NEWSPAPER POST LULJU 2018 SENA 86
02 7.6 Biljun Ruħ 04 Missio Matul Is‑Snin 15 Tfal Vittmi Waqt Protesta Paċifika 26 Tasal Il‑Knisja Għat‑Tieġ Bil‑Mutur għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Lulju 2018
7.6 Biljun ruħ
PUBBLIKAZZJONI
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 4.00pm Is‑Sibt 9.00am ‑ 12.00pm Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (publications@missio.org.mt) Membri: Mons. Salvinu Micallef Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS
Websajt u Facebook: Bernard Vella
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Stampar: EuroPrint Limited ‑ San Ġwann Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 8 Unjoni Missjunarja 10 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 15 Santa Infanzja 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 It-Talba fil-Kariżma tal-Karmelu 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata: Tarbija mit-tribù ta' Munk f ’Sapa, il-Vjetnam. Ħafna drabi l-ommijiet ta’ Munk iġorru lit-trabi tagħhom fuq daharhom huma u jaħdmu. 2
X
’inhi l‑ewwel ħaġa li tiġik f’moħħok meta tara din il‑figura kbira ta’ 7,600,000,000? Dak huwa bejn wieħed u ieħor, l‑ammont tal‑popolazzjoni tad‑dinja bħalissa! Ħafna hux? Fis‑sena 1804, il‑popolazzjoni dinjija kienet biss ta’ biljun ruħ. Irrealizzajt li madwar 437,000 ruħ mis‑7.6 biljuni jgħixu fil‑Gżejjer Maltin? Kemm aħna żgħar! Huwa stmat li kull 14‑il xahar il‑popolazzjoni tad‑dinja tiżdied bejn wieħed u ieħor b’100 miljun. Id‑dinja rat żieda sostanzjali fil‑popolazzjoni mis‑snin 50 ’il hawn. Dan minħabba avvanzi fil‑mediċina u żieda fil‑produttività agrikola. Iż‑żieda b’rata mgħaġġla fil‑popolazzjoni qed tqajjem tħassib serju dwar kemm il‑pjaneta tagħna ser tkun kapaċi ssosstni l‑abitanti tagħha. Dan minħabba li t‑tniġġiż qiegħed kulma jmur dejjem jiżdied. Problemi oħra huma d‑domanda għall‑ikel u għall‑ilma tajjeb għax‑xorb, sitwazzjoni li ġġib magħha ġuħ u malnutrizzjoni. Iċ‑Ċina tinsab fl‑ewwel post bl‑akbar popolazzjoni. Wara jiġu l‑Indja, l‑Istati
Lulju 2018
Uniti u l‑Indoneżja, rispettivament. Fl‑aħħar, fil‑195 post, insibu l‑Gżejjer Pitcaim, fir‑Renju Unit, b’50 ruħ. Qabel jiġu l‑Gżejjer Cocos, fl‑Awstralja, il‑Belt tal‑Vatikan u Tokelau, fi New Zealand. Il‑Gżejjer Maltin jinsabu fil‑167 post. Il‑Kontinent Asjatiku huwa l‑aktar kontinent popolat b’4.4 biljun ruħ. Wara tiġi l‑Afrika b’1.2 biljun ruħ u l‑Ewropa b’739 miljun ruħ. Skond in‑Nazzjonijiet Uniti, fid‑dinja hawn 850 miljun ruħ li qed ibatu l‑ġuħ u/jew huma malnutriti, filwaqt li 1.1 biljun ruħ m’għandhomx aċċess għall‑ilma nadif tajjeb għax‑xorb. Minkejja li l‑ekonomija globali qiegħda dejjem tikber, l‑ammont ta’ nies li jgħixu b’inqas minn $5 (€4.23)
kuljum qiegħed kulma jmur dejjem jiżdied, tant li fil‑preżent 1.1 biljun ruħ jinsabu f’din is‑sitwazzjoni. Il‑Fond tal‑Popolazzjoni tan‑Nazzjonijiet Uniti (UNFPA) hija l‑aġenzija ewlenija fid‑dinja li qed tagħmel minn kollox biex kull tqala tkun mixtieqa, kull twelid isir b’mod sigur u kull potenzjal ta’ kull żagħżugħ/a jkun realizzat. Riċentament il‑UNFPA għamlu kampanja kontra ż‑żwiġijiet fost it‑tfal, iċ‑ċirkonċiżjoni femminili u ommijiet li waslu biex iwelldu li jitħallew waħedhom u għal tul ta’ ġranet bl‑uġigħ tal‑ħlas. Dawn kollha jwasslu għal diversi problemi kbar kemm ta’ saħħa mentali kif ukoll fiżika.
Dottor KC Zachariah, li kien jaħdem bħala ‘Senior Demographer’ fil‑‘World Bank’, kien issuġġerixxa li jiġi ċċelebrat Jum il‑5 Biljun nhar il‑11 ta’ Lulju 1987. Dan għaliex dakinhar il‑popolazzjoni tad‑dinja kienet laħqet il‑5 biljun ruħ. Sentejn wara, il‑Kunsill tal‑Programm ta’ Żvilupp tan‑Nazzjonijiet Uniti stabbilixxa l‑Jum tal‑Popolazzjoni Dinjija. Dan il‑jum jiġi osservat kull sena fil‑11 ta’ Lulju. L‑għan tat‑tfakkira ta’ dan il‑jum huwa biex tiżdied kuxjenza fost in‑nies kollha tad‑dinja dwar kwistjonijiet relatati mal‑popolazzjoni globali, bħall‑importanza tal‑ippjanar tal‑familji, l‑ugwaljanza bejn is‑sessi, il‑faqar, is‑saħħa materna u d‑drittijiet umani, fost ħafna oħrajn.
3
Lulju 2018
H
MESSAĠĠ TAD‑DIRETTUR ‑ MONS. SALVINU MICALLEF
Missio Matul is‑Snin
emm żmien meta tibda ħidma u jrid jiġi żmien li tieqaf minn dik il‑ħidma. Qed ngħid hekk għaliex fil‑fatt dan huwa l‑aħħar messaġġ li qed nikteb għal din ir‑rivista missjunarja bħala Direttur Nazzjonali tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji, jew Missio. Irċevejt in‑nomina uffiċjali bħala Direttur mill‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli f ’Ruma, f ’Ottubru tas‑sena 2007. Billi f ’April tal‑istess sena kont diġà ġejt aċċettat bħala Direttur mill‑istess Kongregazzjoni. F’Mejju tal‑istess sena ġejt mistieden biex nattendi simposjum fuq il‑ħidma missjunarja tal‑Knisja li kien
ser isir f ’Ruma, fl‑okkażjoni tal‑50 anniversarju tal‑enċiklika ‘Fidei Donum’ tal‑Papa Piju XII. Din kienet enċiklika b’tema kompletament missjunarja u b’appell tal‑Papa għall‑evanġelizzazzjoni tal‑Afrika. Għas‑simposjum kienu qed jattendu d‑Diretturi Nazzjonali ta’ Missio tad‑dinja kollha, u għalhekk din kienet l‑ewwel okkażjoni li niltaqa’ magħhom u fejn bdew il‑kuntatti li wara żviluppaw f ’ħidma kbira bejn Missio Malta u ħafna mill‑pajjiżi tal‑missjoni u anki fi żjarat missjunarji f ’diversi pajjiżi, b’mod speċjali fejn hemm missjunarji Maltin u Għawdxin. F’Ġunju tal‑2007 bdejt nattendi
Mons. Salvinu ma’ missjunarji Maltin fil‑Filippini. 4
regolarment fl‑Uffiċċju Missjunarju tal‑Belt, sakemm ħadt it‑tmexxija minn idejn Mons. Joseph Bugeja, li kien id‑Direttur ta’ qabli. Hekk, nista’ ngħid li f ’Ġunju ta’ din is‑sena, inkun ilni ħdax‑il sena mill‑bidu tiegħi ma’ Missio. Mhux il‑każ li noqgħod nikteb fuq il‑ħidma li wettaqt matul dawn il‑ħdax‑il sena. Min hu midħla jaf bix‑xogħol li sar matul dawn is‑snin u li saru bidliet notevoli. Illum, Missio għandu sfidi kbar minħabba t‑tibdiliet kbar fis‑soċjetà Maltija u l‑valuri tagħha, u fl‑istess waqt minħabba l‑kompetizzjoni enormi li hawn għall‑ġbir ta’ fondi minn għaqdiet volontarji. Però, ma nistax ma ngħidx li għad hawn, f ’Malta u Għawdex, maġġoranza kbira ta’ nies li jħobbu l‑missjoni u jridu jgħinu. L‑isfida ta’ Missio
Lulju 2018
tibqa’ dejjem kif ser iwassal il‑messaġġ tiegħu lil dawn in‑nies, kif ikun kreattiv fil‑messaġġ u l‑attivitajiet tiegħu u kif ikun kontabbli u trasparenti biex iżomm l‑ogħla livell ta’ kredibiltà. Nemmen bis‑sħiħ li l‑istaff li Missio għandu bħalissa għandu l‑kapaċità u huwa konxju biżżejjed, biex jerfa’ din ir‑responsabiltà. Matul dawn is‑snin għamilt diversi żjarat missjunarji f ’xi pajjiżi tal‑Afrika, tal‑Asja u tal‑Amerika t’Isfel. Dejjem ħadt ħsieb li nżur il‑missjunarji Maltin u Għawdxin, xi ħaġa li huma apprezzaw. Anzi, irrid nirringrazzjahom talli laqgħuni b’qalb kbira u fraħna flimkien bil‑ħidma inkalkulabbli li wettqu u għadhom iwettqu. Dawn iż‑żjarat swew biex nara
Mons. Salvinu ma’ grupp ta’ novizzi fl‑Indja.
b’għajnejja l‑kontribut kbir li Malta tat lill‑umanità u lill‑Knisja matul is‑sekli permezz tal‑missjunarji li telqu minn artna. Iżda kienu żjarat ukoll li laqqgħuni ma’ mijiet ta’ isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi u komunitajiet ta’ Nsara lokali fejn il‑Knisja hija żagħżugħa u fqira, imma qiegħda tikber kontinwament. Il‑promozzjoni missjunarja
Mons. Salvinu waqt żjara fl‑Etjopja.
tiegħi f ’Malta, omeliji, taħditiet fuq il‑mezzi tax‑xandir, animazzjoni missjunarja fil‑parroċċi, kuntatti personali, kitba fil‑gazzetti u rivisti, kitba ta’ materjal għall‑Ġurnata Missjunarja u attivitajiet oħra matul is‑sena, stajt nagħmilha b’mod sodisfaċenti għax kelli esperjenza personali u xhieda konkreta ta’ x’inhi l‑missjoni minn dawn iż‑żjarat. Dawn iż‑żjarat jimmotivawk aktar biex taħdem għall‑missjoni għax tara b’għajnejk il‑bżonnijiet konkreti ta’ eluf ta’ nies li qed jgħixu mingħajr id‑dinjità, li hi dritt tagħhom bħala bnedmin, u wkoll tara l‑frott tal‑ħidma tiegħek, tal‑istaff, tal‑voluntiera u tal‑benefatturi ta’ Missio fil‑proġetti li jkunu qed isiru. Illum, Missio Malta għandu arkivju ta’ ritratti u vidjows li ttieħdu matul dawn 5
Lulju 2018
MESSAĠĠ TAD‑DIRETTUR ‑ MONS. SALVINU MICALLEF
Animazzjoni missjunarja fost it‑tfal.
iż‑żjarat missjunarji li stajna nużaw għall‑promozzjoni missjunarja f ’Malta, u li ċertament ser jibqgħu jintużaw fil‑futur. Matul dawn is‑snin, Missio kompla jwettaq tibdiliet u innovazzjonijiet biex ikun relevanti għaż‑żminijiet
tal‑lum, fosthom staff akbar, amministrazzjoni kompjuterizzata, titjib notevoli fir‑rivista ‘Malta Missjunarja’, ħruġ ta’ rivista għat‑tfal bl‑isem ‘Tfal Missjunarji’, animazzjoni missjunarja fil‑parroċċi, lotterija ta’ kull sena, skema ta’ donaturi regolari msejħa
‘Restore Hope’, maratona annwali għall‑ġbir ta’ fondi, skema ta’ ‘Child Sponsorship’, skema ta’ bini ta’ kappelli jew ‘mission stations’ f ’żoni rurali, ftuħ ta’ bażars ġodda, bini ta’ Ċentru Missjunarju fil‑Mosta, parteċipazzjoni qawwija fl‑organizzazzjoni tal‑ħidma volontarja kull sena f ’art tal‑missjoni magħrufa bħala ‘Il‑Proġett’, l‑Opri Missjunarji Pontifiċji bdew jissejħu ‘Missio’ biex ikollna l‑istess ‘brand name’ bħal dak ta’ ħafna pajjiżi Ewropej u oħrajn, Missio ġie reġistrat bħala assoċjazzjoni missjunarja, u ristrutturar tal‑ħanut ta’ Missio fil‑Belt, li issa jġib l‑isem ta’ ‘Faith, Hope and Charity’. Dan kollu u
Ma’ missjunarji Maltin fil‑Festa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl fil‑Katidral tal‑Imdina. 6
Mons. Valentino Borg, jibda l‑ħidma tiegħu. Naf li mhux xi avventura faċli u jrid ikun lest għal ħidma bla waqfien u ħafna sagrifiċċji. Nawgurawlu u nitolbu għalih biex taħt it‑tmexxija tiegħu Missio jkompli jwettaq u jkabbar il‑ħidma tiegħu. L‑għajta fil‑lowgo l‑ġdid ta’ Missio tibqa’ tidwi minn miljuni ta’ nies:
F’dan ix‑xahar ta’ Lulju, id‑Direttur il‑ġdid ta’ Missio,
“Għinni Nemmen – Għinni Ngħix.”
B’SMS ta’ta’ €6.99 qedqed B’SMS €6.99tkun tkun tixtritixtri l‑kotba għal għal tifel jew l‑kotba tifeltifla jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkun qed B’SMS ta’ €2.33 tkuntitma’ qed 7 t’itfal titma’ 7t għal itfalġurnata. għal ġurnata.
ħafna aktar, sar għax kien hemm id‑determinazzjoni u l‑imħabba lejn l‑għan ewlieni ta’ Missio. Fl‑istorja ta’ dawn is‑snin hemm il‑qalb tħabbat tal‑membri tal‑istaff, ta’ mijiet ta’ volontiera u ta’ eluf ta’ benefatturi, li flimkien jagħmlu lil Malta bħala poplu żgħir, imma b’qalb kbira għall‑missjoni.
sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99
Laqgħa Ewropea tas‑Santa Infanzja li saret f’Malta, f’April 2018.
