#ilmissioint għal donazzjoni www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex | | 7 | 7 MISSIO VR ĠEJ TIMXI FIŻ‑ŻARBUN TIEGĦI? NEWSPAPER POST Lulju 2023 SENA 91 02 Talba Ta’ Tifla 04 Minn Kollox Tara Fis‑Sajf 18 Tfal Orfni Bl‑HIV 24 Beata Marija Mercedes Prat Mid‑19 sal‑25 ta’ Lulju 2023 @6:00pm Pjazza Tritoni, Il‑Belt Valletta Mixja bit‑teknoloġija VR b’risq proġetti ta’ Missio fil‑Missjoni 23 ta’ Lulju ‑ Xandira diretta fuq it‑TV minn nofsinhar sa nofsillejl PARTI MILL‑ Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178 Lulju 2023 EDITORJAL – CLAUDIA CINI
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju],
7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm
Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm
Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128.
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272
Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066.
Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm
BORD EDITORJALI
Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)
Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia
Websajt u Facebook: missiomalta
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.
Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar.
L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja.
Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.
2 Editorjal
4 Messaġġ Mid‑Direttur
Il‑kittieb Norman Peale jirrakkonta
li darba kien preżenti għall‑ikla ta’ professur, kirurgu ta’ fama kbira. Qabel l‑ikla, xi ħadd xtaq lill‑professur jirrakkonta xi esperjenza li baqgħet f’moħħu u f’qalbu. Għal mument il‑professur deher xi ftit ħosbien, imma ftit wara beda r‑rakkont tiegħu:
“Kont ilni diġà xi snin professur stabbilit, b’isem magħruf u naqlagħha tajjeb ħafna, iżda fil‑familja tiegħi kelli inkwiet kbir.
L‑imħabba ta’ bejni u bejn marti ma kinitx għadha bħal qabel, u anki wliedi donnhom
li ma kinux qed juruni r‑rispett u l‑imħabba
Ritratt tal‑faċċata: Powster Missio VR.
li kont qed nippretendi minnhom. Forsi għax kienu għadhom żgħar, jew forsi għax
il‑ħarġa:
Talba Ta’ Tifla
F’din
6 Intenzjoni Missjunarja
Ma’ ... 18 Maratona Ta’ Tama 22 Il‑Qaddisa Tax‑Xahar 24 Missjoni Edukattiva 28 Poeżiji 31 Żjarat Fid‑Djar Tal‑Anzjani 32 Dehriet Tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni U Ċajt 39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna
8 Proġett Ieħor Minn Missio Malta 12 Minn Seminarista Għal Saċerdot 14 Niltaqgħu
Abbonament għal sena €10.00 2
marti u niesha kienu qed ibegħduhom minni. Li naf żgur hu li kien żmien iebes għalija, għal marti u għat‑tfal ukoll. Kont beżgħan li ma kienx hemm dawl
f’tarf l‑isqaq ta’ ħajjitna. Biex tagħqad, fl‑isptar fejn kont naħdem, kien hemm persuna li ntebħet f’liema stat kont u bdiet turini ħafna simpatija! Saħansitra qaltli biex inserraħ rasi għax kienet lesta tilqagħni jekk kemm‑il darba marti tagħlaqli l‑bieb f’wiċċi!
Darba, kelli nagħmel operazzjoni lil tifla li l‑età tagħha fakkritni f’binti. Kienet tifla sfortunatament marida serjament. Il‑ġenituri tagħha, li kienu jħobbuha bi mħabba kbira, kellhom biża’ kbir li se jitilfuha. Jien, li kont naf kemm kienet fil‑periklu, ippruvajt nagħmlilhom kuraġġ. F’jum l‑operazzjoni, iċ‑ċkejkna ħarset lejja u meta għedtilha li kont se nraqqadha ħalli tqum imfejqa, qaltli: “La se norqod nixtieq ngħid it‑talba ta’ qabel l‑irqad,” u dlonk niżlet għarkopptejha
u talbet mill‑qalb: “Ġesù, jiena naf li tħobbni u f’idejk nintelaq. Dak li trid inti hu dejjem l‑aħjar għalija.” Dak il‑ħin ħassejt li din it‑talba għandha tkun it‑talba tiegħi. L‑operazzjoni rnexxiet u t‑tifla fieqet. Fieqet ukoll il‑ġerħa tal‑familja tiegħi, għax minn dakinhar bdejt ngħaddi kuljum fi knisja żgħira nirrepeti t‑talba ta’ dik l‑anġlu ċkejken.”
Dawk kollha preżenti bdew iċapċpu hekk kif il‑professur temm ir‑rakkont tiegħu. Għarfu kemm kien pront li jaċċetta l‑grazzja li offrielu l‑Mulej Ġesù. Hekk temm jgħid Norman Peale. U aħna, lesti li bħal din it‑tifla ċkejkna nintelqu kompletament f’idejn il‑ħniena t’Alla? U lesti bħall‑professur nagħrfu u naċċettaw il‑grazzji li joffrilna l‑Mulej?
3 Lulju 2023
Minn Kollox Tara Fis‑Sajf
nimmaġina kieku Alla kellu joħloq kulur wieħed, jew kieku għamilna kollha tal‑istess daqs u l‑istess wiċċ. Hija fid‑DNA tagħna li rridu d‑diversità.
joħloq dak li ma jinsabx fih u allura meta nħarsu lejn il‑ħolqien bil‑grazzja t’Alla, insibu lil Alla.
Naturalment, id‑dimonju
Ix‑xahar ta’ Lulju huwa mmarkat l‑ewwel nett mis‑sajf, mis‑sħana, mill‑baħar, mill‑festi, mill‑vaganzi u mis‑safar. Nieqaf hawn għax tant hemm xi tgħid li l‑lista ma tispiċċa qatt! Hemm min jogħġbu u hemm min idejqu dan iż‑żmien tas‑sena. Aħna magħmulin hekk, kulħadd u kollox huwa differenti minn xulxin. U din hija s‑sbuħija tal‑ħajja. Ma nistax
Faċli tgħidu dan, imma mhux faċli tgħixu dan id‑don sabiħ tad‑diversità li huwa maħluq hekk minn Alla. L‑oriġini tad‑diversità nsibuh f’Alla stess u għalhekk ħalaqna differenti minn xulxin għax f’Alla stess hemm id‑diversità: Missier, Iben u Spirtu s‑Santu. Imma l‑aktar li tidher f’Alla hija l‑unità u allura, filwaqt li huma tlieta, huma fuq kollox Alla wieħed. L‑unità f’Alla mhix realtà matematika, imma sbuħija ta’ armonija. Meta Alla ħalaq, ma setax
mhux biss m’għandux, imma jobgħod l‑unità u l‑armonija. Fejn m’hemmx għaqda u armonija mhux Alla hemm, imma d‑dimonju. Tiskanta kemm dan huwa veru. Kemm isir faċli ssib lil Alla fil‑bnedmin u fil‑ħolqien meta jkun hemm l‑għaqda u l‑armonija fir‑relazzjonijiet ta’ bejniethom u mal‑ħolqien! Bħalissa f’Malta għandna realtà li qatt ma kellna qabel: numru kbir ta’ ħaddiema barranin, kif ukoll numru kbir ta’ turisti, speċjalment fis‑sajf. Dawn iġibu f’artna
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – DUN VICTOR AGIUS
4 Lulju 2023
diversità enormi. Aħna kif qed nirreaġixxu għal din is‑sitwazzjoni? Aħna ppreparati biex ngħixu f’armonija magħhom jew sempliċement qed inħallu lilna nfusna niġu assorbiti minn monokultura, jew kif ngħidu bil‑Malti nsiru bħan‑nagħaġ ta’ Bendu?
L‑Evanġelizzazzjoni, li bħala Nsara għandna ngħixu, issir billi bi mħabba kbira nagħtu bħala don ta’ mħabbitna t‑tjubija u s‑sbuħija tal‑kultura tagħna
ta’ Maltin. Kemm jieħdu gost il‑barranin meta jaraw li lill‑Maltin jistgħu jafdawhom, ikellmuhom u jistaqsuhom dak li jkollhom bżonn, li jsibu l‑indafa u l‑armonija fit‑toroq tagħna, u l‑attenzjoni għal xulxin. Lil Malta nistgħu nagħmluha bħal perla prezzjuża fil‑Mediterran jekk fiha jkunu jidhru ċari l‑għaqda u l‑armonija bejn in‑nies u fl‑ambjent li noħolqu. Ispirat mill‑Eżortazzjoni
Appostolika ta’ Papa Franġisku ‘Il‑Ferħ Tal‑Vanġelu’ par.117
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962
B’SMS ta’ €6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla għal sena skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkun qed titma’ 7 t’itfal għal ġurnata. DONAZZJONIJIET B’RIS Q IL‑MISSJONI sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99 B’SMS ta’ 6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla għal sena skolastika. B’SMS ta’ 2.33 tkun qed titma’ 7t itfal għal ġurnata.
