedda mill‑Ġiħadisti.
“Għal xi żmien ir‑raħal ta’ Douna kien mhedded mill‑Ġiħadisti . Fl‑4 ta’ Jannar, reġgħu rritornaw lejn ir‑raħal biex iġiegħlu liż‑żewġ komunitajiet Insara jagħlqu l‑knejjes”, tgħid stqarrija mid‑djoċesi ta’ Mopti. “Huwa pprojbit li jdoqqu l‑qniepen, idoqqu strumenti mużikali u jitolbu fil‑knejjes.
Li huwa aktar inkwetanti huwa li l‑Ġiħadisti qed jitolbu lill‑Insara biex jipprattikaw ir‑reliġjon Musulmana”, tenfasizza d‑djoċesi ta’ Mopti, filwaqt li tistieden lill‑fidili, “biex jipperseveraw fit‑talb biex jintgħelbu l‑forzi tal‑ħażen”.
Preċiżament fir‑reġjun ta’ Mopti, fiċ‑ċentru tal‑Mali, erbatax‑il suldat tal‑Mali nqatlu u ħdax indarbu fid‑9 ta’ Jannar fi ġlied mal‑Ġiħadisti. Min‑naħa tagħha, l‑armata Maljana ssostni li nnewtralizzat 31 terrorista. Il‑Mali ilu jbati mill‑vjolenza mwettqa minn diversi gruppi ta’ Ġiħadisti sa mill‑2012. Iċ‑ċentru tal‑pajjiż huwa wieħed mill‑bejtiet tal‑vjolenza li nfirxet fil‑pajjiżi ġirien, il‑Burkina Faso u n‑Niġer, u qed tinfirex lejn in‑Nofsinhar. 10 snin ilu, fil‑11 ta’ Jannar 2013, Franza nediet l‑Operazzjoni Serval biex timbotta l‑offensiva Ġiħadisti li heddet li tegħleb lill‑pajjiż. Issa s‑sitwazzjoni
nbidlet. Il‑kolp ta’ stat militari li ħatfu l‑poter f’rivoluzzjoni fl‑2020, segwiti mit‑tieni kolp ta’ stat fl‑2021, iddistakkaw lilhom infushom mill‑eks alleat Franċiż u l‑imsieħba tagħhom, u daru militarment u politikament lejn ir‑Russi. Il‑ġunta nediet operazzjoni ffukata fuq iċ‑ċentru tal‑Mali lejn l‑aħħar tal‑2021, u qalet li kienet ġiegħlet lill‑Ġiħadisti li kienu qed jaħarbu, jaħarbu. Madankollu, rapport mis‑Segretarju Ġenerali tan‑NU, ippreżentat lill‑Kunsill tas‑Sigurtà fid‑9 ta’ Jannar, jgħid li l‑kundizzjonijiet tas‑sigurtà komplew jiddeterjoraw bejn Ġunju u Diċembru tal‑2022 fiċ‑ċentru tas‑Saħel, partikolarment fil‑Burkina Faso u l‑Mali.
“Fil‑Mali, wara t‑tluq tal‑forzi internazzjonali, gruppi armati avvanzaw fil‑Lvant tal‑pajjiż u ħadu l‑kontroll ta’ żoni vasti tal‑fruntiera man‑Niġer,” jaqra r‑rapport.
IR‑RAĦAL TA’ DOUNA MHEDDED MILL‑ĠIĦADISTI
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA 24 Marzu 2023
APPELL GĦALL‑WAQFIEN MILL‑ĠLIED: IL‑PAĊI HIJA L‑AKBAR RIGAL
“Aħna nitolbu b’urġenza lill‑partijiet għall‑waqfien mill‑ġlied. Nitolbu li jwarrbu l‑armi u jfittxu soluzzjoni paċifika. Naraw ħafna nies ibatu u huwa meħtieġ li jinħolqu kurituri umanitarji f’żoni ta’ kriżi umanitarja estrema, li jippermettu lill‑organizzazzjonijiet kollha, lokali u barranin, biex jassistu nies spostati,” jgħid Joseph Kung, Kattoliku lajk minn Yangon, Myanmar (eks Burma), kap ta’ istitut universitarju privat, li jinterpreta s‑sentimenti u x‑xewqat tal‑Kattoliċi u ħafna ċittadini oħra ta’ konfessjonijiet oħra, fil‑pajjiż itturmentat minn kunflitt intern bejn l‑armata u l‑Forzi tad‑Difiża Popolari, imwieled wara l‑kolp ta’ stat.
Bħalissa, jinnota, hemm bżonn urġenti li tittaffa t‑tbatija tal‑miljuni ta’ nies li, f’ħafna żoni tal‑pajjiż, kienu sfurzati jaħarbu minn djarhom u jfittxu xelters prekarji. Għal din ir‑raġuni, l‑appell għall‑paċi mill‑popolazzjoni, eżawrita minn xhur ta’ kunflitt, huwa indirizzat lill‑Kunsill tal‑Amministrazzjoni tal‑Istat, jiġifieri lill‑ġunta militari fil‑poter, iżda wkoll lill‑Gvern tal‑Għaqda
Nazzjonali li jinsab fl‑eżilju u
lill‑Forzi tad‑Difiża Popolari. Ħafna fidili f’Burma qattgħu l‑istaġun tal‑Milied bħala nies spostati, f’kampijiet imwaqqfa mill‑parroċċi jew mill‑Karuna (kif tissejjaħ il‑Karitas f’Burma) jew imxerrda mal‑foresti, fejn huma kkampjati biex jibqgħu ‘l bogħod mill‑ġlied u jippreservaw il‑ħajja tal‑anzjani, nisa u tfal. It‑tensjoni u l‑biża’ jinħassu fuq kollox f’żoni fejn il‑kunflitti u l‑ġlied huma l‑aktar vjolenti, anke fi stati ta’ Burma abitati l‑aktar minn minoranzi etniċi Kristjani, bħal Kachin, Kayah, Karen u Chin. Ħafna drabi, l‑imgħammdin ifittxu konsolazzjoni u kenn fil‑knejjes, u jsibu merħba u solidarjetà. Iżda l‑knejjes u l‑iskejjel ġew affettwati wkoll. F’dan il‑kuntest ta’ vjolenza mifruxa, il‑Kattoliċi jiftakru fil‑vjaġġ ta’ Papa Franġisku f’Myanmar. Il‑Papa afda lill‑Knisja Kattolika ta’ Myanmar bil‑missjoni li ‘tibni l‑paċi u tfejjaq id‑dinja’. Filwaqt li jġorru din ir‑responsabbiltà u dan il‑mandat f’qalbhom, il‑fidili, magħqudin mar‑rgħajja tagħhom, jinvokaw l‑akbar rigal, li hu l‑paċi u jitolbu b’mod intens għall‑paċi.
Fil‑messaġġ tiegħu tal‑Ewwel
tas‑Sena, il‑Kardinal
Charles Maung Bo, Arċisqof ta’ Yangon u President tal‑Konferenza tal‑Isqfijiet ta’ Myanmar, għamel ukoll appell qawwi għall‑paċi, fejn ikkwota l‑kliem ta’ Papa
Franġisku: “Myanmar ġuħ għall‑paċi”. Skont ‘Myanmar Peace Monitor’ immexxi minn ħmistax‑il gazzetta
Burmiża indipendenti, magħquda fin‑netwerk
‘Burma News International’, il‑kunflitt ċivili f’Myanmar qed ikompli jiggrava jum wara l‑ieħor, filwaqt li l‑vjolenza u r‑ritalji mill‑armata Burmiża jkomplu. F’Diċembru 2022, il‑Kunsill tas‑Sigurtà tan‑Nazzjonijiet Uniti addotta l‑ewwel riżoluzzjoni tiegħu dwar Myanmar f’74 sena. Ir‑riżoluzzjoni tappella għat‑tmiem tal‑vjolenza u tħeġġeġ lill‑mexxejja militari tal‑pajjiż biex jeħilsu lill‑priġunieri politiċi kollha, inkluż il‑mexxejja eletta demokratikament, Aung San Suu Kyi.
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023
25 Marzu 2023
Ritratt: Agenzia Fides
Waqt l‑attakk tal‑Ħadd
15 ta’ Jannar fuq
il‑knisja Pentekostali
Eglise du Christ au Congo f’Kasindi, fir‑reġjun ta’ Beni (provinċja ta’ Kivu tat‑Tramuntana, fil‑Lvant tar‑Repubblika
Demokratika tal‑Kongo), qrib il‑fruntiera mal‑Uganda, il‑qawwiet
Kongoliżi qalu li kien att ta’ tpattija għad‑diżgrazzji li l‑armata kkaġunat fuq il‑Ġiħadisti . L‑isplużjoni ta’ apparat splussiv qatlet 10 persuni u weġġgħu 39 ruħ.
“Aħna arrestajna persuna ta’ nazzjonalità Kenjana li kienet involuta fl‑attakk,” qal il‑kelliem tal‑Forzi Armati tar‑Repubblika Demokratika tal‑Kongo, Antony Mualushayi. “Kien attakk minn terroristi tal‑ADF/ MTM li sofrew telf kbir ta’ vittmi f’idejn l‑FARDC f’diversi ġlidiet,” żied jgħid. “Qabel il‑bidu tas‑sena,” enfasizza l‑kelliem militari, “l‑armata regolari appellat lill‑popolazzjoni biex tagħti attenzjoni għall‑possibbiltà ta’ attakki, għaliex għandna
informazzjoni affidabbli li t‑terroristi qed jippreparaw attakki fuq insedjamenti ċivili fid‑dawl tat‑telf li sofrew. Ħadna miżuri ta’ sigurtà biex nipproteġu l‑popolazzjoni ċivili, madankollu, sfortunatament, it‑terroristi rnexxielhom iħawlu apparat splussiv improvizzat fil‑knisja f’Kasindi.” “Il‑popolazzjoni trid tkun taf li qed niffaċċjaw theddida terroristika, imma nitolbu lil kulħadd biex jibqa’ kalm u jkollu fidi fl‑armata”, temm jgħid.
