Skip to main content

Malta Missjunarja Jannar 2021

Page 1

NEWSPAPER POST JANNAR 2021 SENA 89

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

08 Marija  14 Żewġ Operazzjonijiet Suċċess 28 Tislijiet Minn Kuba  34 Nixtieq Nistiednek Tiġi F’Dari għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Jannar 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm

1 Ta’ Jannar: L‑Imqaddsa Omm Alla, Marija – Jum il‑Paċi

Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Jannar 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 14 Santa Infanzja 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 Esperjenza Missjunarja 27 Tislima lil Dun Alfred Agius 28 Ittra mill‑Missjoni 32 Il‑Mixja Tagħna fid‑Deżert 34 Poeżija 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Ċerimonja Kattolika f 'Velez Malaga fi Spanja. 2

Fl

‑ewwel tas‑sena, il‑Knisja tagħmel festa lill‑Madonna bħala Omm Alla, l‑ikbar privileġġ li Alla taha, u li qatt seta’ jagħti lil xi ħadd mill‑kreaturi tiegħu. Il‑Knisja mhux biss tifraħ u tonora lill‑Madonna, iżda tirringrazzjaha wkoll talli aċċettat dan il‑privileġġ, li permezz tiegħu hija daħlet sieħba ma’ binha Ġesù fil‑Fidwa tagħna. Il‑Madonna saret Omm Alla meta, fit‑tħabbira tal‑Anġlu, aċċettat li ssir omm Ġesù. Fuq il‑Kalvarju, Ġesù ħallielna lil ommu Marija biex tkun l‑omm spiritwali tagħna, ħalli bħalma Hu ġie għandna permezz tagħha, hekk aħna mmorru għandu permezz tagħha. Il‑Konċilju ta’ Efesu fit‑22 ta’ Ġunju tas‑sena 431, wettaq it‑titolu tradizzjonali ta’ Marija ‘Theotokos’, (kelma Griega li litteralment tfisser: ‘Dik li ġarret fi ħdanha lil Alla’ – fi kliem ieħor ‘Omm Alla’), għax dan jesprimi tajjeb ħafna d‑dinjità unika ta’ Marija u l‑fidi vera fil‑misteru ta’ Kristu: persuna waħda divina li hija veru Alla u veru bniedem. Il‑festa tal‑maternità divina ta’ Marija kien waqqafha Papa Piju XI fl‑1931, permezz tal‑enċiklika ‘Lux Veritatis’ fl‑okkażjoni tal‑15‑il ċentinarju


Jannar 2021

tal‑Konċilju ta’ Efesu li xandar id‑domma tal‑maternità divina ta’ Marija. Fl‑1969, din il‑festa ġiet ittrasferita mill‑11 ta’ Ottubru għall‑ottava tal‑Milied u dan biex tfakkarna li l‑misteru kbir tal‑inkarnazzjoni tal‑Iben ta’ Alla seħħ permezz ta’ Marija. Il‑kobor ta’ Marija bħala omm Alla, huwa tant kbir li kif jgħid Santu Wistin, lanqas hija stess ma tista’ tifhmu. Bħal‑lum, ukoll, titfakkar iċ‑ċirkonċiżjoni ta’ Kristu, meta rċieva l‑isem ta’ ‘Ġesù’. Fl‑1967, Papa Pawlu VI waqqaf l‑ewwel jum tas‑sena bħala l‑Jum Dinji tal‑Paċi. Kull sena, il‑bnedmin kollha ta’ rieda tajba jiġu mistiedna biex jitolbu għall‑paċi. Kull sena wkoll, il‑papa jxandar messaġġ għall‑okkażjoni b’tema partikulari. Ħsieb: Il‑Knisja tiċċelebra diversi festi f’ġieħ il‑Verġni Marija matul is‑sena, imma din tal‑ewwel tas‑sena għandha tifsira partikolari, għax tfakkar id‑dinjità kbira tagħha ta’ Omm Alla u r‑rwol uniku tagħha fil‑misteru tal‑inkarnazzjoni. “Meta ngħidu li Marija hija Omm Alla ma nkunux qed nifhmu

li hija tat lil Kristu n‑natura tiegħu divina li huwa kellu sa mill‑eternità, imma ngħidu u nifhmu li n‑natura umana ta’ Kristu kienet iffurmata mill‑umanità ta’ Marija. Josserva Santu Wistin: “Permezz ta’ Marija, l‑Iben ta’ Alla ħa fil‑milja taż‑żmien dak li ma kellux, jiġifieri n‑natura ta’ bniedem, mingħajr ma tilef dak li minn dejjem kellu, jiġifieri n‑natura ta’ Alla.” Issa dawn iż‑żewġ naturi tiegħu – dik divina u dik umana – ingħaqdu fil‑persuna waħda ta’ Kristu li huwa l‑Iben ta’ Alla. Kien permezz ta’ Marija, li Ġesù twaħħad man‑natura tagħna l‑bnedmin u sar ħuna. Kien permezz ta’ Ġesù, li Marija saret Omm Alla u għalhekk ommna lkoll, aħna li f’binha ġġeddidna f’natura ġdida u ħadna s‑salvazzjoni. Ħafna drabi ommijietna jafu x’inhu l‑aħjar għalina u dan nistgħu ngħiduh b’mod speċjali fir‑rigward ta’ Marija, l‑omm tagħna tas‑sema. Għalhekk, f’dan il‑jum għażiż tal‑festa tagħha, ejjew nistaqsuha x’riżoluzzjonijiet tixtieqna nagħmlu fil‑ftuħ ta’ din is‑sena l‑ġdida. X’tixtieqna nbiddlu, nirranġaw jew nagħmlu aħjar?

# MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021 Forsi nersqu aktar lejn is‑Sagramenti tal‑Qrar u t‑Tqarbin? Forsi nsibu aktar ħin addattat għat‑talb individwali u għat‑talba tant qawwija u għal qalbha tar‑Rużarju? Forsi nirbħu fuq xi dnub li ilna wisq ’il bogħod minn Alla u l‑paċi tiegħu minħabba fih? Forsi nsewwu xi relazzjoni jew inwaqqfu xi relazzjoni li nafu li mhux qiegħda skont ir‑rieda t’Alla? Ejjew inħallu lil Marija turina fil‑qalb tagħna x’tixtieq minna u bħala wlied devoti, nagħtuha widen għax dan jiswa lilna. Żgur li ħadd daqsha ma jridilna l‑veru ġid, jiġifieri dak il‑ġid li jibqa’ għal dejjem. Talba: Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalija matul din is‑sena biex inkun nista’ nimxi u navvanza b’dinjità fit‑triq tal‑qdusija li ibnek fi mħabbtu lejja fassal għalija b’demmu stess. Bi Kristu Sidna. Ammen.  Meħuda mill‑kitba ta’ Dun Anton Sammut

Awguri Minn Qalbna għal Sena Ġdida Mimlija Risq, Paċi u Saħħa. 3


Jannar 2021

Il

Jum il‑Mulej

‑Jum tal‑Ħadd huwa msejjaħ ‘Jum il‑Mulej’ għaliex kien f ’dan il‑Jum li Kristu rebaħ il‑mewt u d‑dnub bil‑qawmien tiegħu mill‑mewt. Infatti l‑Evanġeli kollha jagħtu din ix‑xhieda li l‑qawmien ta’ Kristu mill‑mewt seħħ ‘fl‑ewwel jum wara s‑Sibt’ (Mk. 16:2, Lq. 24:1, Ġw. 20:1). Dakinhar stess, Ġesù deher lil żewġ dixxipli li kienu sejrin lura lejn ir‑raħal tagħhom Għemmmaws (Lq. 24:13‑35). Kien f ’dan l‑ewwel jum tal‑ġimgħa li Ġesù deher lill‑appostli (Ġw. 20:19), u reġa’ 4

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

dehrilhom ġimgħa wara waqt li Tumas kien miġbur magħhom (Ġw. 20:26). Il‑Konċilju Vatikan II, ikkonferma dan u għallem li: “Il‑Knisja tiċċelebra kull tmint ijiem il‑misteru tal‑Għid, skont it‑tradizzjoni minn żmien l‑appostli, tradizzjoni li bdiet mill‑jum stess tal‑Qawmien ta’ Kristu mill‑imwiet; bir‑raġun kollu dan il‑jum jissejjaħ Jum il‑Mulej, il‑Ħadd” (SC 106). San Ġilormu, studjuż kbir tal‑Kotba Mqaddsa, f ’omelija li huwa għamel nhar il‑Għid, jgħallem li: “Jum il‑Mulej, jum

il‑qawmien mill‑imwiet, jum l‑Insara, huwa l‑jum tagħna. Huwa għalhekk li jissejjaħ Jum il‑Mulej, għax proprju kien f ’dan il‑jum li l‑Mulej reġa’ lura rebbieħ għand il‑Missier. Jekk il‑pagani jsejħulu ‘Jum ix‑Xemx’, aħna wkoll ma nsibuhiex bi tqila li nsejħulu hekk, għax illum deher id‑dawl tad‑dinja” (II. 52). Il‑Knisja, fil‑liturġija tal‑Għid, tagħmel tagħha il‑kliem tas‑Salmista li jfisser sewwa l‑Jum tal‑Ħadd: “Dan huwa l‑jum li għamel il‑Mulej; ħa nifirħu u nithennew bih” (Salm 118:24). L‑ewwel Insara dan fehmuh sewwa, hekk li kienu jiltaqgħu qabel jisbaħ biex jiċċelebraw l‑Ewkaristija (Atti 20:7‑12). Storiku Ruman, Plinju ż‑Żgħir, jikkonferma din id‑drawwa tal‑ewwel Insara. F’rapport li huwa bagħat lill‑awtoritajiet Rumani, jinnota li l‑Insara kellhom id‑drawwa li f ’jum


Jannar 2021

B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

Illum dan il‑bżonn qegħdin inħossuh? Is‑sehem tagħna fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija f ’dan il‑jum, l‑ewwel wieħed tal‑ġimgħa, qabel mhuwa preċett, huwa marbut mal‑istess identità u l‑missjoni tagħna bħala Poplu t’Alla. L‑Ewkaristija m’għandniex biss niċċelebrawha, imma fuq kollox ilkoll imsejħin

biex ngħixuha. F’Ġesù, li fl‑Ewkaristija jingħata kollu kemm hu għalina, in‑Nisrani jsib l‑eżempju u l‑qawwa biex bl‑imħabba kollha jingħata għall‑oħrajn li jiltaqa’ magħhom fil‑ħajja ta’ kuljum: fil‑familja, fuq ix‑xogħol, fil‑morda, u tant u tant nies oħrajn. L‑Ewkaristija hija bżonn għan‑Nisrani biex jgħix is‑sejħa tiegħu, għaliex din ma tintemmx mat‑tmiem tal‑quddiesa jew wara li tispiċċa l‑adorazzjoni Ewkaristika, imma tkompli taġixxi permezz tagħna wara li s‑saċerdot jibgħatna fil‑paċi ta’ Kristu. It‑tisħib tagħna fl‑imwejjed tal‑Kelma u tal‑Ewkaristija huwa hekk essenzjali li mingħajr dawn l‑imwejjed, il‑komunità Nisranija tmut. Il‑Konċilju Vatikan II jgħallem li: “Il‑Liturġija tal‑Kelma u l‑Liturġija Ewkaristika huma hekk marbutin ma’ xulxin li jiffurmaw att wieħed ta’ qima” (SC 56). 

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

wieħed, qabel ma jisbaħ, jinġabru flimkien biex ikantaw innu lil Kristu, bħallikieku kien Alla. Dawn l‑Insara kienu jiltaqgħu mhux biss biex jiltaqgħu ma’ Kristu fil‑Kelma u fl‑Ewkaristija, imma wkoll biex jiltaqgħu flimkien u jibnu lil xulxin fi Knisja.

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

#

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Jannar 2021

Intenzjoni Missjunarja: Jannar 2021 Intenzjoni ta’ talb għall‑evanġelizzazzjoni – Fraternità Umana

“Nitolbu lill‑Mulej jagħtina l‑grazzja li ngħixu bħala fraternità sħiħa ma’ ħutna ta’ reliġjonijiet oħra, nitolbu għal xulxin u nkunu miftuħa għal kulħadd.” 6

Il

‑Knisja fil‑bidu kibret bħal għaġna li kibret permezz tal‑ħmira tal‑imħabba fraterna. Din il‑Knisja, imwaqqfa minn Kristu u mmexxija mill‑appostli, ħadmet bla heda minkejja persekuzzjonijiet kbar, biex ixxandar il‑kerigma tal‑qawmien ta’ Kristu, li Kristu huwa tassew ħaj u preżenti fil‑komunità. L‑ewwel Insara kienu jgħixu tassew l‑ispirtu tal‑imħabba t’Alla qalb popli ta’ twemmin ieħor. Il‑komunità kienet tiltaqa’ madwar l‑Ewkaristija,

fejn kienu “jaqsmu l‑ħobż fi djarhom u jissieħbu fl‑ikel bi qlub ferħana u safja” (Atti 2:46). Din l‑għaqda u mħabba fraterna fost l‑ewwel Insara kienet ta’ lezzjoni kbira kemm għal‑lhud, kemm għar‑Rumani kif ukoll għall‑Griegi. Illum, bħala Nsara mad‑dinja kollha, għandna niskopru mill‑ġdid dawn l‑għeruq tal‑għaqda u tal‑imħabba vera għal xulxin, mhux biss bejnietna bħala Nsara, imma mal‑popli kollha ta’ twemmin differenti, saħansitra ma’ dawk li jsostnu li ma


Jannar 2021

# MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021 hemm il‑mibegħda ħallini nħeġġeġ l‑imħabba, fejn hemm il‑ħtija ħallini nferrex il‑maħfra”.

jemmnu f ’xejn. Irridu nagħtu din ix‑xhieda tassew Nisranija ta’ din il‑virtù tal‑għaqda u tal‑imħabba lid‑dinja kollha. Fil‑fatt, Papa San Pawlu VI, fl‑1965, kien waqqaf il‑Kunsill Pontifiċju għad‑Djalogu ma’ dawk li ma jemmnux, wara li kien sar il‑Koncilju Vatikan II. Huwa stmat li fid‑dinja hawn madwar 700 miljun persuna, jiġifieri wieħed minn kull għaxar persuni fid‑dinja, li

m’għandhomx reliġjon. Din ix‑xewqa tal‑Knisja ta’ Kristu, li tersaq iktar fil‑qrib lejn dawk li ma jemmnux, kienet espressa wkoll minn Papa Benedittu XVI fid‑diskors tiegħu lill‑Kurja Rumana fil‑21 ta’ Dicembru 2009, fejn tkellem dwar l‑ateiżmu u l‑indifferenza religjuża fil‑familja tas‑socjetà tad‑dinja. Hija x‑xewqa kbira ta’ Papa Franġisku li jiddjaloga ma’ dawn il‑persuni u ma’ persuni ta’ reliġjonijiet oħra. Fl‑omelija ta’ Papa Franġisku f ’Assisi, nhar il‑4 ta’ Ottubru 2013, huwa qal li San Franġisk jgħallimna r‑rispett lejn il‑persuni kollha u lejn il‑ħolqien kif jitlob huwa stess: “Mulej, agħmilni strument tal‑paċi tiegħek, fejn

Jalla kull wieħed u waħda minna, fuq l‑eżempju ta’ dan il‑qaddis kbir tal‑paċi, inkunu wkoll strumenti ta’ paċi u sliem, bħalma wkoll tixtieq minna l‑Madonna li hija l‑omm li trid il‑paċi bejn ir‑reliġjonijiet kollha. Nitolbu f’dan l‑ewwel xahar tas‑sena fuq kollox għall‑paċi fid‑dinja u għall‑paċi bejn in‑nazzjonijiet. Nagħlaq bil‑kwotazzjoni ċelebri ta’ Martin Luther King: “I refuse to accept the view that mankind is so tragically bound to the starless midnight of racism and war that the bright daybreak of peace and brotherhood can never become a reality... I believe that unarmed truth and unconditional love will have the final word.” 

BAŻAR

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


Jannar 2021

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Nimxi Magħkom Lejn il‑Missier L‑Għaxar Parti 8. MARIJA “Imbagħad qal lid‑dixxiplu: ‘Hawn hi ommok.’ U minn dak il‑ħin id‑dixxiplu ħadha għandu.” (Ġw. 19:27)

Marija hija l‑vera Nisranija u l‑mudell tagħna. Jekk aħna rridu ngħixu l‑ispiritwalità ta’ komunjoni ma’ oħrajn, il‑mumenti varji li għaddiet minnhom Marija, jistgħu jsiru ta’ dawl u mudell għalina li flimkien irridu nimxu fuq it‑triq tal‑perfezzjoni. F’dik li nistgħu nsejħulha ‘It‑Triq ta’ Marija’, aħna nsibu ħafna tixbihat mat‑triq tagħna lejn il‑qdusija. Fit‑Tħabbira tal‑Anġlu, Marija qalet l‑‘iva’ tagħha għall‑pjan ta’ mħabba li Alla kellu għaliha. Marija qalet: “Ħa jkun minni skont kelmtek.” Il‑ħajja kollha ta’ Marija kienet ‘iva’ kostanti lil Alla. Fil‑ħajja tagħna, aħna nistgħu nsegwu l‑eżempju ta’ Marija u ngħidu l‑‘iva’ tagħna biex Alla jkun dejjem fl‑ewwel 8

naqdu lill‑proxxmu kollu tagħna. Xi kultant nistgħu naqsmu wkoll mal‑oħrajn dak li Alla jkun qed jagħmel fil‑ħajja tagħna u kif qed nippruvaw ngħixu l‑Vanġelu.

post f ’ħajjitna. Mument ieħor fil‑ħajja ta’ Marija kien meta żaret lil Eliżabetta. Marija marret biex tħobb lil kuġinta u taqdiha konkretament fil‑ħtiġijiet tagħha. Eliżabetta kellha qalbha miftuħa għall‑misterji t’Alla, u għalhekk Marija, fil‑‘Magnificat’ setgħet taqsam magħha dak li Alla kien qed jagħmel f ’ħajjitha. Marija hija l‑mudell tagħna meta aħna nagħżlu lil Alla bħala l‑ideal ta’ ħajjitna u nifhmu li din l‑għażla hemm bżonn ngħixuha konkretament billi nħobbu u

Fit‑Twelid ta’ Ġesù, Marija welldet fiżikament lil Ġesù. Meta aħna nħobbu lil xi ħadd u wara nirċievu lura l‑imħabba mingħandu, din l‑imħabba reċiproka tiġġenera l‑preżenza ta’ Ġesù f ’nofsna. “Fejn tnejn jew aktar huma miġbura f ’ismi hemm jiena f ’nofshom” (Mt. 18:20). Nimitaw lil Marija u bħallikieku bħalha, qed inwelldu lil Ġesù. Il‑Preżentazzjoni hija mument ta’ ferħ għal Marija, imma wkoll mument ta’ tbatija għaliex Xmun jgħidilha: “U inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek!” (Lq. 2:35) Fit‑Triq ta’ Marija, dawk li jimxu fuq l‑eżempju tagħha ma jdumux ma jitgħallmu li biex timxi fuq


Jannar 2021

din it‑triq huwa meħtieġ għalina li ngħidu ‘iva’ wkoll meta f ’ħajjitna jiġi s‑salib. Il‑misteru ta’ Ġesù msallab u abbandunat huwa għalina l‑fundament tal‑ħajja ta’ għaqda u komunjoni. Wara dan il‑kliem ta’ Xmun, fil‑ħarba tagħhom lejn l‑Eġittu, Marija ssofri l‑persekuzzjoni minn Erodi. Dawk minna li qed jippruvaw jgħixu fl‑ispirtu ta’ għaqda u komunjoni m’għandhomx jiskantaw meta jesperjenzaw oppożizzjoni u kritika għall‑mod ġdid kif qed jgħixu l‑Vanġelu. Flok nieqfu, nistgħu nibqgħu mexjin fuq it‑Triq ta’ Marija billi nħobbu lil Ġesù msallab u abbandunat, li kien l‑ippersegwitat per eċċellenza. Konsegwentament, il‑preżenza ta’ Ġesù Rxoxt tibqa’ ħajja u raġġanti f ’qalbna. Aktar tard, fil‑ħajja ta’ Marija kien hemm l‑episodju meta Ġesù baqa’ warajhom, mitluf f ’Ġerusalemm. Marija u Ġużeppi ndunaw li kienu tilfu lil Ġesù u meta sabuh hija qaltlu: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!” (Lq. 2:48) Forsi, f ’ħajjitna nistgħu b’mod analogu nesperimentaw xi ħaġa simili, meta wara

li għal żmien twil konna ħassejna l‑preżenza ta’ Ġesù f ’ħajjitna, nibdew inħossuna bħallikieku tlifnieha. Nitilfu dak l‑entużjażmu li kellna fil‑bidu u nħossuna ngħidu lil Ġesù: “Għaliex tlaqtni?” Imbagħad għandu mnejn Ġesù jfakkarna li l‑affarijiet tajba u sbieħ li ħassejna qabel kienu frott tal‑grazzja t’Alla u ma kinux għall‑mertu tagħna. Marija għaddiet mil‑‘lejl’ tagħha tas‑‘sensi’ meta tilfet lil binha fit‑tempju, u għandu mnejn jeħtieġ li aħna wkoll ngħaddu minn xi ħaġa simili. Insibu mbagħad li Marija għaddiet ħafna snin f ’ħajja intima ma’ Ġesù. F’din it‑Triq ta’ Marija, jekk aħna nkomplu fuq triqtha, jiġri li maż‑zmien nikbru fl‑intimità tagħna ma’ Ġesù, anki jekk ta’ spiss inkomplu nħabbtu wiċċna mas‑salib. Matul il‑ħajja pubblika ta’ Ġesù, Marija ssegwih fil‑missjoni tiegħu. Fit‑Triq ta’ Marija, il‑ħajja ta’ Ġesù ġo fina u bejnietna, tista’ twassal biex tagħmel anki mirakli ta’ konverżjoni fin‑nies li jiġu f ’kuntatt magħna u hekk naraw lil Ġesù jaġixxi permezz tal‑preżenza tiegħu fina u fostna. Waqt il‑passjoni u l‑mewt ta’ Ġesù, Marija baqgħet wieqfa taħt is‑salib. Marija deżolata taħt is‑salib,

# MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021 kellha sehem mill‑abbandun li kien għaddej minnu Ġesù. Matul it‑Triq ta’ Marija, Alla jista’ jippermetti lil xi wħud minna jgħaddu minn dak li l‑qaddisin isejħulhu l‑‘lejl tal‑ispirtu’, meta pereżempju Alla jippermetti li huma jgħaddu minn xi prova terribbli u jħossuhom abbandunati minn Alla jew meta l‑fidi, it‑tama u l‑karità qishom jisparixxu minn ħajjithom. Waqt il‑Pentekoste, fiċ‑ċentru taċ‑Ċenaklu, insibu preżenti lil Marija. Wara l‑inżul tal‑Ispirtu s‑Santu fuqhom hija kienet trasformata u kompliet taħdem bil‑mod tagħha għat‑tkabbir tal‑Knisja. Fl‑aħħar nsibu t‑Tlugħ Tagħha fis‑Sema, meta Alla jsejjaħ lil Marija lejn is‑sema. It‑Triq ta’ Marija hija partikulari għal kull persuna. Marija hija mudell kostanti għalina. Hija mudell ta’ fidi, mudell għall‑‘iva’ kostanti lil Alla, mudell għall‑mod kif dejjem għexet il‑Kelma, u tgħidilna biex aħna nagħmlu l‑istess: “Agħmlu kulma jgħidilkom hu” (Ġw. 2:5). Hija mudell għalina ta’ kif inżommu il‑preżenza ta’ Ġesù f ’nofsna. Hija mudell ta’ kif għandna nħobbu lil Ġesù msallab u abbandunat. It‑Triq ta’ Marija hija l‑mudell ta’ kif għandna nimxu lejn it‑triq tal‑qdusija.  9


Jannar 2021

SAN PIETRU APPOSTLU – PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM

Bniedem li Ħabb il‑Fqar

I

l‑Beatu Antoine Frederic Ozanam twieled f’Milan fit‑23 t’April 1813, u kien il‑ħames wild ta’ Jean u Marie Ozanam, li kellhom familja ta’ erbatax. Kien wieħed minn dawk it‑tlieta li għexu biex jilħqu l‑istat ta’ adulti. Wara li għadda tfulitu fl‑Italja, għadda l‑bqija ta’ ħajtu f’Pariġi fejn studja l‑liġi fl‑Università ta’ Sorbonne. Bħala żagħżugħ kellu bosta dubji dwar il‑fidi Nisranija, iżda minħabba li

10

ma solviex dawn il‑problemi permezz tal‑qari u t‑talb, fl‑aħħar qatagħha li jkellem lil Dun Noirote tal‑Kulleġġ ta’ Lyon u rnexxielu jiċċara l‑affarijiet. Frederic xtaq jistudja l‑letteratura għalkemm missieru, li kien tabib, xtaqu li jsir avukat. Frederic ċeda għax‑xewqat ta’ missieru, u fis‑sena 1831 mar Pariġi biex jistudja l‑liġi fl‑Univeristà ta’ Sorbonne.

Kull meta l‑professuri tiegħu kienu jwaqqgħu għaċ‑ċajt it‑tagħlim tal‑Knisja fil‑lezzjonijijet tagħhom, kien dejjem lest biex jiddefendi t‑tagħlim tal‑Knisja Kattolika. Fit‑23 ta’ Ġunju 1841 Frederic iżżewweġ lil Amelie u kellhom tifla li semmewha Marie. Dak iż‑żmien kien hemm ħafna faqar li nibet minħabba r‑Rivoluzzjoni Industrijali li laqtet ’il‑Kontinent Ewropew. Frederic organizza klabb ta’ diskussjoni li wasslu biex jibdel id‑direzzjoni ta’ ħajtu, fejn kienu jiddiskutu l‑ġrajjiet ta’ dak iż‑żmien, kemm il‑Kattoliċi, l‑Ateisti u l‑Anjostiċi. Darba, wara d‑diskors li għamel Frederic dwar is‑sehem kbir li ta l‑Kristjaneżmu fil‑qasam taċ‑ċiviltà, wieħed membru msieħeb f’dan il‑klabb qallu: “Ħa nkunu sinċieri Sur Ozanam u ħalli nkunu wkoll partikolari, x’tagħmel aktar barra li titkellem biex tgħix il‑fidi?” Frederic tniggeż b’din id‑domanda. Huwa u sieħbu bdew iżuru l‑appartamenti f’Pariġi u jagħtu l‑għajnuna mill‑aħjar li setgħu. Malajr twaqqaf grupp biex jgħin ’il dawn l‑individwi fil‑bżonn. Flimkien ma’ sħabu waqqaf


Jannar 2021

# soċjetà biex jgħinu l‑foqra tal‑belt ta’ Pariġi u semmieha għal San Vinċenz de Paul, qaddis kbir li ħadem għall‑foqra. Din is‑soċjetà li stabbilixxa tinsab f’bosta pajjiżi fid‑dinja, f’madwar 13‑il pajjiż u għadha taħdem sal‑lum. Huwa siefer f’bosta pajjiżi fl‑Ewropa biex permezz ta’ din is‑soċjetà jgħin lil ħafna foqra li kienu mxerrdin fil‑bliet Ewropej. Huwa ħass ukoll li l‑fidi Kattolika teħtieġ kelliema tajbin biex ifissru t‑tagħlim tagħha. Ozanam ikkonvinċa lill‑Isqof Dumnikan, Patri Jean Baptiste Lacordaire, l‑aqwa predikatur fi Franza, biex jipprietka l‑eżerċizzi tar‑Randan fil‑Katidral ta’ Notre Dame. Marru bosta nies u dawn l‑eżerċizzi baqgħu jsiru ta’ kull sena. Wara li Frederic laħaq avukat f’Sorbonne, għallem il‑Liġi fl‑Univeristà ta’ Lyon. Kiseb ukoll Dottorat fil‑Letteratura u beda jgħallimha f’Sorbonne. Kien lekċerer magħruf u rrispettat ħafna għax kien jistinka biex l‑istudenti tiegħu jiżviluppaw l‑aħjar talenti li kellhom. Fis‑sena 1846, Frederic, martu Amelie u binthom Marie marru l‑Italja fejn ipprova jikseb lura saħħtu li bdiet sejra lura, iżda marru lura Pariġi sena wara. Ir‑rivoluzzjoni

tas‑sena 1848 ġabet il‑ħtieġa f’Pariġi tas‑Servizzi tal‑Konferenzi ta’ San Vinċenz de Paul. Dawk li kienu bla xogħol laħqu n‑numru ta’ 275,000 ruħ. Il‑gvern talab l‑għajnuna ta’ Frederic u dawk ta’ madwaru biex jissorveljaw l‑għajnuna li kien jipprovdi l‑gvern Franċiż lill‑foqra. L‑imsieħba Vinċenzjani madwar l‑Ewropa marru Pariġi biex jipprovdu l‑għajnuna meħtieġa. Frederic beda gazzetta ġdida li semmieha: L‑Era l‑Ġdida sabiex jassigura l‑ġustizzja mal‑fqar u mal‑klassi tal‑ħaddiema. Sħabu l‑Kattoliċi ma kinux

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

dejjem kuntenti b’dak kollu li kien jikteb. Kien jirreferi għar‑raġel fqir bħala ‘saċerdot tal‑pajjiż’. Frederic kien isostni li l‑ġuħ u l‑għaraq tal‑fqir qishom debħa li tista’ tifdi l‑ġens tal‑bnedmin. Fis‑sena 1852 saħħtu bdiet tmur lura u flimkien ma’ martu u bintu reġa’ mar lura l‑Italja. Frederic Ozanam dejjem wera rispett kbir lejn il‑fqar billi offra l‑għajnuna tiegħu. Kull raġel, mara jew wild huwa tant għażiż biex jgħix fil‑faqar. Fil‑qadi mal‑fqar, Frederic tgħallem xi ħaġa fuq Alla li ma setax jitgħallem xi mkien ieħor. 11


Jannar 2021

Il‑familja Ozanam kellha l‑antenati tagħha Lhud li għexu fir‑reġjun ta’ Lyon, Franza, għal bosta sekli. Jacques Ozanam (1640‑1717) kien

SAN PIETRU APPOSTLU – PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM

Matematiku magħruf. Missier Frederic, Jean Ozanam serva fl‑armata tal‑ewwel Repubblika Franċiża, iżda bil‑qawmien ta’ Napuljun Bonaparte

u l‑waqfien tal‑ewwel Imperu Franċiż, dar għan‑negozju. Kien ukoll għalliem u fl‑aħħar beda l‑mediċina. Frederic Ozanam organizza u kiteb fuq l‑Għaqda tat‑Tixrid tal‑Fidi, organizzazzjoni lajka mwaqqfa fil‑belt bl‑iskop li tgħin il‑ħidma tal‑missjunarji Kattoliċi li bosta minnhom għexu f ’dawk in‑naħat. Waqt li kien student, Frederic kien ġurnalist u kiteb fit‑‘Tribune Catholique’, li wara saret il‑‘Universe’, gazzetta Kattolika Franċiża li toħroġ kuljum. Candelas ddeskriva lil Ozanam bħala bniedem

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. 12

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt


Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

mogħni b’fidi kbira. Kien jgħożż il‑ħbiberija u kien dejjem lest biex jiddefendi lil ħbiebu. Kien juri rispett lejn il‑ġenituri tiegħu u saħansitra kien lest li jissagrifika l‑karriera u l‑professjoni tiegħu biex jogħġobhom. Billi kien dgħajjef f’saħħtu, beda jiekol iżżejjed u kien jittama li jsiefer l‑Italja għall‑kura, iżda meta kien sejjer lura Franza, miet, nhar it‑8 ta’ Settembru 1853 f’Marsilja, fl‑età żgħira ta’ erbgħin sena. Frederic indifen fil‑Kripta ta’ San Ġużepp des Carmes fl‑Istitut Kattoliku f’Pariġi. Huwa kiteb diversi xogħlijiet ta’ interess kbir. Frederic ġie bbeatifikat fit‑22 ta’ Awwissu 1997 fil‑Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi, minn Papa San Ġwann Pawlu II. Il‑festa tiegħu hija ċċelebrata fid‑9 ta’ Settembru. Huwa meqjus bħala l‑Patrun tal‑Istoriċi u tal‑Ekonomisti. 

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


Jannar 2021

SANTA INFANZJA

Żewġ Operazzjonijiet Suċċess 28th September, 2020 Dear Fr. Bonaventure, Christ the Kingdom come! Following our various telephone conversations, I am writing to confirm to you that we have identified needy children who will benefit through funds that you were willing to donate towards treatment of needy children at PCEA Kikuyu Hospital Eye Unit. Attached, please find the booking sheets for your reference. It will also guide you on the amount PMS should pay for the child. Jane is a fifteen‑year‑old girl who is in her eighth grade and is the 3rd born in a family of nine. She has had squinted eyes since birth, but her parents thought it was nothing serious until two years ago where she started having blurry sight in one of her eyes. She has been struggling with it for the last two years and has even affected her performance at school. She comes from a needy household where getting a single meal is through a struggle. But since the problem affected her life, her father sought help from her local dispensary and they were referred to PCEA Kikuyu Eye Hospital. Luckily, he managed to get their consultation fee as well as the fare to the hospital, and she was diagnosed with cataract whose intervention is through surgery. Unfortunately they could not afford the amount and have asked for help so that Jane can continue with school and sit for her final primary school exams with ease because of her regained sight. It is due to this we decided to engage KCCB to assist in regaining her sight by helping her restore her sight. Jayden Lanzi is a three‑year‑old boy who lives in a slum in Nairobi from a single parent household and has two siblings. He is the last born in his family. Together with his family they reside in Dandora. The mother, who is the only existing parent, earns her living by doing casual jobs, mostly washing people’s clothes from her neighbourhood. Seven months ago, his mother realised something was wrong with her son’s eye; there was a bright thing in his eye. It later started being painful and his mother tried medication which she had been given by her friend, but Jayden didn’t show any improvement. Left with no any other option she was advised to bring her child, Jayden, to PCEA Kikuyu Hospital Eye Unit. Once here Jayden was examined and diagnosed with Retina Blastoma (cancer of the eye) in one eye. To prevent the cancer cells from spreading she was booked for an emergency surgery in his left eye and an examination under anesthesia in his left eye. His total bill has now accumulated and with a lot of struggle she has managed to pay a small amount of the pending bill. The procedure has already been conducted though frequent examination has to be done to keep examining the only remaining eye for early detection of cancer cells. It is because of this we decided to engage KCCB to assist in regaining her sight by helping restore her sight. We would appreciate if the funds are transferred before the surgery dates. Kind regards, Project Officer PCEA Kikuyu Hospital Eye Unit 14


Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

6th October, 2020 Dear Monsignor Valent, Greetings from Nairobi. With the ease of the partial lockdowns and people being allowed to return to normality in Kenya, I wish to report that we were able to conduct the two operations that were pending for Jayden Lonzi and Jane Wangeci. The operation of Jayden was more of an emergency, but it was successful. Jane’s operation was undertaken today and she was still in the operating theatre by the time I was writing to you. We remain forever grateful for the kindness and concern to our children. Thank you and God bless you. Sincerely in Christ, Fr. Bonaventure Luchidio

27th October, 2020 Dear Monsignor Valent, Greetings. I hope you are well. As I have already mentioned, Jayden underwent an emergency operation. Later, the hospital reached out to me for assistance. I am pleased to tell you that soon he will be back home. In a phone discussion I had with his mother, she is surely grateful, happy and appreciates your kind heart. Her child is improving and recovering well. Sadly, I would like to report to you that Jane had complications and so her operation was postponed. Her condition has improved and she is ready for surgery tomorrow. The girl’s right eye shows the cataract in the centre of the eye. The doctor says both eyes are affected, but cannot operate on both at the same time. While thanking you for your generosity, be assured of the prayers from these families whom you have touched, and ours too. Fraternally in prayers, Fr. Bonaventure Luchidio

15


Jannar 2021

SANTA INFANZJA

9th November, 2020 Dear Monsignor Valentino, Greetings from the National Direction in Kenya. I wish to brief you on the state of Jayden Lonzi, a child whom Missio Malta has supported with funds to do an emergency eye surgery in his left eye. He was diagnosed to be having RETINO Blastoma, which is cancer of the eye. The operation was done in order to prevent the cancer cells from spreading. Today he was brought to us by his mother Rebecca Nduku for the first review. She is a single parent with three children. Jayden is the third child, a jolly child whom I met today; he is so full of energy and is so sharp with his reasoning. He knows how to pray and converse with other people even though he is only three years old. Our interaction made me realise that the mother lives in the slums and works by washing people’s clothes so that she can earn a living. Her husband died a while ago and so she is the sole breadwinner of the family. She needs to bring Jayden to hospital every six months so that they can check the progress of the eye and ensure that the cancer does not spread to the other eye. Jayden will live with one eye, since the left eye was removed. The mother is grateful and will be sending me her letter of appreciation soon. This is how blessings come our way. In her desperate circumstances, she was able to get assistance and as she said: “I have experienced God’s presence through this hospital and you Father. It is only God who can do what I have experienced; indeed God is present.” I was deeply touched by these words which led me to say a prayer for them and allow them to continue with the doctor who was examining them. By the time we parted, the doctor was doing more tests to ascertain that the child is ok. This is my experience today with Jayden, which I felt I could share with you. Thank you and God bless you always. Fr. Bonaventure Luchidio 16


Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

16th November, 2020 Dear Monsignor Valent, Greetings of peace from Nairobi, Kenya. Our COVID‑19 situation is dire here and the hospitals are full, as the death rate is increasing by the day. We request your prayers. After the operation, Jane can now see properly from her right eye and is able to resume her studies very soon. Below please find a short message I received from the parents of Jane and Jayden via whatsapp, that expresses their gratitude to you through our office. We remain forever grateful for the care and concern you have shown towards our children with eye problems. Thank you and God bless. Sincerely in Christ, Fr. Bonaventure Luchidio

Words of gratitude from:

Samuel Chege, