NEWSPAPER POST MARZU 2018 SENA 86
04 Ċemplu, Ċemplu, Ċemplu! 13 Toroq Perikolużi Għall‑Iskola 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha! 36 Sernik
għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Marzu 2018
Jum il‑mara
PUBBLIKAZZJONI
Missio ‑ (Uffiċċju Missjunarju), 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 4.00pm Is‑Sibt 9.00am ‑ 12.00pm Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (publications@missio.org.mt) Membri: Mons. Salvinu Micallef Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS
Websajt u Facebook: Bernard Vella
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Stampar: EuroPrint Limited ‑ San Ġwann Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi & San Pietru Appostlu 13 Santa Infanzja 16 Esperjenza Edukattiva Missjunarja 22 Qaddis tax‑Xahar 30 Il‑Papa, is‑Suċċessur ta’ San Pietru 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata: Mara Afrikana min‑Nambja tibbilanċja basket biċ‑ċereali fuq rasha. 2
J
ingħad li darba kien hemm tfajla li marret tagħmel xi xogħol volontarju f ’pajjiż fil‑Ilvant Nofsani. Tnikktet mhux ftit meta fost it‑tbatija, il‑faqar, il‑mard u drawwiet oħra ntebħet li l‑mara ma kienet tiswa għalxejn, ħlief biex iġġib it‑tfal subien fid‑dinja. U kien ikun ħażin għaliha jekk twelled tifla. Madwar ħmistax‑il sena wara, din l‑istess tfajla kellha l‑opportunità terġa’ żżur l‑istess pajjiż, u ferħet mhux ftit meta ntebħet li l‑mara ma kinitx qed timxi aktar wara r‑raġel, iżda quddiemu! Ma setgħetx ma twaqqafx raġel li kien miexi fit‑triq b’martu quddiemu u ma tikkumplimentahx għal dan l‑avvanz fir‑rispett lejn il‑mara. Iżda bla ebda tlaqliq ir‑raġel weġibha: “Għandek tkun taf li hawn ħafna mini moħbijin fir‑ramel. U huwa għalhekk li marti qed timxi qabli, biex f ’każ
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
li jkun hemm waħda tirfisha hi u mhux jien!” L‑ewwel Jum Nazzjonali tal‑Mara kien iċċelebrat fit‑28 ta’ Frar 1909 fi New York mill‑Partit Soċjalista Amerikan fuq suġġeriment ta’ Theresa Malkiel, attivista. F’Awwissu tal‑1910, is‑soċjalista Ġermaniża Luise Zietz ipproponiet li tiġi mwaqqfa Ġurnata Internazzjoni tal‑Mara. 100 delegata mara minn 17‑il pajjiż differenti qablu ma’ din l‑idea bħala strateġija biex jippromwovu drittijiet indaqs, fosthom id‑dritt tal‑vot. Għalhekk l‑ewwel Jum Internazzjonali tal‑Mara ġie ċċelebrat nhar it‑8 ta’ Marzu 1911 minn aktar minn miljun ruħ fl‑Awstrija, fid‑Danimarka, fil‑Ġermanja u fl‑Iżvizzera. L‑Amerikani baqgħu jiċċelebrawh fl‑aħħar Ħadd ta’ Frar. Fl‑1913 in‑nisa Russi bdew josservaw dan il‑jum. Kien fl‑1918 li n‑nisa Ġermaniżi ingħataw id‑dritt għall‑vot. Nisa f ’diversi pajjiżi Ewropej għamlu protesti diversi għad‑drittijiet tagħhom, dejjem skont fejn jolqothom. Perżempju fl‑1917 in‑nisa Russi talbu fost l‑oħrajn għat‑tmiem tal‑Ewwel Gwerra Dinjija, filwaqt li nisa oħrajn ħaddiema fil‑fabbriki tat‑tessuti ħarġu bi strajk jitolbu d‑dritt
tal‑vot. Bis‑saħħa ta’ dan fir‑Russja wkoll bdiet tiġi osservata din il‑ġurnata, u mill‑1965 ’il hawn, it‑8 Marzu saret ġurnata li fiha ħadd ma jaħdem. Fl‑1922 Kommunisti fiċ‑Ċina bdew jiċċelebraw dan il‑jum sakemm fl‑1949 it‑8 ta’ Marzu bdew jiċċelebrawh iċ‑Ċiniżi kollha, bin‑nisa ħaddiema jkollhom nofstanhar frank. Fl‑1936 in‑nisa Spanjoli bdew ifakkru dan il‑jum. Fl‑1975 in‑Nazzjonijet Uniti bdew ukoll jiċċelebraw il‑Jum Internazzjonali tal‑Mara u fl‑1977 stiednu lill‑istati membri biex jipproklamaw it‑8 ta’ Marzu jum dedikat favur id‑drittijiet tan‑nisa u l‑paċi fid‑dinja. Fil‑preżent huma ħafna l‑pajjiżi li josservaw dan il‑jum, b’uħud minnhom saħansitra ħadd ma jaħdem nhar it‑8 ta’ Marzu, filwaqt li f ’xi pajjiżi huma n‑nisa biss li jkunu bil‑frank. Hemm ukoll xi pajjiżi fejn dan il‑jum huwa osservat daqs Jum
l‑Omm, bi tfal jagħtu rigal lill‑ommijiet u lin‑nanniet. F’pajjiżi oħra n‑nisa jirċievu rigali mill‑imgħallma tagħhom u t‑tfal jagħtu fjura lill‑għalliema nisa tagħhom. Fl‑1946, fl‑Italja, il‑mimosa, siġra bi fjuri
sofor, saret simbolu ta’ dan il‑jum, u xi rġiel jirregalawha lin‑nisa. Jalla ma ndumux ma nisimgħu li n‑nisa Musulmani wkoll qed jiċċelebraw dan il‑Jum. 3
Marzu 2018
F
Ċemplu, ċemplu, ċemplu!
l‑ewwel ġimgħa ta’ dan ix‑xahar jien ser inkun fuq żjara fil‑Gwatemala u l‑Ħonduras fejn ser niltaqa’ ma’ diversi missjunarji Maltin u Għawdxin, fosthom żewġ isqfijiet fil‑Ħonduras. Se jkolli wkoll l‑opportunità li nara kif in‑nies lokali jiċċelebraw iż‑żmien tar‑Randan. Proprju qegħdin f ’dan iż‑żmien ta’ tħejjija għall‑Għid. Ix‑xahar kollu ta’ Marzu jmexxina lejn din il‑festa tal‑Qawmien mill‑Mewt tal‑Mulej. Matul dan iż‑żmien Missio jibgħat lid‑donaturi regolari fl‑iskema tiegħu ‘Restore Hope’ biex jagħmlu sagrifiċċju żgħir permezz tal‑għotja tagħhom imwiegħda b’risq il‑missjoni. Imma, matul dan ix‑xahar ta’ Marzu, Missio għandu żewġ attivitajiet kbar u sbieħ xi jwettaq. L‑ewwel waħda hija l‑Maratona ta’ Missio li ser tiġi organizzata nhar id‑19 ta’ 4
MESSAĠĠ TAD‑DIRETTUR ‑ MONS. SALVINU MICALLEF
Marzu, bejn nofsinhar u nofsillejl. Maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq proġetti f ’kull parti tad‑dinja missjunarja. Għal Missio, din hija l‑unika maratona li tiġi organizzata. Għalhekk, l‑istaff u l‑voluntiera tagħna jagħmlu ħilithom kollha biex tkun ippreparata sewwa u biex tħalli riżultati tajbin. jagħmlu donazzjoni b’risq Il‑mira tagħna hija li nilħqu it‑tfal u l‑kbar foqra, u s‑somma ta’ mitejn elf Ewro, biex ikompli jasal Ġesù u jekk jista’ jkun aktar. Ħafna u l‑Aħbar it‑Tajba tiegħu jiddependu mill‑Maltin permezz ta’ iktar katekisti, u l‑Għawdxin ta’ rieda tajba li f ’dan iż‑żmien tar‑Randan, imma wkoll fil‑festa ta’ San Ġużepp, b’risq il‑Missjoni Maratona fuq it‑TV se jċemplu biex
Marzu 2018
B’SMS ta’ta’ €6.99 qedqed B’SMS €6.99tkun tkun tixtritixtri l‑kotba għal għal tifel jew l‑kotba tifeltifla jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkun qed B’SMS ta’ €2.33 tkuntitma’ qed 7 t’itfal titma’ 7t għal itfalġurnata. għal ġurnata.
