Skip to main content

Malta Missjunarja - June 2018

Page 1

NEWSPAPER POST ĠUNJU 2018 SENA 86

02 10 28 34

It-Tortura Fi Żminijietna Il-Martri ta’ El Salvador 81 Skola Ġdida fl-Afrika Sitt Ħsibijiet Żgħar

għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Ġunju 2018

It‑tortura fi żminijietna

PUBBLIKAZZJONI

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 4.00pm Is‑Sibt 9.00am ‑ 12.00pm Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (publications@missio.org.mt) Membri: Mons. Salvinu Micallef Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS

Websajt u Facebook: Bernard Vella

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Stampar: EuroPrint Limited ‑ San Ġwann Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid-Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal-Fidi 10 San Pietru Appostlu 13 Santa Infanzja 16 Riflessjoni Missjunarja 22 Qaddis tax-Xahar 24 Aħbarijiet mid-Dinja Kollha 30 Kultura 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall-Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata: Tfajjel refuġjat Afrikan; simbolu tal-iskjavitù u t-tortura. 2

I

t‑tortura tkisser il‑personalità tal‑vittma u ċċaħħdu mid‑dinjità ta’ bniedem uman. Minkejja li t‑tortura hija assolutament projbita u meqjusa bħala att kriminali kontra l‑umanità, taħt il‑liġi internazzjonali, sfortunatament xorta waħda għadha persistenti fir‑reġjuni kollha tad‑dinja. L‑ebda skuża u l‑ebda ċirkostanza ma jiġġustifikaw it‑tortura. Il‑protezzjoni tas‑sigurtà nazzjonali u mal‑fruntieri qed iġibu magħhom żieda fit‑tortura u forom oħra ta’ krudeltà inumana. Ħafna drabi l‑konsegwenzi jmorru ferm ’il bogħod minn sempliċiment att fuq individwu, imma qed jiġu trasmessi minn ġenerazzjoni għall‑oħra u jwasslu għall‑vjolenza tul numru ta’ snin. In‑Nazzjonijiet Uniti tikkundanna għal kollox it‑tortura u tqisha bħala waħda mill‑agħar atti li bniedem jista’ jagħmel fuq bnedmin oħra bħalu. Kien għalhekk li nhar it‑12 ta’ Diċembru 1997, l‑Assemblea Ġenerali tan‑Nazzjonijiet Uniti pproklamat is‑26 ta’ Ġunju bħala l‑Jum Internazzjonali ta’ Solidarjetà mal‑Vittmi tat‑Tortura. Illum il‑ġurnata dan il‑jum huwa mħares minn


Ġunju 2018

162 pajjiż. Dan il‑jum huwa opportunità biex il‑partijiet interessati, fosthom Stati Membri, is‑soċjetajiet ċivili u individwi mill‑pajjiżi kollha, jingħaqdu flimkien biex juru solidarjetà ma’ mijiet ta’ eluf ta’ nies minn madwar id‑dinja kollha li kienu vittmi tat‑tortura u ma’ dawk li għadhom sal‑lum il‑ġurnata jkunu ttorturati. L‑irkuprar mit‑tortura jirrikjedi programmi fil‑pront u speċjalizzati. Ix‑xogħol ta’ ċentri u organizzazzjonijiet ta’ rijabilitazzjoni madwar id‑dinja huma kollha xhieda li l‑vittmi jistgħu jagħmlu t‑transizzjoni mit‑terrur għall‑fejqan. Iċ‑Ċentru għall‑Vittmi tat‑Tortura (CVT), imwaqqaf mill‑Gvernatur Perpich ta’ Minnesota fl‑1985, huwa wieħed miċ‑ċentri li joffru l‑għajnuna tagħhom f ’diversi pajjiżi, fosthom fis‑Sirja, fil‑Kongo u f ’Guinea. Yasser u Khadija (ismijiet fittizji), huma xhieda ta’ massakri kbar ’il barra minn Damasku. Il‑koppja, flimkien ma’ binhom, kellha taħrab b’ta’ fuqha senduqha qalb iġsma bla ħajja u għadajjar tad‑demm. Huma kienu spostati diversi drabi fis‑Sirja stess, fejn f ’kull post kienu jagħmlu anqas minn ġimagħtejn. Meta jum

fost l‑oħrajn irritornaw lejn darhom, suldati tar‑reġim invadewlhom darhom, qerdulhom kulma kellhom, abbużaw sesswalment lil Khadija, umiljaw lil Yasser, li qiegħed f ’siġġu tar‑roti, u hedduhom. Il‑koppja ilha għal dawn l‑aħħar erba’ snin spostati fil‑Ġordan, u l‑fatt li Yasser ma jistax jaħdem huwa ta’ detriment għall‑familja. L‑għajnuna internazzjonali ma jafux kemm ser iddum tasal, u għalkemm binhom huwa b’saħħtu ma jistax imur jaħdem minħabba l‑biża’ li jerġa’ jinqabad u

jintbagħat f ’xi kamp jew jiġi deportat. Il‑koppja għamlu programm ta’ għaxar ġimgħat ta’ ‘counselling’ mas‑CVT, Yasser fi grupp tal‑irġiel u Khadija fi grupp tan‑nisa. Wara li temmew il‑programm ta’ għajnuna, it‑tnejn li huma sabu l‑kuraġġ li jgħidu l‑istorja tagħhom pubblikament. Hekk kif għamlu dawn il‑passi biex jerġgħu jibnu ħajjithom mill‑ġdid, huma xtaqu li l‑esperjenza tagħhom tagħti evidenza tar‑realtà tal‑gwerra Sirjana u jgħinu biex isseħħ il‑bidla vera.  3


Ġunju 2018

B

MESSAĠĠ TAD‑DIRETTUR ‑ MONS. SALVINU MICALLEF

Is-Santa Infanzja fuq il-passi ta’ San Pawl

ejn it‑22 u l‑25 ta’ April saret f ’Malta l‑Konferenza Ewropea tas‑Santa Infanzja (CEME). Delegati minn ħafna pajjiżi tal‑Ewropa, li jaħdmu fi ħdan Missio (l‑Opri Missjunarji Pontifiċji) billi jagħmlu animazzjoni missjunarja fost it‑tfal ta’ pajjiżhom, kienu f ’Malta. Din l‑animazzjoni tgħin biex it‑tfal isiru konxji li fid‑dinja għad hawn miljuni kbar ta’ tfal li jonqoshom kważi kollox, u li dawn jeħtieġu l‑għajnuna tagħna. Din l‑għajnuna tista’ tingħata bit‑talb u anki billi t‑tfal Ewropej ifaddlu xi ftit flus milli jkollhom u jagħmlu attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi b’risq it‑tfal vulnerabbli fil‑missjoni.

F’din il‑laqgħa d‑delegati, permezz ta’ taħditiet u dimostrazzjoni minn Profs. Adrian Gellel, mill‑fakultajiet tat‑Teoloġija u tal‑Arti fl‑Università ta’ Malta, semgħu kif jistgħu jwasslu messaġġ missjunarju lit‑tfal ta’ kull età billi jużaw oġġetti viżivi, bħal pitturi u skulturi. Fil‑fatt ir‑reazzjoni tad‑delegati kienet waħda mimlija entużjażmu u kollha esprimew is‑sodisfazzjon tagħhom li issa għandhom ideat ġodda u jistgħu jużaw materjal ieħor biex jagħmlu promozzjoni missjunarja fost it‑tfal. Din il‑laqgħa kienet iffukata fuq il‑miġja ta’ San Pawl f ’Malta u fuq il‑mixja ta’ fidi li l‑Maltin għamlu wara din il‑miġja. Għalhekk, il‑programm kien jinkludi pellegrinaġġ ta’

żjarat lil‑lokalitajiet marbuta mal‑miġja ta’ San Pawl u spiċċa fil‑grotta ta’ San Pawl fir‑Rabat. F’kull lokalità ngħatat informazzjoni fuq il‑ġrajja flimkien ma’ talb u riflessjoni spiritwali. Interessanti ħafna kien il‑fatt li dawn id‑delegati ġew ippreparati ħafna biex jaqsmu ma’ xulxin il‑ħidma tagħhom. Dan għamluh permezz ta’ materjal li huma jipproduċu għall‑ħidma tagħhom għat‑tfal u mat‑tfal. L‑imwejjed fis‑sala mimlijin b’dan il‑materjal kienu impressjonanti; ta’ Missio Malta mhux l‑inqas. Ħafna qalulna li ġabu l‑bagalja mimlija bil‑materjal tagħhom u ser jeħduha mimlija bil‑materjal ta’ pajjiżi oħra li ġabru. Nieħdu gost ngħidu li d‑delegati kollha, ħafna iktar milli stennew:

4


• irringrazzjaw lill‑Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna u lill‑Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona talli dawn ingħaqdu magħhom fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina

• ħlief għal tnejn minnhom, din kienet l‑ewwel darba li d‑delegati ġew Malta. Issa kollha jridu jerġgħu jiġu u jġibu l‑familji tagħhom magħhom. Aħna, min‑naħa ta’ Missio, għamilna ħilitna kollha biex nilqgħuhom u nagħtuhom merħba sabiħa. Nittamaw, u din hija l‑konvinzjoni tagħna minn dak li rajna u smajna, li dawn id‑delegati u aħna magħhom, imtlejna iżjed bl‑ispirtu missjunarju ta’ San Pawl Missierna. 

B’SMS ta’ €2.33 tkun qed B’SMS ta’ €2.33 tkuntitma’ qed 7 t’itfal titma’ 7t għal itfalġurnata. għal ġurnata.

• stagħġbu bil‑mod kif is‑sala fis‑Seminarju, fejn saret il‑laqgħa, kienet ippreparata tant tajjeb u sabiħ, u li mill‑ewwel iddaħħlek f ’ambjent missjunarju;

B’SMS ta’ta’ €6.99 qedqed B’SMS €6.99tkun tkun tixtritixtri l‑kotba għal għal tifel jew l‑kotba tifeltifla jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika.

impressjonaw irwieħhom bl‑organizzazzjoni eċċellenti, sew qabel, waqt u wara l‑laqgħa. Dan, grazzi għax‑xogħol tal‑istaff u tal‑voluntieri ta’ Missio;

• għoġbithom l‑idea li kienu mistiedna minn familji Maltin biex f ’ġurnata minnhom jagħmlu l‑ikla ta’ filgħaxija magħhom. Hekk daħlu f ’dar Maltija u ħalli għalina, għall‑ikel tajjeb li ħejjewlhom;

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

u fil‑knisja ta’ San Pawl il‑Belt. Dawn iż‑żewġ knejjes ġabuhom iżjed qrib il‑figura ta’ San Pawl f’Malta;

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Ġunju 2018

5


Ġunju 2018

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja Ġunju 2018 “Sabiex in‑netwerks soċjali kollha jaħdmu lejn inklużjoni li tirrispetta lill‑oħrajn kollha fid‑diversità tagħhom.”

M

inkejja li ninsabu fis‑sena 2018, għadna niltaqgħu ma’ diversi każi ta’ skjavitù umana. Bħallikieku xi bniedem huwa inqas fil‑grad minn ħaddieħor; nistmaw lill‑barrani bħala kategorija inferjuri u forsi nittrattaw lill‑pet tagħna aħjar minnu! Dan mhuwiex 6

it‑tagħlim ta’ Kristu u tal‑Knisja. Ġesù jitlob minna sabiex nirrispettaw lil kulħadd, hu min hu, kulħadd huwa xbieha t’Alla. F’dawn ix‑xhur tas‑sajf tiżdied dejjem il‑problema akuta ta’ immigrazzjoni, fejn eluf ta’ persuni minħabba persekuzzjoni, kunflitti, theddid jew gwerer fil‑pajjiż tagħhom, jitolbu sabiex jidħlu f’xi pajjiż bħala refuġjati u jsibu kenn fih. Dan il‑fenomenu jirrifletti s‑sitwazzjonijiet ekonomiċi batuti u miżeri tal‑pajjiżi li jikkawżaw din l‑immigrazzjoni. Ħafna drabi hija t‑tmexxija ħażina ta’ dawn il‑pajjiżi li twassal għal sitwazzjonijiet ta’ faqar u qgħad fil‑pajjiż. U għalhekk hawnhekk nistaqsu: Persuni, irġiel, nisa,

missirijiet, ommijiet fraġli u tfal li jaħarbu minn pajjiżhom għaliex jinsabu mhedda verament, għandna nqisuhom bħala illegali jew ħabsin, meta jidħlu f’pajjiżna?” Din hija s‑sitwazzjoni ta’ eluf ta’ Afrikani li jaqsmu l‑Mediterran, oħrajn mill‑Ewropa tal‑Lvant għall‑Punent ‑ fl‑Asja, fl‑Awstralja u fis‑Sud Amerika. Karibej u Messikani jippruvaw jidħlu fl‑Istati Uniti u fl‑Amerika ta’ Fuq. Fl‑2015, id‑dinja baqgħet ixxukkjata bl‑immaġni ta’ tifel ta’ tliet snin, Alan Kurdi, bla ħajja fuq xtajta tar‑ramel. Aħna l‑Maltin emigrajna lejn ħafna pajjiżi għal għajxien aħjar u sirna immigranti fihom. Huwa stmat li 25,000 persuna għerqu fil‑Mediterran fl‑aħħar snin f’dan l‑olokawst


Ġunju 2018

Mediterranju, fejn proprju Papa Franġisku, nhar it‑8 ta’ Lulju 2013, f ’Lampedusa, talab għal dawn il‑vittmi. Iktar minn ħamsin sena ilu, fl‑1963, Martin Luther King ħareġ bl‑għajta li baqgħet tidwi kontra tip ta’ razziżmu u diskriminazzjoni fid‑diskors tiegħu ta’ kapulavur rettoriku: ‘I have a Dream’. Aħna ċittadini tas‑sema; il‑pajjiż veru tagħna huwa l‑ġenna. Mela aħna lkoll immigranti fuq din l‑art u għandna s‑sejħa sabiex namministraw b’mod ġust u tajjeb il‑ġid tal‑art, għalkemm dan mhux qed isir fid‑dinja. Alla ħalaq id‑dinja għal kulħadd u l‑bniedem għandu jfittex li jħobb u

jobdi il‑liġi ta’ Alla: “Għarib jien fuq l‑art; la taħbilix il‑kmandamenti tiegħek” (Salm 119:19); “Lill‑għorba tat‑tixrid” jikteb San Pietru fil‑bidu tal‑ewwel ittra tiegħu. Għalhekk, il‑ministeru kardinali tan‑Nisrani huwa proprju l‑ospitalità fid‑dawl tal‑imħabba Nisranija: “Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma jilqa’ lil kull min għandu l‑biża’ tiegħu u jagħmel is‑sewwa, ikun mil‑liema poplu jkun.” (Atti 10:34‑35) Fuq kollox aħna ser inkunu ġġudikati mhux biss fuq kemm tlabna u smajna quddies, imma iktar fuq

kemm għamilna opri tal‑ħniena ma’ ħutna, kemm dawk li jmissu lill‑ġisem kif ukoll lir‑ruħ fosthom, itma’ lil min hu bil‑ġuħ; isqi lil min hu bil‑għatx; libbes lil min m’għandux ilbies u ilqa’ lil min hu bla dar. Ejjew inkunu iktar Kristjani u jimpurtana tassew minn dawk li jiġġieldu għal ħajjithom fuq il‑baħar tagħna sabiex jaslu fi xtutna waqt li aħna nkunu fil‑kumdità ta’ djarna. Għaliex Kristu ser jgħidilna fl‑aħħar: “Kont barrani u lqajtuni, tassew ngħidilkom, kulma għamiltu ma’ wieħed mill‑iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.” (Mattew 25:40). 

I I N N O J O J S S S IS I M ‑ M ‑ L L I I Q ISSQ I R ’ ’ B R BBAAŻŻA BAŻAR ĠDID

ta' Missio fi Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 12.00pm

Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta

(Ħinijiet Ġodda) It‑Tnejn, l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa: 9:00am‑11:00am It‑Tlieta u l‑Ħamis: 9:00am‑12:30pm

7


Ġunju 2018

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI

Aktar minn 20 sena ta’ ħidma favur bniet sfruttati

R

achel Lloyd hija waħda mit‑tliet nominati għall‑Premju Dinji tat‑Tfal. Hija ġiet nominata minħabba n‑natura tax‑xogħol tagħha mifrux fuq 20 sena. Rachel, li hija mill‑Gran Brittanja, fi tfulitha sofriet minn abbuż kemm mentali kif ukoll fiżiku minn missierha tar‑rispett u aktar tard minn ommha wkoll. Meta dan kien ikun fis‑sakra kien isawwatha u jiġbidha minn xagħarha. Ommha qatt ma riedet titilqu, sakemm hi wkoll bdiet tixrob. Ta’ 12‑il sena, Rachel ukoll tatha għax‑xorb. Jum fost l‑oħrajn, sa ppruvat tneħħi ħajjitha b’idejha billi xorbot u belgħet ħafna pilloli. Ta’ 14‑il sena spiċċat tieħu d‑droga u taħdem

Rachel fl‑età ta' 14‑il sena, meta kienet mudella. 8

f ’fabbrika biex hi u ommha jkollhom biex iħallsu l‑kera u jixtru x’jieklu. Fl‑adoloxxenza tagħha kienet sfruttata fl‑industrija sesswali bħala mudella ta’ rivista u wara fil‑Ġermanja bħala żeffiena. Ix‑xogħol ta’ ‘nanny’ għen lil Rachel ittaffi Rachel qatt t‑tbatija li kienet għaddejja minnha. ma xtaqet dan u l‑ħolma tagħha kienet li it‑tfajla ġietha l‑opportunità tilħaq avukata jew ġurnalista. u marret l‑Istati Uniti. Fil‑Ġermanja ħadet grazzja Kienet ixxukkjata xħin rat ma’ ġuvni li ma damx ma bniet żgħar ta’ 12‑il sena beda jsawwatha u jġegħelha jinbiegħu fit‑toroq tal‑ibliet. tbigħ ġisimha. Fl‑aħħar Matul il‑jum kienet iżżur sabet il‑kuraġġ u telqitu, u xelters u ħabsijiet, filwaqt marret issib refuġju fi knisja. li filgħaxijiet kienet iddur Bdiet taħdem ma’ familja fit‑toroq u toffri kelma ta’ Amerikana bħala ‘nanny’. kuraġġ u tazza kafè jew Dawn urewha ħafna mħabba ċikkulata sħuna lit‑tfal u għenuha ttaffi t‑tbatija li bniet u nisa li jkunu qed kienet għaddiet minnha, jinbiegħu. Malajr skopriet li kemm taħt idejn missierha l‑bniet żgħar, li l‑maġġoranza tar‑rispett u ommha, kif tagħhom kienu foqra u ukoll mill‑maħbub tagħha. bla familja, kienu qed jiġu kkastigati u mhux megħjuna Rachel iddeċidiet li riedet meta jinqabdu mill‑pulizija tgħin u tinvolvi ruħha aktar jwettqu dan ix‑xogħol fil‑knisja. Fl‑età ta’ 22 sena, illegali. Inħasdet meta


Ġunju 2018

saret taf li l‑liġi Amerikana kienet tipproteġi biss mill‑isfruttament lil tfal li jinġiebu minn barra l‑pajjiż u mhux lil dawk imwielda fl‑Amerika. Sena wara, Rachel waqqfet il‑GEMS (Girls Educational and Mentoring Services) fuq il‑mejda tal‑kċina tagħha bi 30 dollaru biss u wara li ssellfet kompjuter. Għall‑bidu kienet toffri kenn lill‑bniet fl‑appartament ċkejken tagħha. Minn dakinhar, Rachel u l‑GEMS bidlu l‑ħajja ta’ eluf ta’ tfajliet billi joffru mħabba u sapport. Mhux biss, iżda wkoll taw imbuttatura biex jgħaddu liġijiet favur it‑tfal.