5 Lulju 2023
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Għall‑Ħajja Ewkaristika.
Nitolbu sabiex
il‑Kattoliċi jpoġġu
ċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija
fil‑qalba tal‑ħajja tagħhom, u jittrasformaw
ir‑relazzjonijiet
umani b’mod profond u miftuħa
għal‑laqgħa m’Alla u ma’ ħuthom kollha.
Lulju 2023
Eucharistia’, tgħid b’mod ċar li l‑Ewkaristija tgħaqqad l‑art u s‑sema, u permezz tagħha nsaħħu r‑rabta tagħna mal‑Knisja fis‑sema. L‑Ewkaristija hija fuq kollox iċ‑ċentru tal‑ħajja tal‑Knisja.
Bl‑Ewkaristija
L‑erbatax‑il Enċiklika
ta’ Papa San Ġwanni
Pawlu II dwar
l‑Ewkaristija ‘Ecclesia de
nipparteċipaw minn issa fil‑frott tas‑Saltna tas‑Sema li hija fuq kollox l‑għaqda bejn l‑aħwa, fix‑xirka tal‑qaddisin kollha m’Alla. Hija parteċipazzjoni minn issa fil‑liturġija tas‑sema fejn l‑ilħna fqajra tal‑umanità jingħaqdu ma’ dak tal‑kor ċelesti fis‑sema, kif
nesprimu fl‑akklamazzjoni tas‑‘Sanctus’, qabel
il‑mument tal‑konsagrazzjoni fil‑quddiesa. L‑Ewkaristija
hija ghalhekk is‑sagrament
INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Kristu Salvatur, pittura ta’ Joan de Joanes, Mużew tal‑Belle Arti ta’ Valencia.
6 Lulju 2023
tal‑għaqda misterjuża
tagħna ma’ Kristu, issa f’din id‑dinja u m’Alla fil‑ħajja ta’ dejjem. Din il‑‘koinonia’ mal‑ġisem Ewkaristiku ta’
Ġesù Kristu hija ‘koinonia’ mal‑ġisem mistiku tiegħu li huwa l‑Knisja: “Il‑kalċi mbierek li fuqu ngħidu l‑barka mhuwiex għaqda mad‑demm ta’ Kristu? U l‑ħobż li naqsmu mhuwiex
għaqda mal‑ġisem ta’ Kristu?
Għax la l‑ħobża hija waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed; ilkoll kemm aħna nieħdu sehem minn ħobża waħda.” (1 Korintin 10:16‑17) Tassew li dan
is‑sagrament jgħaqqadna minn issa mal‑Knisja
tas‑sema, mal‑Verġni
Marija u mal‑Qaddisin
kollha fil‑mixja tagħna lejn
Ġerusalemm tas‑Sema, fil‑Belt Eterna tas‑Sliem.
Il‑mixja tal‑Knisja hija
għalhekk l‑istess mixja li
mxew iż‑żewġ dixxipli ta’
Emmaws wara li għarfu lil
Ġesù fil‑qsim tal‑ħobż, mixja
Charity Shop
No.92, Qormi Road, Hamrun
Opening hours:
Monday‑Friday 8.30am‑12.30pm
Saturday 8.30am‑3.00pm
We sell:
lejn Ġerusalemm tas‑Sema. L‑Ewkaristija għandha tassew id‑doni kollha li jwasslu lill‑Knisja għall‑milja tagħha eskatoloġika għax tassew dan is‑sagrament huwa vjatku, ‘triq’, lejn is‑sema.
Nagħlaq hawnhekk b’episodju li nsibu fl‑Atti 1:1‑11, fejn Ġesù Rxoxt, qabel it‑tlugħ tiegħu fis‑sema, jistieden lill‑appostli li kienu f’Ġerusalemm fejn iċċelebraw l‑Ewkaristija, sabiex joħorġu lejn l‑Għolja taż‑Żebbuġ, mhux iktar issa għat‑tbatija fl‑Ort tal‑Ġetsemani u għall‑passjoni, imma issa għall‑glorja fis‑sema. Dan l‑episodju juri biċ ċar ir‑rabta li hemm bejn l‑Ewkaristija u l‑glorja tas‑sema. L‑Ewkaristija hija għalhekk is‑sagrament tal‑ħajja ta’
dejjem: “Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l‑ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill‑imwiet fl‑aħħar jum.”
(Ġw. 6:54)
Clothing for men, women, children and babies: Jackets, trousers, t‑shirts, shirts, tops, socks, ties, suits, dresses, bags, gloves, baby grows, hats, etc.
Baby essentials: Push chairs, cots, car seats, potties, baby high‑chairs, etc.
Accessories: Jewellery
Books: Educational, classic, fiction, foreign, religious, etc.
School Items: Stationery, pencils, covers, etc.
Toys: Soft toys, games, puzzles, etc.
Cards: Birthday, anniversary, Holy Communion, Christmas, Easter, Wedding, Christening, etc.
Kitchenware: Crockery, cutlery, plates, bowls, glasses, utensils, waterjugs, etc.
Glassware: Adverts
Homeware: Ornaments, statuettes, china, frames, carpets, sheets, pillowcases, crochet, doilies, knitwear, prints, paintings, decorations, etc.
Household Goods: Shades
Gifts: Occasional cards, Holy Communion, Confirmation, Wedding party souvenirs, etc.
Bric & Brac: Knick knacks, and much more.
We accept plastic bottle caps.
7 Lulju 2023
Missio Malta Supports The Works On The Formation House, Scuola Epiphany, Tagaytay, Philippines
Fabile from Catarman Samar, and also a description of a volcanic eruption of Taal Volcano that affected many people’s livelihood and damaged many buildings, including the formation house.
This article is partly an interview with the Head of Scuola Epiphany (Epi), Father Fidel
On 1st July 2021 Taal Volcano, which is in the Region of Batangas in Luzon Tagaytay, erupted and generated a plume 1km high. This was followed
by four small eruptions of 200 metres high on the same day in the evening, and a volcanic tsunami and typhoon followed the eruption after a few days, making the situation of broken buildings and homeless people even worse. According to Philippine Government statistics there were 300 families or 1,306 people taking temporary shelter in 12 evacuation centres and another 189 people staying with their families after displacement. Amongst the buildings that were affected was the formation house, Scuola Epi, a school of life for the seminarians and priests of Asia. The heat and acidity of the ashes from the volcano
PROĠETT IEĦOR MINN MISSIO MALTA – SARAH AZZOPARDI
The Formation House was damaged by the volcano.
8 Lulju 2023
burnt the ceilings and the walls of the building, and when there was the strong typhoon, the torrential rainfall flooded the building and the road was also damaged. This all happened during the challenging times of COVID‑19 and due to these damages the formation building was abandoned. The formation house was opened again a year ago, in February 2022, and since then with support from Missio Malta, renovations started, including changing parts of the roof and the internal flooring and furniture, since it was damaged by termites. Twelve seminarians, including the head of the formation house, Father Fidel, are now residing in it. Last year, a new group of priests went to live in the house to try to understand
what is communitarian spirituality, which is about living in communion in a practical way and how priests can survive in the midst of the hectic world. The communitarian living helps the seminarians and priests survive since by helping one another and living in fraternity, the kindness, understanding, sharing and
support given to each other helps the priests to have a sense of belonging and a home to be able to help the poor in the area.
The Origin Of The Formation House
In the interview, Father Fidel stated that when Father Victor and Father Anthony arrived in Tagaytay they realised that the priests were not well supported, especially those assigned to remote areas, with no communication, no transportation available and due to a lack of support, life was a struggle and miserable. The idea of the formation house is to allow priests and seminarians, who are usually sent by the Bishop from all over Asia including Thailand, the Philippines and others, to
9 Lulju 2023
Works Inside The Formation House.
experience communitarian spirituality and provide a space for the community where people can help and support one another not just in material things, but in companionship which will help them survive in a hectic world, especially when they face challenging situations to help the poor people in the area. The seminarians usually stay for six months in the formation house and they can extend and stay longer if they wish to. This experience of practical formation does not replace the formal theological formation in the seminary, but is provided over and above the theological academic education. This experiential communitarian living is offered in order to intensify and deepen the relationships,
to learn to empathise with one another and to live the experience they would have been trained in the seminary which they can then transfer in their pastoral work when they leave the formation house.