It‑tieni attività hija l‑pubblikazzjoni ta’ ktieb ta’ ġrajjiet miktuba minn idejn missjunarji Maltin u Għawdxin. Ħamsin missjunarju/a se jagħtuna ġrajja waħda jew iktar, li għaddew minnha matul il‑ħidma missjunarja tagħhom. Mhux tant x’għamlu u x’wettqu matul is‑snin twal tagħhom fil‑missjoni, imma ġrajja importanti li ħalliet tifkiriet sbieħ, jew mhux daqstant sbieħ, fil‑ħajja tagħhom u fil‑lokal tal‑missjoni tagħhom.
sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99
iktar ċentri pastorali, iktar knejjes, iktar Radju Marija u iktar vokazzjonijiet fl‑artijiet tal‑missjoni. San Ġużepp ra lil Ġesù tarbija jitwieled fil‑faqar u jgħix fil‑faqar. Għalkemm aħna nagħmlu l‑festa tiegħu bil‑marċi u bil‑murtali, San Ġużepp għadu jara lil Ġesù jgħix fil‑miżerja u l‑faqar fin‑nies foqra f ’ħafna pajjiżi fid‑dinja. Ir‑riżultati tajbin ta’ din il‑Maratona jiddependu wkoll mill‑animaturi ta’ Missio fil‑parroċċi u minn inizjattivi u attivitajiet li jistgħu jsiru mit‑tfal, mill‑għaqdiet, mill‑iskejjel, mill‑ażjendi u gruppi oħra li jġibu d‑donazzjonijiet tagħhom u jippreżentawhom fil‑maratona.
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
Grazzi kbira lil dawk kollha li ser jinvestu għall‑fond universali ta’ Missio jew li ser jisponsorjaw xi proġett speċifiku, li jixtiequ huma, fil‑missjoni. 5
Marzu 2018
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Intenzjoni Missjunarja Marzu 2018 “Sabiex il‑Knisja tagħraf dejjem aktar il‑ħtieġa urġenti ta’ formazzjoni ta’ dixxerniment spiritwali kemm fuq livell personali kif ukoll komunitarju.”
I
l‑Knisja hija mmexxija mill‑Ispirtu s‑Santu. Huwa l‑Ispirtu s‑Santu li jġedded dejjem 6
il‑ħidma tal‑Knisja anke fl‑evanġelizzazzjoni tal‑popli u fil‑ħidma tagħha missjunarja. U għalhekk aħna, li lkoll nagħmlu parti minn din il‑Knisja mwaqqfa minn Kristu u mmexxija mill‑Ispirtu s‑Santu, għandna dejjem nitolbu lill‑paraklitu u lid‑difensur tagħna ħalli jkompli jdawwal il‑kuxjenzi personali tagħna, u neżaminaw u niddixxernu x‑xhieda tagħna bħala Knisja lokali quddiem il‑popli kollha. Tajjeb għalhekk li nitolbu lill‑Ispirtu s‑Santu jagħtina d‑doni ħalli jkollna wkoll il‑frott tiegħu. Id‑doni li jagħti l‑Ispirtu s‑Santu huma mħabbra
fil‑Bibbja fl‑Antik Testment mill‑profeta Iżaija kif insibu f ’kapitlu 11 versi 1‑9. Dawn huma l‑għerf, il‑fehma, il‑kunsill, il‑qawwa, ix‑xjenza, il‑pietà u l‑biża’ ta’ Alla. Is‑Salm 72 ukoll jitkellem dwar dawn id‑doni. L‑għerf huwa d‑don biex nifhmu aħjar lil Alla, il‑fehma biex nagħrfu t‑toroq ta’ Alla, il‑kunsill biex nimxu tajjeb fit‑triq ta’ ħajjitna, il‑qawwa biex inkunu b’saħħitna fit‑tiġrib u nifilħu nagħmlu dejjem it‑tajjeb, ix‑xjenza biex nagħrfu dejjem aħjar il‑ħwejjeġ ta’ Alla, il‑pietà biex ikollna ħajja ta’ talb u ħajja tajba, u l‑biża’ ta’ Alla biex nagħmlu minn kollox dak li jogħġob biss lil Alla.
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
San Pawl fl‑ittri tiegħu jħobb jitkellem ukoll mill‑frott tal‑Ispirtu ta’ Alla: “Hemm
imbagħad diversi doni, imma wieħed hu l‑Ispirtu; hemm diversi ministeri, imma l‑istess wieħed hu l‑Mulej; hemm diversi ħidmiet, imma l‑istess Alla li jaħdem kollox f ’kulħadd. Lil wieħed tingħata r‑rivelazzjoni tal‑Ispirtu għall‑ġid ta’ kulħadd, lill‑ieħor kliem il‑għerf mill‑istess Spirtu, lill‑ieħor il‑kelma tas‑sapjenza mill‑istess Spirtu, lill‑ieħor il‑fidi mill‑istess Spirtu, lill‑ieħor id‑don tal‑fejqan mill‑istess Spirtu, lill‑ieħor is‑setgħa tal‑mirakli, lill‑ieħor id‑don tal‑profezija, lill‑ieħor id‑don tal‑ghażla tal‑ispirti, lill‑ieħor diversi ilsna u lill‑ieħor it‑tifsir tal‑ilsna.
Dan kollu jaħdmu l‑istess Spirtu li jqassam lil kull wieħed kif jogħġbu.’’ (1 Kor 12:4‑11) Dawn li ġejjin inqisuhom mela bħala l‑frott tal‑Ispirtu s‑Santu: il‑profezija, is‑servizz u l‑qadi, it‑tagħlim, il‑kuraġġ, l‑għotja, il‑gwida u t‑tmexxija, il‑ħniena, l‑appostolat, ix‑xandir tal‑evanġelju, l‑għerf, il‑fidi, il‑fejqan, il‑mirakli, id‑dixxerniment, il‑lingwi u l‑interpretazzjoni. Ejjew mela f ’dan iż‑żmien kbir ta’ grazzja ndawlu dejjem il‑kuxjenzi tagħna ħalli nwettqu dak li hu ġust u tajjeb quddiem Alla fil‑Knisja.
I I N N O J O J S S S IS I M ‑ M ‑ L L I I Q ISSQ I R ’ ’ B R BBAAŻŻA BAŻAR ĠDID
ta' Missio fi Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 12.00pm
Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta
(Ħinijiet Ġodda) It‑Tnejn, l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa: 9:00am‑11:00am It‑Tlieta u l‑Ħamis: 9:00am‑12:30pm
7
Marzu 2018
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI U SAN PIETRU APPOSTLU MONS. SALVINU MICALLEF
Tliet Isqfijiet missjunarji Maltin fid‑dar tal‑Mulej
T
ereżjan, Kapuċċin u Franġiskan, it‑tlieta isqfijiet f’pajjiżi differenti, jiġu msejħa fi żmien xahar biex jidħlu fis‑Saltna tal‑Mulej. Bdew f’din is‑Saltna bħala Nsara Maltin u komplew bħala reliġjużi, u wara bħala isqfijiet. Żgur li kienu jafu lil xulxin, iżda forsi rari kienu jiltaqgħu. Issa, fi ftit jiem, qegħdin flimkien biex ikomplu l‑missjoni tagħhom iktar qrib il‑Mulej li taw ħajjithom għalih u għall‑merħla tiegħu fuq din l‑art.
8
Mons. Adeodato Micallef O.C.D. Kien isqof tal‑Kuwajt, pajjiż li jħaddan ir‑reliġjon Iżlamika, imma li fih insibu eluf ta’ ħaddiema minn diversi pajjiżi tad‑dinja, li fosthom ħafna huma Nsara
bħalna. Mons. Adeodato kellu l‑bieb miftuħ għal kulħadd, imma kien kostantement jagħti servizz spiritwali lill‑ħaddiema Nsara f ’dan il‑pajjiż. Fiż‑żmien tal‑invażjoni tal‑pajjiż mill‑Iraq u l‑preżenza tal‑armata Iraqqina hemmhekk, huwa baqa’ fil‑pajjiż biex jibqa’ jagħti s‑servizzi tiegħu, anki b’riskju għal ħajtu. Sirt naf mill‑qrib lil Mons. Adeodato meta kont kappillan fil‑Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, peress li kellu lil ħutu jgħixu f ’din il‑parroċċa.
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
miegħu meta żort Bengażi, madwar sentejn qabel ir‑rivoluzzjoni li waqqgħet il‑gvern tal‑Kurunell Gaddafi.
Mons. Silvestru Magro O.F.M. Fil‑ġurnata meta Malta kienet qed tiċċelebra bil‑kbir il‑ftuħ ta’ Valletta 18, l‑isqof Mons. Silvestru kien imsejjaħ biex jiftaħ is‑Sema 18. Bħala Vigarju Appostoliku għall‑Belt ta’ Bengażi u n‑naħa t’isfel tal‑Libja, kellu l‑isfida li jrid jaħdem qalb poplu Musulman b’elementi fundamentalisti
u fl‑istess waqt jagħti servizz lil ħafna ħaddiema Nsara li kienu ġejjin minn diversi pajjiżi li jaqilgħu l‑għejxien tagħhom hemmhekk. Fosthom ħaddiema Filippini u Pollakki ġejjin minn żewġ pajjiżi bi tradizzjoni Kattolika. Żgur li jista’ jinkiteb ħafna fuq il‑missjoni ta’ Mons. Silvestru. Jien ser nillimita ruħi għal dawk il‑ftit ġranet li għamilt
Niftakar, meta wasalt fl‑ajruport ta’ Bengażi nsib lil Mons. Silvestru waħdu jistennieni biex iwassalni fid‑dar tiegħu, fejn lestieli kamra fejn noqgħod. Meta dħalt mill‑bieb, ġo triq komuni tal‑belt, skoprejt li fuq ġewwa kien hemm il‑knisja żgħira fejn l‑isqof kien jilqa’ n‑nies għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa. Din kienet il‑katidral tiegħu. L‑għada stedinni biex immur miegħu bil‑karozza ħalli ngħinu jagħmel ix‑xirja minn supermarkit żgħir fil‑belt. Innotajt li ħadd ma kien qed jagħti kasna. Konna qisna żewġ barranin fil‑ħanut. Imma nibqa’ niftakar il‑quddies tal‑Ħadd fil‑knisja moħbija u tmiss mad‑dar tal‑isqof. Il‑knisja kienet mimlija daqs bajda b’komunità ħajja u vivaċi. Ħafna, speċjalment dawk Filippini, kienu għadhom żgħażagħ, jaħdmu fl‑iskejjel u fl‑isptarijiet. Mons. Silvestru kien ippjana biex nagħmlu dawra ta’ tlett ijiem inżuru diversi bliet u rħula fejn kien 9
Marzu 2018
hemm komunitajiet ta’ sorijiet reliġjużi. Iltqajna ma’ sorijiet Taljani, Indjani, Pollakki u oħrajn. Is‑sorijiet Maltin kienu fi Tripli. Kollha laqgħuna b’idejhom miftuħin u ferħu immens biż‑żjara tagħna. Kellhom rispett kbir u apprezzament għall‑isqof Silvestru. Mons. Silvestru kien jimpressjonani bis‑sempliċità ta’ ħajja li kien jgħix, anki bl‑ikla sempliċi, kważi fqira, li konna nieklu. Ir‑riskju għal ħajtu fil‑Libja kien minn dejjem, u kien fortunat li meta daħlu fid‑dar tiegħu u kissru u farrku kulma sabu, hu ma kienx hemm. Imma, wara r‑rivoluzzjoni s‑sitwazzjoni f ’Bengażi saret iktar perikoluża. Il‑ħaddiema Nsara kellhom jitilqu jew aħjar jaħarbu. Xi wħud anki nqatlu. Mons. Silvestru kien mogħti ftit sigħat biex jitlaq mid‑dar u mill‑knisja tiegħu. Imma hu ried jibqa’ hemm biex jagħti servizz lil min jitlobhulu, anki jekk saħħtu bdiet sejra lura ħafna u spiċċa jrid joqgħod ġo kamra sempliċi tal‑isptar. L‑Arċisqof Scicluna, fl‑omelija tal‑funeral nhar il‑festa ta’ San Publiju, fil‑Katidral tal‑Imdina, sejjaħlu ‘martri’. Imma żgur li għal Mons. Silvestru Magro is‑Sema 18 hija ferm isbaħ mill‑Valletta 18! 10
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI U SAN PIETRU APPOSTLU MONS. SALVINU MICALLEF
Mons. Emanuel Barbara O.F.M. (Cap.) F’Novembru tas‑sena li għaddiet Mons. Emanuel ġie l‑uffiċċju ta’ Missio l‑Belt, kif kien jagħmel kull meta jkun Malta, biex jitlobni l‑intenzjonijiet tal‑quddies għas‑saċerdoti tad‑djoċesi tiegħu. Bħal ħafna isqfijiet oħra fil‑missjoni, kien jgħidli
li l‑elemożina tal‑quddies hija s‑salarju li isqof jista’ joffri lill‑qassisin tiegħu. Kellimni fuq saħħtu u qalli li t‑tobba ma tantx kienu tal‑parir li jerġa’ lura malajr lejn id‑djoċesi tiegħu ta’ Malindi fil‑Kenja. Ried imur hemm biex ma jħallix id‑djoċesi mingħajr isqof għal diversi xhur, imma kellu
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
jerġa’ jiġi lura għal aktar kura fi Frar ta’ din s‑sena. Ma ġiex fi Frar, għax ftit qabel, kellhom iġibuh. Il‑Mulej, li t‑triqat tiegħu mhumiex it‑triqat tagħna; kellu fil‑fatt triqat oħra. Mingħajr mistenni u mixtieq, Mons. Emanuel kien imsejjaħ nhar il‑5 ta’ Jannar, biex jerfa’ l‑bagalji u jġorrhom lejn is‑sema. Ħafna jista’ jingħad u jinkiteb fuq il‑ħajja u l‑ħidma ta’ Mons. Emanuel bħala patri Kapuċċin u isqof ta’ Malindi, id‑djoċesi li kien imsejjaħ mill‑Papa biex imexxi wara l‑mewt tal‑predeċessur tiegħu u ħuh fil‑ħajja reliġjuża, Mons. Francis Baldacchino, li bħalu kien imsejjaħ fid‑dar tal‑Mulej qasir il‑għomor. Jiena żort lil Mons. Emanuel fis‑sajf tas‑sena 2016. Bl‑għajnuna tas‑segretarju tiegħu kelli l‑opportunità li ndur ftit id‑djoċesi tiegħu u nara l‑ħidma pastorali kbira u l‑proġetti ta’ fejda li dawn iż‑żewġ isqfijiet Maltin, it‑tnejn Kapuċċini, wettqu fid‑djoċesi ta’ Malindi. Impressjonanti kienu r‑‘Rescue Home’ li bena Mons. Emanuel għat‑tfal abbandunati, ‘single mothers’ u tfajliet li minħabba l‑faqar jaqgħu fil‑prostituzzjoni, u skola kbira primarja biex tilqa’ fiha mijiet ta’ tfal.
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) U tinsiex titlob għalihom ukoll, u huma jibqgħu jiftakruna fit‑talb tagħhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 11
Marzu 2018
Dawn barra proġetti kbar u sbieħ oħra, u pjanijiet ta’ proġetti għall‑futur. Mons. Emanuel għal dawn l‑aħħar sentejn bagħat saċerdot mid‑djoċesi tiegħu biex jispeċjalizza fit‑teoloġija
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI U SAN PIETRU APPOSTLU MONS. SALVINU MICALLEF
pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Dan reġa’ lura pajjiżu fl‑aħħar jiem tas‑sena li għaddiet, diġà assenjat biex imexxi parroċċa u jagħmel xogħol ieħor fid‑djoċesi tiegħu. Kellu biss iċ‑ċans li jsellem lill‑isqof tiegħu u jiġi lura Malta għall‑funeral tiegħu. Mons. Emanuel kellu l‑aħħar tislima mogħtija
lilu mill‑isqfijiet tal‑Kenja, fosthom Mons. Joe Alessandro li jmexxi d‑djoċesi ta’ Garissa, li minnha ħarġet id‑djoċesi ta’ Malindi, kif ukoll mis‑saċerdoti u l‑poplu Nisrani tad‑djoċesi. F’Malta, l‑aħħar tislima ingħatatlu fil‑Katidral tal‑Imdina, fis‑27 ta’ Jannar. Mhux faċli nifhmu t‑triqat tal‑Mulej. Ċertament li Mons. Emanuel Barbara kellu ħafna xewqat sbieħ u pjanijiet għas‑sena li kienet qed tibda. Imma l‑Mulej kellu pjanijiet oħra għalih għal din is‑sena. U żgur li għandu pjanijiet ukoll għall‑komunità Nisranija, bħalissa orfni, ta’ Malindi.
INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 12
SANTA INFANZJA
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.
13
SANTA INFANZJA
Marzu 2018
Toroq perikolużi għall‑iskola
I
l‑maġġoranza tat‑tfal imorru l‑iskola b’xi forma ta’ trasport bħal karozza privata, ‘mini‑bus’, ‘coach’ jew bir‑rota. Oħrajn imorru bil‑mixi jew għax joqogħdu viċin jew għax dak huwa l‑uniku mezz li bih jistgħu jaslu l‑iskola. Sakemm timxi fi triq tajba kollox ward u żahar, iżda ħafna huma dawk it‑tfal li jimxu minn toroq perikolużi biex jaslu l‑iskola. Fir‑raħal ta’ Atule’er fiċ‑Ċina, it‑tfal bil‑basket wara daharhom ikollhom jitilgħu ma’ sellum twil ħafna, li xejn mhu sod, u jixxabbtu mal‑blat fi 14
triqithom lejn l‑iskola. Dan huwa vjaġġ li jieħu madwar 90 minuta. L‑inżul ma’ dawn is‑slielem tant huwa perikoluż li qed tiġi kkunsidrata serjament l‑idea ta’ skola ‘boarding’. B’hekk it‑tfal imorru d‑dar darbtejn biss f’xahar u bis‑saħħa t’hekk jitnaqqas ir‑riskju li xi ħadd minnhom ikorri serjament. Sadanittant, tfal Ċiniżi li jgħixu fil‑provinċja ta’ Sichuan, li tinsab tista’ tgħid fis‑sħab, idumu sejrin lejn l‑iskola ħames sigħat u ħames sigħat oħra lura lejn id‑dar. Ħafna drabi t‑tfal jirkbu fuq ħmara lejn u lura mill‑iskola.
F’Delhi l‑Indja, tfal ġejjin minn familji li ma jifilħux iħallsu għall‑edukazzjoni ta’ wliedhom, jattendu għal‑lezzjonijiet taħt pont. Dawn il‑lezzjonijiet jingħataw b’xejn minn għalliema voluntiera biex jagħtu ċans għal futur aħjar lil dawn it‑tfal. Il‑lezzjonijiet jinkludu l‑Matematika, l‑Ingliż u l‑Induwiżmu. Fin‑Nepal ix‑xmajjar ma tantx tista’ teħdilhom kopja, għaliex il‑livell tal‑ilma jaf jogħla f’salt u taf idum ġimgħat sħaħ sa ma jerġa’ jitbaxxa. Dan jagħmilha impossibbli għat‑tfal biex jaqsmu
Marzu 2018
bil‑mixi min‑naħa għall‑oħra tax‑xmajjar. Għalhekk, it‑tfal m’għandhomx għażla oħra għajr li jaqsmu dawn ix‑xmajjar billi jużaw it‑‘tarpuls’. Dawn ikunu ħbula tal‑azzar stirati min‑naħa għall‑oħra tax‑xmara. It‑tfal ipoġġu bilqiegħda fuq speċi ta’ bandli mdendlin individwalwent mal‑ħbula b’taljola u b’idejhom jimxu minn tarf għall‑ieħor. Dan il‑mezz ta’ trasport jista’ jwassal għal feriti serji fl‑idejn u saħansitra mewt.
f’Acacias il‑Kolumbja, l‑uniku mezz ta’ trasport lejn l‑iskola huwa ħabel tal‑azzar twil 800 metru li jaqsam minn fuq wied fond 230 metru. B’veloċita ta’ 90 kilometru fis‑siegħa, it‑tfal jaqsmu min‑naħa
għall‑oħra fi tletin sekonda. Dan il‑vjaġġ ta’ terrur jiffrankalhom mill‑inqas sagħtejn mixi. It‑tfal imfarfrin jiżżerżqu mal‑ħabel, li għandu mal‑ħamsin sena, waħedhom billi jżommu b’idejhom ma’ taljola, filwaqt li tfal iżgħar jinġarru ġo xkora minn xi ħadd adult. Jekk allaħares qatt it‑taljola taqa’ minn post, iċ‑ċans hu li dak li jkun iweġġa’ serjament. Għat‑tfal dan l‑ispeċi ta’ ‘zip‑line’ hu mod ta’ trasport li jagħtihom gost, iżda għall‑kbar dan il‑vjaġġ iniżżlilhom imsarinhom f’saqajhom.
€27 – qażquż lil familja
€35 – rota lil tifel jew tifla
kbira fil‑bżonn
biex imorru l‑iskola
€42 – kotba tal‑iskola
€53 – faxex u
€55 – mogħża tal‑ħalib
għal 6 itfal għal sena skolastika sħiħa
medikazzjoni għal persuna bil‑lebbra għal sena sħiħa
għal familja żvantaġġata
Għal sitt familji li jgħixu
Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:
15
Marzu 2018
ESPERJENZA MISSJUNARJA EDUKATTIVA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.
Il‑Knisja Kattolika Ta’ San Ġużepp F’Beijing
Ġewwa l‑knisja ta’ San Ġużepp.
K
ull meta nitla’ fuq missjoni edukattiva f ’Beijing fiċ‑Ċina nieħu l‑okkażjoni biex inżur il‑knisja Kattolika Nazzjonali ta’ San Ġużepp. Din il‑knisja hija waħda mill‑erba’ knejjes Kattoliċi li hemm fl‑Arċidjoċesi ta’ Beijing u tinsab fid‑distrett ta’ Dongcheng. Din il‑knisja tlestiet fl‑1655 u ġiet mibnija grazzi għal żewġ missjunarji Ġiżwiti. L‑istruttura li hemm illum tmur lura għall‑1904 minħabba li l‑knisja ġarrbet diversi ħsarat u 16
rikostruzzjonijiet. Il‑knisja ta’ San Ġużepp hi meqjusa bħala t‑tieni l‑eqdem knisja Kattolika f’Beijing, bl‑eqdem waħda hi l‑knisja tal‑Immakulata Kunċizzjoni. Il‑knisja ta’ San Ġużepp għandha pjazza enormi quddiemha ta’ 8,000 metru kwadru. Hija pjazza ħajja għaliex ta’ kull filgħaxija wieħed jista’ jara diversi attivitajiet ta’ eżerċizzi fiżiċi, żfin u kant mill‑komunità Ċiniża. Bosta koppji Ċiniżi li jkunu għadhom kif iżżewġu, anke mhux Insara, jinġabru quddiem
il‑knisja biex jieħdu r‑ritratti tal‑okkażjoni. Fl‑1653 twaqqfet l‑ewwel kongregazzjoni Kattolika fid‑distrett ta’ Dongcheng mis‑saċerdot missjunarju Taljan Ġiżwita Lodovico Buglio, astronomu u teologu, u minn sieħbu l‑patri Gabriel de Magalhaens. L‑art fejn hi mibnija l‑knisja ngħatat lill‑Ġiżwiti mill‑Imperatur Ċiniż Shunzhi. F’dan iż‑żmien il‑Ġiżwiti kienu l‑uniċi Ewropej mogħtija l‑permess li jgħixu fil‑belt ta’
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
Beijing minħabba li kienu qed jikkontribwixxu ħafna fil‑kamp tal‑astronomija. Fil‑fatt il‑Ġiżwita Buglio u sieħbu kienu jgħixu maġenb il‑knisja stess. Servew ukoll f ’din il‑knisja Ġiżwiti oħra li ħallew isem kbir fiċ‑Ċina, fosthom il‑Ġermaniż Johann Adam Schall von Bell, Ferdinand Verbiest u Giuseppe Cartiglione. Sal‑lum wieħed għadu jista’ jara l‑pittura ta’ Ġesù ta’ Qalb Ħanina fuq wieħed mill‑artali tal‑ġenb u li kien pitter Giuseppe Cartiglione kif ukoll pitturi oħra mpittra mill‑istess Ġiżwita. Sfortunatament fl‑1720 terremot ħakem il‑belt ta’ Beijing u l‑knisja ta’ San Ġużepp sofriet ħsarat kbar. Disgħin sena wara l‑istess knisja nħakmet minn nirien kbar u dak li kien baqa’
ġie meqrud kompletament mill‑moviment Ċiniż ta’ kontra l‑kultura tal‑Punent. Sal‑1860 il‑knisja baqgħet meqruda kważi għal kollox, sakemm daħlu l‑forzi Ingliżi u Franċiżi fit‑tieni gwerra tal‑Opju, u l‑knisja reġgħet inbniet mill‑Irlandiżi u l‑Franċiżi Kattolici. Imma sfortunatament reġgħet inqerdet għal kollox fl‑1900 meta faqqgħet ir‑ribelljoni Ċiniża imsejha ‘Boxer Rebellion’ li reġgħet qajmet sentimenti ħorox kontra l‑kultura tal‑Punent. Allura l‑knisja li hemm illum tmur
Il‑knisja ta’ San Ġużepp
biss lura għall‑1904 u hi mibnija fuq stil Romanesk b’diversi pilastri u tliet kampnari. Fl‑1949 il‑qawwa Kommunista tal‑mexxej Ċiniż Mao Zedong ħarġet rebbieħa fil‑gwerra ċivili Ċiniża. Sentejn wara
17
Marzu 2018
ESPERJENZA MISSJUNARJA EDUKATTIVA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.
l‑ateiżmu Kommunista Ċiniż qata’ r‑relazzjonijiet diplomatiċi mas‑Santa Sede. Il‑gvern Kommunista Ċiniż irnexxielu jġib kważi fix‑xejn kull kult reliġjuż fiċ‑Ċina u nissel kultura strettament ateista. F’dan iż‑żmien diversi mkejjen reliġjużi sfaw meqruda jew magħluqa għal kollox. L‑istess ħaġa ġrat lill‑knisja ta’ San Ġużepp, li fil‑ħamsinijiet il‑propjetà għaddiet f ’idejn il‑gvern li ttrasforma l‑bini fi skola primarja. Imbaghad fl‑1957 il‑gvern Kommunista Ċiniż waqqaf l‑Assoċjazzjoni tal‑Knisja Patrijottika Ċiniża (CPCA) fejn uffiċjalment qata’ l‑Knisja Kattolika Ċiniża minn dik ta’ Ruma. Fil‑fatt, sal‑lum, il‑kappillan tal‑knisja ta’ San Ġużepp għadu mhux appuntat uffiċjalment mis‑Santa Sede. Bejn l‑1966 u l‑1976 faqqgħet rivoluzzjoni kulturali fiċ‑Ċina u tul dan il‑perijodu l‑knisja ta’ San Ġużepp reġgħet sofriet diversi attakki u ħsarat. Però, taħt it‑tmexxija tal‑gvern Ċiniż ta’ Deng Xiaoping, ir‑rivoluzzjoni kulturali ġiet ikkundannata u meqjusa bħala ‘katastrofi’ għall‑istorja tal‑pajjiż. Il‑gvern ta’ Deng Xiaoping ġab miegħu l‑libertà tal‑kelma u spazju għall‑kritika fuq l‑istess gvern tiegħu 18
Statwa ta’ San Ġużepp fil‑pjazza ta’ quddiem il‑knisja.
mill‑poplu Ċiniż. Din ġiet imsejħa ‘Ir‑Rebbiegħa ta’ Beijing’, u kkundannat għal kollox il‑ħsarat li saru tul ir‑rivoluzzjoni. Kien f ’dan iż‑żmien li l‑gvern muniċipali ħallas għall‑ispejjeż kollha meħtieġa biex tiġi rrestawrata l‑knisja ta’ San Ġużepp, u fl‑1980 reġgħu bdew is‑servizzi kollha reliġjużi fil‑knisja. Ir‑restawr fuq il‑knisja tlesta f ’Settembru 2000, u fl‑2007 Dun Joseph Li Shan ġie maħtur mill‑gvern Ċiniż Arċisqof ta’ Beijing. Minkejja li s‑Santa Sede ma ħarġet l‑ebda digriet ta’ ħatra f ’dan ir‑rigward, il‑Qdusija Tiegħu Papa Benedittu XVI esprima l‑approvazzjoni tiegħu għal din il‑ħatra. Nagħlaq dan l‑artiklu b’esperjenza personali fejn darba l‑Ħadd waqt li kont
fil‑kumpanija ta’ xi żgħażagħ Ċiniżi, dawn staqsewni jekk kellix il‑pjaċir li jiġu miegħi għall‑quddiesa. Jien urejthom li jkun ta’ pjaċir għalija li jkunu miegħi. Wara l‑funzjoni wieħed minnhom staqsieni: “Għaliex għandi nagħżel li nimxi fuq il‑passi ta’ Ġesù u mhux ta xi fundatur reliġjuż ieħor?” Jiena weġibt b’mistoqsija u għedtlu: “Jiddependi int xi trid?” Komplejt nispjegalu li jekk hu ried jgħix wara l‑mewt, Ġesù huwa t‑TRIQ, il‑VERITÀ u l‑ĦAJJA. Komplejt ngħidlu li Ġesù qam mill‑mewt u allura l‑mixja fil‑fidi Nisranija toffri tama għall‑ħajja ta’ dejjem ma’ Alla l‑Ħallieq. Huwa grazzi għal dawn il‑mumenti qosra fejn wieħed jista’ jkun ta’ ħmira u mezz ta’ evanġelizzazzjoni f ’dan il‑pajjiż.
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
tal‑Missjoni u f ’epoki differenti. Jagħtuna stampa ta’ minn xiex jgħaddi missjunarju/a: stejjer ta’ ferħ u ta’ niket, stejjer ta’ sagrifiċċji kbar u riskji għall‑istess ħajja, stejjer ukoll b’laqta umoristika imma stejjer li jferrħuna għax fihom niskopru l‑kontribut kbir li għamlu ħutna għall‑ġid tal‑Knisja u tal‑umanità.
Ktieb fuq Ġrajjiet Missjunarji
G
ħal dawn l‑aħħar sentejn l‑Uffiċċju Missjunarju (Missio) kien qed jikkuntattja l‑Missjunarji Maltin u Għawdxin biex jiktbu ĠRAJJA waħda li ħalliet impressjoni jew effett fuq ħajjithom matul il‑ħidma tagħhom missjunarja. Dawn il‑ĠRAJJIET jeħduna f ’numru kbir ta’ pajjiżi
Qegħdin noffru prezz ridott għal dawk li jibbukjaw il-ktieb minn qabel, li nittamaw li ma jdumx ma jiġi ppubblikat. Fl‑istess ħin Missio jagħmel appell lill‑Benefatturi biex jisponsorjaw parti minn dan il‑ktieb ħalli l‑prezz tiegħu jkun kemm jista’ jkun baxx u għall‑but ta’ kulħadd. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.
Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għar‑ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
19
Marzu 2018
“L‑istennija huwa perijodu ta’ tagħlim. Aktar ma nistennew, aktar nisimgħu dwar dak li qed nistennew il‑miġja tiegħu .” Henri Nouwen
Henri J.M. Nouwen (1932‑1996), imwieled l‑Olanda, kien qassis Kattoliku, professur, kittieb u teologu. Kien il‑wild il‑kbir fost erba’ aħwa. Fl‑1957 ġie ordnat saċerdot, iżda għażel li jkompli bl‑istudji tiegħu fejn ħa d‑dottorat. L‑interessi tiegħu kienu primarjament fil‑psikoloġija, fil‑ministeru pastorali, fl‑ispiritwalità, fil‑ġustizzja soċjali u fil‑komunità. Wara għoxrin sena jgħallem f’istituzzjonijiet akkademiċi, Dun Nouwen mar jaħdem ma’ persuni b’diżabilità mentali u fiżika f’Ontario. Miet b’attakk tal‑qalb fi triqtu lejn ir‑Russja fejn kien sejjer biex jieħu sehem f’dokumentarju dwar il‑ktieb tiegħu ‘The Return of the Prodigal Son’. B’kollox ippubblika 39 ktieb u mijiet ta’ artikli li ġew tradotti f’aktar minn 30 lingwa differenti. Ritratt: Tfal Spanjoli waqt purċissjoni ta’ Ħadd il‑Palm f 'Algeciras. Il‑weraq tal‑palm jirrappreżenta l‑wasla ta’ Ġesù Kristu f 'Ġerusalem. 20
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
21
QADDISA TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
Marzu 2018
Santa Chiara ta’ Montefalco Soċja ta’ Kristu Msallab
C
hiara, it‑tieni wild ta’ Damiano u Giacoma, twieldet f ’Montefalco fil‑provinċja ta’ Peruġja fl‑1268. Sa minn età bikrija bdiet turi xejra ta’ qdusija flimkien ma’ distakk mill‑affarijiet tad‑dinja. Ta’ 4 snin kienet maħtufa mill‑imħabba ta’ Alla u bdiet teżerċita ħajja ta’ talb u penitenzi. Ta’ 6 snin ingħaqdet ma’ oħtha Ġwanna fl‑eremitaġġ ta’ San Leonardo, liema post tħallas minn missierha. Dawn kienu jgħixu bl‑elemożina, jagħmlu l‑penitenzi u jgħaddu ħafna mill‑ħin tagħhom jitolbu. It‑talb huwa telefonata lil Alla; tkellmu u jisimgħek. Bosta erwieħ, imqanqlin mill‑eżempju ta’ Chiara u Ġwanna, ingħaqdu magħhom biex jaddottaw dan l‑istil ta’ ħajja. Fl‑1290 Ġwanna tkellmet mal‑Isqof ta’ Spoleto biex jingħataw regola monastika waqt li bdew jgħixu f ’monasteru. Din it‑talba ntlaqgħet u kellhom jibdew jgħixu r‑regola ta’ Santu Wistin. Il‑monasteru kien imsemmi għas‑Salib Imqaddes. Meta mietet Ġwanna, li kienet 22
il‑Badessa, Chiara bdiet teżerċita dan l‑uffiċċju u l‑monastiċi sħabha kienu jaraw fiha mara ta’ eżempju li laħqet il‑quċċata tal‑perfezzjoni Nisranija. Chiara rċeviet mis‑sema bosta grazzji u doni, u kien ikollha ħafna viżjonijiet. Kienet twieġeb u tħoll, bl‑għajnuna ta’ Alla, bosta problemi ta’ teologi, filosfi u letterati. Fl‑1294 Chiara kellha dehra minn Kristu jġorr salib kbir, filwaqt li qalilha: “Hawnhekk sibt post b’saħħtu fejn inħawwel dan is‑salib; jekk trid tkun dixxiplu tiegħi trid tlesti ruħek biex tmut fuq is‑salib.” Dan il‑kliem ta’ Ġesù għexitu u kienet mwaħħda mal‑Passjoni ta’ Ġesu. Il‑mewt għażiża tagħha ġrat fl‑età ta’ 40 sena, fl‑1308, fil‑Monasteru tas‑Salib Imqaddes. Dakinhar, wara
l‑mewt tagħha, xħin fetħu qalbha, sabu dak li kienet bassret hi stess meta kienet ħajja: simboli tal‑passjoni magħmula mill‑istess laħam ta’ qalbha. Fil‑marrara sabu tliet globi f ’għamla trijangulari tal‑istess piż u kulur, simbolu tat‑Trinità Qaddisa. Meta dawn is‑simboli ġew eżaminati minn esperti ċiviċi u reliġjużi, unanimament qablu li huma mirakolużi u li s‑sopranatural biss kellu sehem fihom. Il‑katavru tagħha qiegħed jistrieħ fil‑knisja tal‑monaċi Agostinjani f ’Montefalco.
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ Ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: NB. Kull Quddiesa tiswa €5 u l‑Quddies jitqaddes kollu fil‑pajjizi tal‑missjoni.
23
Marzu 2018
Maratona fuq it‑TV
b’risq il‑Missjoni
IT-TNEJN 19 TA’ MARZU 2018 minn nofsinhar sa nofsillejl
Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill-WE Studios
51602062 - €10 51702063 - €15 51802064 - €25 SMS
50617374 - €2.33 50618820 - €6.99 L‑Uffiċċju Missjunarju ta’ Għawdex li jinsab f’numru 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex, ser ikun miftuħ biex jilqa’ id‑donazzjonijiet bejn it‑3pm u t‑8pm.
Żambja 2017
bis-sapport ta:
24
Marzu 2018
PARISIO NURSERY
& GARDEN CENTRE
73, Sir Ugo Mifsud Street Lija 99423164 21438154 parisio@maltanet.net www.parisiogardencentre.com
Sale of Plants Landscaping Garden Needs
F.L. Hardware For all your home requirements FL Hardware Point St. Catherine Street Attard Tel: 21412773
DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com
25
Marzu 2018
Ġita għal Għawdex dan ir-Randan
L-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018 Programm:
· Inżuru l-vari ġo knejjes differenti · Quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu · Ikla għaġin tajba u Tombla Biex tibbukja post ċempel fuq 21236962 jew b’SMS fuq 99885552
26
Prezz: € 20 - Bla trasport € 25 - Bit-trasport Vapur mhux inkluż
Naqbdu l-vapur tad-9am u niġu lura mal-vapur tal-4:30pm
Marzu 2018
JAPANESE AUTO PARTS
Debbie’s Baby Centre
FOR ALL KINDS OF JAPANESE VEHICLES AGENTS FOR
Your one stop shop!
Sole agents of
SUN TIMING BELTS
SPARK PLUGS
DENSO KYOSAN HDK
KP
SAFETY & 555
VIC
TOKICO
GASKETS
BALL JOINTS
FILTERS
SHOCK ABSORBERS
FUEL PUMPS
CV/JOINTS
MK DAIKIN GMB SBK BRAKE PADS & CLUTCHES WATER PUMPS & BRAKE CABLES &
Our Lady of Sorrows Street, Zejtun Telephone: 27694815 or 27803270 Mobile: 99809825 E‑mail: dbc@onvol.net Website: www.debbiesbabycentre.net
BRAKE SHOES
U/V JOINTS
CLUTCH CABLES
We also stock body & lighting parts The people who really know what your needs are! Triq is‑sebħ, Qormi QRM 9053 Tel: 2149 2770 Fax: 2749 0795 Email: birmingham@onvol.net website: www.japanautoparts.info
Buying & Selling Valuations 49, Eucharistic Congress Road, Mosta MST9032 ‑ Malta CHARLES AXIAK Tel: (+356) 2141 5949 Mob: (+356) 9942 0241 e‑mail: hrtgantiques@gmail.com
Triq ir‑Riħan, San Ġwann ‑ Malta. tel: +356 2766 1166 info@thecyclistmalta.com www.thecyclistmalta.com 27
Marzu 2018
MINN APRIL 2018 FUQ Is‑Sibt fl‑16:00
28
Żambja 2017
Marzu 2018
PROFESSIONAL NAIL SYSTEM
Pearl Nails Malta
PROFESSIONAL NAIL SYSTEM
Aromatherapy & Personalised Organic Skin Care Products
SALES REPRESENTATIVE 99806955 | 77999150 pearlnailsmalta@gmail.com
Ġużè Ellul Mercer Street, Qormi 2687
Antoinette Darmanin Aromatherapist Mob: 99840986 • Tel: 20991785 E‑mail: serenitemosta@gmail.com
We organize Childrens’ Parties with a difference.
60, Triq Ġużè Ellul Mercer, Qormi Mob: 99886701 • Tel: 27420011
PAVIA Hardware Stores COSPICUA Louise Azzopardi 24, Mons. A. Buhagiar Str., Rabat RBT 1836 ‑ Malta Tel: 27565445 77280775 Shop online www.binkycrafts.com
4, BLK 12, TRIQ IR‑REGATTA, BORMLA PLUMBERS, ELECTRICAL GOODS DEALERS SPECIAL DISCOUNTS ON WATER HEATERS (GEYSERS)
Dealers in CLARKE and SEDEF Power Tools Tel: 2182 1174 ‑ Mob: 7782 1174 E‑mail: adrianpavia@onvol.net 29
Marzu 2018
IL‑PAPA, IS‑SUĊĊESSUR TA’ SAN PIETRU – DUN CHARLES BUTTIGIEG
It‑Tieni Parti
M
atul l‑istorja tal‑konklavi li eleġġew il‑papiet insibu minnhom li damu ħafna, pereżempju l‑konklavi minn wara Papa Klement IV li sar f’Viterbo, kien dam mid‑29 ta’ Novembru 1268 sal‑1 ta’ Settembru 1271, fejn imbagħad laħaq Papa Girgor X. Fl‑ewwel sekli kellna wkoll perijodu ta’ 4 snin mingħajr Papa. Dan seħħ bejn il‑martirju ta’ Papa San Marċellinu fis‑sena 304, u l‑elezzjoni ta’ Papa San Marċellu I fis‑sena 308. Insibu wkoll l‑konklavi li 30
beda fl‑4 ta’ April 1292 u ntemm fil‑5 ta’ Lulju 1294; il‑konklavi li beda fl‑20 ta’ April 1314 u dam sas‑7 ta’ Awwissu 1316 fi żmien il‑papat f’Avignon; il‑konklavi tal‑4 ta’ Lulju 1415, li dam sal‑11 ta’ Novembru 1417 fiż‑żmien tax‑xiżma tal‑Punent, u l‑konklavi li beda fid‑29 ta’ Awwissu 1799 u dam sal‑14 ta’ Marzu 1800. Tajjeb ngħidu li Papa Girgor X (1210‑1276) u Papa Klement IV (1195‑1268) damu madwar 7 xhur sakemm ħadu l‑pussess bħala papiet. Fis‑sena 418
W.K. niltaqgħu mal‑ewwel interferenza tas‑setgħat sekuluri fl‑għażla tal‑Papa li seħħet permezz ta’ Karlu ta’ Ravenna. Fis‑sena 654 Papa San Ewġenju I laħaq Papa qabel ma’ miet il‑predeċessur tiegħu Papa San Martin I, billi dan għamel sena eżiljat fil‑ħabs u għalhekk kien hemm effettivament żewg papiet validi. Mis‑sena 891 sas‑sena 955 kien hemm għoxrin Papa differenti f’perijodu ta’ 64 sena. Dwar il‑papiet tal‑aħħar sekli għandna informazzjoni dwar
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
il‑konklavi li eleġġuhom. Partijiet mill‑informazzjoni huma spekulazzjonijiet li ħarġu mill‑midja dwar il‑konklavi, liema informazzjoni għandha dejjem tibqa’ mistura mill‑kardinali eletturi. Papa Beatu Piju IX, li kien qabel Kardinal ta’ Imola, ġie elett Papa fis‑16 ta’ Gunju 1846 wara erba’ votazzjonijiet minn ħamsin kardinal Ewropew f ’konklavi li dam tlett ijiem. Kien hemm ukoll l‑influwenza tal‑Imperatur tal‑Awstrija, Ferdinandu I fuq il‑Kardinal ta’ Milan Karl Kajetan Gaisruck biex jivvota kontra Papa Piju IX. Papa Ljun XIII, li kien qabel Kardinal ta’ Peruġja, ġie elett fl‑20 ta’ Frar 1878 wara tliet votazzjonijiet fit‑tieni jum tal‑konklavi, fejn kien hemm preżenti 61 kardinal li kollha kienu Ewropej. Papa San Piju X li kien għal 9 snin Patrijarka ta’ Venezja, ġie elett Papa fl‑4 ta’ Awwissu 1903 wara s‑seba’ votazzjoni fir‑raba’ jum tal‑konklavi minn fost 62 kardinal. Favorit ieħor kien Rampolla del Tindaro, imma l‑imperatur tal‑Awstrija Francis Joseph kien kontrih. Papa Benedittu XV, li qabel kien Kardinal ta’ Bologna, kien elett Papa fit‑3 ta’ Settembru 1914 wara 10 votazzjonijiet fit‑tielet jum tal‑konklavi minn 57
kardinal li 55 minnhom kienu mill‑Ewropa. Fost il‑favoriti kien hemm Serafini u Maffi ta’ Pisa. Jingħad li Serafini kien ġab vot wieħed biss aktar minn Maffi, liema vot ma kienx tiegħu personali. Papa Piju XI li kien qabel Kardinal ta’ Milan, ġie elett Papa fis‑6 ta’ Frar 1922 minn 53 kardinal fil‑konklavi li dam ħamest ijiem wara li saru 14‑il votazzjoni. Papa Piju XII ġie elett Papa fit‑2 ta’ Marzu 1939 fit‑tieni jum tal‑konklavi minn 62 kardinal. Papa San Ġwanni XIII, li kien qabel Patrijarka ta’ Venezja, ġie elett Papa fit‑28 ta’ Ottubru 1958 wara ħdax‑il votazzjoni fir‑raba’ jum tal‑konklavi fejn kien hemm 51 kardinal. Jingħad li fl‑ewwel votazzjoni kien ġab 7 voti biss. F’dan il‑konklavi l‑Arċisqof ta’ Milan,
Giovanni Montini, li ma kienx kardinal, kien irċieva ħafna voti. Papa Beatu Pawlu VI ġie elett Papa fil‑21 ta’ Ġunju 1963 wara sitt votazzjonijiet fit‑tielet jum tal‑konklavi fejn kien hemm 80 kardinal. Kien hemm favoriti l‑Kardinal ta’ Brussells, Seunens, dak ta’ Vjenna, Konig u Siri ta’ Ġenova. Papa Ġwanni Pawlu I kien elett fis‑26 ta’ Awwissu fl‑1978. Qabel kien Patrijarka ta’ Venezja, u ġie elett minn 111‑il kardinal wara erba’ votazzjonijiet fit‑tieni jum tal‑konklavi, fejn fost il‑favoriti kien hemm Siri ta’ Ġenova, Ursi ta’ Napli, u Pignedoli, Lorscheider u Benelli ta’ Firenze. Jingħad li fl‑ewwel votazzjoni Siri ġab 25 vot u Luciani ġab 23 vot, filwaqt li fl‑aħħar ivvutaw 99 kardinal għal Luciani u 11 għal Siri. F’dan il‑konklavi Wojtyla kien ġab biss erba’ voti.
31
Marzu 2018
IL‑PAPA, IS‑SUĊĊESSUR TA’ SAN PIETRU – DUN CHARLES BUTTIGIEG
Papa San Ġwanni Pawlu II, li kien qabel kardinal ta’ Krakovja, ġie elett Papa fis‑16 ta’ Ottubru 1978 wara 8 votazzjonijiet fit‑tielet jum tal‑konklavi minn 111‑il kardinal. Hawnhekk il‑favoriti kienu Siri u Benelli, filwaqt li Wojtyla kien ġab biss ħames voti fl‑ewwel votazzjoni. Fil‑bidu Benelli kien jonqsu biss 9 voti biex jilħaq u l‑Kardinal Colombo ta’ Milan kien ircieva diversi voti fejn imbagħad dan tal‑aħħar qal li ma riedx jilħaq Papa wara r‑raba’ votazzjoni biex il‑kardinali mmexxija mill‑influwenza ta’ Konig ta’ Vjenna, Wysynski tal‑Polonja u l‑Amerikan Krol, bdew jagħtu l‑voti lil Wojtyla li fir‑raba’ votazzjoni kien għadu wasal sa 10 voti. Fil‑ħames votazzjoni huwa ġab 20 vot u fis‑6 votazzjoni ġab 40. Fuq l‑appoġġ ta’ Willebrands tal‑Olanda u ta’ Suenens tal‑Belġju, fis‑7 votazzjoni kien biss żewġ voti 32
’l bogħod milli jiġi elett, fejn fl‑aħħar, fit‑8 votazzjoni ġab 99 vot. Jingħad li kellu xewqa li jieħu l‑isem ta’ Stanislaw bħala Papa. Papa Benedittu XVI ġie elett fid‑19 ta’ April 2005, wara erba’ elezzjonijiet. Fl‑ewwel votazzjoni l‑Kardinal Ratzinger ġab 47 vot, Bergoglio 10 u Martini 9. Fit‑tieni votazzjoni Ratzinger ġab 65 vot u l‑Arġentin Bergoglio ġab 35 vot, fit‑tielet votazzjoni Ratzinger ġab 72 vot u Bergoglio ġab 40 vot u fir‑raba’ votazzjoni Ratzinger laħaq Papa b’84 vot, waqt li Bergoglio ġab 26 vot. Qabel din l‑aħħar votazzjoni Bergoglio kien ħeġġeġ lill‑kardinali sabiex jagħżlu lil Ratzinger bħala Papa. Papa Franġisku laħaq Papa fit‑13 ta’ Marzu 2013 wara sitt votazzjonijiet fejn kien hemm 115‑il kardinal. Fost il‑favoriti kien hemm Scola ta’ Milan, Ravasi, Scherer tal‑Brażil, Tukson tal‑Ghana
u Ouellet tal‑Kanada. Jingħad hawnhekk li fl‑ewwel votazzjoni kien Scola li ġab l‑iktar voti b’35 vot, Bergoglio ġab 25 u l‑Kanadiż Ouellet ġab 15‑il vot. Fit‑tielet votazzjoni Bergoglio ġab 50 vot u fir‑raba’ votazzjoni ġab fuq 70 vot, imma mhux is‑77 vot meħtieġa. Fis‑sitt votazzjoni, wara li l‑ħames waħda ġiet annullata minħabba żball ta’ vot żejjed, il‑Kardinal tal‑Arġentina Jorge Mario Bergoglio ġab iktar minn 90 vot u laħaq Papa. Nerġa’ ngħid li l‑figuri f ’dan l‑artiklu huma produzzjoni tal‑midja, għaliex il‑konklavi huwa dejjem mistur taħt il‑ġwenħajn tal‑verità tal‑Ispirtu s‑Santu li qiegħed imexxi l‑Knisja ta’ Kristu. B’hekk tajna ħarsa lejn l‑istorja tal‑Papiet tal‑Knisja, bl‑ewwel Papa jkun San Pietru magħżul minn Sidna Ġesù Kristu.
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)
Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25 u kklikkja fil‑parti Donations. 33
Marzu 2018
Ta’ min jaħseb fuqha! Għaxar kmandamenti Li Ta’ Min Isegwihom fil‑Ħajja:
It‑talb mhux xi ‘spare wheel’ li toħorġu meta tkun fl‑inkwiet, imma hu ‘steering wheel’ li jiddireġik fit‑triq it‑tajba. Għalfejn il‑ħġieġa ta’ quddiem tal‑karozza hi kbira, u l‑mera li tara minnha fuq wara hi daqstant żgħira? Għax il‑passat mhux importanti daqs il‑futur. Ħares ’il quddiem u ibqa’ għaddej.
Il‑ħbiberija hija bħal ktieb. Tieħu ftit sekondi biex tinħaraq u tispiċċa, imma tieħu s‑snin biex tinkiteb. Kollox hu temporanju fil‑ħajja. Jekk kollox sejjer 34
sew, gawdi, għax ma tantx iddum. Jekk kollox sejjer ħażin, tinkwetax, dan l‑istess mhux ħa jdum wisq biex jgħaddi.
Il‑ħbieb antiki huma bħad‑deheb, imma l‑ħbieb ġodda huma djamanti. Jekk tikseb djamant, tinsiex id‑deheb, għax biex iżżomm djamant dejjem għandek bżonn bażi tad‑deheb.
Spiss nitilfu t‑tama u naħsbu li wasal it‑tmiem. Alla jitbissem minn hemm fuq u jgħidilna: “Strieħ, qalbi, din hi biss liewja u mhux it‑tmiem!”
Meta Alla jsolvilek il‑problemi, ikollok it‑tama fl‑abbiltajiet tiegħu, imma meta Alla ma jsolvilekx il‑problemi, huwa jkollu t‑tama fl‑abbiltajiet tiegħek.
Darba raġel għami staqsa lil Sant’Antnin: “Jista’ jkun hemm xi ħaġa agħar milli titlef id‑dawl t’għajnejk?” Huwa wieġbu: “Iva, li titlef il‑viżjoni!”
Meta titlob għal ħaddieħor, Alla jisimgħek u jberikhom. Mela meta tħossok sigur u kuntent, ftakar li xi ħadd talab għalik. Toqgħodx tinkwieta, għax dan ma jneħħix l‑inkwiet t’għada, imma jneħħi biss il‑paċi tal‑lum.
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel
21236962 AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK
‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.
FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI GĦAS‑SENA 2017/2018 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola
Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta
Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Marzu 2018
SERNIK (‘CHEESECAKE’) MILL‑POLONJA
Għandek bżonn • 200 gramma gallettini ‘digestive’ • 100 gramma butir mhux mielaħ imdewweb • 300 gramma ġobon artab ‘ full fat’ • Bott ħalib magħqud • Nofs kikkra passolina • Meraq ta’ 2 lumijiet imsoffija • Frawli friski jew ġamm tal‑frawli (tista’ tuża frott ieħor tal‑gosti tiegħek)
Metodu:
• Kessaħ it‑taħlita fil‑friġġ.
• Oħroġ iċ‑‘cheesecake’
• B’lembuba farrak il‑gallettini
• Ħawwad sew flimkien il‑ġobon
sa ma jiġu trab.
artab u l‑ħalib magħqud.
mill‑friġġ u neħħi bil‑mod il‑ġenb tal‑landa.
• Ġo kazzola fuq nar baxx,
• Żid il‑passolina u l‑meraq
• Ferrex fil‑wiċċ il‑frawli friski
ħallat il‑butir imdewweb flimkien mal‑frak tal‑gallettini.
• Ferra’ t‑taħlita fuq il‑bażi
jew il‑ġamm tal‑frawli jew frott ieħor tal‑gosti tiegħek.
• Kessaħ fil‑friġġ għal madwar
SMACZNEGO!
• Ippressa t‑taħlita ġo landa tal‑kejkijiet taċ‑ċintorin tonda b’dijametru ta’ 18‑il ċm.
tal‑lumi.
tal‑gallettini.
sagħtejn u nofs.
(L‑Ikla t‑Tajba!)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Marzu 2018
...for that perfect gift, visit us
Attività Jum l-Omm: L-Erbgħa 9 ta' Mejju • Ħin: 12pm • Prezz: €20 • Soppa • Varjetà ta' Għaġin • Deżerta • Tombla Aktar dettalji fil-ħarġa li jmiss
37
KOMPETIZZJONI ‑ MARZU 2018
Marzu 2018
SUDOKU
6
Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
8
9
5
8
3
9
7
5
1
2
7
4
6
9
2
3 1
1
7
3
8
3
4
9
1
9
3
2
7
5
6
2
4
7
9
1
1
9
Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________
1
4
2
9
8
6
5
3
7
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Jannar 2018:
8
5
6
7
3
2
9
1
4
9
7
3
5
4
1
6
8
2
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Maria Sant mill‑Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa.
5
2
9
1
6
7
8
4
3
6
3
4
2
9
8
1
7
5
7
1
8
4
5
3
2
9
6
4
8
1
3
2
5
7
6
9
3
6
5
8
7
9
4
2
1
2
9
7
6
1
4
3
5
8
Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
Nitbissmu ftit: Tifel: Papà, kif bdew jitwieldu n‑nies? Missier: Adam u Eva kellhom it‑tfal, dawn kibru u kellhom it‑tfal li kibru u kellhom it‑tfal ... Tifel: Mamà, kif bdew jitwieldu n‑nies? Omm: Aħna konna xadini, maż‑żmien evolvejna u ġejna kif aħna llum il‑ġurnata. Tifel: Papà, għaliex gdibtli? 38
Missier: Le ibni, ma gdibtlekx. Ommok kienet qed titkellem fuq il‑familja tagħha!
W
ara li marret tieġ għall‑ewwel darba, tifla żgħira staqsiet ’l‑ommha għaliex l‑għarusa kienet liebsa l‑abjad. Omm: Għax illum hi l‑aktar ġurnata kuntenta ta’ ħajjitha! Tifla: Allura għalfejn l‑għarus liebes l‑iswed?
Marzu 2018
MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018
Eżempji sbieħ
Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb • 10 ta’ Awwissu 2017 Antida Micallef minn Santa Venera • 11 ta’ Novembru 2017 Carmena Wettinger minn Ħal Għargħur
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Benefatturi tal‑Karmelitani tal‑Balluta • Berta u Caroline minn Raħal Ġdid • Doris Fenech, u Rose u Ġina Xuereb mill‑Gżira • Ginny Falzon minn Ħal Għaxaq • Janie Scicluna mill‑Mosta • Agnes u Rose Darmanin minn Ħaż‑Żabbar • Mġarr Farmers taż‑Żebbiegħ • Gabriella Agius mix‑Xagħra • Familja Piscopo minn San Lawrenz Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
• 13 ta’ Diċembru 2017 Paul Grech minn Ħal Safi • 14 ta’ Jannar 2018 Anne Abdilla mill-Belt Valletta • Jannar 2018 Filomena Grima miż-Żebbiegħ • Tania Camilleri minn Tas-Sliema (San Girgor) • 05 ta’ Frar 2018 Anton Falzon min-Nadur
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
• Grazzi lil Josephine Bartolo mill‑Mellieħa, Anna Vella u Nikolina Sciberras li taw xi oġġetti għall‑bażar. Grazzi wkoll lil Tereża u Manwela Muscat minn Ħal Għargħur li taw donazzjoni sabiħa ta’ €400 minn bejgħ ta’ pjanti. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kalzetti biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.
IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?
Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39
Marzu 2018
CHOICE The Curtain Emporium Marthese Mifsud Director 822, St Joseph High Street Ħamrun ‑ ĦMR1018 Tel: 2745 2315 Mob: 2745 2315
Where you and your home matter most
40
chyc.choice@hotmail.com www.chyc.com.mt Facebook: ChycChoice