Waħda minn dawn hija ‘The New York Safe Harbor Act’, li hija l‑ewwel liġi fl‑Amerika li tagħti lit‑tfal li ġew sfurzati jbigħu lilhom Tfajla minn GEMS li flimkien ma’ Rachel infushom, tiġġieled favur liġijiet aħjar għat‑tfal. id‑dritt ta’ protezzjoni u sapport tifla u tfajla jirċievu servizzi minflok kastig. Il‑ġlieda ta’ diretti mingħand Rachel u Rachel ġabet bidla fis‑soċjetà l‑GEMS. Madwar 1,500 tifla fejn qabel il‑bniet kienu qed jiġu milħuqa permezz ta’ jiġu ttrattati ta’ kriminali, programmi ta’ prevenzjoni, u issa qed ikunu konoxxuti filwaqt li aktar minn 1,300 bħala vittmi u jingħataw professjonist, fosthom l‑għajnuna xierqa. ħaddiema soċjali u pulizija, qed jirċievu taħriġ dwar Kull sena, aktar minn 400 id‑drittijiet tat‑tfal bniet. 

INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9


SAN PIETRU APPOSTLU

Ġunju 2018

Il‑martri ta’ El Salvador

Sor Dorothy

D

orthea Lu Kazel twieldet f ’Ohio l‑Amerika, minn ġenituri Litwaniżi, nhar it‑30 ta’ Ġunju 1939. Fl‑1960 ingħaqdet mas‑Sorijiet tal‑Ursolini u ħadet l‑isem ta’ Sor Laurentine, għal soru tal‑Ursolini li mietet martri matul ir‑Rivoluzzjoni Franċiża. Fis‑snin sittin, meta l‑Knisja Kattolika bdiet tieħu xejra aktar moderna, hija saret magħrufa bħala Sor Dorothy, filwaqt li fil‑komunità fl‑Amerika Ċentrali, fejn kienet taħdem, kienu jsibuha bħala Madre Dorthea. Wara li temmet l‑istudji tagħha bejn l‑1960 u l‑1965, Madre Dorthea għamlet seba’ snin tgħallem fi Cleveland u għamlet xogħol 10

Jean Donovan

missjunarju mat‑Tribù ta’ Papago f ’Ariżona. Wara li fl‑1974 temmet ‘master's degree’ fil‑‘counselling’,

is‑soru ddeċidiet li tingħaqad ma’ tim ta’ missjunarji li kienu qed jaħdmu fid‑Djoċesi ta’ Cleveland

Sor Ita Ford

fil‑belt ta’ El Salvador. Hija ħadmet fil‑knisja tal‑Immakulata Kunċizzjoni f ’La Libertad billi kienet tħejji lill‑katekisti, tipprepara programmi dwar is‑Sagrament Imqaddes u tieħu ħsieb id‑distribuzzjoni tal‑ikel fi ħdan il‑‘Catholic Relief Services’. Madre Dorthea ħadmet ukoll mar‑refuġjati tal‑Gwerra Ċivili Salvadorjana, billi kienet iġġib l‑ikel, tipprovdi kenn u mediċina, u twassal lill‑morda u lill‑feruti fil‑kliniċi. Nhar it‑2 ta’ Diċembru 1980 waranofsinhar, Sor Dorthea flimkien mal‑lajka Jean Donovan saqu lejn l‑Ajruport Internazzjonali ta’ El Salvador biex jiġbru żewġ


Ġunju 2018

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Sor Maura Clarke

sorijiet li kienu ġejjin lura minn konferenza f ’Managua, f ’Nicaragua. L‑ajruplan taż‑żewġ sorijiet, Sor Maura Clarke u Sor Ita Ford, li kellu jasal fis‑7:00pm wasal fid‑9:11pm. Il‑vann bl‑erba’ nisa ġie mwaqqaf eżatt kif telqu mill‑ajruport minn 5 suldati pajżana tal‑Gwardja Nazzjonali fuq ordni tal‑kmandant tagħhom. In‑nisa ttieħdu f ’żona iżolata u wara li ngħataw is‑swat u ġew abbużati sesswalment, inqatlu b’tiri ta’ arma tan‑nar mis‑suldati stess. Raħħala li jgħixu fil‑qrib irrappurtaw li għall‑ħabta tal‑10:00pm raw il‑vann abjad tan‑nisa jinstaq lejn żona iżolata u semgħu xi tiri ta’ arma tan‑nar. Ir‑raħħala stqarru wkoll li raw ħamest irġiel

• Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Vista ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) U tinsiex titlob għalihom ukoll, u huma jibqgħu jiftakruna fit‑talb tagħhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 11


SAN PIETRU APPOSTLU

Ġunju 2018

jaħarbu bl‑istess vann abjad, bid‑dawl mixgħul u bir‑radju b’volum għoli ħafna. Il‑vann instab aktar tard matul il‑lejl maħruq, filwaqt li l‑iġsma bla ħajja tal‑erba’ nisa mimlijin daqqiet ta’ sikkina nstabu l‑għada filgħodu f ’gandott. Ir‑raħħala ġew imqabbda jidfnu lin‑nisa f ’għalqa fil‑qrib minn imħallef, tliet membri tal‑Gwardja Nazzjonali u żewġ kmandanti. Ir‑raħħala hekk għamlu, iżda infurmaw

lill‑kappillan tal‑parroċċa. L‑aħbar xterdet u waslet għand l‑Isqof Arturo Rivera y Damas is‑suċċessur ta’ Oscar Romero, li kien inqatel fl‑24 ta’ Marzu tal‑istess sena, u l‑Ambaxxatur tal‑Istati Uniti għal El Salvador Robert White. Nhar il‑5 ta’ Diċembru, saret quddiesa għal ruħ l‑erba’ nisa martri mill‑Isqof Arturo. L‑iġsma ta’ Sor Ita u Sor Maura ndifnu

f’Chalatenango f’El Salvador, filwaqt li l‑ġisem ta’ Jean intbagħat lill‑ġenituri tagħha f’Sarasota fi Florida. Il‑ġisem ta’ Madre Dorthea ttieħed lura fi Cleveland, fejn indifnet f’ċimiterju f’Chardon f’Ohio. Fl‑1984, ħames suldati tal‑Gwardja Nazzjonali, Daniel Canales Ramirez, Carlos Joaquin Contreras Palacios, Francisco Orlando Contreras Recinos, Jose Roberto Moreno Canjura u s‑Surġent Luis Antonio Colindres Aleman, ġew mixlija bil‑qtil tal‑erba’ nisa u ssentenzjati għal 30 sena priġunerija. Waqt il‑ġuri ħareġ li l‑ħtif kien ippjanat minn qabel u li l‑qattiela segwew ordnijiet minn ta’ fuqhom. Il‑qtil tan‑nisa u l‑attentat mill‑Gwardja Nazzjonali u xi uffiċjali Amerikani biex jinħbew il‑fatti, qajmu oppożizzjoni u dibattitu fl‑Istati Uniti dwar il‑liġi amministrattiva f’El Salvador. 

MISSIO MALTA SER JORGANIZZA BBQ NHAR IS‑SIBT 28 TA’ LULJU 2018. DETTALJI FIL‑ĦARĠA LI JMISS.

12


SANTA INFANZJA

Ġunju 2018

Bniet bħalna u daqsna

D

anielle hija tifla Amerikana ta’ ħdax‑il sena. Tħobb tiekol l‑ikel Messikan u taqra l‑kotba ta’ Harry Potter. La tikber tixtieq issir kantanta u poetessa. Hija għandha namrat li għandu 29 sena! Fil‑verità r‑raġel li Danielle ssejjaħlu namrat, huwa l‑pimp tagħha. Huwa qed jisfurzaha tbigħ lilha nfisha lil irġiel oħra ġo

lukanda partikolari fi New York. Rachel mill‑GEMS, aġenzija li waqqfet hi stess biex tgħin tfal bniet vittmi ta’ sfruttament, iltaqgħet ma’ Danielle l‑għassa tal‑pulizija. Rachel, li hi stess kienet sfruttata meta kienet żgħira, toqgħod tistenna fl‑għassa tal‑pulizija biex malli jġibu xi tifla jew tfajla tkun pronta u toffrilha s‑sapport.