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
Lulju 2018
Waqt il‑Maratona ta’ Missio. 7
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Lulju 2018
Intenzjoni Missjunarja Lulju 2018 “Sabiex is‑saċerdoti li jgħaddu minn għeja u solitudni fix‑xogħol pastorali tagħhom, isibu għajnuna u konfort fl‑intimità tagħhom mal‑Mulej u fil‑ħbiberija tagħhom mas‑saċerdoti ħuthom kollha.” 8
F
’dawn ix‑xhur diversi saċerdoti jiċċelebraw l‑anniversarji tas‑saċerdozju tagħhom. Tajjeb għalhekk li f ’dan ix‑xahar nitolbu għalihom speċjalment għas‑saċerdoti li qegħdin ibatu jew li huma morda. Jiena, bħala saċerdot għal kważi dawn l‑għoxrin sena, nifhem l‑importanza li bħala saċerdoti nsibu gwida spiritwali, niddedikaw ġranet għar‑riflessjonijiet spiritwali, bħalma jsiru fl‑irtiri, fil‑formazzjoni permanenti għas‑saċerdoti, kif ukoll mistrieħ xieraq kull tant żmien. Dan sabiex iservi bħala injezzjoni ta’ stamina ġdida għall‑ħidma pastorali
li dejjem qiegħda tkun intensiva u impenjattiva. Din ‘iż‑żabra saċerdotali’ nsibuha fuq kollox fiż‑żmien ta’ dixxerniment fil‑preparazzjoni għall‑ħajja tas‑seminarju, kif ukoll għall‑ħajja saċerdotali fis‑seminarju. Il‑vokazzjoni saċerdotali hija l‑ewwel nett don ta’ Alla; hija storja ta’ mħabba ta’ bejn Alla u l‑bniedem u hija fuq kollox misteru. Hija esperjenza mmensa u infinita tal‑imħabba ta’ Alla, li xi kultant tifhimha u xi kultant ma tifhimhiex. Hekk kien iddeskriva Papa San Ġwanni Pawlu II l‑esperjenza
Lulju 2018
tiegħu f ’għeluq il‑ħamsin sena tas‑saċerdozju tiegħu fil‑ktieb tiegħu bl‑isem ‘Don u Misteru’. Fuq kollox għandna nitolbu dejjem għal dawk kollha responsabbli mill‑formazzjoni seminaristika sabiex imdawlin dejjem minn Alla, ikomplu jwettqu l‑ħidma tassew siewja tagħhom fil‑formazzjoni tas‑saċerdoti ta’ għada, għaliex il‑vokazzjoni hija fuq kollox don għall‑Knisja ta’ Kristu. Is‑saċerdot irid ukoll jitħarreg fil‑virtù tal‑qaddisin, l‑umiltà, għaliex fil‑mument tal‑prova, fil‑ħajja prattika,
is‑saċerdot ikollu jispiċċa xi kultant li jrid jagħmel ftit minn kollox. Jagħmilha ta’ sagristan, jagħlaq u jiftaħ il‑knisja, inaddaf jew jimla biż‑żejt il‑gandlieri jew jixgħel ix‑xemgħat, idoqq il‑qniepen, u xi minn daqqiet isajjar u jaħsel il‑ħwejjeġ. Veru li bħala saċerdoti għandna niddelegaw lil‑lajċi u hemm diversi ministeri, imma xi kultant ir‑realtà turik mod ieħor u jkollok bla ma trid ixxammar idejk għal kollox. Fuq kollox Kristu ġie fid‑dinja mhux biex ikun moqdi, imma biex jaqdi. Ejjew mela ħuti nitolbu
għas‑saċerdoti tagħna, nagħmlulhom kuraġġ, ngħinuhom jgħożżu verament dak li ħallielhom f ’idejhom il‑Mulej, speċjalment l‑quddiesa ta’ kuljum, it‑talb tas‑salmi u dak personali, u l‑pastorali sagramentarja u dik kateketika. Inkomplu nitolbu sabiex il‑Mulej ikompli jsejjaħ aktar għal warajh u flimkien nitolbu ma’ San Pawl Missierna: “Niżżi ħajr lil Kristu Ġesù Sidna li tani l‑qawwa għal dan ix‑xogħol u li deherlu li kienet tistħoqqli l‑fiduċja tiegħu u għamilni ministru tiegħu”. (1 Timotju 1:12)
I N I O N J S O S J I S S M ‑ I L M I ‑ L Q SQ I I R S ’ I B ’ R A Ż A Ż B A B BAŻAR ĠDID
ta' Missio fi Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 12.00pm
Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta
(Ħinijiet Ġodda) It‑Tnejn, l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa: 9:00am‑11:00am It‑Tlieta u l‑Ħamis: 9:00am‑12:30pm
9
Lulju 2018
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – VIKKI
Omm u bint f’ħidma favur it‑tfal tal‑priġunieri Ritratt: www.worldschildrensprize.org
K
if jiġu affettwati dawk it‑tfal li jkollhom ġenitur wieħed jew saħansitra t‑tnejn li huma l‑ħabs? Din hija realtà li sfortunatament ftit li xejn nisimgħu dwarha. Fl‑Amerika, madwar żewġ miljuni u seba’ mitt elf tifel u tifla għandhom lil xi ħadd mill‑ġenituri tagħhom il‑ħabs. Għalkemm dawn it‑tfal huma innoċenti, xorta waħda jispiċċaw ikkastigati minħabba l‑iżbalji ta’ xi wieħed mill‑ġenituri tagħhom. F’ċerti ċirkostanzi, it‑tfal mhux biss jitilfu ġenitur, iżda jitilfu wkoll id‑dar tagħhom, is‑sigurtà u l‑fiduċja fihom infushom. Emani Davis kellha biss sitt snin meta missierha ngħata 10
sentenza ta’ mija u seba’ snin ħabs. Dak iż‑żmien ħadd ma kien jimpurtah dwar kif kienu jħossuhom l‑ulied f ’sitwazzjonijiet bħal dawn. Emani sofriet ħafna minħabba n‑nuqqas ta’ kuxjenza dwar l‑impatt negattiv li dawn iċ‑ċirkostanzi jħallu fuq it‑tfal. Kien għalhekk li fl‑1985, flimkien ma’ ommha Elizabeth Gaynes, Emani ngħaqdet mal‑‘Osborne Association’ li kienet twaqqfet fl‑1933 meta żewġ assoċjazzjonijiet, in‑‘National Society of Penal Information’ u l‑‘Mutual Welfare League’, ingħaqdu flimkien biex ikomplu x‑xogħol ta’ Thomas Mott Osborne. Osborne, industrijalist u sindku ta’ Auburn f ’New York, kien b’mod volontarju
qatta’ ġimgħa f ’ħabs. Wara l‑esperjenza tiegħu, ir‑raġel ikkommetta ruħu biex jirriforma s‑sistema tal‑ħabs minn ‘ħanut tat‑tiswijiet umani’ għal rijabilitazzjoni u mhux kastig. L‑assoċjazzjoni Osborne taħdem bla waqfien favur id‑drittijiet tat‑tfal li jkollhom wieħed jew tnejn mill‑ġenituri tagħħhom il‑ħabs.
Lulju 2018
Skond il‑Konvenzjoni tan‑Nazzjonijiet Uniti għad‑Drittijiet tat‑Tfal, it‑tfal tal‑priġunieri għandhom id‑dritt li jkunu jafu fejn jinsabu l‑ġenituri tagħhom, għandu jkollhom kuntatt mal‑ġenituri permezz tat‑telefown, ittri u żjarat, għandhom id‑dritt li jingħataw iċ‑ċans sabiex jesprimu l‑ħsibijiet tagħhom meta xi ħadd mill‑ġenituri tagħhom jingħata sentenza ta’ ħabs mill‑qorti u għandhom id‑dritt li jitrabbew f ’ambjent adekwat meta ż‑żewġ ġenituri jkunu l‑ħabs. Elizabeth hija l‑President u s‑CEO tal‑assoċjazzjoni. Hija studjat bħala avukata fil‑kriminalità u
kienet taħdem ma’ kumpanija li taqbeż għad‑drittijiet ta’ dawk il‑persuni involuti fir‑rewwixta tal‑1971 fil‑Faċilità Korrettiva ta’ Attica. Bintha Emani tgħid li hija ħasra li ħafna drabi dawn it‑tfal jiġu kkunsidrati bħala tfal f ’riskju, iżda xorta waħda ma jingħataw l‑ebda għajnuna. L‑assoċjazzjoni Osborne tgħin ukoll lill‑ġenituri li jkollhom is‑sieħeb jew is‑sieħba tagħhom il‑ħabs, billi torganizza korsijiet li jgħinu lil dawn in‑nies jifhmu aħjar ir‑realtajiet f ’ħajjithom, filwaqt li tmexxi ċentri fil‑ħabsijiet li jilqgħu fihom it‑tfal meta jmorru jżuru lill‑ġenituri tagħhom. L‑assoċjazzjoni tagħti wkoll sapport kemm lill‑priġunieri li
jkunu lesti sabiex imorru lura fis‑soċjetà wara li jiskontaw is‑sentenza tagħhom, u wkoll lill‑familjari tagħhom. Fl‑2004, Elizabeth u bintha Emani ngħataw il‑premju ‘The World’s Children’s Honorary Award’ għall‑ħidma kontinwa tagħhom b’risq l‑ulied tal‑priġunieri. Filwaqt li fl‑2013, l‑omm ġiet rikonoxxuta bħala ‘Champion of Change’ mill‑‘White House’ għax‑xogħol tagħha mat‑tfal li xi ħadd mill‑ġenituri tagħhom jinsab il‑ħabs. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org
INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 11
SAN PIETRU APPOSTLU
Lulju 2018
Is‑Saċerdoti Missjunarji tal‑Karità
Ritratti: www.motherteresa.org
Madre Tereża ta’ Kalkutta u Dun Joseph Langford MC.
I
l‑komunità reliġjuża tas‑Saċerdoti Missjunarji tal‑Karità hija istituzzjoni reliġjuża klerikali fi ħdan id‑djoċesi mwaqqfa minn Madre Tereża ta’ Kalkutta, flimkien ma’ Dun Joseph Langford MC, nhar it‑13 ta’ Ottubru 1984. L‑għan ewlieni huwa biex jiġu kkombinati flimkien is‑sabiħ tal‑vokazzjoni tal‑Missunarji tal‑Karità u l‑grazzja tal‑ministeru tas‑saċerdozju. Is‑saċerdoti jfittxu l‑aktar nies foqra, kemm materjalment kif ukoll spiritwalment; dawk tal‑aħħar u dawk mitlufin, u dawk li l‑aktar huma bżonn tal‑ħniena ta’ Alla.
12
Is‑saċerdoti jagħmlu ħilithom kollha biex ikunu strumenti ħalli jsalvaw l‑imħabba ta’ Alla, billi jkunu preżenti u billi jamministraw
il‑kelma u s‑sagramenti. Is‑Saċerdoti Missjunarji tal‑Karità jservu fi sptarijiet, f ’ħabsijiet, fi kċejjen, f ’xelters, fi djar, f ’istituti u kif ukoll fit‑toroq u f ’żoni fejn hemm is‑slams. Huma jservu wkoll billi jorganizzaw irtiri, seminars, konferenzi u gwida spiritwali. Bħala saċerdoti, huma fdati bil‑missjoni tal‑istudju u l‑għarfien tat‑teoloġija u l‑ispiritwalità, u tas‑sbuħija spiritwali ta’ Madre Tereża – biex ixandruhom. Dawn is‑saċerdoti huma stazzjonati f ’Tijuana u f ’Mexico City, il‑Messiku; f ’Kalkutta u f ’Shillong, l‑Indja; f ’Ruma, l‑Italja; f ’Tamahu, il‑Gwatemala; f ’Nairobi,
Madre Tereża ma' Dun Gary Duckworth MC; wieħed mill-ewwel tliet Saċerdoti Missjunarji tal-Karità.
Lulju 2018
il‑Kenja u f ’Kahama, it‑Tanżanija. Qabel waqqfet din l‑istituzzjoni, Madre Tereża kienet qalet: “Kemm nixtieq narakom bħala saċerdoti mxerrdin mad‑dinja kollha tagħtu lil Ġesù lin‑nies bil‑ġuħ għal Alla. Jalla dawk kollha li jiġu f ’kuntatt magħkom, iħarsu lejkom u jaraw biss fikom lil Ġesù. Għalhekk, għandkom tkunu saċerdoti qaddisa; dan hu dak li Ġesù jrid mis‑Saċerdoti Missjunarji tal‑Karità.” Madre Tereża ma waqfitx hawn għaliex waqqfet ukoll il‑Moviment Korpus Kristi għas‑Saċerdoti, li hija assoċjazzjoni internazzjonali għas‑saċerdoti djoċesana approvata mill‑Papa. Il‑moviment ifittex li jippromwovi l‑qdusija fost is‑saċerdoti sekulari fl‑eżerċizzju tal‑ministeru tagħhom f ’unjoni mal‑isqfijiet rispettivi tagħhom u mal‑membri tal‑presbiterat tagħhom. Is‑saċerdoti huma mistednin biex jaqsmu b’mod spiritwali l‑kariżma u l‑ispirtu mogħtija lill‑Knisja Universali minn Alla permezz ta’ Madre Tereża u s‑Saċerdoti Missjunarji tal‑Karità. Dan kollu jrid ikun megħjux fil‑kuntest ministerjali u vokazzjonali biċ‑ċelebrazzjoni ta’ kuljum
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) U tinsiex titlob għalihom ukoll, u huma jibqgħu jiftakruna fit‑talb tagħhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 13
SAN PIETRU APPOSTLU
Lulju 2018
tal‑Ewkaristija u b’talb quddiem Ġesù Sagramentat; b’intimità speċjali ma’ Marija, Omm il‑Knisja u Omm is‑saċerdoti; sapport lil xulxin bħala aħwa saċerdoti u laqgħat ta’ talb bejn tnejn jew fi gruppi żgħar, irtiri u seminars. Fi kliem Madre Tereża: “Dan il‑metodu sempliċi jgħin lis‑saċerdoti jikbru fil‑qdusija billi jgħixu s‑saċerdozju kif mixtieq.” Is‑saċerdoti membri tal‑Moviment Korpus Kristi huma spiritwalment addottati minn sorijiet reliġjużi, bħalma s‑saċerdoti kienu addottati minn Santa Tereża ta’ Lisieux.
Sas‑sena 1997, is‑sena li fiha mietet Madre Tereża, kien hawn tlettax‑il Saċerdot Missjunarju tal‑Karità jservu f ’erbat idjar fi tliet pajjiżi. Sa
għaxar snin wara, fl‑2007, l‑ammont ta’ saċerdoti żdied għal 34 li kienu jservu fi tmint idjar f ’sitt pajjiżi differenti.
MISSIO MALTA SER JORGANIZZA BBQ NHAR IS‑SIBT 28 TA’ LULJU 2018.
MISSIO MALTA SER JORGANIZZA 'PASTA NIGHT' F'AWWISSU. Aktar dettalji mingħand Natasha fuq 21236962
14
SANTA INFANZJA – VIKKI
Lulju 2018
Tfal vittmi waqt protesta paċifika
F
l‑1948, fl‑Afrika t’Isfel il‑gvern beda jinforza politika ta’ segregazzjoni razzjali taħt sistema ta’ leġiżlazzjoni li kienet imsejħa ‘apartheid’. B’din il‑politika, il‑gvern ħeġġeġ it‑trażżin tan‑nies b’kulur ta’ ġilda skura għall‑benefiċċju tal‑minoranza tal‑popolazzjoni li kellhom kulur tal‑ġilda ċara. Matul dawn iż‑żminijiet, ħafna tfal suwed fl‑Afrika t’Isfel ġew arrestati, ittorturati u maqtula għaliex ipprotestaw kontra l‑ideoloġija li s‑suwed ikunu ttrattati ħażin għas‑sempliċi raġuni li għandhom ġilda skura. Hector Pieterson, imwieled nhar id‑19 ta’ Awwissu 1963, kien wieħed minn dawn it‑tfal li kienu joħorġu
Hector Pieterson qed jinġarr minn Mbuyisa Makhubo. Ħdejhom oħt Hector, Antoinette.
jipprotestaw kontra r‑reġim ‘apartheid’. It‑tfajjel, Hector, ġie maqtul nhar is‑16 ta’ Ġunju tal‑1976 meta kellu biss tnax‑il sena. Dakinhar,
għaxart elef student kienu nġabru f ’Soweto biex isemmgħu leħinhom f ’dimostrazzjoni paċifika kontra din l‑ideoloġija
15
SANTA INFANZJA – VIKKI
Lulju 2018
diskriminatorja. Hector u ż‑żgħażagħ l‑oħra kienu għadhom kif waslu meta l‑pulizija bdew jużaw il‑gass tad‑dmugħ kontrihom. It‑tfal bdew iwaddbu l‑ġebel u kien hawnhekk li l‑puliżija bdew jisparaw direttament fuq it‑tfal. Hector u Hastings Ndlovu kienu l‑ewwel tfal li mietu dakinhar. It‑tfajjel Hector inġabar minn Mbuyisa Makhubo, li flimkien ma’ oħt Hector ġrew lejn il‑karozza ta’ Sam Nzima. Il‑ġurnalista Sophie Tema, saqitu lejn klinika fil‑qrib fejn ġie ċċertifikat mejjet. Kemm Mbuyisa kif
Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:
ukoll Nzima kienu mhedda mill‑pulizija wara l‑inċident u t‑tnejn li huma marru fil‑ħabi. Hector u Hastings jinsabu midfuna fiċ‑ċimiterju Avalon f ’Soweto. Illum il‑ġurnata, fl‑Afrika t’Isfel, is‑16 ta’ Ġunju huwa meqjus bħala l‑Jum Nazzjonali taż‑Żgħażagħ. Dan il‑jum huwa ddedikat għaż‑żgħażagħ u l‑bżonnijiet tagħhom. Fis‑sena 2000, Hector Pieterson flimkien ma’ xi żgħażagħ oħra, li bħalu ġew maqtula intortament, irċevew il‑premju onorarju wara
mewthom bl‑isem ta’ ‘The World’s Children’s Honorary Award’. Fis‑16 ta’ Ġunju 2002 ġie inawgurat il‑Mafkar u Mużew Hector Pieterson f ’Soweto, Orlando, f ’sit qrib fejn safa maqtul it‑tfajjel. Dan sabiex jiġu onorati Hector u dawk kollha li nqatlu fil‑pajjiż fir‑rewwixta tal‑1976. Dan il‑mużew u mafkar sar attrazzjoni turistika, fejn mis‑sena 2010, oħt Hector, Antoinette, bdiet taħdem bħala gwida. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org
€20 – platt ross u fażola
€50 – xiri ta’ kotba inkluż
lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ
materjal reliġjuż lil tfal tal‑iskola
€100 – xirja mediċini għal
€150 – xahar
€300 – ħlas ta’ sena skola
tfal morda
manteniment u skola lil tifel/tifla għomja mit‑twelid f’Dar tas‑Sorijiet
sekondarja lil bniet foqra fil‑periklu li jingħataw għal żwieġ imġiegħel jew bħala ‘sex slaves’
16
SANTA INFANZJA
Lulju 2018
CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.
17
Lulju 2018
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)
Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) 18
Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25 u kklikkja fil‑parti Donations.
PELLEGRINAĠĠ GĦAL LOURDES
Lulju 2018
Organizzat minn Missio Malta
4t ijiem sħaħ, mis‑27 sal‑31 ta' Awwissu, 2018 Ħin għat‑talb, ċelebrazzjonijiet u żjarat f’Lourdes Eskursjonijiet lejn Pont d'Espagne, Gavernie u Artouste fuq il‑muntanji Pyrenees. Programm u ‘booking’ mill‑uffiċini ta' Missio Malta fil‑Belt Valletta (Tel: 2123 6962) u l‑Mosta (Tel: 20330015). Direttur Spiritwali: Mons. Salvinu Micallef
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Imejl: info@missio.org.mt Websajt: www.missio.org.mt
19
Lulju 2018
“Meta ma tkunx tista’ tibdel id‑direzzjoni tar‑riħ, aġġusta l‑qlugħ!” Harriet Jackson Brown Jr.
Harriet Jackson Brown Jr. (1940 ‑ ), huwa awtur Amerikan magħruf l‑aktar għall‑ktieb tiegħu ta’ ispirazzjoni ‘Life’s Little Instruction Book’, li kien ‘bestseller’ ta’ ‘New York Times’ bejn l‑1991 u l‑1994. It‑tieni volum tal‑ktieb kien ukoll ‘bestseller’ fl‑1993. Harriet twieled f’Middle Tennessee, fejn għadu jgħix sal‑lum il‑ġurnata. Huwa għamel żmien membru tal‑Fraternità Sigma Chi, filantropija li taħdem biex tiġbor fondi għal sptarijiet ta’ tfal, riċerka medika, b’mod speċjali dwar il‑kanċer, u tqajjem kuxjenza dwar l‑importanza tas‑saħħa fit‑tfal. Il‑kotba ta’ Harriet inqalbu f’35 lingwa u kwotazzjonijiet minn tiegħu jidhru f’diversi kalendarji, powsters, djarji, kartolini, ‘screensavers’ u ħwejjeġ.
Ritratt: Sajjieda f ’dgħajsa tradizzjoni tas-sajd fil-baħar Emerald ta’ Antsiranana fit-Tramuntana ta' Madagaskar.
20
Lulju 2018
21
QADDISA TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
Lulju 2018
SANTA BRIĠIDA TAL‑IŻVEZJA
B
Mistika u Patruna
riġida jew Briġitta, kif kienet magħrufa, hija l‑patruna tal‑Iżvezja u mistika. Hija waħda mill‑figuri kbar ta’ nisa li kellhom importanza kbira f ’diversi oqsma tal‑ħajja. Id‑data tagħha tat‑twelid mhix eżatta, però aktarx li twieldet lejn is‑sena 1302 fil‑Kastell Finsta. Missierha kien magħruf sew bħala gvernatur u mħallef. Kien magħruf għas‑sens ta’ ġustizzja Nisranija u kien ipprojbixxa kull negozju tal‑ilsiera. Sa minn età żgħira ħafna, Briġida kien ikollha esperjenzi mistiċi tal‑Feddej Imsallab u minn dak iż‑żmien bikri twaħħdet mal‑Passjoni Doloruża Tiegħu. Kienet tagħti u tagħmel ħafna karità. Ta’ tnax‑il sena sofriet il‑mewt ta’ ommha u nġabret ma’ zijitha li kompliet isseddaqha f ’ħajja ta’ ġabra Nisranija. Ta’ 22
tiġbed il‑ħadid, u nżommok fuq id‑driegħ tiegħi, li ħadd ma jista’ jgħawweġ”. Minn viżjoni li kellha mingħand Ġesù u ommu waqqfet kongregazzjoni doppja f ’ġieħ is‑Santissimu Salvatur u anki r‑regola. Din il‑kongregazzjoni xterdet sa Spanja u aktar tard sal‑Messiku. Fl‑1350, ma’ bintha Katerina, li ’l quddiem ġiet ddikjarata qaddisa, marret Ruma għas‑Sena Mqaddsa. erbatax‑il sena żżewġet lil Ulf Gudmarrson ta’ Nercicia, li kien min‑nisel il‑prinċpijiet, liema żwieġ hieni kellu barka ta’ tmint itfal. Meta żewġha miet, Briġida ssuktat teżerċita l‑penitenza u l‑kontemplazzjoni. F’waħda mir‑rivelazzjonijiet, Ġesù kellem lil Briġida u qalilha: “Jekk trid tħobbni b’qalbek kollha u ma tixtieq xejn ħlief lili, jiena nsawwab fuqek kotra ta’ mħabba, bħalma kalamita
Santa Briġida mietet f ’estasi nhar it‑23 ta’ Lulju 1373. Fl‑ikonografija tagħha ġeneralment tidher tikteb fuq skrivanija li tfakkarna mhux biss fir‑regola, imma wkoll f ’kitbiet tal‑viżjonijiet li kellha u korrispondenza ma’ Papiet, rejiet u prinċpijiet. Fl‑Abbatija ta’ Vadstena hemm statwa ta’ Santa Briġida, xogħol l‑iskultur Johannes Junge, li saret fl‑1425.
Lulju 2018
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ Ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: NB. kull Quddiesa tiswa €5 u l‑Quddies jitqaddes kollu fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Lulju 2018
21 Katavru lura f’art twelidhom bid‑demm, destinat għan‑nazzjon tas‑Salib’, kienu rawh ħafna nies minn madwar id‑dinja kollha. Il‑Papa Kopt, Tawadros, kien preżenti fl‑ajruport ta’ Kajr biex jilqa’ l‑iġsma f’Mejju li għadda. Il‑qniepen tal‑knejjes u tal‑monasteri madwar l‑Eġittu kollu daqqew biex jimmarkaw il‑wasla tal‑katavri tal‑21 Kopt Kristjan, martri tal‑fidi. L‑iġsma kienu nstabu f’Ottubru 2017 qrib Sirte. Skond tobba involuti fil‑proċess, kien diffiċli
Ritratt: Catholic Reporter
L
‑iġsma bla ħajja ta’ 21 raġel li nqatlu mis‑suldati tal‑ISIS fuq bajja fil‑Libja, ittieħdu lura f’art twelidhom biex issirilhom difna xierqa. Papa Franġisku talab għal dawn l‑irġiel waqt ċelebrazzjoni ta’ quddiesa offruta għal ruħhom fi Frar tal‑2015, jiem wara li sfaw maqtula mis‑suldati. Papa Franġisku sejjaħ lil dawn l‑irġiel martri, filwaqt li qal: “Il‑Mulej jilqa’ lil dawn l‑irġiel bħala martri, għaliex il‑familji tagħhom u ħija fi Kristu Tawadros (Papa Kopt), qed isofru ħafna.” Il‑vidjow tal‑qtil tagħhom, li l‑ISIS tawh it‑titlu ta’ ‘Messaġġ iffirmat
ħafna biex il‑vittmi jiġu identifikati minħabba l‑istat ta’ dekompożizzjoni u anke minħabba l‑fatt li kollha kemm huma kellhom rashom imħanxra. Tliet snin wara l‑massakru, katidral ġie ddedikat għal dawn il‑vittmi. L‑iġsma issa jinsabu midfuna fil‑Katidral tal‑Martri tal‑Fidi.
Mijiet mitmugħa b’xejn
W
ara li l‑aħħar konsumatur iħallas u jitlaq mir‑restorant, il‑koppja sidien tal‑ħanut, jibdew jippreparaw biex iservu
24
mijiet oħra b’xejn. Kull nhar ta’ Tnejn dan ir‑restorant Korean jagħlaq il‑bibien wara l‑ikla ta’ nofsinhar u jaqbeż li jbigħ l‑ikel ta’ filgħaxija apposta biex jipprepara l‑ikel għal dawk il‑persuni li jgħixu fit‑toroq tal‑belt. Is‑Sinjuri Park jarmaw
l‑imwejjed taħt pont, fejn in‑nies ikunu qed jistennewhom. Huma jħallsu minn buthom stess għal dan l‑ikel, filwaqt li membri tal‑knisja joffru l‑ħin tagħhom volontarjament biex jgħinu lill‑koppja. L‑ikel servut lil aktar minn 200 persuna fil‑ġimgħa, huwa kemm Korean kif ukoll Amerikan. Jeon, wieħed mill‑voluntiera, qal li dan huwa mod wieħed ta’ kif tista’ taqsam mal‑oħrajn l‑imħabba ta’ Alla. ikompli f’paġna 26
Lulju 2018
PROFESSIONAL NAIL SYSTEM
Pearl Nails Malta
PROFESSIONAL NAIL SYSTEM
SALES REPRESENTATIVE 99806955 | 77999150 pearlnailsmalta@gmail.com
Ġużè Ellul Mercer Street, Qormi 2687
60, Triq Ġużè Ellul Mercer, Qormi Mob: 99886701 • Tel: 27420011
Our mission is to shape your hair to give you the highest level of confidence... because you deserve it! Rosaire Sare’ (Proprietor and Style Director)
Tel: 21 41 7830 Mob: 79 41 7830 Email: rosaire@straightcutsalon.com
Zragen Street, Attard Pavi Complex, Qormi
Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com
25
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Lulju 2018
L‑isbaħ talba – Ir‑Rużarju
Għ
odwa waħda, grupp żgħir ta’ nies twajbin, niżlu mit‑taraġ ta’ sqaq mudlam fuq wara ta’ knisja fi New York, iġorru statwa tal‑Verġni Marija u boroż mimlijin kuruni tar‑rużarju, karti tat‑talb u oġġetti reliġjużi oħra. Il‑grupp tal‑Leġjun ta’ Marija, kien fuq missjoni ta’ karità, dik li jitolbu t‑talba tar‑rużarju u jiltaqgħu bi grazzja ma’ dawk ġejjin u sejrin fis‑‘subway’ maħnuqa bin‑nies mgħaġġlin. Il‑grupp rama mejda tal‑plastik ċkejkna li fuqha poġġew l‑istatwa tal‑Madonna, u mar‑radd tas‑salib, il‑grupp beda jirreċita t‑talba tar‑rużarju għall‑bżonnijiet kemm spiritwali kif ukoll fiżiċi ta’ dawk li jkunu għaddejjin. Tnejn mill‑grupp
bdew iqassmu b’xejn kuruni tar‑rużarju u medalji mirakolużi lil kull min xtaq jieħu. Ftit ftit, in‑nies bdew jersqu qrib, jaċċettaw l‑oġġetti reliġjużi filwaqt li jkomplu fi triqthom bi tbissima fuq fommhom. Turisti mhux midħla tal‑mini, bdew jersqu jistaqsu għad‑direzzjonijiet, filwaqt li n‑nies tal‑lokal bdew jersqu għall‑kurżità josservaw l‑istatwa u lil dawk li kienu qed jgħidu r‑rużarju. Ix‑xena kienet waħda mhux tas‑soltu, trankwilla u ta’ ġabra, qalb il‑ġenn ta’ kuljum u l‑ħoss ma jispiċċa qatt tat‑twerżiq tar‑roti tal‑ferroviji jħakkek mal‑linji tal‑ħadid.
madwar il‑pajjiż kollu. Grupp ta’ nies minn Sydney, taħt it‑tmexxija tal‑Isqof David Cremin, ilhom sa min‑Novembru tas‑sena l‑oħra, jitħabtu biex jorganizzaw dan l‑avveniment. Fis‑7 ta’ Ottubru tas‑sena l‑oħra, fil‑festa tal‑Madonna tal‑Vittorja, aktar minn miljun lajk inġabru fil‑Polonja tul il‑fruntieri, biex jitolbu t‑talba tar‑Rużarju għall‑protezzjoni ta’ pajjiżhom u biex il‑Madonna tinterċedi għaż‑żgħażagħ tagħhom. Dan il‑jum sar magħruf bħala Jum il‑Madonna tar‑Rużarju.
Nhar it‑13 ta’ Mejju, festa tal‑Madonna ta’ Fatima, fl‑Awstralja ġie organizzat l‑akbar Rużarju Nazzjonali
Tasal il‑Knisja għat‑tieġ bil‑mutur
26
Ritratt: Facebook Kaycee Pitao Jose
Carlos Pongasi wassal lil bintu Felma fi knisja Kattolika fin‑Nofsinhar tal‑Filippini bil‑mutur li kellu speċi ta’ gaġġa tal‑ħadid imwaħħla fuq in‑naħa tax‑xellug fejn setgħet toqgħod bilqiegħda t‑tfajla liebsa l‑libsa tat‑tieġ. Il‑missier saq għal diversi mili fit‑toroq sħan tal‑ibliet Filippini sa ma waslu fid‑destinazzjoni tagħhom. Ritratt tal‑missier
u l‑bint fuq il‑mutur xterdu fuq il‑midja soċjali u kienu popolari ħafna mas‑segwaċi.
Felma u żewġha kellhom tieġ sabiħ ħafna u mar kollox kif xtaqet il‑koppja. Kif qal Papa Franġisku, f ’wieħed mid‑diskorsi tiegħu: “Iż‑żwieġ mhux iċ‑ċerimonja fil‑knisja bil‑fjuri, bir‑ritratti u b’ilbiesi sbieħ. Żwieġ Kristjan huwa sagrament li jseħħ fil‑Knisja u li joħloq il‑Knisja billi jagħti bidu għall‑familja ġdida fil‑komunità”. ikompli f’paġna 28
Lulju 2018
PARISIO NURSERY
& GARDEN CENTRE
73, Sir Ugo Mifsud Street Lija 99423164 21438154 parisio@maltanet.net www.parisiogardencentre.com
FLOREAL GROUP CO. LTD. CAR CARE & REFINISHING PRODUCTS 4,6,8, Triq l‑Insolja Attard ATD 2651 Malta Tel: (+356) 21419738 Mob:(+356) 99470426 Email: florealgroup@gmail.com
Sale of Plants Landscaping Garden Needs
SCREEN PRINTING TRANSFER PRINTING EMBROIDERY
A: Shop 2, Manoel De Vilhena Street, Gżira T: (356) 21311685 M: (356) 9945 7557 E: info@radprintingmalta.com W: www.radprintingmalta.com
Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918 27
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Lulju 2018
‘Beyond The Sun’
E
rbat itfal huma l‑protagonisti tal‑film ‘Beyond The Sun’ li ħareġ f ’Mejju li għadda. Il‑film, miktub u ddereġut minn Graciela Rodriguez Gilio, jittratta l-esperjenza ta’ erbat itfal fi ħrafa moderna ta’ tama, fidi u kuraġġ fi ġlieda biex ifittxu lil Alla. L‑istorja tal‑film, li hija bbażata fuq diversi stejjer mill‑Bibbja, hija intenzjonata li żżomm spiritwalment u tinkoraġġixxi
lill‑udjenza ta’ kull età, biex jittrasmettu l‑kliem ta’ Ġesù, jifhmuh aħjar u jintegrawh f’ħajjithom biex jgħixu aħjar, jagħmlu għażliet tajbin u jgħinu lill‑oħrajn. Il‑qligħ kollu mill‑film, li rċieva l‑barka u l‑parteċipazzjoni tal‑Papa, ser imur lejn żewġ għaqdiet għall‑qalb ħafna
tal‑Papa. Iż‑żewġ għaqdiet, ‘Los Hogares de Cristo’ u ‘El Almendro’, jinsabu fl‑Arġentina u jipprovdu għajnuna lil tfal u żgħażagħ f ’riskji diversi.
Marija, Omm il‑Knisja
Ritratt: Vatican Media CNA
San Ljun il‑Kbir, it‑tnejn li huma kienu jirriflettu fuq l‑importanza tal‑Verġni Marija fil‑misteru ta’ Kristu. Santu Wistin jgħid li Marija hija omm il‑membri ta’ Kristu għaliex b’karità hija kkoperat fit‑twelid mill‑ġdid tal‑fidili fil‑Knisja. Filwaqt li Papa San Ljun il‑Kbir Papa Franġisku jixtieq li jgħid li t‑twelid ta’ Ġesù din id‑devozzjoni tinxtered (ir‑ras tal‑Knisja) huwa biex jinkoraġġixxi t‑tkabbir wkoll it‑twelid tal‑ġisem. ta’ sens matern tal‑Knisja Għalhekk, dan jindika li fis‑saċerdoti, lajċi, reliġjużi u Marija hija Omm Kristu, fidili, u kif ukoll tkabbir ta’ iben Alla, u Omm il‑membri devozzjoni Marjana ġenwina. tal‑Ġisem Mistiku Tiegħu, li Dan id‑digriet jirrifletti fuq hi l‑Knisja. Id‑digriet jgħid li l‑istorja tat‑teoloġija Marjana dawn ir‑riflessjonijiet huma fil‑liturġija tradizzjonali riżultat tal‑‘maternità divina tal‑Knisja u fuq kitbiet ta’ ta’ Marija u mill‑unjoni missirijiet il‑Knisja, li jgħidu tal‑intimità tagħha li Santu Wistin u l‑Papa max‑xogħol tar‑Redentur’.
F
tit ġimgħat ilu, Papa Franġisku stabbilixxa digriet ta’ Marija, Omm il‑Knisja, billi ordna li d‑devozzjoni antika lejn Marija l‑Verġni Mbierka, taħt it‑titlu ta’ Omm il‑Knisja, tkun inkluża fil‑kalendarju Ruman. Iċ‑ċelebrazzjoni liturġika ser tibda tkun iċċelebrata kull sena bħala tifkira l‑għada tal‑Pentekoste.
28
Lulju 2018
MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267 Email:mariannastationery@gmail.com
PRINTING BINDING LAMINATION TOYS HABERDASHERY HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm
Triq ir‑Riħan, San Ġwann ‑ Malta. tel: +356 2766 1166 info@thecyclistmalta.com www.thecyclistmalta.com 29
Lulju 2018
H
IT-TALB FIL-KARIŻMA TAL-KARMELU – PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM
Is-Sengħa tat-Talb
uma bosta n‑nies li jkunu jixtiequ li aħna ngħallmuhom kif jitolbu. Il‑Papa Emeritu Benedittu XVI f ’messaġġ li bagħat lilna l‑Karmelitani f ’Awwissu tal‑2010, qalilna: “Intom dawk li tgħallmuna nitolbu.” Qablu kien hemm diversi Papiet li qalulna hekk. Anke l‑Papa preżenti, Papa Franġisku, fl‑2013 qal: “Il‑qaddisin tal‑Karmelu kienu predikaturi kbar u għalliema tat‑talb. U dan hu dak li neħtieġu u nistennew għal darba oħra mill‑Karmelu fis‑seklu 21.
Il-faċċata tal-ktieb. 30
Matul il‑ġrajja tagħkom il‑Karmelitani, il‑kbar għafsu fuq il‑kontemplazzjoni; l‑għerq dejjem għammiel tat‑talb. F’dan tinsab il‑qalba tax‑xhieda tagħkom; id‑dimensjoni ‘kontemplattiva’ tal‑ordni li qiegħda hemm biex tingħex, titħares, titkabbar u tinqasam mal‑oħrajn. Nixtieq li kull wieħed minnkom jistaqsi lilu nnifsu: “Kif inhi l‑ħajja kontemplattiva tiegħi? Kemm ħin matul il‑jum ngħaddih fit‑talb u fil‑kontemplazzjoni?” Karmelitan mingħajr din il ħajja kontemplattiva hu ġisem mejjet. Ftit ġimgħat ilu ħuna fil‑Karmelu Patri Charlò Camilleri, li huwa lekċerer fl‑Università ta’ Malta dwar it‑Teoloġija Spiritwali, ippubblika ktieb bl‑isem ‘Is‑Sengħa tat‑Talb, it‑talb tal‑ġabra mill‑għejun tal‑Karmelu’. Dan il‑ktieb, fih 68 paġna u fih ukoll disinji ħelwin magħmulin mis‑Sur Warren
Borg Ebejer, biex ikunu jistgħu jgħinu lin‑Nisrani f ’liema pożizzjoni għandu jogħqod fit‑talb. L‑awtur tal‑ktieb jgħidilna li l‑kariżma tal‑Karmelu hija waħda attwali u meħtieġa fid‑dinja tal‑lum, fejn naraw li l‑bniedem huwa nieqes mis‑skiet u mill‑ġabra, u jinsab maqsum fih innifsu. Għalhekk, isibha diffiċli jgħix f ’armonija fir‑relazzjonijiet umani u fir‑relazzjonijiet mal‑ambjent ta’ madwaru u ma’ Alla. Il‑Karmelu jrid jgħallimna li l‑ħajja kontemplattiva ddaħħalna u tiġborna fina nfusna. L‑għan ta’ dan il‑ktieb huwa proprju biex iwassal lill‑Insara t‑tradizzjoni spiritwali dwar it‑talb u l‑kontemplazzjoni. Patri Camilleri jsemmi diversi tipi ta’ talb u anke awturi Karmelitani kif kienu jħeġġu lill‑oħrajn biex jitolbu. Meta l‑awtur jitkellem dwar it‑talb tal‑ġabra huwa dejjem iħeġġiġna biex inkunu fil‑preżenza ta’ Alla. Dwar dan, il‑Karmelitan Ġwanni ta’ San Sansun, jgħidilna li: “L-imgħoddi u dak li ġej ma jibqgħux aktar f ’moħħna, inkunu biss fl‑issa”. Kif għedna qabel, Patri
Lulju 2018
Uħud mid-disinji li jidhru fil-ktieb.
Camilleri jurina diversi metodi ta’ talb li wrewna l‑qaddisin tagħna. Il‑metodi magħżula f ’dan il‑ktieb ġew żviluppati u ssuġġeriti minn awturi spiritwali tal‑Karmelu bħala għajnuna tat‑talb tal‑ġabra. Uħud huma sempliċi, oħrajn iktar komplessi, u lkoll juru ż‑żmien li fihom tfasslu. Uħud jibdew bit‑tħejjija u jintemmu b’talba tal‑għeluq, filwaqt li oħrajn jaqbżu dawn l‑elementi għaliex iħossu li huma naturali li wieħed iħejji lilu nnifsu u jagħlaq b’talba. Hekk ukoll oħrajn li jiftħulna għajnejna għad‑dispożizzjoni meħtieġa
għal dan l‑eżerċizzju ta’ talb. Wieħed jista’ jagħżel struttura jew oħra, dak li jħossu l‑aktar komdu bih waqt li jżomm f ’moħħu li huma biss mudelli u gwida li jgħinuna nidħlu fit‑talb tal‑ġabra. Maż‑żmien wieħed isib il‑metodu tiegħu, waqt li jżomm f ’moħħu sa mill‑bidu nett l‑iktar parti meditattiva li tgħodd għalih. Jissemmew ħafna f ’dan il‑ktieb diversi qaddisin, beati u mistiċi Karmelitani. Hawnhekk se nsemmu wħud minnhom. Il‑ktieb tal‑ħajja miktub minn Santa Tereża ta’ Ġesù, jgħidilna: ‘Min
għadu ma bediex jipprattika t‑talb mentali, nitolbu għall‑imħabba tal‑Mulej biex ma jiċċaħħadx minn ġid daqshekk kbir. M’hemmx wieħed x’jibża’, iżda biss x’jixtieq. Uħud, jekk ma jkunx hemm progress kbir, tal‑anqas wieħed jasal li jifhem it‑triq għall‑ġenna. U jekk wieħed jippersevera, nafda fil‑ħniena ta’ Alla li din qatt ma tiġi nieqsa, biex tħallas lil min ikun għażlu ħabib. Għax it‑talb mentali, fil‑fehma tiegħi, ma huwa xejn ħlief taħdita tal‑qalb bejn il‑ħbieb. Ifisser li tieħu l‑ħin tiegħek spiss biex tkun waħdek ma’ dak li nafu li jħobbna.” 31
Lulju 2018
IT-TALB FIL-KARIŻMA TAL-KARMELU – PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM
F’dan il‑ktieb jissemma wkoll San Ġwann tas‑Salib, li fil‑ktieb tiegħu ‘Il‑Lejl Mudlam’, jgħid: “Minħabba li l‑imġiba ta’ dawk li għadhom jibdew mexjin fit‑triq ta’ Alla hija baxxa u mhux ’il bogħod mill‑imħabba għall‑pjaċir u l‑imħabba tagħhom infushom, Alla jixtieq jaqlagħhom minn dan il‑mod baxx sabiex imexxihom lejn livell ogħla ta’ mħabba divina. Alla jagħmel hekk wara li dawk li għadhom fil‑bidu jkunu tħarrġu għal xi żmien fil‑virtù u mxew ’il quddiem fil‑meditazzjoni u fit‑talb.” Jalla min jaqra dan il‑ktieb ikun għalih mezz biex jitgħallem jitlob aħjar, kif ukoll biex iservi ta’ għajnuna fil‑ħajja spiritwali tiegħu ħalli jersaq iktar lejn il‑Mulej,
32
u jagħmel dak li jrid minnu Hu. Dan il‑ktieb qegħdin nagħtuh b’xejn, u għalhekk min jixtiequ jista’ jmur fil‑Kunvent tal‑ Karmnu,
Triq Villgaignon, l‑Imdina, jew iċempel fuq 21454524 jew jasal wasla sad‑Dar tat‑Talb Lunzjata, fil‑limiti tar‑Rabat Malta.
Lulju 2018
50 ġrajja miktuba minn ħutna
missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt
(V0/1178)
Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.
Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:
Data:
Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:
Qiegħed nibgħat ċekk bl-ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................
ktieb/ kotba bil-posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss. 33
TA’ MIN JAĦSEB FUQHA!