Intant, l‑Istat Iżlamiku fl‑Afrika Ċentrali ħa r‑responsabbiltà għall‑attakk. “Ġellieda tal‑Istat Iżlamiku rnexxielhom iħawlu u jisplodu bomba fi knisja
Kristjana fil‑belt ta’ Kasindi,” qalet l‑organizzazzjoni
terroristika fi stqarrija
ppubblikata fuq l‑istazzjon Telegram, u saħqet li l‑attakk huwa, “evidenza ulterjuri tal‑falliment tal‑kampanji militari riċenti mill‑forzi
armati Kongoliżi u l‑alleati tagħhom biex jiżguraw is‑sigurtà tal‑Insara”.
ATTAKK IŻLAMIKU: ATT TA’ VENDETTA GĦAT‑TELF IMĠARRAB
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA 26 Marzu 2023
QASSIS MAQTUL KIESAĦ U BIERED
Zerbo nqatel minn irġiel armati mhux identifikati nhar it‑Tnejn 2 ta’ Jannar. Skont stqarrija ffirmata minn Mons. Prosper Bonaventure KY, Isqof ta’ Dédougou, il‑qassis ta’ 67 sena nqatel fir‑raħal ta’ Soro, fir‑reġjun ta’ Boucle du Mouhoun, fil‑Majjistral ta’ Burkina Faso.
Patri Jacques Yaro Zerbo
Qassis Kattoliku nqatel f’Burkina Faso, l‑Afrika. Patri Jacques Yaro
twieled fit‑28 ta’ Diċembru 1956 f’Kolongo, il‑Mali tal‑lum, u ġie ordnat saċerdot fid‑19 ta’ Lulju 1986 f’Dédougou. Ir‑reġjun Boucle du Mouhoun,
fil‑Majjistral tal‑pajjiż, huwa wieħed mir‑reġjuni l‑aktar milquta mit‑terroriżmu f’Burkina Faso. F’dan ir‑reġjun mill‑inqas 28 ċivili nqatlu fil‑lejl bejn il‑Ġimgħa 30 ta’ Diċembru u s‑Sibt 31 ta’ Diċembru 2022, bħala ‘ritaljazzjoni’ wara attakk ‘terroristiku’ fil‑belt ta’ Nouna, kapitali tal‑provinċja ta’ Kossi.
TFAL MISSJUNARJI
Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri.
Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq
Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023
Ritratt: Djoċesi ta’ Dédougou
27 Marzu 2023
Bini ta’ Klassijiet Ġodda
L‑Iskola Sekondarja San Tumas t’Akwinu f’Arusha, it‑Tanżanija, hija ‘boarding school’ li tilqa’ fiha żgħażagħ subien. Din l‑iskola, li tippartieni lill‑Arċidjoċesi Kattolika ta’ Arusha, bdiet tiżviluppa fis‑sena 1967 u aktar tard, fl‑1985, ġiet irreġistrata mal‑Ministeru tal‑Edukazzjoni. Il‑Patrijiet tal‑Ispirtu s‑Santu ġew fdati biex imexxu din l‑iskola li minnha s’issa ħarġu aktar minn 50 saċerdot, inkluż l‑Isqof Awżiljarju attwali tal‑Arċidjoċesi ta’ Arusha. Dan minbarra numru sabiħ
ta’ tobba, għalliema, periti, avukati, kif ukoll mexxejja politiċi, li lkoll kemm huma jservu fil‑komunitajiet rispettivi li jaqgħu taħt l‑arċidjoċesi.
Bħalissa t‑total ta’ għalliema u formaturi fl‑iskola huwa ta’ ħdax, li tlieta minnhom huma saċerdoti, filwaqt li n‑numru totali ta’ studenti huwa ta’ 280. Il‑viżjoni tal‑iskola hija li jkun hemm komunità ta’ żgħażagħ ikkultivati b’sens aktar profond ta’ dixxiplina u xogħol akkademiku eċċellenti.
L‑għan ewlieni tal‑iskola huwa li tgħin lill‑istudenti jagħrfu u jwieġbu għas‑sejħa vokazzjonali tagħhom skont l‑istat tal‑ħajja li jixraq lill‑karattru u l‑kariżmi tagħhom, permezz ta’ programm integrat li jqis il‑fiżika, l‑affettivi, l‑intelletwal, l‑iżvilupp soċjo‑kulturali u spiritwali tagħhom. L‑ambjent tal‑klassi huwa wieħed mill‑aktar fatturi importanti li jaffettwaw it‑tagħlim tal‑istudenti. Tali ambjent jipprovdi kontenut relevanti, għanijiet ta’ tagħlim ċari, opportunitajiet biex jibnu
MARATONA TA’ TAMA 28 Marzu 2023
L istat preżenti tal faċilitajiet tal Iskola Sekondarja San Tumas t’Akwinu f’Arusha, it‑Tanżanija.
ħiliet soċjali u strateġiji biex jgħinu lill‑istudenti jirnexxu.