Rachel qalet lil Danielle li taf perfettament fejn tinsab dik il‑lukanda partikolari għaliex ftit żmien qabel tifla li kienet qed tissawwat mill‑pimp tagħha, ċemplitilha għall‑għajnuna. Rachel u t‑tim tagħha marru jsalvawha. Danielle ħasset li kellha tiftaħ qalbha ma’ Rachel u qaltilha li hi saret taf lill‑pimp mingħand iż‑żewġ ħutha bniet, waħda ta’ 14 u l‑oħra ta’ 16‑il sena, li jagħmlu l‑istess xogħol. Danielle stqarret li tħoss ħafna n‑nuqqas ta’ ommha. Kull darba li tisma’ stejjer bħal dawn, Rachel titnikket. Ħadd ma jista’ jifhem lil dawn il‑bniet daqsha. Permezz ta’ GEMS eluf ta’ tfajliet ġew megħjuna għall‑ħajja aħjar, iżda ta’ kuljum jitfaċċaw vittmi ġodda. Sa ftit taż‑żmien ilu, bniet bħal Danielle kienu

Missio Malta ser jorganizza Ġità f'Perugia l‑Italja għall‑‘Fiera Dei Morti’ bejn 1 ta’ Novembru 2018 u l‑5 ta’ Novembru 2018. Aktar dettalji fil‑ħarġa li jmiss jew mingħand Natasha (21236962). 13


SANTA INFANZJA

Ġunju 2018

jispiċċaw arrestati, iżda issa dawn il‑bniet huma ntitolati għas‑sapport. Ħafna minn dawn it‑tfajliet li għelbu l‑abbuż saru membri ta’ GEMS u huma wkoll qed joffru għajnuna lil dawn it‑tfal. Kull tifla tista’ tkun vittma ta’ dan il‑kummerċ, iżda l‑maġġoranza tat‑tfal huma ta’ ġilda skura u li trabbew fil‑faqar. Fost dawn hemm tfal Afro‑Amerikani, tfal li ħarbu mid‑dar jew li m’għandhomx fejn jgħixu, tfal vittmi ta’ abbużi diversi, tfal li jsofru minn xi vizzju,

tfal b’diżabilità, tfal minn komunitajiet LGBTQ u tfal refuġjati jew immigranti li ma jafux jitkellmu bl‑Ingliż. Fost l‑għajnuna li joffru Rachel u GEMS hemm

sports u attivitajiet marbuta mas‑saħħa, ‘leadership training’, ‘counselling’, gwida lejn ħajja indipendenti u assistenza legali fejn meħtieġ. 

€50 – ikla sħuna għal 30 anzjan li ta’ kuljum iħabbtu d‑djar tas‑sorijiet għall‑ikel

€100 – tliet xhur skola primarja u ikla kuljum lil tifel/tifla fqir/a

€138 – konsenja ilma

€300 – bini ta’ klassi fi

€8,000 – bini ta’ kappella

tal‑fliexken għal 15‑il tifel u tifla

skola f’Myanmar

f’ismek jew xi ħadd għażiż għalik

Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:

14


Ġunju 2018

Child Sponsorship

CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB!

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirazzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25 u kklikkja fil‑parti Donations.

15


Ġunju 2018

RIFLESSJONI MISSJUNARJA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

L-anzjani fiċ-Ċina

T

ul l‑esperjenzi missjunarji tiegħi fiċ‑Ċina bosta drabi ltqajt mar‑realtà tal‑anzjanità, anke għall‑fatt li ħafna mit‑tfal Ċiniżi, li jiena naħdem magħhom, jitrabbew min‑nanniet, peress li l‑ġenituri tagħhom jaħdmu sigħat twal. Iċ‑Ċina huwa pajjiż li jħaddan popolazzjoni ta’ 1.3 biljun persuna. Huwa kkalkulat li fl‑2009 kellu madwar 167 miljun persuna li qabżet l‑età ta’ sittin sena, u allura dan jammonta għal 12.5% tal‑popolazzjoni. Ta’ kull sena l‑anzjani qed jiżdiedu bi 8 miljun persuna, u dan qed iwassal liċ‑Ċina għal ‘soċjetà anzjana’. Skont l‑aħħar statistiċi, l‑età medja fiċ‑Ċina hija dik ta’ 73.05, u din qiegħda dejjem

F’dar ta’ anzjana. 16

togħla minħabba l‑progress tal‑pajjiż, speċjalment fil‑qasam mediku. Fis‑soċjetà Ċiniża l‑valur tal‑familja għandu importanza kbira u f ’dan is‑settur l‑anzjani għad għandhom rwol importanti ħafna. Meta mmur nagħti servizz missjunarju edukattiv fl‑iskejjel, ta’ spiss ninnota li meta l‑istudenti Ċiniżi jispiċċaw mill‑iskola, ikollhom jistennewhom wara l‑gradi tal‑iskola lin‑nanniet tagħhom. Dan minħabba l‑fatt li l‑ġenerazzjoni anzjana għadha tħoss is‑sens ta’ sagrifiċċju lejn l‑ulied u lejn it‑tfal tal‑ulied. Però din l‑attitudni qed tonqos xi ftit fl‑ibliet peress li l‑anzjani qed jirrealizzaw iktar l‑bżonn li jieħdu ħsieb ukoll tagħhom infushom. Fiċ‑Ċina qed tikber ir‑realtà ta’ anzjani mill‑irħula li jikru appartament fil‑belt biex ikunu qrib uliedhom, però qed tikber ukoll ir‑realtà ta’ anzjani li jikru

post ċkejken fil‑muntanji għall‑kwiet u s‑serenità. Fil‑fatt, ħafna anzjani mill‑belt ta’ Shanghai sabu mezz ta’ akkomodazzjoni taħt il‑muntanja Tianmu fil‑Provinċja ta’ Zheijiang. Hawn, dawn l‑anzjani jitpaxxew bil‑ġmiel tal‑ambjent u bil‑ħsejjes naturali tal‑għasafar u tal‑klieb, waqt li jqattgħu ħafna mill‑ħin liberu tagħhom jistadu u jixxabbtu mal‑muntanji. Sintendi dan ma jfissirx li huma ma jħossux in‑nuqqas tal‑familja u tan‑neputijiet, kif ukoll il‑ħajja storbjuża tal‑belt. Minħabba din l‑emigrazzjoni tal‑anzjani Ċiniżi mill‑ibliet lejn il‑kampanja, jingħad li 70% tad‑djar fl‑ibliet il‑kbar, bħal Beijing u Shanghai, qed jispiċċaw battala. Fil‑fatt, fl‑ibliet nofs il‑popolazzjoni anzjana tgħix għal rasha ’l bogħod mill‑ulied. Skont Guo Ping, wieħed mill‑esperti Ċiniżi tal‑Anzjanità, bosta huma r‑raġunijiet li qed iwasslu għal dan il‑fenomenu soċjali fiċ‑Ċina. Il‑fatt li l‑familji Ċiniżi ċkienu fin‑numru, ċertament wassal għall‑immigrazzjoni tal‑anzjani mill‑ibliet lejn ambjent rurali.


Ġunju 2018

Ma’ anzjan li jgħix f’raħal qrib Beijing.

Fil‑mentalità u l‑kultura Ċiniża, l‑anzjani għadhom igawdu importanza kbira fil‑familja u għal snin twal huma l‑ulied li jieħdu ħsieb tal‑ġenituri tagħhom meta jixjieħu. Fil‑fatt il‑proverbju Ċiniż jgħid: “Mill‑mijiet ta’ virtujiet tal‑bniedem, ir‑rispett u l‑kura tal‑ġenituri jiġu l‑ewwel”. Anke l‑filosofu Konfuċju jgħid: “M’għandekx issiefer ’il bogħod meta l‑ġenituri tiegħek għadhom ħajjin, u jekk ikollok tagħmel dan qis li jkollok raġunijiet validi”. Fil‑kitbiet tiegħu, Konfuċju jisħaq ukoll li l‑ulied u t‑tfal tal‑ulied għandhom jieħdu bis‑serjetà l‑kura kemm materjali kif ukoll spiritwali tal‑ġenituri tagħhom meta dawn jixjieħu. Fil‑fatt dan il‑ħsieb ħalla kultura qawwija ta’ rispett u reverenza kbira lejn il‑ġenituri tul l‑istorja taċ‑Ċina. Tul il‑perijodu tad‑dinastija Ċiniża, Tang isemmi ħafna l‑eżempju

tal‑Kanċillier Fang Xuanling, li wera rispett u għajnuna kbira lejn il‑ġenituri tiegħu minkejja x‑xogħol importanti li kien iħaddan. Meta ommu tar‑rispett mardet gravament, għajnejh imtlew bid‑dmugħ, u meta din mietet marlu l‑aptit tal‑ikel u x‑xorb, daqskemm kien iħobb lil ommu tar‑rispett. Tul l‑istorja Ċiniża jissemmew diversi personaġġi li wrew rispett kbir lejn il‑ġenituri u n‑nanniet tagħhom, u għal żmien twil persuna

li tabbanduna lill‑ġenituri tagħha kienet tingħata piena ħarxa bil‑liġi tal‑istat. Illum, iċ‑Ċina tiddedika jum speċjali għall‑anzjani, li jaħbat fid‑disa’ jum tad‑disa’ xahar tal‑qamar, biex iċ‑Ċiniżi jiftakru fl‑unur, fir‑rispett, fl‑imħabba u fl‑għajnuna li għandhom jagħtu lill‑anzjani tagħhom. F’dan il‑jum l‑istat jorganizza wkoll eskursjonijiet ta’ kultura u rikreazzjoni għall‑anzjani. Illum iċ‑ċirkostanzi fiċ‑Ċina nbidlu u fil‑preżent għandek realtà f ’kull familja ta’ erba’ persuni anzjani, tnejn ta’ mezza età u tifel wieħed. Din ir‑realtà qed tagħmilha diffiċli ħafna għall‑ulied biex isibu bilanċ bejn il‑karriera, ix‑xogħol u l‑kura tal‑ġenituri, speċjalment jekk dawn ma jkunux jgħixu fil‑viċin. Dan wassal biex il‑kura tal‑ulied lejn l‑anzjani qiegħda dejjem tonqos tant li ta’ spiss il‑midja

Ma’ anzjana f’wieħed mit-tempji f’Beijing. 17


Ġunju 2018

RIFLESSJONI MISSJUNARJA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

Ma’ familja Ċiniża bl-anzjani fuq il-‘Great Wall of China’.

lokali tipproġetta filmati qosra f ’kull post, anke fis‑‘subways’, biex tfakkar liċ‑Ċiniżi dwar l‑obbligu tagħhom li jieħdu ħsieb lill‑ġenituri tagħhom meta dawn jixjieħu. Iżda r‑realtà demografika qed twassal biex ħafna anzjani jsibu kenn fid‑djar tal‑anzjani. Peress li ċ‑Ċina qed tersaq b’pass imgħaġġel lejn soċjetà anzjana, il‑gvern Kommunista Ċiniż kellu jirrevedi l‑‘one child policy’ u jagħti ċ‑ċans lill‑koppji Ċiniżi li jkollhom it‑tieni wild. Huwa kkalkulat li sal‑2020, iċ‑Ċina ser ikollha iktar minn mitt miljun anzjan li jirrikorri għall‑pensjoni. F’dan ir‑rigward hemm ukoll il‑kura medika li tingħata lill‑anzjani fl‑isptarijiet pubbliċi, fejn dawn qed iħabbtu wiċċhom ma’ nuqqas ta’ infermiera. Terġa’ u tgħid, is‑sitwazzjoni fl‑irħula hija iżjed preokkupanti, fejn 18

il‑pensjoni li qed jingħataw l‑anzjani mhux qed tkun biżżejjed għall‑ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum. Meta intervistati, il‑maġġoranza tal‑anzjani li jgħixu fil‑belt ta’ Beijing, wieġbu li huma ma jixtiqux li jkunu ta’ piż fuq uliedhom. Kienu 6% biss li wrew ix‑xewqa li jinġabru f ’dar tal‑anzjani meta ma jkunux jifilħu jfendu għal rashom.

l‑eżempju siewi tas‑soċjetà tagħna fil‑Punent. Huwa stmat li fl‑2014, iċ‑Ċina kellha iktar minn mitejn miljun persuna anzjana. Dan jammonta għal persuna anzjana għal kull 7 persuni Ċiniżi. Huwa wkoll ikkalkulat li sas‑sena 2030, iċ‑Ċina ser ikollha madwar 90% tad‑djar vojta. Dan qed joffri sfidi kbar lill‑gvern Ċiniż biex joħloq sistema nazzjonali ta’ ‘welfare’ u sigurtà sodisfaċenti lill‑anzjani Ċiniżi. Minkejja dawn l‑isfidi kollha, l‑anzjani fiċ‑Ċina għadhom igawdu rispett kbir, mhux biss fil‑familji, iżda wkoll fis‑soċjetà inġenerali. Il‑valur ta’ rispett u mħabba lejn l‑anzjani għadu importanti ħafna għaċ‑Ċiniżi. Aħna tal‑Punent għandna ħafna x’nitgħallmu mingħandhom, speċjalment fejn jidħol ir‑rispett u l‑attenzjoni tal‑ulied lejn il‑ġenituri u l‑qraba anzjani. 

Għalhekk, iċ‑Ċina tinsab għaddejja fuq proġett biex ittejjeb il‑kura tal‑anzjani fil‑komunità stess, waqt li toffrilhom ukoll servizz ta’ ċentri miftuħa ta’ kuljum biex b’hekk l‑anzjani ma jkollhomx għalfejn iħallu lill‑familja. F’dan il‑każ iċ‑Ċina Ma' anzjana f'wieħed mit-tempji ta' Beijing. qed timità ħafna


PELLEGRINAĠĠ GĦAL LOURDES

Ġunju 2018

Organizzat minn Missio Malta

4t ijiem sħaħ, mis-27 sal-31 ta' Awwissu, 2018 Ħin għat‑talb, ċelebrazzjonijiet u żjarat f’Lourdes Eskursjonijiet lejn Pont d'Espagne, Gavernie u Artouste fuq il‑muntanji Pyrenees. Programm u ‘booking’ mill‑uffiċini ta' Missio Malta fil‑Belt Valletta (Tel: 2123 6962) u l‑Mosta (Tel: 20330015). Direttur Spiritwali: Mons. Salvinu Micallef

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Imejl: info@missio.org.mt Websajt: www.missio.org.mt

19


Ġunju 2018

“Missier! – Lil Alla nnifsu ma nistgħux nagħtuh isem aktar qaddis minn hekk!” William Wordsworth

William Wordsworth (1770‑1850), kien poeta romantiku Ingliż famuż. Flimkien mal‑poeta Samuel Taylor Coleridge għenu biex feġġgħet l‑Era Romantika fil‑Letteratura Ingliża. Mill‑1843 sa mewtu, William kien il‑poeta uffiċjali appuntat mill‑gvern biex jikteb poeziji għall‑okkażjonijiet speċjali. Fl‑1793 ġie ppubblikat l‑ewwel sett ta’ poeżiji ta’ William f’kollezzjoni bl‑isem ta’ ‘An Evening Walk and Descriptive Sketches’. Fl‑1802 huwa żżewweġ lill‑maħbuba ta’ tfulitu, Mary Hutchinson u flimkien kellhom 5 ulied, 3 subien u 2t ibniet. William jingħad li kien qal li kien lest li jxerred demmu għat‑tisħiħ tal‑Knisja. Huwa miet fid‑dar tiegħu kawża ta’ infezzjoni fil‑pulmun.

Ritratt: Ġesù Alla Missier ‑ Affresk ta' Carlos Fontana mas‑saqaf tal‑koppla tal‑knisja ddedikata lil Santa Marija Maddalena f 'Ruma l‑Italja. 20


Ä unju 2018

21


QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

Ġunju 2018

SAN ĠUŻEPP CAFASSO Saċerdot Qaddis

Ġ

użepp Cafasso, it‑tielet wild minn erbgħa ta’ Ġwann Cafasso u Ursola Beltramo, twieled nhar il‑5 ta’ Jannar 1811, minn familja fqira f ’Castel Nuovo d’Asti fi Piemonte l‑Italja. Sa minn età żgħira kien jidher li ser iħaddan il‑qdusija u jaħrab l‑okkażjoni tad‑dnub. Meta kellu tnax‑il sena beda l‑ħbiberija tiegħu ma’ San Ġwann Bosco, li aktar ’il quddiem kellu jkun il‑konfessur tiegħu u l‑bniedem li nkorraġġieh fil‑missjoni delikata tiegħu mat‑tfal u ż‑żgħażagħ. Ġużepp ġie ordnat saċerdot nhar il‑21 ta’ Settembru 1833. Kien rettur tal‑Istitut San Franġisk t’Assisi, li kien jipprovdi edukazzjoni għolja għall‑qassisin djoċesani. Barra milli kien għalliem notevoli ta’ suġġetti morali u teoloġiċi, kien jipprovdi b’xejn kotba u affarijiet oħra meħtieġa lil studenti foqra. Kellu devozzjoni speċjali lejn Ġesù Sagramentat u lejn il‑Madonna. Papa Benedittu XVI, f ’udjenza ġenerali nhar it‑30 ta’ Ġunju 2010, 22

fuq San Ġużepp Cafasso qal hekk: “Iċ‑ċirkustanzi u l‑opportunitajiet jgħinuna nifhmu l‑messaġġ li joħroġ mill‑ħajja ta’ dan il‑qaddis. Huwa ma kienx kappillan bħall‑Kurat t’Ars, imma kien ta’ formazzjoni kbira għall‑kappillani u l‑qassisin tad‑djoċesi bħal San Ġwann Bosco. Huwa ma waqqafx istituti reliġjużi, imma l‑eżempju ta’ ħajja saċerdotali li għex kienet skola ta’ qdusija għolja.”

Ġużepp kien iqatta’ ħafna mill‑ħin tiegħu fil‑konfessinarju. Kien magħruf għall‑pastorali li kien jagħmel mal‑iġġustizzjati, fejn ħafna minnhom nidmu permezz tas‑sagrament tal‑qrar ftit qabel ma ngħataw il‑forka. San Ġużepp Cafasso miet nhar it‑23 ta’ Ġunju 1860. Kien ikkanonizzat fl‑1947. San Ġużepp Cafasso ħu ħsieb is‑saċerdoti biex ikunu qaddisin! 


Ġunju 2018

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ Ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: NB. kull Quddiesa tiswa €5 u l‑Quddies jitqaddes kollu fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Ġunju 2018

Musulmani u Ħindu miġburin flimkien

M

oskea fl‑Indja qed tgħaqqad flimkien Musulmani u Ħindu billi tqassam b’xejn l‑ikel. F’Mumbaj hemm mas‑57,000 persuna bla dar u l‑Moskea Bilal tixtieq tgħinhom. Iżda l‑Moskea tixtieq ukoll tressaq qrib xulxin il‑komunitajiet u għalhekk tqassam biss ikel veġetarjan peress li l‑Ħindu jippreferu dan it‑tip ta’ ikel. Għall‑Musulmani dan l‑ikel huwa tajjeb u jogħġobhom xorta waħda. Il‑Moskea fetħet il‑bibien tal‑kċina tagħha fl‑1 ta’ Marzu ta’ din is‑sena. Din l‑inizjattiva rat il‑bidu tagħha meta dan l‑aħħar fl‑Indja qed ikun hemm indifferenza lejn il‑Musulmani. Riċentament Nazzjonalisti Indjani attakkaw żewġ Moskei.

Mis‑sena 2015 ’il hawn, tal‑anqas 29 ruħ, ħafna minnhom Musulmani, inqatlu minn gruppi viġilanti li akkużaw lill‑vittmi li kielu jew biegħu l‑laħam taċ‑ċanga. Huwa għalhekk li l‑Moskea Bilal iddeċidiet li titma’ lil kulħadd irrelevanti x’reliġjon iħaddnu. Amin Dabawala, kelliem għall‑Moskea qal li inizjattivi bħal dawn jgħinu mija fil‑mija lill‑komunitajiet jersqu qrib xulxin u titneħħa l‑istigma dwar

il‑Musulmani. Il‑Moskea Bilal isservi mill‑inqas 100 ruħ kull lejla. Minn kmieni filgħodu, fil‑kċina tal‑Moskea jibda jitħejja l‑ikel. Kull ikla mħejjija fil‑kċina tinkludi tliet biċċiet ħobż, porzjon ħaxix bil‑kari u l‑ħjar. L‑Imam Sayyed Moinuddin Ashraf qal li kieku kull Moskea fl‑Indja timxi fuq dan l‑eżempju, kieku l‑komunitajiet kollha jingħaqdu flimkien f ’familja waħda. 

Tliet snin wara fil‑Jemen

G

ħaddew tliet snin mill‑bidu ta’ gwerra

24

ċivili fil‑Jemen u l‑kriżi għadha fl‑aqwa tagħha. 22 miljun ruħ għandhom bżonn l‑għajnuna – dan jagħmel lil Jemen l‑akbar pajjiż bi kriżi umanitarja fid‑dinja. 17‑il miljun ruħ għandhom nuqqas ta’ ikel adekwat – dan jagħmel lil Jemen l‑akbar pajjiż bi bżonn urġenti ta’ ikel fid‑dinja. Miljun każ ta’ kolera ġie

rrappurtat – dan jagħmel lil Jemen l‑agħar pajjiż fid‑dinja fejn faqqgħet il‑kolera. 13‑il miljun ruħ għandhom bżonn il‑protezzjoni – dan jagħmel lil Jemen l‑aktar pajjiż li għandu kriżi ta’ protezzjoni fid‑dinja. 2 miljun ruħ kellhom iħallu djarhom – dan jagħmel lil Jemen pajjiż bi kriżi fl‑istabbilità fost il‑popolazzjoni.  ikompli f’paġna 26


Ġunju 2018

CHOICE The Curtain Emporium Marthese Mifsud Director 822, St Joseph High Street Ħamrun ‑ ĦMR1018 Tel: 2745 2315 Mob: 2745 2315

Where you and your home matter most

chyc.choice@hotmail.com www.chyc.com.mt Facebook: ChycChoice

Mediterranean cuisine Mon ‑ Sun 18:00 ‑ 22:30 Address: 58, Triq il‑Kbira, Mellieħa, Malta MLĦ 2313 Email: info@mithna.com Tel: +356 2152 0404 | Mob: +356 7947 8896 www.mithna.com

25


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Ġunju 2018

F

’April li għadda, Dun Juan Miguel Contreras Garcia ta’ 33 sena, safa maqtul b’tiri ta’ arma tan‑nar f ’Tlajomulco de Zuniga fil‑Messiku. Il‑qattiela, li għadhom mhux magħrufa, sparawlu waqt li kien qed iqarar. Dun Juan huwa t‑tieni qassis li nqatel f ’temp ta’ ġimgħa fil‑Messiku. Ftit jiem qabel, Dun Ruben Alcantara Diaz ta’ 50 sena, safa maqtul ftit qabel kien ser jiċċelebra l‑quddiesa fil‑knisja tal‑Madonna

tal‑Karmelu f ’Cuautitlan Izcalli. Dan wara li kellu argument mal‑aggressur, li s’issa għadu ma nqabadx. Skont iċ‑Ċentru tal‑Midja Kattolika Messikana, tal‑anqas erba’ qassisin inqatlu fil‑Messiku din is‑sena, u mis‑sena 2012 ’il hawn inqatlu b’kollox 23 qassis. Fi Frar Dun Germain Muniz Garcia ta’ 39 sena u Dun Ivan Anorve Jaimes inqatlu b’tiri ta’ arma tan‑nar fl‑istat ta’ Guerrero. Dan ifisser li l‑Messiku, li

Ritratt: Vatican News

Qassisin maqtula fil‑knisja

Dun Juan Miguel Contreras Garcia

huwa t‑tieni l‑akbar pajjiż Kattoliku fid‑dinja, sar aktar perikoluż mis‑Sirja u l‑Iraq għall‑qassisin, fejn l‑Istat Iżlamiku qed jikkommetti ġenoċidju kontra l‑Kristjani u gruppi oħra fil‑minoranza. 

Is‑70 miraklu ta’ Lourdes

L

‑Isqof Franċiż Jacques Benoit‑Gonin ta’ Beauvais iddikjara li l‑fejqan ta’ soru li kienet ilha marida għal tul ta’ snin u fieqet wara li żaret Lourdes, huwa miraklu. Dan huwa s‑70 miraklu rikonoxxut bħala intervenzjoni divina

26

fis‑santwarju tal‑Madonna ta’ Lourdes. Huwa pproklama l‑miraklu kważi għaxar snin wara li Sor Bernadette Moriau attendiet għaċ‑ċerimonja tat‑tberik tal‑morda fil‑grotta, nhar il‑11 ta’ Lulju 2008. Il‑fejqan ta’ Sor Bernadette, li twieldet nhar it‑23 ta’ Settembru 1939, għadda minn diversi studji u testijiet estensivi mill‑Kumitat Mediku Internazzjonali ta’ Lourdes. Il‑kumitat iddikjara li s’issa b’mod xjentifiku, il‑fejqan

tas‑soru mhuwiex spjegabbli. Is‑soru kienet għamlet erba’ operazzjonijiet fis‑sinsla ta’ daharha bejn l‑1968 u l‑1975 u kienet iddikjarata kompletament diżabbli fl‑1980. Sor Bernadette stqarret li hi qatt ma talbet għal miraklu meta marret għall‑pellegrinaġġ. Lura lejn darha, il‑kunvent, waqt li kienet qed titlob fil‑kappella ħasset ma’ ġisimha kollu sens ta’ saħħa u rilassament. Minn dak il‑ħin stess, is‑soru ma kellhiex bżonn aktar tal‑ebda għajnuna biex iżżomm dritta u lanqas kellha għalfejn tieħu aktar il‑morfina. L‑isqof qal li l‑fejqan f ’salt tas‑soru jixhed li huwa miraklu.  ikompli f’paġna 28


Ġunju 2018

St. Mary’s Bakery ...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702

27


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Ġunju 2018

81 Skola ġdida fl‑Afrika

I

l‑leġġendarju Roger Federer nefaq $13.5 miljun biex jinfetħu 81 skola fil‑Malawi fl‑Afrika. Il‑plejer tat‑tennis xtaq li jagħmel tibdil konsiderevoli fl‑edukazzjoni tat‑tfal Afrikani. Huwa jemmen li kull espert beda minn edukazzjoni bażika li mbaghad wasslitu biex ikun wieħed fost l‑aqwa nies fid‑dinja. Sas‑sena 2021, skont ir‑rapporti ta’ ‘Business Standard’, dawn

l‑iskejjel ġodda ser ikunu biddlu l‑ħajja ta’ aktar minn 150,000 tifel u tifla mill‑Malawi. Meta żar waħda mill‑iskejjel, Roger qal li kull tifel u tifla għandu jkollhom l‑opportunità li jgħaddu ftit żmien minn ħajjithom l‑iskola, għaliex edukazzjoni bikrija hija l‑bażi tat‑tagħlim. Il‑fondazzjoni

Roger Federer għandha diġà 15‑il skema produttiva mxerrda f ’diversi pajjiżi fosthom l‑Isvizzera, li ġibdu l‑attenzjoni ta’ bosta. 

Superstizzjoni dwar it‑tewmin

X

i raħħala fi provinċja fin‑Niġerja jemmnu li tewmin iġibu s‑saħta fir‑raħal tagħhom. Aisha hi omm li kellha tagħti lil uliedha għax kienu tewmin. Dan għamlitu għas‑sigurtà tagħhom, għaliex li kieku żammithom xi ħadd kien jipprova joqtolhom. Is‑superstizzjoni dwar

28

it‑tewmin għandha għeruq fondi. Dawn ir‑raħħala jemmnu li jekk tewmin ma jinqatlux, dawn meta jikbru joqtlu lil ommhom jew lil missierhom. F’dan ir‑raħal, is‑superstizzjoni hija mhux biss fuq it‑tewmin, iżda wkoll fuq tfal albini u dawk b’diżabilità. Olusola

Stevens Ajayi u martu Chinwe ddeċidew li jiftħu orfanatrofju għal dawn it‑tfal. Meta fl‑1996 il‑koppja żaru r‑raħal u kienu l‑knisja fil‑jum tal‑Ħadd, daħlet mara tiġri b’tarbija f ’idejha. Din talbet lil Chinwe biex issalvalha lil binha għaliex żewġha ried jissagrifikah. Chinwe wegħditha li binha ma kienx ser imut. Bħalissa l‑koppja għandha 129 tifel u tifla jgħixu magħhom fl‑orfanatrofju. Minkejja li l‑koppja għandha ħafna x’tagħmel, huwa ta’ sodisfazzjon għalihom li jaraw lit‑tfal jikbru bħal tfal oħra normali, l‑istess tfal li huma salvaw minn ħalq il‑mewt. 


Ġunju 2018

Debbie’s Baby Centre

Your one stop shop!

Sole agents of

Hair To Go UNISEX SALON Qualified Hairdressers Specialising in: • Cindirella Hair Extensions • Coco‑Keratin Treatment • Botox Hair Treatment • Scanning of the Scalp • Hairdressing Courses

Our Lady of Sorrows Street, Zejtun Telephone: 27694815 or 27803270 Mobile: 99809825 E‑mail: dbc@onvol.net Website: www.debbiesbabycentre.net

At Reasonable Prices!

No Waiting when having an Appointment Gift Vouchers Available T: 21465535 M: 79211169 A: Hair To Go, St. Nicholas Str, Siġġiewi SGW1043

DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS

Beauty ‑ Nails ‑ Tanning John F.Marks Street, SAN ĠWANN t‑27014144 m‑79319129/ 79293183

Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com

29


Ġunju 2018

KULTURA - JOSEPH C. CAMILLERI BA, DEAM, M.ED (PL & MGT)

Il‑festa tal‑Qalb ta’ Ġesù

I

d‑devozzjoni lejn il‑Qalb ta’ Ġesù bdiet matul il‑ħdax‑il seklu. Għal sitt sekli sħaħ din id‑devozzjoni baqgħet privata. Kien San Ġwann Eudes (1601‑1680), li ta spinta lil din id‑devozzjoni. Santa Margerita Maria Alacoque (1647‑1690), soru, kellha diversi dehriet, u fis‑sena 1675 rrevelat dawn il‑ġrajjiet li b’riżultat tagħhom waqqfet il‑festa liturġika f ’ġieħ il‑Qalb ta’ Ġesù. Din il‑festa kellha sservi bħala tpattija għall‑ingratitudni li l‑bnedmin għandhom lejn il‑qalb divina. Papa 30

Ljun XIII, fis‑sena 1899, ikkonsagra lid‑dinja kollha lill‑Qalb ta’ Ġesù. Illum diversi knejjes Maltin u Għawdxin għandhom artal iddedikat lill‑Qalb ta’ Ġesù. Eżempji ta’ dan huma l‑knejjes parrokkjali ta’ Ħal Tarxien u ta’ Ħ’Attard. Biż‑żmien ġew iddedikati toroq u ankè mwaqqfin fratellanzi. F’Ħaż‑Żabbar hemm fratellanza tal‑Qalb ta’ Ġesù. Din twaqqfet fis‑sena 1875. Purċissjoni Fil‑parroċċi Maltin u Għawdxin, kull sena toħroġ

purċissjoni bis‑SS Sagrament li jgħidulha l‑purċissjoni tal‑Qalb ta’ Ġesù. Għal din il‑festa l‑knisja parrokkjali tilbes libsa ta’ festa. Dari l‑altar maġġur kien ikollu tliet fillieri ta’ xemgħa, kull waħda bil‑kontri. Kien ikun hemm ukoll fjuri bojod. L‑aktar fjura li kienet tintuża kienet il‑gladjola. Il‑ħitan ta’ madwar l‑altar maġġur kienu jitgħattew bid‑damask aħmar. Il‑ħmura tad‑damask taqbel fl‑għajn mad‑dawl tal‑linef tal‑kristal. It‑toroq kienu jiżżejnu għal din il‑purċissjoni. Kont tara kull xorta ta’ qsari u fjuri. Kien ikun hemm ukoll tapiti u pavaljuni, kif ukoll inkwatri kbar tal‑Qalb ta’ Ġesù, filwaqt li mal‑gallariji kont tara drappijiet ħomor imdendlin. Xi wħud minnhom kienu jkunu rrakkmati jew iddisinjati bi glalen tad‑deheb u f ’nofshom kont tara xi nkwatru sabiħ tal‑Qalb ta’ Ġesù. Fil‑parroċċa ta’ Ħaż‑Żabbar kien hemm waħda mill‑fratellanzi ddedikata lill‑Qalb ta’ Ġesù. Dan kien ta’ vantaġġ, għaliex il‑festa tal‑Qalb ta’ Ġesù setgħet issir aktar bil‑kbir u aktar b’devozzjoni. Fi żmien il‑kappillan Dun Leopoldo Farrugia, din il‑festa laħqet


Ġunju 2018

MINN APRIL 2018 FUQ Is‑Sibt fl‑16:00

Żambja 2017

31


Ġunju 2018

il‑quċċata tagħha. Kien f’dan iż‑żmien li kien sar pavaljun tal‑Qalb ta’ Ġesù. Dan kien jintrama fil‑kor u kien jiksi l‑arja kollha ta’ madwar l‑artal maġġur. Fl‑Aħħar Gwerra Dinjija dan il‑pavaljun ġarrab ħsarat kbar u issa m’għadux aktar jintrama. F’Ħal Tarxien it‑toroq minn fejn kienet tgħaddi l‑purċissjoni kienu jiżżejnu wkoll. L‑aktar triq imżejna kienet tkun Triq San Ġużepp. Din kienet tiżżejjen bil‑pavaljun. Mal‑ġenb kienu jarmaw speċi ta’ bwieqi bil‑faħam iħammar. Hekk kif kienet toqrob il‑purċissjoni kienu jitfgħu l‑inċens fihom. L‑organizzatur ewlieni ta’ dan kollu kien Karmenu Mercieca, magħruf fost it‑Tarxiniżi bħala d‑Dandu. Barra dan it‑tiżjin waqt li kienet tkun għaddejja l‑purċissjoni xi ħadd kien idoqq fuq il‑gramafown l‑‘Agnus Dei’. Meta l‑purċissjoni kienet toħroġ minn Triq San Ġużepp kienet tidħol fi Triq Ħal Tarxien u tiġi quddiem waħda mid‑djar qodma tar‑raħal, Villa Le Fevre. Quddiem din id‑dar kienet tintrama tribuna b’artal taħtha. Fl‑imgħoddi kien hemm tribuna oħra li kienet ferm elaborata minn din. Din it‑tribuna kienet 32

KULTURA - JOSEPH C. CAMILLERI BA, DEAM, M.ED (PL & MGT)

tintrama fil‑ħamsinijiet, u hawn il‑purċissjoni kienet tieqaf. Iċ‑ċelebrant kien jaqra Att ta’ Konsagrazzjoni lill‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u wara kien jagħti l‑barka sagramentali. Imbagħad il‑purċissjoni kienet tgħaddi minn Triq Santa Marija lejn il‑knisja parrokkjali. Għal din il‑purċissjoni, fi żmien il‑kappillan Dun Nikol Aquilina, kienu jiġu mistiedna diversi qassisin biex jieħdu sehem fil‑purċissjoni. Dawn kienu

jkunu kollha bil‑pjaneta. Din kienet ħaġa stramba għaliex filgħaxija ma kienx isir quddies. F’dawk iż‑żminijiet il‑knisja kienet titlob sawma ta’ tliet sigħat qabel it‑tqarbin. Għal din il‑purċissjoni l‑kappillan u ċ‑ċelebrant kienu jilbsu l‑kapep u ż‑żewġ ministri kienu jkunu bit‑tuniċella. Fid‑djar u fl‑iskejjel Ta’ min isemmi li fid‑djar ġieli kont tara inkwatru b’santa tal‑Qalb ta’ Ġesù u tal‑Qalb ta’ Marija. Dawn aktarx kont tarahom

fil‑kamra tal‑ikel, kamra fejn tinġabar il‑familja. Quddiem dan l‑inkwatru jkun hemm xi bozza żgħira tixgħel il‑ħin kollu. Mal‑bozza jkun hemm xi fergħa żgħira taż żebbuġ imbierek f ’Ħadd il‑Palm. Fl‑iskola wkoll kienet issir il‑festa tal‑Qalb ta’ Ġesù. Niftakar iz‑ziju tiegħi, Wiġi Camilleri, kien jarma altar tal‑injam fl‑iskola Primarja taż‑Żejtun. Dan l‑artal kien ikun f ’kull skola primarja. Dan kien jintrama jew f ’xi kuritur jew sala. Kien jintrama bil‑fjuri li t‑tfal kienu jġibu magħhom. Barra mill‑fjuri kien ikun hemm xi xemgħat. Il‑gandlieri kienu wkoll tal‑iskola. Fuq l‑artal kien jitpoġġa nkwatru tal‑Qalb ta’ Ġesù. L‑iskola kienet torganizza Jum Ewkaristiku għal din il‑festa. Kien ikun hemm quddiesa u wara ċelebrazzjoni. It‑tfal, flimkien mas‑surmast u l‑għalliema, kienu jiffurmaw purċissjoni mal‑btieħi tal‑iskola. Kienet tkun ġurnata speċjali. Tifkira ta’ dan il‑jum speċjali huma l‑artali u nkwatri li baqa’ fl‑iskejjel tal‑istat. Waħda minnhom hija l‑iskola ta’ Ħaż‑Żabbar. Int u dieħel mill‑intrata tal‑iskola kien hemm artal tal‑injam li fuqu kienet issir iċ‑ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fl‑intrata l‑oħra hemm l‑inkwatru tal‑Qalb ta’ Ġesù. 


fest

Ġunju 2018

Ningħaqdu bħala familja waħda għall‑proġetti fil‑missjoni META: Is‑Sibt 2 ta’ Ġunju 2018 XĦIN: Mid‑9:30am sal‑4:00pm FEJN: Eden Lodge, iż‑Żurrieq

*Trasport provdut mill-pjazza tar-raħal

Ġurnata ta’ divertiment għall‑ familja kollha • Tombla • Jumping Castle • Animaturi • Crafts •Face Painting • Magician • Kant • Ikel u xorb u ħafna iktar

DĦUL B’XEJN Fuq barra ser ikun hemm żona apposta għat‑tfal li tinkludi ‘jumping castle’ u animazzjoni minn grupp ta’ animaturi. Għal iktar informazzjoni, ċempel fuq 21236962. Missio, 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. *Prezz tat-trasport huwa €5 lejn iż-Żurrieq u lura.

33


Ġunju 2018

Ta’ min jaħseb fuqha! Naħsbu Ftit: L‑isbaħ post li tista’ tkun fih hu fil‑ħsibijiet ta’ xi ħadd, L‑aktar post sigur li tista’ tkun fih hu fit‑talb ta’ xi ħadd, U l‑aqwa post li tista’ tkun fih hu f ’idejn Alla l‑Missier.

Li kieku Alla kellu friġġ, ir‑ritratt tiegħek kien ikun imwaħħal magħha. Li kieku Alla kellu kartiera, ir‑ritratt tiegħek kien ikun fiha wkoll. Alla jibgħatlek il‑fjuri kull Rebbiegħa. Jibgħatlek tlugħ ix‑xemx kull filgħodu. Aċċettaha! Alla hu miġnun fuqek! Alla ma wegħedniex ġranet bla tbatija, Ferħ bla dulur jew xemx mingħajr xita, Imma wegħedna saħħa matul il‑jum, Serħan fin‑niket u dawl fi triqatna. Jekk Alla jressqek lejha, ser jgħinek tgħaddiha. 34

•FIDI •FIDUĊJA •TAMA •KUNFIDENZA •IMĦABBA •ATTITUDNI Sitt Ħsibijiet Żgħar: Darba r‑raħħala ddeċidew li jitolbu għax‑xita. Meta nġabru, tifel wieħed biss mar bl‑umbrella. Din hi l‑FIDI.

Aħna nippjanaw affarijiet kbar għal għada, minkejja li ma nafu xejn dwar il‑futur. Din hi l‑KUNFIDENZA.

Meta tgħolli tarbija fl‑ajru, tibda tidħak għax taf li ser tilqagħha. Din hi l‑FIDUĊJA.

Qed naraw id‑dinja dejjem sejra lura, imma xorta niżżewġu u jkollna t‑tfal. Din hi l‑IMĦABBA.

Kull filgħaxija mmorru fis‑soddu bla ebda assigurazzjoni li l‑għada filgħodu ser inqumu, iżda xorta nissettjaw l‑allarm biex iqajjimna. Din hi t‑TAMA.

Darba raġel xiħ kiteb din is‑sentenza fuq il‑flokk tiegħu: ‘Jien m’għandix 90 sena ‑ jien żagħżugħ ta’ 16‑il sena b’74 sena esperjenza!’ Din hi l‑ATTITUDNI. 


Ġunju 2018

Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel

21236962 AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK

‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI GĦAS‑SENA 2017/2018 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola

Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta

Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Ġunju 2018

KEJK TAT‑TUFFIEĦ LHUDI MILL‑IŻRAEL

Għandek bżonn:

Metodu:

• 4 tuffiħat kbar (imqaxxra u mqattgħa f ’kaxxi żgħar)

• Ġo skutella ħallat flimkien id‑dqiq, iz‑zokkor, il‑passolina u t‑tuffieħ.

• 3 kikkri dqiq ‘self‑raising’ mgħarbul

• Ġo blender ħawwad sew flimkien il‑bajd, iż‑żejt u l‑vanilja.

• Kikkra zokkor ‘castor’ • Kikkra żejt • 4 bajdiet imħabbtin

• B’mgħarfa tal‑injam ħallat tajjeb iż‑żewġ taħlitiet flimkien.

• Mgħarfa essenza tal‑vanilja

• Poġġi t‑taħlita ġo reċipjent u sajjar f ’forn moderat għal madwar siegħa.

• Passolina (kemm tiggosta)

• Ħalli l‑kejk jibred u servi ma’ xi tazza te jew kafè.

‫ןובאתב‬

(L‑Ikla t‑Tajba!)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171


Ġunju 2018

...for that perfect gift, visit us

Ktieb fuq Ġrajjiet Missjunarji

G

ħal dawn l‑aħħar sentejn l‑Uffiċċju Missjunarju (Missio) kien qed jikkuntattja l‑Missjunarji Maltin u Għawdxin biex jiktbu ĠRAJJA waħda li ħalliet impressjoni jew effett fuq ħajjithom matul il‑ħidma tagħhom missjunarja. Dawn il‑ĠRAJJIET jeħduna f’numru kbir ta’ pajjiżi tal‑Missjoni u f’epoki differenti. Jagħtuna stampa ta’ minn xiex jgħaddi missjunarju/a: stejjer ta’ ferħ u ta’ niket, stejjer ta’ sagrifiċċji kbar u riskji għall‑istess ħajja, stejjer ukoll b’laqta umoristika u li jferrħuna għax fihom niskopru l‑kontribut kbir li għamlu ħutna għall‑ġid tal‑Knisja u tal‑umanità. Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio 'Faith, Hope & Charity', Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta, (Tel. 21234328) jew mid‑Dar ta’ Missio Nru, 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET. 37


KOMPETIZZJONI ‑ ĠUNJU 2018

Ġunju 2018

SUDOKU

7

Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

1

3

2 2

7

5 4

4 7

1 9

5 1

8 9

6

8

1

3

8

5

2

4

9

6

7

2

9

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ April 2018: Ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni huwa Mattias Fenech mill-Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.

R

4 7 9 6 8 3 5 1 2

6 1 3 4 2 5 7 9 8

5 8 2 7 9 1 6 3 4

7 3 5 2 1 8 4 6 9

1 6 8 9 7 4 2 5 3

9 2 4 3 5 6 8 7 1

2 4 1 5 3 7 9 8 6

3 9 7 8 6 2 1 4 5

Nitbissmu ftit:

aġel daħal f’bar u ordna 3 fliexken birra, poġġa ma’ mejda u beda jixrob ftit minn kull flixkun. Ta’ kuljum, ir‑raġel kien imur fil‑bar, jordna 3 fliexken birra u joqgħod jixrobhom ftit ftit. Jum wieħed tal‑bar qallu: “Ħabib, għax ma nibdiex inġiblek birra wara li tispiċċa l‑ieħor, hekk jibqgħu aktar friski.”

ħallieh b’hekk. Biss xi xahar wara, ir‑raġel daħal bħas‑soltu fil‑bar u ordna 2 fliexken birra u mhux 3 bħas‑soltu. Tal‑bar qallu: “Jiddispjaċini ħabib għat‑telfa ta’ ħuk.”

Pront ir‑raġel wieġbu: “Qabel infridna, jien u ż‑żewġ ħuti l‑oħra, għamilna wegħda li ta’ kuljum nibdew nixorbu 3 fliexken birra flimkien biex niftakru f’xulxin.”

Ir‑raġel infaqa’ jidħak u wieġbu: “Ħuti t‑tnejn għadhom ħajjin, imma t‑tabib ordnali nieqaf nixrob il‑birra minħabba saħħti. Ħuti s’issa għad m’għandhomx problema ta’ saħħa, allura jistgħu jieħdu birra!”

Tal‑bar, ra li dan kien ġest sabiħ u 38

8 5 6 1 4 9 3 2 7


Ġunju 2018

Eżempji sbieħ • Mons. Anton Portelli – Parroċċa Stella Maris, Tas-Sliema • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż-Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż-Żurrieq • Carmen Azzopardi, Carmen Abela u Josielle Duca minn Ħal Għaxaq

Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

• Tonina Busuttil u Joseph Debattista minn Marsaskala

• 04 ta’ Jannar 2018 Stefania Spiteri

Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

• 19 ta’ Jannar 2018 Albert Cassar mill‑Ħamrun • 11 ta’ Marzu 2018 Charles Preca • 01 ta’ April 2018 Mary Camilleri minn Santa Venera • 02 ta’April 2018 Maria Antonia Sciberras mill‑Imqabba

Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 05 ta’ April 2018 Charlie (Nenu) Mula min‑Naxxar • 07 ta’ April 2018 Paul Zammit minn San Ġwann • 08 ta’ April 2018 Gemma Grech minn Ħal Qormi • 01 ta’ Mejju 2018 John Galea min‑Naxxar • 01 ta’ Mejju 2018 Lino Gatt min‑Naxxar • Mikelina Camilleri mill‑Imqabba

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem. Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kutri biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.

Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?

Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39


Ä unju 2018

Well Crafted Well Priced

Cash For Gold

7, St John Square Valletta 8, Merchants Str, Valletta

40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja - June 2018 by Missio Malta - Issuu