The Function Of The Formation House And Its Positive Social Impacts
The goal of Scuola Epi Formation House is to offer a ‘school of life’, a laboratory of the Gospel, animated by the spirituality of the Focolare, by its charism of unity. Father Andrew Recepcion of the Archdiocese of Cáceres, Philippines says that the school of life, means that it is a school of evangelical life. It is a school where the classroom is the whole space
of the formation house, including the kitchen and living room, since it is in the everyday tasks, such as cooking together, that the spirituality of communion is practised. The ‘books’ and ‘classrooms’ are life itself, a space of encounter with others even outside the premises of the school. An example of this classroom outside the school is when seminarians visit different ‘barangay’ (villages), in order to meet, spend time with and become friends with local people. This is experienced as an encounter built on trust and doing daily things together such as eating a coconut, and not focused immediately on teaching catechism.
Father Toni Weber and Father Victor Agius, who
PROĠETT IEĦOR MINN MISSIO MALTA – SARAH AZZOPARDI
10 Lulju 2023
Works in The Formation House.
set up the formation house through the relationship they formed with the neighbours, offered child sponsorship to the poor, but well‑deserving children. This was the foundation of the social project Pagasa, which started in the late 1990’s and today caters for the health, education and food of around 500 families. Therefore, with Missio Malta supporting the rebuilding of the volcanic‑damaged parts of the formation house, one is not only supporting the twelve seminarians in the house, but through it,
many families find their dignity through long term sustainable programmes, including the formation for lay people through catechesis by the seminarians, food programmes and child education programmes. Since the formation house is part of a bigger community, including the eco‑farm to supply organic nutritious food for the poor families, Pagasa social centre that provides child sponsorship and spiritual formation, the carpentry shop that provides education and employment to out‑of‑school youths, the development is
RIEDA LI TAGĦTI
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.
Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.
Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
a sustainable and long term one. The formation house together with the other mentioned organisations, therefore, provides a holistic development of the human being, both seminarians and the lay people, by addressing the individual needs and also the collective by creating a supporting community based on unity and love that Chiara Lubich founded Focolare on.
Missio Malta thanks the Maltese sponsors for donating towards the refurbishment of the Formation House.
.
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien
11 Lulju 2023
Dun Kilbin Reegan I
Dun Kilbin Reegan I ġie ordnat saċerdot fl‑24 t’April 2022. Huwa mill‑Indja u beda l‑istudji tiegħu fit‑Teoloġija fis‑sena 2018 fis‑Seminarju tal‑Qalb Imqaddsa f’Chennai fil‑Poonamallee.
Dan kien biss possibbli grazzi għal borża ta’ studju minn benefattur Malti permezz ta’ Missio Malta.
Dun Kilbin ġej minn familja fqira; ommu mejta u missieru anzjan. Huwa għandu 4 ħutu bniet u 3 ħutu subien.
Dun Kilbin kien jieħu ħsieb missieru, iżda minħabba li kellu jmur is‑seminarju, bdew jieħdu ħsiebu ħutu li huma kollha miżżewġin u bil‑familji tagħhom. Wara ħames snin jistudja, Dun Kilbin illum il‑ġurnata qiegħed iservi fid‑Djoċesi ta’ Kottar.
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5
Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36
Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48
Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60
Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:
€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż)
€2400 (l‑ispejjeż kollha)
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
Jew fuq: www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑ QALB
MINN SEMINARISTA GĦAL SAĊERDOT – RITA FALZON
12 Lulju 2023
15 ta’ Lulju 2023 Ħin: 7:30pm Post: Ġnien tal‑Argotti, il‑Furjana . Bil‑parteċipazzjoni ta’ Kbar €20 Laħam / Tiġieġ / Ħut Ikel Veġetarjan Tfal €12 bejn 6 u 12-il sena BILJETTI: Faith Hope & Charity, il-Belt Valletta IMEJL: info@missio.org.mt | ĊEMPEL: 2123 6962 www.missio.org.mt & Fiona BARBEQUE TAS‑SAJF missio jippreżenta (V0/1178) 13 Lulju 2023
Riona D’Souza
Din it‑tfajla Indjana twieldet nhar il‑25 t’Ottubru 2006, f’familja fqira. Missierha Richard, li huwa trux u mutu, jaħdem bħala bennej, filwaqt li ommha Celine hija mara tad‑dar. Riona għandha żewġ ħutha subien. It‑tfajla tħobb ħafna tistudja u tmur tajjeb fl‑istudji tagħha. Sabiex tattendi l‑Iskola Sekondarja ta’ San Sebastjan f’Mangalore, ta’ kuljum ikollha timxi
mat‑tliet mili. Meta kienet iżgħar, kienet tattendi l‑Iskola Primarja ta’ Panir li tinsab f’Mangalore wkoll. Għalhekk tista’ tgħid li sa minn ċkunitha kienet timxi tant mili biex tirċievi l‑edu kazzjoni xierqa.
Permezz ta’ sponsorizzazz joni mingħand benefattur ta’ Missio Malta, Riona bdiet u għadha tista’ tkompli bl‑istudji tagħha, għaliex sew il‑miżata kif ukoll
NILTAQGĦU MA’ ... – RITA FALZON
Riona fl‑età ta’ 9 snin.
Riona fl‑età ta’ 11‑il sena.
il‑kotba tal‑iskola huma mħallsin mid‑donazzjoni
2016 2017 14 Lulju 2023
Riona fl‑età ta’ 10 snin.
tal‑benefattur. Barra minn hekk, Riona qiegħda tgħix f’kunvent tas‑sorijiet qrib ħafna tal‑iskola bħala ‘border’ u għalhekk m’għandhiex bżonn aktar timxi ta’ kuljum tant mili.
Ommha żżurha ta’ spiss, u t‑tfajla żżomm kuntatt regolari mal‑ġenituri tagħha u ma’ ħutha. Riona tħobb ħafna l‑annimali u l‑passatempi tagħha huma l‑kant u ż‑żfin. Fil‑fatt,
it‑tfajla tieħu sehem f’ħafna festivals Indjani organizzati minn żmien għal żmien. Fil‑ħin liberu tagħha, Riona tagħti sehemha fil‑kura tal‑ġnien tal‑kunvent.
Illum il‑ġurnata, Riona għandha 16‑il sena. Ix‑xewqa tagħha hija li tiggradwa u ssir għalliema.
Riona fl‑età ta
Riona fl‑età ta’ 15‑il sena.
Riona fl‑età ta’ 16‑il sena.
2019 15 Lulju 2023
Riona fl‑età ta’ 13‑il sena.
€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP Grazzi mill‑Qalb
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 25 Ikla sustanzjuża għal 25 tifel u tifla
€ 60 Rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola
€ 120 Kotba tal‑iskola
għal 18‑il student għal sena skolastika sħiħa
€ 318 Faxex u medikazzjoni
għal 6 persuni bil‑lebbra għal sena sħiħa
€ 3,000 Xiri ta erba’ tomniet raba’ li jinħadem
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!
NILTAQGĦU MA’ ... – RITA FALZON
16 Lulju 2023
Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Account No: 41474120039
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
Swift Code: APSBMTMT
Donazzjoni b’SMS
• 5061 7383 ‑ €2.33
• 5061 8998 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar
• 5160 2036 ‑ €10
• 5170 2009 ‑ €15
• 5180 2026 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 50011468005
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: VALLMTMT
www.missio.org.mt
Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’
ċempel: 2123 6962
Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
17 Lulju 2023
Tfal Orfni bl‑ HIV
Filwaqt li fil‑pajjiżi moderni nsibu sistemi ta’ saħħa u trattamenti effettivi
biex jikkontrollaw l‑HIV, f’pajjiżi anqas żviluppati dan il‑vajrus għadu jinxtered faċilment. Eżempju ċar
insibuh f’Arusha t‑Tanżanija fiċ‑Ċentru Canaan li huwa orfanatrofju li jilqa’ fih tfal orfni kawża tal‑AIDS.
Fost l‑orfni hemm tliet aħwa li lkoll għandhom l‑HIV. L‑iżgħar wieħed minnhom, Pemda għad għandu biss sentejn u nofs.
Flimkien ma’ ħutu David u
Manuel, Pemda jgħix f’dan l‑orfanatrofju għax ommu u
missieru mietu riċentament
bl‑AIDS. L‑ewwel mietet l‑omm u ftit wara l‑missier. Wara dan saru jafu li t‑tliet ulied huma infettati bil‑vajrus tal‑HIV.