Il‑klassijiet tal‑iskola, li nbnew fl‑1967, huma ta’ disinn arkitettoniku antik, u għalhekk hemm il‑ħtieġa għal klassijiet ġodda li jgħinu favur l‑impenn, il‑valutazzjonijiet formattivi u l‑metodoloġiji attivi tal‑istudenti. Il‑klassijiet eżistenti huma taħlita ta’ xogħol ta’ blokok tal‑konkos u strutturi b’qafas tal‑konkos li kollha jeħtieġu sostituzzjoni kbira u aktar moderna minn dawk eżistenti, li għandhom ’il fuq minn 53 sena. Bin‑nuqqas ta’ manutenzjoni xierqa matul is‑snin, bid‑disinn arkitettoniku antik, l‑għargħar matul l‑istaġuni tax‑xita, flimkien mat‑tnixxija tal‑ilma mis‑soqfa, ikkontribwew għad‑deterjorament ġenerali ta’ dawn il‑klassijiet. Il‑klassijiet ġodda meħtieġa se jkunu effettivi u effiċjenti, li jippermettu l‑aħjar kundizzjonijiet għat‑tagħlim li se jsir fihom, filwaqt li se jkunu wkoll impenjattivi u motivanti. Dan se jagħti lok għal użu aħjar tas‑sit. Il‑bini se jinbena b’materjali durabbli biex jitnaqqsu l‑ispejjeż tal‑manutenzjoni futuri. Se jkun hemm ukoll tnaqqis fid‑daqs tal‑klassijiet li se jirriżulta f’tagħlim aħjar.
Missio Malta se jkun qed jgħin finanzjarjament fil‑bini u l‑immodernizzar ta’ dawn il‑klassijiet f’din l‑iskola sekondarja. Bis‑saħħa ta’ dan, Missio mhux biss se jkun qed jgħin lill‑istudenti jkomplu bl‑edukazzjoni tagħhom u jaslu fejn jixtiequ, imma se jiġu milħuqa komunitajiet sħaħ għaliex l‑ulied, wara li jiggradwaw se jmorru lura jservu fil‑komunitajiet rispettivi tagħhom.
Din hija t‑tmien sena li Missio Malta qed jorganizza l‑Maratona #hopemissiofest, li din is‑sena se taħbat nhar is‑Sibt 11 ta’ Marzu. Matul is‑snin, bil‑fondi miġbura mill‑maratona, mill‑Ġurnata Missjunarja u minn diversi attivitajiet oħra li jiġu organizzati matul is‑sena, Missio rnexxielu
jisponsorja diversi proġetti. Dawn il‑proġetti huma mferrxin fil‑kontinenti kollha u jinkludu fost oħrajn, irziezet, skejjel, kliniki u spieri. Permezz ta’ dawn il‑proġetti qed jibbenefikaw komunitajiet sħaħ u mhux biss individwi. Din is‑sena Missio se jiffoka l‑għajnuna tiegħu fuq proġetti relatati mas‑saħħa u l‑edukazzjoni fit‑Tanżanija. Segwi l‑maratona fuq wieħed mill‑istazzjonijiet tat‑televiżjoni Maltin, bejn il‑11am u l‑11pm, fejn tista’ tikseb aktar informazzjoni, tisma’ u tara stejjer bħal din t’hawn fuq, u fl‑istess ħin tagħti d‑donazzjoni tiegħek. (Ara l‑faċċata tar‑rivista għal aktar tagħrif.)
Ċemplu, ċemplu, ċemplu! Grazzi mill‑qalb.
29 Marzu 2023
Imħabba Vera
Kont qed ngħum f’baħar imqalleb Sibt blata u ggranfajt magħha, Lanqas nemmen lili nnifsi Kif salvajt bis‑saħħa tagħha!
Kont għaddej fi dlam li jbeżża’ Piż fuq spallti kont inġorr, Il‑Mulej donnu nebbaħni Għax laqqagħni ma’ teżor!
Kont għaddej f’widien imħarbta U feġġet fjura sabiħa, Għamilt sforz u mort maġenbha Kollha ħlewwa tarmi l‑fwieħa!
Kont għaddej b’moħħi jberren
B’ras iebsa daqs il ħadid, Sa ma tfaċċa anġlu kustodju Li tani l ħajja mill ġdid!
Għażiża, inti l anġlu kustodju
Għax ħadt paċenzja bija, Għentni nsaħħaħ il karattru Tant li ktibtlek poeżija!