Lulju 2018
Tmintax-il regola tal-ħajja Kun ġentili mal‑ambjent ta’ madwarek. Darba f ’sena żur xi post fejn qatt ma mort qabel. Ftakar li l‑aqwa relazzjoni hija dik fejn l‑imħabba għal xulxin tiżboq il‑bżonn għal xulxin. Ħu fil‑konsiderazzjoni tiegħek li l‑imħabba u l‑kisbiet/suċċessi jinvolvu riskji kbar. Meta toħroġ tellief, ħu ħsieb li ma titlifx ukoll il‑lezzjoni li tkun ħadt.
Qatta’ ftit ħin waħdek kuljum. Iftaħ idejk beraħ għall‑bidla, imma titlaqx il‑valuri tiegħek. Ftakar li xi kultant is‑silenzju huwa l‑aħjar tweġiba.
Irrispetta lilek innifsek u lill‑oħrajn, u kun responsabbli tal‑azzjonijiet Għix ħajja tajba u xierqa, kollha tiegħek. biex meta tixjieħ u tħares lura tkun tista’ terġa’ Ftakar li meta ma tiħux tgħix dawk il‑mumenti dak li tixtieq, xi kultant b’sodisfazzjon. hija fortuna. Atmosfera ta’ mħabba Tgħallem ir‑regoli sew f ’darek hija l‑bażi ta’ biex tkun tista’ tiksirhom ħajtek. kif inhu xieraq. F’diżgwid mal‑maħbubin Tħallix kwistjoni żgħira tiegħek, tkellem biss fuq tkisser relazzjoni kbira. il‑preżent; taqlax il‑passat. Meta tintebaħ li għamilt żball, kun pront u rranġa s‑sitwazzjoni. 34
Iġġudika s‑suċċess tiegħek b’dak kollu li kellek twarrab/titlef biex stajt tiksbu.
Aqsam dak kollu li taf; b’hekk tkun qed tikseb l‑immortalità.
Dawn ir‑regoli huma miktuba mid‑Dalai Lama. Dalai Lama huwa titlu mogħti lill‑patrijiet li jkunu kapijiet spiritwali tal‑iskola Gelug fi ħdan ir‑reliġjon Buddista Tibetana. Mhuwiex magħruf meta laħaq l‑ewwel Dalai Lama, però nafu li dan miet fis‑sena 1474. Tensin Gyatso huwa d‑Dalai Lama preżenti. Huwa l‑14‑il wieħed fil‑lista u laħaq fis‑sena 1950.
Lulju 2018
Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel
21236962 AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK
‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.
FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI GĦAS‑SENA 2017/2018 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola
Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta
Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Lulju 2018
BABI PANGGANG (MAJJAL MIXWI FUQ IL‑BARBIKJU) MILL‑INDONEŻJA
Metodu: • Ġo kazzola ħallat flimkien l‑ingredjenti kollha, minbarra l‑kustilji. • Xħin jiftaħ jagħli, baxxi l‑fjamma u ħalli t‑taħlita ttektek sa ma tagħqad. • Ħalli t‑taħlita tibred. • Poġġi l‑kustilji f ’dixx u ifrex it‑taħlita fuqhom.
Għandek bżonn:
• 2 kustilji sħaħ tal‑majjal (full racks) • Basla żgħira mqattgħa • Mgħarfa żejt taż‑żebbuġa • 2 mgħaref ‘ketchup’ • 3 mgħaref trab tal‑mustarda • Kuċċarina nbid morr aħmar • Kuċċarina trab tal‑bżar aħmar (chilli) • Kuċċarina tewm mgħaffeġ • Kuċċarina għasel pur • Meraq ta’ nofs lumija • Kikkra ilma • Ftit bżar u melħ
• Dawwar il‑kustilji biex jinksew bit‑taħlita. • Poġġi l‑kustilji fil‑friġġ għal xi sigħat. • Ixwi l‑kustilji fuq il‑barbikju u aqlibhom spiss biex tkun żgur li saru sew minn kullimkien. • Waqt li jsiru kompli ixħet fuqhom ftit ftit mit‑taħlita. • Servi ma’ patata mixwija, ross u insalata.
Selamat Makan (L‑Ikla t‑Tajba!)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Lulju 2018
Missio Malta ser jorganizza Ġità f'Perugia l‑Italja għall‑‘Fiera Dei Morti’ bejn 1 ta’ Novembru 2018 u l‑5 ta’ Novembru 2018. Aktar dettalji fil‑ħarġa li jmiss jew mingħand Natasha (21236962). 37
KOMPETIZZJONI ‑ LULJU 2018
Lulju 2018
SUDOKU
8
Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
3
3 1
6
4
9
7
6
5
2
4
4 5
2 8
2
8
7 4
7
9
1
6
5
3
1
9
6 5
Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________ 6
8
9
3
2
7
4
5
1
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Mejju 2018:
3
2
5
9
4
1
7
6
8
7
1
4
5
6
8
9
2
3
Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Jacob Abela mis‑Siġġiewi. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.
2
4
3
1
9
6
8
7
5
5
6
8
7
3
4
1
9
2
1
9
7
2
8
5
6
3
4
9
7
2
8
1
3
5
4
6
4
3
1
6
5
9
2
8
7
8
5
6
4
7
2
3
1
9
Q
Nitbissmu ftit:
abel temmet il‑lezzjoni tagħha dwar l‑ispjegazzjoni u t‑tifsira tal‑quddiesa, il‑katekista staqsiet lit‑tfal: “Għaliex huwa importanti li noqogħdu kwieti fil‑knisja? Awrora kienet pronta wieġbet: “Għax in‑nies ikunu reqdin!”
F
’Ħadd il‑Palm, Bernard qam ma jiflaħx u kellu jibqa’ d‑dar, filwaqt li l‑familja kollha attendiet 38
għall‑quddiesa. Meta waslu lura d‑dar, ilkoll kellhom f’idejhom biċċiet tal‑weraq tal‑palm u taż‑żebbuġ. Bernard xtaq ikun jaf x’kienu, u missieru qallu: “In‑nies xejruhom u xeħtuhom fl‑art minn fejn għadda Ġesù.” “Il‑marelli!” irrabja Bernard, “id‑darba li ma ġejtx jien il‑quddies kellu jiġi Ġesù!?”
Lulju 2018
Eżempji sbieħ
Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb • 21 ta’ Jannar 2018 Stella Micallef minn Ħaż-Żebbuġ • 12 ta’ April 2018 Carmela Vassallo mill-Mosta • 20 ta’ April 2018 Rita Pullicino minn Ħal Għargħur • 24 ta’ April 2018 Paula Busuttil minn Ħal Safi
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • S. Vella minn Baħar iċ‑Ċagħaq • Janice Scicluna mill‑Mosta • Tarcisio Azzopardi mir‑Rabat, Għawdex • Teresa Schembri minn Ħaż‑Żebbuġ • Anthony Azzopardi mill‑Furjana • Josephine Galea minn Ħal Luqa • Lawrence Camilleri f ’isem BOV WM • Little Sisters of the Poor tal‑Ħamrun • Knisja ta’ San Pawl Bormla Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
• 26 ta’ April 2018 Theresa Abela minn Ħal Qormi • 29 ta’ April 2018 Carmela Spiteri mill-Imqabba • 04 ta’ Mejju 2018 Paul Attard min-Naxxar • 08 ta’ Mejju 2018 Alfred Azzopardi mill-Marsa • 12 ta’ Mejju 2018 Christian Camilleri minn Ħal Kirkop • 12 ta’ Mejju 2018 Charles Thake minn Fleur-De-Lys • 16 ta’ Mejju 2018 Ġużeppi Axiaq minn Ħal Kirkop
Grazzi wkoll lil Georgia Bajada mis‑Sannat li tat kobob tas‑suf, lil Vivie Sacco u lil Carmena Buhagiar minn Ħal Kirkop li taw affarijiet maħduma mis‑suf, u lil Carmen Vassallo mill‑Imsida li tat oġġetti għall‑bażar. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
• 17 ta’ Mejju 2018 Catherine Vassallo mis-Siġġiewi • Dun Ġużepp Hili min-Nadur • Stella Formosa min-Nadur
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem. Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kutri biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.
Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?
Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39
Lulju 2018
Services provided: Chauffeur-drive service Car rental Leasing Wedding service Executive VIP service All cars are fully air-conditioned and with uniformed drivers. 185, Annibale Preca Street, Lija. Telephone: 21442530 / 21447564 Mobile: 99424098 / 99884049 Website: www.percius.com Email: info@percius.com
Lorem Elementary Science F 40