Suppost f’dan l‑orfanotrofju jaċċettaw biss tfal minn tliet snin ’il fuq, imma meta raw li din it‑tarbija se tispiċċa tinfired minn
MARATONA TA’ TAMA
18 Lulju 2023
ħutha, raw kif għamlu biex ma jifirdux l‑aħwa. Peress li fl‑orfanatrofju ma kinux iżommu trabi, l‑istaff ħa ħsieb jixtri dak kollu meħtieġ biex jieħdu ħsieb lit‑tarbija. Saħansitra waħda mill‑ħaddiema ddeċidiet li volontarjament tmur tgħix fiċ‑ċentru sakemm Pemda jikber u trabbih daqslikieku binha. Minħabba li Pemda kien għadu żgħir wisq meta mietu l‑ġenituri tiegħu, ma jafx min hi ommu u mingħalih li din il‑mara hija ommu. Meta ħaduh l‑orfanotrofju sabu li apparti l‑HIV, Pemda kellu saqajh imdawrin (club foot) kif ukoll it‑tuberkulożi. Biex jikkurawh mit‑tuberkulożi, barra mit‑trattament meħtieġ, iċ‑ċkejken kellu jagħmel anke l‑kwarantina waħdu.
Jekk tixtieq tgħin liċ‑Ċentru Canaan ikompli jieħu ħsieb u jikkura lil dawn it‑tfal orfni morda bl‑HIV bħal
Pemda u ħutu, tista’ tagħmel id‑donazzjoni tiegħek fuq wieħed minn dawn in‑numri li jidhru hawn.
TFAL MISSJUNARJI
Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini.
●Kull nhar ta’ Tlieta fis‑2:30pm
●Kull nhar ta’ Ħamis fis‑2:30pm
●Kull nhar ta’ Sibt fis‑7:25pm
●Kull nhar ta’ Ħadd fis‑2:30pm
Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).
5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99
19 Lulju 2023
20 Lulju 2023 VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Il‑kanarin u l‑biża’
Povru kanarin li għandi fit‑tieqa jżommli kumpanija meta nkun f’kamarti! Kieku tafu kif jitwerwer miskin kull meta jgħaddi minn fuqna xi ajruplan, speċjalment il‑‘fighters’ li jgħaddu baxx u jwerwruna bil‑ħoss li jagħmlu. Jitwerwer, povru kanarin! U għalxejn nipprova nipperswadih li m’hemm l‑ebda periklu!
Imma int li qed taqra, ifhem li se ngħidlek u nittama li dan iserraħlek ftit moħħok u jnaqqaslek il‑biża’. Biża’? X’biża’? Le mhux tal‑ħoss tal‑ajruplani, imma biża’ ieħor! Veru jew mhux veru li xi kultant tħossok imbeżża’ għal xi raġuni jew oħra? Forsi tibża’ li għandek xi marda serja? Forsi tibża’ li se titlef lil xi persuna għażiża? Forsi tibża’ li ġidek mhux se jservik sabiex tgħix kif int? Forsi tibża’ li Alla nsiek jew li se titlef ruħek? Biża’! Kemm tagħmel ħsara l‑biża’! Ħsara fil‑moħħ għax il‑biża’ u t‑tħassib imermruk. U ħsara wkoll f’ruħek, għax il‑biża’ jtaqqal l‑ispirtu.
Issa billi l‑kanarin malli jgħaddi ajruplan jibża’ u joqgħod jittajjar fil‑gaġġa!? Int m’intx għasfur. Aħseb f’Alla, ittama fih u ntelaq f’idejh! Dejjem!
Kitba ta’ Monsinjur Dun Mikiel Azzopardi (1910‑1987) fundatur tad‑Dar tal‑Providenza.
21 Lulju 2023
Beata Marija Mercedes Prat
(1880‑1936) Verġni u Martri
Mercedes Prat
twieldet
f’Barċellona fis‑6
ta’ Marzu 1880 u l‑għada għammduha. Kienet il‑kbira fost erba’ aħwa. Mercedes irċeviet l‑Ewwel Tqarbina
fit‑30 ta’ Ġunju 1890.
Minn ċkunitha ngħatat kompletament għal Alla u
ma kinitx tgħaddi ġurnata
li ma tersaqx biex tirċievi
l‑Ewkaristija. Kellha mħabba kbira għall‑proxxmu u
għamlet dak li setgħet sabiex tnibbet din il‑kwalità ta’ mħabba f’ħaddieħor. Meta kienet l‑iskola, kienet magħrufa għat‑tjubija u għad‑dedikazzjoni fl‑istudju. Kienet ukoll teċċella fil‑ħjata u fit‑tpinġija għaliex kienet imżejna bit‑talent tal‑arti.
Fl‑1904 ingħaqdet
mas‑Soċjetà ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù, f’Tortosa, u bdiet in‑novizzjat tagħha.
Mercedes għamlet l‑ewwel professjoni tagħha fl‑1907. Fl‑1920, Sor Mercedes intbagħtet fil‑Motherhouse, f’Barċellona fejn kien hemm taqlib sħiħ. Il‑Gvern kien anti‑Kattoliku u ma kellu l‑ebda simpatija lejn il‑Knisja. Minn hawn beda l‑martirju għal Sor Mercedes. Fid‑19 ta’ Lulju 1936, il‑komunità kellha tħalli l‑iskejjel tagħha u taħrab. Fit‑23 ta’ Lulju, peress li kienet waħda mir‑reliġjużi, Mercedes sfat arrestata u xkubettjata, għaliex kienet soru. L‑ewwel jiem tal‑Gwerra Spanjola għamlu minnha waħda mill‑ewwel vittmi tal‑gwerra. Kienet arrestata mill‑militanti flimkien ma’ soru oħra tal‑komunità. Għamlu ġurnata jiġu ttorturati u filgħaxija l‑militanti sparawlhom flimkien ma’ priġunieri oħra. Sor Mercedes sfat feruta u l‑aħħar kliem tagħha kien biċċa mill‑‘Missierna’ ... “aħfrilna bħalma naħfru...”
Meta l‑militanti semgħuha titlob, reġgħu sparawlha sakemm mietet fis‑sigħat bikrin ta’ filgħodu, wara agunija twila, imma laħqet
IL‑QADDISA TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI 22 Lulju 2023
ħafret lill‑esekuturi tagħha. Wara, ġisimha ġie maħruq f’Barċellona. Is‑soru li kienet magħha, Giocchina Miguel, għexet biex tkun ix‑xhieda prinċipali għall‑proċess tal‑beatifikazzjoni tagħha.
Il‑Beata Marija Mercedes
Prat kienet reliġjuża
għall‑qalb t’Alla, sinċiera, dejjem prudenti fi kliemha, kalma, ġentili u ta’ tjieba kbira ma’ kulħadd, iżda ta’ karattru sod. Hija tħarrġet b’żelu u dedikazzjoni fl‑appostolat tat‑tagħlim
f’diversi skejjel. Il‑ħajja reliġjuża tagħha kienet immarkata minn sempliċità qawwija u għotja sħiħa ta’ mħabba lejn Alla u lejn il‑proxxmu. Alla kien il‑maħbub tagħha u l‑imħabba tagħha għalih kompliet dejjem tikber, sal‑punt li kienet lesta li tagħti ħajjitha għal Alla. Il‑proċess tal‑beatifikazzjoni tagħha beda fl‑1969 minn Papa Pawlu VI u l‑beatifikazzjoni saret minn Papa Ġwanni Pawlu II fid‑29 t’April 1990. Il‑festa tagħha
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom:
Indirizz:
Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:
Tel:
N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.
23 Lulju 2023
niċċelebrawha kull sena fl‑24 ta’ Lulju.
Ritratt: Mondarte
Jien Qiegħed Hawn Biex Inħobb u Mhux Biex Nobgħod
Fil‑preżent, madwar 1,500 student jirċievu l‑edukazzjoni tagħhom fl‑Istituzzjoni Kattolika ta’ San Stanislav, mill‑età tal‑kindergarten sas‑Sixth Form. Dan il‑kulleġġ jinsab sitt kilometri ’l bogħod mill‑belt ta’ Ljubljana, u huwa mdawwar bil‑ġmiel naturali tal‑kampanja u l‑muntanji tas‑Slovenja. Il‑missjoni prinċipali ta’ dan il‑Kulleġġ Kattoliku hija
F’April kont mistieden fuq missjoni
edukattiva fil‑belt ta’ Ljubljana fis‑Slovenja
fejn kelli l‑opportunità nżur waħda mill‑aqwa istituzzjonijiet edukattivi tal‑Knisja Kattolika
f’dan il‑pajjiż li tissejjaħ l‑Istituzzjoni ta’ San Stanislav. F’dan il‑kulleġġ stajt nosserva l‑ħidma edukattiva, kulturali u pastorali siewja li l‑Knisja
Slovena qiegħda twettaq ma’ tant studenti f’dan il‑pajjiż, filwaqt li ħdimt fuq rapport edukattiv biex nippreżentah lill‑Ministeru tal‑Edukazzjoni f’Malta. Il‑Kulleġġ ta’ San Stanislav huwa istituzzjoni edukattiva
u kulturali li jinkorpora fih sitt skejjel: l‑Iskola Djoċesana Klassika, il‑Jeglič Student Home, l‑Iskola Primarja Alojzij Šuštar, l‑Iskola taż‑Żgħar ir‑Ragħaj it‑Tajjeb, l‑Istituzzjoni tal‑Mużika Skola San Stanislav u l‑J.F. Gnidovec Residence Hall.
dik li tgħin lil kull persuna tikber b’mod sħiħ fi spirtu ta’ komunità mdawla bil‑fidi, bit‑tama u bl‑imħabba Nisranija fi spirtu ta’ djalogu mad‑dinja biex b’hekk id‑dinja tkun aħjar. Dan il‑kulleġġ huwa mibni fuq bosta valuri, fosthom il‑valur tal‑Fidi Nisranija,
MISSJONI
24 Lulju 2023
EDUKATTIVA – MARTIN AZZOPARDI s.d.c.
l‑iżvilupp sħiħ tal‑persuna, l‑għerf u l‑kreattività, il‑komunità kif ukoll il‑valur tal‑multi‑kulturaliżmu tad‑dinja. F’dan il‑kulleġġ jinħass b’mod qawwi l‑kodiċi ta’ etika kemm fost l‑amministrazzjoni u l‑għalliema, kif ukoll fl‑istudenti. Dan jgħin biex ikompli jissawwar spirtu ta’ żvilupp u intelliġenza b’mod bilanċjat u naturali. L‑amministrazzjoni tal‑kulleġġ tikkonsisti f’direttur ġenerali, kapijiet kif ukoll diretturi spiritwali. Fil‑preżent, id‑Direttur Ġeneral huwa r‑Reverendu Dun Anton Česen M.A., li speċjalizza fil‑ministeru maż‑żgħażagħ. Huwa serva l‑ewwel bħala għalliem tar‑reliġjon u l‑kultura, u bħala direttur spiritwali. Imbagħad bejn l‑2013 u l‑2018 sar direttur u mexxej spiritwali tal‑‘Association Community of Catholic Youth in Slovenia’ kif ukoll
responsabbli mill‑ministeru taż‑żgħażagħ fi ħdan il‑Konferenza Episkopali tas‑Slovenja. Kien proprju f’Settembru tal‑2018 li nħatar Direttur Ġenerali tal‑Istituzzjoni ta’ San Stanislav.
L‑Istituzzjoni ta’ San Stanislav tħares l‑obbligi kollha mnedija mill‑istat fir‑rigward tal‑kurrikulu u l‑programmi edukattivi meħtieġa għall‑iżvilupp akkademiku ta’ kull student. Però ma’ dan kollu huma jisħqu wkoll fuq formazzjoni komunitarja, relazzjonijiet sodi u b’saħħithom, tagħlim barra mill‑klassi, xogħol prattiku, kif ukoll fuq valuri etiċi u spiritwali msejsin fuq il‑prinċipji Nsara. F’dan il‑kulleġġ tinħass ħafna l‑kura pastorali li tgħin lil kull student jikber b’mod personali u indipendenti fil‑ħsieb kif ukoll fil‑fidi u l‑valuri Nsara. Il‑kamp
tal‑kura pastorali joffri lill‑istudenti l‑possibilità ta’ bosta esperjenzi spiritwali sew fil‑pajjiż kif ukoll barra mill‑pajjiż. Il‑ħidma pastorali titmexxa mis‑saċerdoti f’kollaborazzjoni mal‑għalliema u l‑istudenti, u toffri servizz ta’ quddies u adorazzjonijiet Ewkaristiċi b’mod regolari, gwida spiritwali u involviment f’ħidmiet ta’ karità kemm fuq livell ta’ skola kif ukoll fuq livell djoċesan. Kull ġurnata l‑istudenti jibdew il‑jum tagħhom miġburin fi spirtu ta’ talb u meditazzjoni, u kull xahar tintgħażel sentenza spiritwali biex l‑istudenti jaħsbu fuqha matul ħajjithom. Ta’ min jgħid li l‑kamp tal‑ħidma pastorali fl‑Istituzzjoni ta’ San Stanislav joffri wkoll lill‑istudenti l‑opportunità li jipparteċipaw fi rtiri u f’attivitajiet marbutin mal‑festi liturġiċi.
Fl‑istituzzjoni jinħass qawwi ħafna l‑ispirtu ta’ karità Nisranija fejn kull student huwa mħeġġeġ jaħseb kif jista’ jgħin lill‑persuni oħra fil‑bżonn sabiex jimita lil Ġesù Kristu fil‑ħajja tiegħu. Huwa għalhekk li f’dan il‑kulleġġ bosta studenti jieħdu l‑inizjattiva li jwettqu bosta opri ta’ karità mal‑proxxmu fil‑bżonn.
Dan iwassal lill‑istudenti biex jingħaqdu ma’ bosta
25 Lulju 2023
istituzzjonijiet volontarji ta’ karità u jipparteċipaw fis‑‘summer work camps’. L‑edukazzjoni klassika fl‑istituzzjoni hija waħda mill‑karatteristiċi li tagħmel dan il‑kulleġġ daqstant prestiġjuż. L‑istudji klassiċi tal‑kultura Griega u Latina jingħataw importanza kbira, u dan mhux biss fil‑lingwa Griega u Latina, iżda wkoll fil‑kultura antika taċ‑ċiviltà Ewropea. Dan l‑għarfien iwassal lill‑istudenti biex
jifhmu iżjed iċ‑ċiviltà
Griega u Latina antika
li fuqhom hija msejsa
l‑kultura Nisranija Ewropea. Tingħata wkoll importanza
kbira lill‑qasam tal‑arti u l‑mużika. Fil‑fatt, kull fejn tidħol f’dan il‑kulleġġ
titpaxxa tara l‑arti kreattiva u oriġinali tal‑istudenti li tiġi esebita fid‑diversi kurituri tal‑kulleġġ. Fil‑qasam mużikali, il‑kulleġġ huwa magħruf għall‑korijiet vokali
li jħaddan, speċjalment is‑‘St. Stanislav Girls’
Choir of the Diocesan Classical Gymnasium’ u s‑‘St. Stanislav Youth Choir of the Diocesan Classical Gymnasium’ li huma meqjusin fost l‑aqwa korijiet taż‑żgħażagħ fl‑Ewropa. Ta’ min jgħid li l‑fama tal‑‘Music
School of St. Stanislav’s Institution’ hija waħda prestiġjuża ħafna u toffri lill‑istudenti edukazzjoni ta’ kwalità għolja fil‑qasam mużikali.
Mal‑kulleġġ hemm marbuta storja twila li tmur lura għall‑1901, meta l‑Isqof ta’
Ljubljana, Monsinjur Anton Bonaventura Jeglič beda l‑bini ta’ din l‑istituzzjoni li bdiet topera fl‑1905 u tlestiet għalkollox fl‑1910. L‑isqof fundatur xtaq li mal‑faċċata tal‑binja
jitwaħħlu l‑kelmiet ‘Għal Kristu, is‑Salvatur tad‑Dinja’. Matul l‑Ewwel Gwerra
Dinjija, il‑bini tal‑kulleġġ ġie mibdul fi sptar militari u matul it‑Tieni Gwerra
MissioTfal għandu bżonn kotba tal‑qari (mhux workbooks) bil‑Malti u bl‑Ingliż f’kundizzjoni tajba. Jekk jogħġbok ikkuntattja lis‑Sa Nancy Camilleri fuq nancy@missio.org.mt
Qegħdin niġbru ‘soft toys’ f’kundizzjoni tajba. Jekk tista’ tgħin, jekk jogħġbok ċemplilna fuq 21236962 u staqsi għas‑Sa Nancy Camilleri.
Grazzi mill‑qalb
Grazzi.
MISSJONI EDUKATTIVA – MARTIN AZZOPARDI s.d.c. 26 Lulju 2023
Dinjija, il‑bini ġie okkupat mill‑forzi militari Nażisti Ġermaniżi. Imbagħad, wara l‑1945 il‑bini nħataf mill‑armata Jugoslava u l‑madwar tal‑kulleġġ sar kamp ta’ konċentrament għal eluf ta’ rivoluzzjonarji Sloveni li iktar tard sfaw maqtula. Aktar tard, fl‑1991, wara l‑indipendenza tas‑Slovenja, l‑Arċidjoċesi ta’ Ljubljana reġgħet ħadet f’idejha l‑proprjetà ta’ dan il‑kulleġġ u proprju fit‑13 ta’ Novembru 1992, l‑Arċisqof Mons. Dr Alojzij Šuštar reġa’ fetaħ uffiċjalment l‑Istituzzjoni Kattolika ta’ San Stanislav, li sal‑lum
għadha sservi lil tant żgħażagħ fil‑kamp edukattiv u kulturali. Fis‑17 ta’ Mejju 1996, il‑Qdusija Tiegħu San Papa Ġwanni Pawlu II għoġbu jżur il‑kulleġġ u bierek il‑binja kif ukoll lill‑amministrazzjoni, l‑għalliema u l‑istudenti kollha.
Ħaġa li messitli qalbi kienet monument memorabbli ddisinjat fl‑2015 mill‑arkitett Robert Dolinar, u li jikkommemora l‑mitt anniversarju mill‑Ewwel Gwerra Dinjija kif ukoll is‑sebgħin anniversarju mit‑Tieni Gwerra Dinjija.
Dan il‑monument ifakkar lill‑vittmi tal‑gwerra u jikkonsisti f’seba’ ġebliet kbar bil‑kliem: “Il‑Paċi Miegħek” miktubin bil‑lingwi ta’ dawk kollha li sofrew il‑ħruxijiet taż‑żewġ gwerer dinjin. Nagħlaq dan l‑artiklu bil‑motto tal‑iskola li jgħid: “Jien qiegħed hawn biex inħobb u mhux biex nobgħod” (Antigone, Sophocles). Jalla l‑Mulej iżomm idejh fuq din l‑Istituzzjoni Kattolika fis‑Slovenja sabiex b’hekk jibqgħu jikbru persuni b’mod sħiħ mibnija fuq il‑valuri
Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.
www.adoptgrandparent.org
a Grandparent
Loneliness MALTA POWERED BY
Adopt
Combat
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
POWERED BY
27 Lulju 2023
Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.
Il‑ Poeta
Mela darba kien hemm poeta
Qal kitbietu jixhdu s‑sewwa
U jekk taqra l‑kitbiet tiegħu
Issib fihom ħafna ħlewwa.
Il‑pittur ipprova jfiehmu
Li xogħlu tal‑fantasija
Meta jpitter fuq it‑tila
Isir qisu tal‑maġija.
Il‑poeta reġa’ qallu
Il‑kitbiet tiegħi kollha sbieħ
Inessuk kull ħsieb li jkollok
U kull dwejjaq u uġigħ.
Il‑poeta qallu ismagħni
Int pinġini fuq it‑tila
Jien niftaħar bik f’kitbieti
U nuri lin‑nies kemm għandek ħila.
Kif tkellmu ġegħluni naħseb
B’rieda tajba qablu t‑tnejn
Iżda l‑poeta jserraħlek qalbek
U l‑pittur ipaxxi l‑għajnejn.
POEŻIJI 28 Lulju 2023
Minn Paul Caruana.
VINCE HARDWARE STORES
Briffa
HOMPESCH ROAD, FGURA, MALTA
vincefgura@gmail.com
Phone 21896801
Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819
25, Market Place Tarxien Tel: 21896728
Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509
Fax: 21232785
Mr. Lino Briffa Mob: 99492918
St.
...freshly
Jonathan Callus tel: 21465869
mob: 79296399
Mons Mikiel Azzopardi Str., Siggiewi
29 Lulju 2023
Nick’s Agricultural Supplies
All you need for agriculture
Mary’s Bakery
www.nickagriculture.com nickagriculture@hotmail.com baked daily
International Funeral Service
72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702
Offices
Mobile: 99426801
Tal‑ Karmnu x‑Xlendi
L‑ilma ġieri tal‑Fontana
Igelgel jiġri għal ġol‑wied
Jimla l‑bjar, ifawwar l‑għadajjar Qalb ir‑raba’ bla xej’ mistrieħ.
Kull fejn tħares ġid u hena
Uċuħ ir‑raba’ ħdaru mill‑ġdid Bini tiela’ joħnoq l‑arja
Għasafar m’hemmx ħlief għal xi ftit.
Kif iż‑żiffa mellisija
Tgħaddi f’leħħa tal‑imwiet
Il‑kampnar malajr jinstema’ In‑nies isejjaħ f’dak il‑kwiet.
Hekk kif l‑Ave mliet il‑knisja
Ma’ kor l‑għasafar fil‑bejtiet Lura l‑mandra l‑merħliet, il‑bhejjem Tintrodd il‑barka lis‑smewwiet.
Int u ħiereġ sieħbi Għawdxi
Itfa’ ħarstek taħt iz‑zuntier
Fejn il‑Madonna fil‑grotta
Tistenniek imbissma f’dak is‑skiet.
Minn Joe D. Hamilton.
POEŻIJI 30 Lulju 2023
Missio Jżur l‑Anzjani Maltin
Bl‑għajnuna t’Alla
rġajna bdejna nżuru lill‑anzjani fid‑djar residenzjali f’Malta. Ikun mument sabiħ meta
Dun Victor Agius, Direttur Nazzjonali ta’ Missio Malta, jiltaqa’ mal‑anzjani u jqaddes quddiesa. Kelma ta’ kuraġġ tinżel tajjeb ħafna, kif ukoll l‑esperjenza ta’
x’inhu l‑missjunarju fil‑ħajja tal‑lum.
Kellna x‑xorti niltaqgħu
ma’ Antoine Vella li ilu
jaħdem bħala ‘hairdresser’
f’Villa Messina għal dawn
l‑aħħar ħamsa u għoxrin sena. Antoine huwa wkoll
membru fil‑MUSEUM
u jħobb ħafna l‑missjoni.
Fid‑dar tal‑anzjani fejn
jaħdem, dejjem jirsisti biex ixerred l‑imħabba li
għandu lejn il‑missjoni.
Ftit taż‑żmien ilu, Antoine mar jagħti servizz b’xejn
lill‑‘barboni’, nies li jiġġerrew fit‑toroq ta’ Ruma mingħajr ebda kenn u li huma neqsin
minn kollox. Dan il‑proġett huwa idea ta’ Papa Franġisku li ħareġ bl‑idea li l‑Vatikan jipprovdi post fejn dawn in‑nies jistgħu jinħaslu u jaqtgħu
xagħarhom bl‑għajnuna ta’ voluntiera minn madwar id‑dinja kollha li jmorru jagħtu sehemhom f’din il‑kawża ġusta.
Fir‑ritratti jidhru mumenti
sbieħ f’Casa Maria
f’Tas‑Sliema u f’Villa Messina fir‑Rabat.
ŻJARAT FID‑DJAR TAL‑ANZJANI – MOIRA MUSCAT 31 Lulju 2023
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija
Santissima B ħala Missjunarja
IS‑SITTA U GĦOXRIN PARTI
id‑dehriet, kemm fil‑gżejjer tagħna kif ukoll f’kull pajjiż li fihom dehret Ommna Marija. Bis‑saħħa ta’ dawn id‑dehriet seħħew ħafna konverżjonijiet u tiġdid spiritwali ta’ ħafna bnedmin f’diversi pajjiżi fosthom fil‑Gżejjer Maltin. Għaldaqstant, huwa tabilħaqq xieraq u tant mistenni mill‑qarrejja li nitkellmu u nagħtu xi tagħrif fil‑qosor dwar dawn id‑dehriet Marjani.
Id‑Dehra
tal‑Madonna
tal‑Għar, fir‑Rabat, Malta
Filwaqt li f’din
is‑sensiela tkellimna
dwar id‑diversi dehriet
tal‑Madonna f’ħafna pajjiżi
li seħħew matul l‑istorja
tal‑Kristjaneżmu, huwa
xieraq issa li nitkellmu wkoll
dwar id‑dehriet tal‑Madonna
li seħħew fil‑gżejjer Maltin, kemm f’Malta kif ukoll
f’Għawdex. Kien unur
kbir għalina l‑Maltin u l‑Għawdxin li l‑Madonna għoġobha tidher ukoll fil‑gżejjer tagħna. Iżda aktar mill‑unur, huma wisq aktar importanti l‑messaġġi ta’ mħabba li l‑Madonna dejjem riedet tgħaddi lill‑bnedmin kollha, u l‑ġid u fejqan
spiritwali u fiżiku li ħareġ u għadu joħroġ minn dawn
Jingħad li l‑ġrajja
tal‑Madonna tal‑Għar, kif inhi magħrufa, taf
il‑bidu tagħha fis‑Seklu 15 meta skont it‑tradizzjoni
l‑Madonna dehret lil kaċċatur. Skont din il‑ġrajja
żewġ kaċċaturi ħarġu għall‑kaċċa u wieħed
minnhom daħal jistkenn f’għar fir‑Rabat, Malta, u
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
32 Lulju 2023
raqad hemm. Sieħbu li kien miegħu tħasseb bil‑bosta u ddeċieda li jmur ifittxu imma ma setax isibu. Wara li dam ħafna jfittxu u ma sabux mar lura r‑raħal inkwetat u qal lin‑nies dwar din il‑ħaġa. Inqala’ ħafna thewdin b’dan l‑għajbien misterjuż. Iżda, bħalma jiġri lil kull aħbar oħra, jgħaddi ż‑żmien minn fuqha u malajr tintesa. Hekk ġara fil‑każ ta’ dan il‑kaċċatur mitluf. Għaddew ħmistax‑il xahar u darba fost l‑oħrajn deher ġej mill‑bogħod raġel b’daqna twila. In‑nies ħarġet bi
ħġarha biex tara min kien u malajr indunaw li kien il‑kaċċatur li kien għeb. Il‑kaċċatur qalilhom li kien
raqad raqda fonda u f’din
ir‑raqda ra mara żagħżugħa b’tarbija f’idha. Huwa
għaraf mill‑ewwel li kienet
il‑Madonna bil‑Bambin
Ġesù f’idejha. Meta qalulu
li kien ilu nieqes ħmistax‑il xahar, qalilhom li dik
id‑dehra hekk sabiħa kienet bħal donnha berqa mgħaġġla u li lanqas biss kien intebaħ li kien għadda tant żmien. U hekk bdiet il‑ġrajja
tal‑Madonna tal‑Għar!
In‑nies emmnuh, u bdew
u baqgħu jmorru f’dan
l‑għar b’devozzjoni kbira, u minn dak iż‑żmien
sal‑lum eluf ta’ nies telgħu
r‑Rabat biex iżuru l‑għar u
jitolbu quddiem ix‑xbieha tal‑Madonna bil‑Bambin li kienet saret u tpoġġiet fl‑għar ftit wara. Fl‑1450, il‑Patrijiet Dumnikani waqqfu kunvent fuq l‑għar u sekli wara, fit‑2 ta’ Ġunju 1957 l‑Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi inkuruna x‑xbieha tal‑Madonna kif ukoll tal‑Bambin Ġesù. Din il‑ġrajja straordinarja għaddiet minn ġenerazzjoni għall‑oħra, iżda ma ġietx dokumentata qabel l‑1670, meta l‑istoriku Dumnikan, Patri Frans Mary Azzopardo, kiteb il‑ġrajja bit‑Taljan. Madanakollu, in‑nuqqas ta’ dokumentazzjoni għal żmien twil, ma waqqafx lin‑nies milli jemmnu fl‑istorja mgħoddija mit‑tradizzjoni. Matul is‑sekli, id‑devozzjoni tal‑Maltin lejn il‑Madonna tal‑Għar qatt ma naqset. In‑nies komplew dejjem iżuru l‑għar u jitolbu quddiem ix‑xbieha
tal‑Madonna u l‑Bambin. F’qasir żmien, l‑għar sar kappella u żiedet aktar id‑devozzjoni. Huwa magħruf li l‑ewwel Legat Papali li jikkonferma din id‑devozzjoni ġdida fost il‑Maltin sar minn Frederick de Bordino, li fit‑testment tiegħu tal‑1414, ħalla żejt għal‑lampi biex jinxtegħlu quddiem ix‑xbieha tal Madonna. Id‑devozzjoni
kompliet dejjem tiżdied, u bdew isiru diversi quddies u ċelebrazzjonijiet reliġjużi bħala atti ta’ qima lejn il‑Madonna tal‑Għar.
Id‑devozzjoni żdiedet ħafna meta, madwar l‑1450,
Il‑knisja ta’ San Duminku u l‑Verġni Mbierka, ir‑Rabat Malta.
33 Lulju 2023
tliet patrijiet Dumnikani mill‑Provinċja ta’ Sqallija waslu Malta, waqqfu l‑Ordni Dumnikan u talbu li jingħataw l‑għar fejn dehret il‑Verġni Mqaddsa, li ngħatalhom ftit wara. Id‑devozzjoni tant żdiedet li l‑kappella saret żgħira wisq għad‑devoti u d‑Dumnikani ħassew li kellhom jibnu knisja akbar u kunvent.
Ritratt: Visit Malta
Sa mill‑bidu nett, kemm il‑knisja kif ukoll il‑kunvent kienu msemmija għall‑Madonna tal‑Għar. Oriġinarjament, it‑tifkira u l‑festa ta’ din id‑dehra kienu jiċċelebrawha fil‑5 ta’ Awwissu. Madanakollu, wara l‑inkurunazzjoni f’Ġunju 1957, il‑festa bdiet
tiġi ċċelebrata l‑Ħadd l‑aktar qrib tat‑2 ta’ Ġunju – Jum l‑Inkurunazzjoni. Fil‑festa kienet issir quddiesa u purċissjoni li fiha kienu jieħdu sehem il‑komunità tal‑Patrijiet Dumnikani, il‑kleru u l‑patrijiet ta’ Ordnijiet reliġjużi oħra, u bosta devoti tal‑Madonna minn diversi rħula u bliet Maltin u Għawdxin. Minħabba ċelebrazzjonijiet reliġjużi importanti oħra li jsiru mill‑Knisja f’Ġunju, fosthom il‑festa Liturġika ta’ Corpus Christi, dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet
tal‑Madonna tal‑Għar ġew imċaqalqa għal Mejju. Teżisti t‑tradizzjoni li matul il‑purċissjoni numru ta’ kaċċaturi jsellmu lill‑Madonna tal‑Għar billi jisparaw fl‑arju tiri bl‑ixkubetti tagħhom. Għal xi żmien, iċ‑ċelebrazzjonijiet u l‑purċissjoni kienu jitmexxew mill‑Arċisqof ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona O.P., li għal xi żmien kien Pirjol tal‑Kunvent tal‑Madonna tal‑Għar, kif ukoll Provinċjal tal‑Provinċja Dumnikana Maltija.
Id‑Dehriet tal‑Madonna fuq Radju Marija
Id‑Dehriet tal‑Madonna fl‑Istorja tal‑Kristjaneżmu:‑ Sensiela ta’ programmi fuq Radju Marija bi produzzjoni u preżentazzjoni tal‑koppja Manwel u Lilian Cutajar.
Dawn id‑dehriet Marjani li ġew jew għad iridu jiġu ppubblikati f’Malta Missjunarja bit‑titlu ta’ Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja, qed
jinqraw minn Lilian b’xi riflessjonijiet u talb Marjan fl‑istess programm fuq Radju
Marija fl‑iskeda l‑ġdida tas‑sajf 2023, kull nhar ta’ Erbgħa fis‑2:30pm b’ripetizzjoni l‑għada l‑Ħamis fid‑9:30pm.
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Il‑kunvent ta’ San Duminku r‑Rabat, Malta.
34 Lulju 2023
Ritratt: Prijorat Dumnikan, ir‑Rabat
Grazzji maqlugħa
bl‑interċessjoni
tal‑Madonna tal‑Għar
Matul is‑sekli seħħew kull
xorta ta’ grazzji u fejqan mill‑mard bl‑interċessjoni
tal‑Madonna tal‑Għar.
Fil‑ktieb ta’ Patri Mikiel
Fsadni O.P. Il‑Madonna tal‑Għar – il‑Knisja, il‑Kunvent u s‑Santwarju (Malta, 1980), hemm iddokumentati għadd ta’ grazzji maqlugħa
bl‑interċessjoni tal‑Madonna tal‑Għar. Ta’ min jgħid li dan il‑patri Dumnikan ħadem ħafna biex ixerred il‑qima u d‑devozzjoni lejn il‑Madonna. Fost dawn il‑grazzji hemm imsemmija dawn:
• Fl‑1630, mara ħadet ftit miż‑żejt tal‑lampi quddiem l‑istatwa tal‑Madonna u applikatu fuq riġlejn Gian Maria, binha paralitiku, u fieq minnufih.
• Fl‑1887, epidemija tal‑kolera laqtet lill‑Gżejjer Maltin. Ħafna li talbu lill‑Madonna tal‑Għar, fiequ. Tnax‑il sena wara, Malta ntlaqtet ukoll minn epidemija oħra; din id‑darba bil‑ġidri. Iżda, bl‑interċessjoni tal‑Madonna tal‑Għar ħafna kienu mfejqa.
• Fit‑13 ta’ Frar 1954, tifel minn Ħal Lija kien marad bil‑meninġite. Ittieħed l‑isptar u l‑ġenituri ġew infurmati li ħajjet binhom kienet fil‑periklu. In‑nanna tat‑tifel għamlet wegħda lill‑Madonna tal‑Għar u talbet ħafna għall‑fejqan tan‑neputi tagħha. Fil‑fatt huwa magħruf li fl‑1 ta’ Marzu t‑tifel ħareġ mill‑isptar, imfejjaq mill‑marda u għadu ħaj sal‑ġurnata tal‑lum.
Jissemmew bosta fejqan u mirakli oħra li seħħew bl‑interċessjoni tal‑Madonna tal‑Għar, iżda mhux possibbli li ninkluduhom f’dan l‑artiklu.
F’ħarġa oħra nkomplu nitkellmu aktar dwar id‑dehra tal‑Madonna tal‑Għar.
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio
(Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar
Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet
Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll
Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35 Lulju 2023
Patri Mikiel Fsadni O.P.
Ritratt: Akkademja tal‑Malti
PATÉ SAJFI – Minn Spanja
X’għandek bżonn:
• 250 gramma żebbuġ
• 250 gramma ċiċri tal‑bott
• 2 sinniet tewm
• 6 mgħaref żejt taż‑żebbuġa
• 3 mgħaref tursin frisk
• Bżaru aħmar jekk tiggosta
Metodu:
• Poġġi l‑ingredjenti kollha ġo blender u agħsar sew sakemm tifforma paté.
• Servi t‑taħlita mal‑galletti, mal‑ħobż jew mal‑ħobż pitta, fost oħrajn.
Jiena:
Indirizz:
Kodiċi Postali:
Tel/Mob: E‑mail:
Kurżità: Din it‑taħlita jew paté hija marbuta ma’ Ġerusalemm, fejn San Ġakbu l‑Kbir kien l‑ewwel isqof. San Ġakbu u ħuh it‑tewmi San Ġwann kienu appostli, it‑tnejn ulied Żebedew. San Ġakbu huwa l‑patrun tal‑pellegrini, fost oħrajn.
Imwieled f’Betsajda l‑Galilea, San Ġakbu miet martri fis‑Sena 44 W.K. Skont il‑leġġenda, huwa midfun f’Kompostela fi Spanja, fejn kien mar jgħallem dwar Ġesù. Il‑festa tiegħu niċċelebrawha nhar il‑25 ta’ Lulju. Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.
Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi
Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta
Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil
Missio fuq:
Abbonament Malta Missjunarja
Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem:
Indirizz:
Kodiċi Postali:
Tel/Mob: E‑mail:
RIĊETTA TRADIZZJONALI – PATRI PAUL BUGEJA OFMCap
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178) 36 Lulju 2023
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home
7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta ● Tel: 21234328 Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop
THHOPE &CHAR
AF I
I YT GIFT SHOP
Deliveries’ 37 Lulju 2023
FITTEX IL‑KLIEM: Ismijiet Ta’ Bniet Bl‑Ittra ‘A’
F’din it‑tabella hawn moħbija 33 isem ta’ tifla, kollha jibdew bl‑ittra ‘A’. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
L A A I S H A L E I R A H N A
O I L M B B N E A J A D O N I
Q A A A A R I D H N F S A A S
S N R G N Y L I N P I I R S A
A N A E I A A A O L R I P T T
M A L B C B L L A D A A H R S
B B E L Y I A E A N L E C I A
E E S O S E L D N E N R S D N
R L S E R A T A S A M A N D A
K L A D Z R R S A I L E M A Y
F E N N A I I A N G E L A B B
A A D P E A R D N A X E L A R
B V R V J N A N T O N E L L A
R I A I U A S H L E Y F J Y J
L X R M A E P Y Y E R D U A F
● ABIGAIL
● ADELAIDE
● ADRIANA
● AISHA
● ALANA
● ALESSANDRA
● ALESSIA
● ALEXANDRA
● ALICE
● ALINA
● ALISON
● AMANDA
● AMAYA
● AMBER
● AMELIA
● ANASTASIA
● ANDREA
● ANGELA
Isem u Kunjom: ________________________________ Indirizz:______________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
● ANNA
● ANNABELLE
● ANNALISE
● ANNE
● ANTONELLA
● APRIL
● ARIA
● ARIANA
● ARIANNA
● ARIEL
● ASHLEY
● ASTRID
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Mejju 2023: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Maria Micallef minn Ħaż‑Żebbuġ.
Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
Nitbissmu ftit:
Il‑qattus kien għassa għall‑ġurdien li kien mistoħbi fit‑toqba. Minflok ‘mjaw mjaw’, il‑qattus għajjat ‘baw baw’.
Il‑ġurdien ħa r‑ruħ u ħaseb: “Illum
il‑kelb hawn mhux il‑qattus.” U ħareġ
mit‑toqba u l‑qattus ħatfu.
Il‑qattusa staqsietu: “X’kien
għamiltlu ‘baw baw’ flok ‘mjaw mjaw’.”
U l‑qattus qalilha: “Ee, illum il‑ġurnata jekk ma tkunx taf tal‑inqas żewġ lingwi, tbati l‑ġuħ!”
● ATHENA
● AUDREY
● AVA
Iċ‑ċawlu: “Ma ninżlux issa nnaqqru ż‑żrieragħ
għax hemm il‑bidwi u malajr jagħtina xi tir!”
Iċ‑ċawla: “Dak naffar u mhux il‑bidwi!”
Iċ‑ċawlu: “U bħalek fejn taf min hu?”
Iċ‑ċawla: “Għax li kieku bniedem kien ikollu l‑mowbajl f’idejh!”
KOMPETIZZJONI ‑ LULJU 2023 ‑ MAĦSUBA MINN TANJA CILIA
T D M M U T D U B A M A Q N R A I H I U R S C K A C N A Y O A R N T A E R T N H Y I R Y W Z W K T B B X D A F L L A R J Q J S O L B O T E W M O B Z T D A M D J L D J A R Z S A T X P L A P I O G N A M L S L U A C U D N I L J F R N I A I R I F M A K A T A H W T A P T S I E I T M B N R P A T A T A I G D C A U E M S A P T N M L N J X T C L Q S X T V T S O I U I C I L P G P Q B R I C A K B S E C I I R J Y K D L Z V I N C F G R C U Y R N E I M M U R Z 38 Lulju 2023
Mulej ilqa’
familjari u ħbieb.
• 16 ta’ Frar 2017 Joe Galea minn Ħ’Attard
• 05 t’Ottubru 2022 Duminku Galea minn
Ħ’Attard
• 16 ta’ Novembru 2022 Remigio Sacco minn
Ħal Kirkop
• 18 ta’ Jannar 2023 Vivie Sacco minn
Ħal Kirkop eks benefattriċi
• 27 ta’ April 2023 Maria Carmela Busuttil minn Ħal Kirkop
• 29 t’April 2023 Lawrence Formosa s.d.c. minn San Ġwann
• 19 ta’ Mejju 2023 Ġużi Ciantar s.d.c. mill‑Marsa
• 12 ta' Ġunju 2023 Emanuel (Leli) Tabone minn Ħal Tarxien eks benefattur
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Eżempji sbieħ
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq
• Raymond Falzon mill‑Gudja
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
• Grazzi mill‑qalb lill‑Barbetta Bakery taż‑Żejtun li taw donazzjoni ta’ €320.
Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi.
Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.
Websajt Missio
• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal
‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)
www.missio.org.mt
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta'
Facebook Missio
Malta Events Page/ Tfal
Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Missio Malta • Missio Tfal
f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna,
39 Lulju 2023
parisio@maltanet.net
Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm
Factory/Shop:
Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta
Tel: (00356) 2137 1626
E‑mail: gb864@go.net.mt
Web: www.kafeborg.com
facebook: Kafe Borg
Watch & Clock Repairs www.sdemanuele.com S.DEMANUELE Est. 1898 3, St. John Street, Valletta 21 220 650 / 79 790 650 Shop Hours: Monday to Friday 09.00 ‑ 13.00
A.N.G. BORG LTD. COFFEE DEALERS
PARISIO NURSERY & GARDEN CENTRE 73, Sir Ugo Mifsud Street
Lija 99423164 21438154
of Plants Landscaping Garden Needs 40 Lulju 2023
www.parisiogardencentre.com Sale