Paul Caruana
POEŻIJA 30 Marzu 2023
DMD Auto Parts
IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS
Tel: (+356) 27495752
Fax: (+356) 27495752
Mob: (+356) 99495752
Email: dmdautoparts@onvol.net
Website: www.dmdautoparts.com
A.N.G. BORG LTD. COFFEE DEALERS
Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm
Factory/Shop:
Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta
Tel: (00356) 2137 1626
E‑mail: gb864@go.net.mt
Web: www.kafeborg.com
facebook: Kafe Borg
Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918
St. Mary’s Bakery ...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702
31 Marzu 2023 # MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija
Santissima B ħala Missjunarja
It-Tnejn u G ħoxrin Parti
Id‑Dehra tal‑Madonna
f’Monte Berico, l‑Italja
Il‑belt ta’ Vicenza fl‑Italja nħakmet mill‑epidemija
ta’ pestilenza bejn is‑snin
1426 u 1428. Din kienet
il‑kawża ta’ ħafna mwiet
ta’ ċittadini f’din il‑belt, tant li l‑popolazzjoni ġiet deċimata. Jum minnhom, fis‑7 ta’ Marzu 1426, anzjana
ta’ 70 sena, Vincenza
Passini, kienet se tieħu l‑ikel lil żewġha Vinċenzo, li kien qiegħed jaħdem
fl‑għelieqi tiegħu tad‑dwieli, meta dehritilha l‑Verġni
Marija fi triqtha. Marija
Santissima qaltilha: “Jiena
l‑Verġni Marija, Omm
Kristu, li miet fuq is‑Salib
għas‑Salvazzjoni tal‑bnedmin
kollha. Nitolbok biex tmur
f’ismi għand in‑nies ta’
Vicenza u tgħidilhom li għandhom jibnu f’dan il‑post knisja f’ġieħi, jekk iridu jirkupraw saħħithom, inkella l‑pesta ma tiqafx.’’ Vincenza, għarkopptejha qaltilha: “Imma n‑nies mhux se jemmnuni. U fejn, O Omm glorjuża, se nsibu l‑flus biex nagħmlu dawn l‑affarijiet?” Il‑Verġni Marija weġbitha: “Inti għandek tinsisti biex il‑poplu jagħmel ir‑rieda tiegħi, inkella qatt ma jinħelsu mill‑pesta. Bħala prova ta’ dak li qed ngħidlek, għidilhom iħaffru hawn u mill‑blat joħroġ ilma ħaj. Hekk kif jibda l‑bini tal‑knisja, il‑flus mhux se jonqsu.”
Wara li qalet dan, Marija
Santissima ħadet fergħa u b’ċaqliqa grazzjuża, deher salib mal‑art. Fl‑aħħar hija ħawlet il‑fergħa fl‑art fejn illum hemm l‑artal maġġur tas‑santwarju. Il‑Madonna kompliet tgħidilha: “Dawk kollha li jżuru l‑knisja b’devozzjoni fil‑ġranet tal‑festa tiegħi u f’kull l‑ewwel Ħadd tax‑xahar, jingħataw abbundanza ta’ grazzji
u fejqan mill‑epidemija.”
Vincenza mill‑ewwel obdiet lill‑Madonna, u bdiet tgħid lil kulħadd dwar id‑dehra u dak li qaltilha l‑Madonna. Iżda malajr indunat li ħadd ma kien qiegħed jemminha. Saħansitra, anki l‑isqof tal‑post Pietro Emillani beda jiddubita minn dak li qalet Vincenza. Allura, kif kienet qalet il‑Madonna, il‑pesta baqgħet fil‑belt. Vincenza reġgħet bdiet il‑ħidma tagħha, wettqet għemejjel ta’ karità u fil‑jiem tal‑festa bdiet titla’ ta’ spiss fuq l‑għolja biex titlob
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
32 Marzu 2023
fil‑post fejn kienet dehret il‑Madonna. Fl‑1 t’Awwissu 1428, il‑Verġni Marija reġgħet dehret lil Vincenza. Hija tenniet it‑twissija u r‑rakkomandazzjoni preċedenti tagħha. Minħabba l‑konsegwenzi orribbli tal‑pesta, in‑nies iddeċidew li jibdew jemmnu
lil Vincenza u flimkien mal‑muniċipju tal‑post iddeċidew li jibnu wkoll
il‑knisja fuq il‑Muntanja Berico. Fil‑25 t’Awwissu nbeda l‑bini tal‑knisja li tlesta fi tliet xhur. Kif kienet wegħdet il‑Madonna, waqt li kienet qiegħda titħaffer l‑art, ħarġet kwantità meraviljuża u inkredibbli ta’
ilma, bħala nixxiegħa, tfur bħal xmara abbundanti li niżlet mill‑għoljiet b’ħoss kbir. Il‑pesta waqfet u l‑isqof għaraf id‑dehriet tal‑Madonna fuq il‑Muntanja Berico bħala awtentiċi.
Il‑Knisja nbniet u fiha tpoġġiet xbieha tal‑Madonna li ġiet inkurunata
mill‑Patrijarka ta’ Venezja, il‑Kardinal Giuseppe Sarto, li aktar tard sar Papa San Piju X. Fiż‑żjara tiegħu fil‑11 ta’ Jannar 1978, Papa
Pawlu VI ħabbar: “Nagħtu digriet li l‑Imqaddsa
Verġni Marija tiġi onorata bl‑isem ‘Il‑Madonna
tal‑Muntanja Berico’, u
minn issa ’l quddiem tkun tassew il‑patruna prinċipali, ħdejn Alla, tal‑belt u d‑djoċesi ta’ Vicenza.” Fit‑22 t’Awwissu, Papa Ġwanni Pawlu II bagħat messaġġ lill‑Patrijarka ta’ Venezja, fejn irrakkonta ż‑żjara tiegħu stess lill‑Madonna
tal‑Muntanja Berico: “Jien ukoll kelli l‑ferħ li nagħmel pellegrinaġġ fis‑Santwarju
tal‑Muntanja Berico fis‑7 u 8 ta’ Settembru 1991, biex nitlob lill‑Verġni Mbierka tbierek lin‑nies tal‑inħawi u turi lilha nnifisha bħala
l‑Omm tenera u providenti ta’ dawk li jbatu u dawk li jixxennqu għall‑ġustizzja u l‑paċi.”
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023 33 Marzu 2023
Is‑Santwarju tal Madonna ta’ Monte Berico.
Id‑Dehra tal‑Madonna
ta’ Lichen, il‑Polonja
Fis‑sena 1813, Marija
Santissima dehret lil Tomasx
Klossowski, suldat li kien mimdud f’għalqa midrub waqt il‑battalja ta’ Leipzig.
Tomasx kien ferut f’riġlu
l‑leminija u sofra ġerħa gravi f’rasu li ħallietu kważi mejjet fuq il‑kamp tal‑battalja.
Il‑Madonna fejqitu, u wegħditu li se jirkupra u jmur lura lejn il‑Polonja, wara li Tomasx tant talabha biex ma tħallihx imut f’art barranija. F’din id‑dehra, il‑Madonna kienet liebsa
kuruna, velu tad‑deheb u libsa ħamra. Hija kienet qed
iżżomm f’idha l‑leminija
ajkla bajda, is‑simbolu
tal‑Polonja. Il‑Madonna
talbitu biex isib stampa
li tixbahha u jagħmilha
magħrufa f’art twelidu.
Is‑suldat imfejjaq reġa’
lura lejn daru fil‑Polonja u beda jfittex stampa tixbah lill‑Madonna. Wara li dam
xi żmien ifittex, iddeċieda li jmur pellegrinaġġ bil‑mixi lejn Czestochowa għall‑festa tat‑twelid ta’ Marija Bambina fit‑8 ta’ Settembru 1836. Waqt li kien sejjer lura pajjiżu, fid‑9 ta’ Settembru, fir‑raħal ta’ Ligota nnota f’niċċa żgħira stampa żgħira li kienet imwaħħla ma’ siġra li kienet tixbah ħafna lill‑Madonna kif kienet dehritlu. Induna li dik l‑istampa kienet proprju dik li kien ilu jfittex u t‑talb tiegħu kien tabilħaqq mismugħ.
F’din l‑istampa hu qal li l‑Madonna kellha għajnejha nofshom magħluqa tħares ’l isfel lejn ajkla bajda b’ħarsa ta’ niket, iżda wiċċha kien mimli serenità, maestà, ġmiel, serħan il‑moħħ u tama. Fuq il‑mantell tad‑deheb kien hemm is‑simboli kollha tal‑passjoni ta’ binha Ġesù: il‑kuruna tax‑xewk, il‑frosti, l‑imsiemer u l‑lanza li daħlet fil‑kustat ta’ Kristu. Fuq ras ix‑xbieha tal‑Madonna kien hemm kuruna tad‑deheb bi skrizzjoni: “Reġina tal‑Polonja, agħtina l‑paċi.” Ħass li dik l‑istampa kienet tqiegħdet providenzjalment hemm proprju għalih. Huwa qala’ l‑istampa minn mas‑sigra u ħadha d‑dar.
Għall‑ewwel poġġa l‑istampa fid‑dar tiegħu, u kien
jitlob kuljum quddiemha u jagħtiha qima. Jingħad li x‑xbieha kienet tidher
tikbi kuljum, u Tomasx kien jixxottalha d‑dmugħ tagħha. Aktar tard huwa waħħal dik
l‑istampa ma’ siġra antika
tal‑arżnu fil‑foresta fil‑qrib, biex kull min kien jgħaddi minn hemm jieqaf u jitlob lill‑Madonna. Wara marda
qasira, fis‑7 t’Awwissu 1848, Tomasx Klossowski għamel mewta qaddisa. Fit‑13 ta’
Mejju 1850, il‑Verġni Marija wriet lilha nnifisha lir‑ragħaj
Mikolaj Sikatka li kien qed jirgħa l‑baqar ħdejn is‑siġra li Tomasx kien poġġa l‑istampa fuqha. Il‑Madonna qalet lil Mikolaj li f’dak il‑pajjiż kien se jkun hemm gwerra u epidemija tal‑kolera: “Meta jiġu ġranet iebsa, dawk in‑nies li jiġu quddiem din ix‑xbieha, jitolbu u jagħmlu penitenza, ma jmutux. Kull meta dan il‑ġens jiġi għandi u jitlob l‑għajnuna, jiena ngħinu, jien qatt ma nħalli dan in‑nazzjon, u nipproteġi dan il‑ġens. Se nżomm dan in‑nazzjon ma’ qalbi bħalma għamilt ma’ din l‑ajkla bajda. Ix‑xbieha għandha titqiegħed f’post aħjar, post aktar xieraq u tkun meqjuma pubblikament. Pellegrini minn madwar
il‑Polonja kollha se jiġu jqimu din l‑istampa u jsibu konsolazzjoni fl‑inkwiet tagħhom. Jiena nsaltan fuq
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
34 Marzu 2023
dan il‑ġens għal dejjem. Fuq dan il‑post se tinbena knisja mill‑isbaħ għall‑qima tiegħi. Jekk in‑nies ma jibnux din il‑knisja l‑anġli jibnuha.”
Dak li qalet l‑Omm qaddisa malajr sar realtà. Fl‑1852, bdiet l‑epidemija tal‑Kolera u bis‑saħħa tat‑talb quddiem
dik l‑istampa, in‑nies irċevew grazzji kbar u ħafna fejqan. In‑nies bnew il‑knisja kif kienet talbet il‑Madonna. Kull min kien imur f’din
il‑knisja u jitlob lill‑Madonna
waqt l‑epidemija tal‑Kolera
kien ifiq. Fid‑29 ta’
Settembru 1852, ix‑xbieha
ttieħdet fil‑knisja parrokkjali
ta’ Lichen u baqgħet hemm
sal‑2006. Il‑Kardinal Stefan
Wyszynski ta l‑permess
għall‑Inkurunazzjoni
Kanonika tax‑xbieha
tal‑Madonna
bl‑approvazzjoni ta’ Papa
Pawlu VI fil‑15 t’Awwssu
1967. Fl‑1994, beda l‑bini tas‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Lichen biex jilqa’ l‑għadd kbir ta’ pellegrini. Dan inbena b’tifkira u radd il‑ħajr lil Alla għall‑Elfejn Sena
Anniversarju mit‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Fis‑7 ta’ Ġunju 1999, Papa Ġwanni Pawlu II bierek is‑santwarju u kkonsagra
l‑akbar knisja fil‑Polonja. Fil‑fatt, dan is‑santwarju huwa s‑seba’ l‑akbar wieħed fl‑Ewropa u l‑ħdax l‑akbar fid‑dinja. Is‑santwarju huwa mmexxi mill‑Padri Marjani tal‑Immakulata Kunċizzjoni, li twaqqfu mill‑Beatu
Stanislaw Papczynski li kien ibbeatifikat f’dan l‑istess santwarju.
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio
(Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena
Aġġorna ruħek fuq id-Dinja Missjunarja. Abbona fir-Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar
Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet
Dan kollu għall-prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023 35 Marzu 2023
Is‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Lichen.
Ritratt:
TORTA TAL‑ĦAXIX
Mill‑Italja
X’għandek bżonn:
• 300 gramma dqiq tal‑għaġina mgħarbul
• 200 gramma butir imqatta’ żgħir
• 400 gramma rkotta
• 2 bajdiet imħabbta
• 50 gramma prinjol
• 50 gramma żbib
• 50 gramma zokkor
• Ftit melħ u ftit ilma kiesaħ
• Ftit fejġel, ftit salvja, ftit żagħfran u ftit ġinġer, kollha mqattgħin fin
• 3 mgħaref tursin frisk imqatta’
Jiena:
Indirizz:
Metodu:
• Ġo skutella ħallat flimkien id‑dqiq, il‑melħ u 125 gramma butir, farrak b’subgħajk u żid ftit ilma biex tifforma f’għaġina.
• Ħalli l‑għaġina tistrieħ fil‑friġġ għal siegħa.
• Ġo skutella żgħira ħallat flimkien it‑tursin, il‑fejġel, is‑salvja u l‑ġinġer.
• Ġo skutella oħra ħallat flimkien l‑irkotta, bajda waħda, iż‑żagħfran u ż‑żbib.
• Iftaħ l‑għaġina b’mod rettangolari u ferrex fuqha t‑taħlitiet tal‑irkotta u tat‑tursin.
• Irrumblaha bil‑mod, xarrab it‑trufijiet bl‑ilma u agħlaqha. Dawwarha għat‑tond, idlikha bil‑bajd u poġġiha f’turtiera tal‑forn midluka bil‑butir u mraxxa bid‑dqiq.
• Aħmi għal madwar 40 minuta f’forn bi sħana moderata.
• Oħroġ it‑torta, ferrex fuqha z‑zokkor u l‑prinjol, u erġa’ aħmi għal 2 minuti oħra.
Kurżità:
Papa Martin V twieled fl‑1368 u miet fl‑1431. Kien ġej minn familja sinjura Rumana u kien iħobb ħafna l‑kċina. Minkejja li m’għandniex riċetti li jsejħu ismu, insibu għadd ta’ riċetti tal‑kok tal‑fiduċja tiegħu, Patri Johannes Bockenheym, Ġermaniż li kien iservi fil‑kċejjen tal‑Papa. Kien isajjar mhux biss għall‑Papa nnifsu, iżda wkoll għall‑ħaddiema tal‑Kurja. Waħda mir‑riċetti favoriti ta’ Papa Martin V kienet proprju din it‑torta tal‑ħaxix.
Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.
Kodiċi Postali:
Tel/Mob: E‑mail:
Isem:
Indirizz:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq:
Nixtieq:
Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Kodiċi Postali:
Tel/Mob: E‑mail:
Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Jien. Int
RIĊETTA TRADIZZJONALI – PATRI PAUL BUGEJA OFMCap
www.pianetadonne.blog
. Aħna. Flimkien.
(VO/1178)
36 Marzu 2023
AF I THHOPE &CHAR I YT
GIFT SHOP
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith
Hope & Charity
Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’
7, Triq il- Merkanti, il- Belt Valletta ● Tel: 21234328 Il-ħanut qed ikun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:00am u s-6:00pm. Is-Sibt bejn id-9:00am u s-1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill-ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop
37 Marzu 2023 # MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023
FITTEX IL‑KLIEM: Ismijiet
F’din it‑tabella hawn moħbija 24 isem ta’ bniet li kollha jibdew bl‑ittra ‘B’. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
P Y P B H A X J B K B B B Y N
D U S K D L S V G A L E I T B
S J L T Q L A I T Y T P E T L
I F O B E E B S T H A P N E E
D B T E G B H H A E A I R B S
N R S R Y E E N B I A N C A S
A I I N V F Y E I N N O B Q I
R D R A B E C I R T A E B P N
B G B D A B E R E N I C E Y G
R E V E R D B B B R I A L B A
O T C T B D N Z I E F R T D M
O Q E T A P S I L L E F N O R
K N Q E R Q C L L V L E O T O
E I G D A R E N E E R I Z A U
D I G I R B T B W B B I E M I
● BARBARA
● BATSHEVA
● BEATRICE
● BELINDA
● BELLA
● BELLE
● BERENICE
● BERNARDETTE
● BETHANY
● BETSY
● BETTY
● BEVERLY
Isem u Kunjom: ________________________________ Indirizz:______________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
● BIANCA
● BILLIE
● BLAIR
● BLESSING
● BLYTHE
● BONNIE
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Jannar 2023:
Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Godwin Zahra mir‑Rabat, Malta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.
Nitbissmu ftit:
Ftit qabel għeluq sninhom, tewmin subien kienu se jorqdu għand in‑nanna. Xħin kienu qed jippreparaw biex jorqdu, in‑nanna fakkrithom biex jgħidu t‑talba. Silvan għamel idejh ma’ xulxin, għalaq għajnejh u beda jitlob f’qalbu. Imma Stefan beda jitlob b’ħanġra daqsiex.
Stefan: Bambin, kemm nixtieq ikolli rota ġdida u ger tal‑futbol ġdid!
● BRANDI
● BRENDA
● BRIDGET
● BRIGID
● BRISTOL
● BROOKE
Silvan: Iskot! Dan l‑għajjat kollu għalfejn? Mela lill‑Bambin ħsibtu trux?
Stefan: Il‑Bambin mhux trux, imma n‑nanna iva tafx!
E I G K F I E A A P V C M B U U N S B A X E L C I P Y U I H A I E L R G F O A R G O S V B R B O R I E M P E A I S Y M E A S Y A A U O E N D E B Y L A C A L D R S G Z E R E A A W N A U L T O M U I G E A R E U E S S N E A S E C I S I I P B M S A U R S A Q D H T E S E E O I U N N L I O A P E H B A Y R G E W C E J U Y M I T E P V E R J Y A E A R M A A N I K D A A M Y D O N U E A P A E S U S A V N O D E H T N A V V L M B A E R Y H T E A R A Z X A S A KOMPETIZZJONI ‑ MARZU 2023 ‑ MAĦSUBA MINN TANJA CILIA
38 Marzu 2023
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.
• 30 ta’ Settembru, 2022 Nazzareno Mercieca minn Ħal Qormi
• 16 ta’ Novembru, 2022 Remigio Sacco minn Ħal Kirkop
• 05 ta’ Jannar, 2023 Marija Tereża Inskip mill‑Birgu
• 09 ta’ Jannar, 2023 Josephine (Jessie) Cachia min‑Naxxar
• 16 ta’ Jannar, 2023 Maria Lourdes Farrugia mill‑Qrendi (voluntiera u benefattriċi)
• 18 ta’ Jannar, 2023 Vivie Sacco minn Ħal Kirkop (benefattriċi)
• 28 ta’ Jannar, 2023 Josephine Vella mill‑Belt Valletta
• 29 ta’ Jannar, 2023 Ċettina Dimech min‑Naxxar
• 29 ta’ Jannar 2023, Dolores Fenech mis‑Siġġiewi (voluntiera)
• 02 ta’ Frar, 2023 Ġużeppa Ciappara min‑Naxxar
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.
Eżempji sbieħ
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq
• Raymond Falzon mill‑Gudja
• Sorijiet ta’ Madre Tereża, Bormla
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi.
Websajt Missio
• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)
www.missio.org.mt
Nota: It-tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil-paġna ta' Facebook Missio Malta Events
Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Missio Malta • Missio Tfal
39 Marzu 2023
# MISSIO FEST 11 ta’ Marzu, 2023
Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com Watch & Clock Repairs www.sdemanuele.com S.DEMANUELE Est. 1898 3, St. John Street, Valletta 21 220 650 / 79 790 650 Shop Hours: Monday to Friday 09.00 ‑ 13.00 40 Marzu 2023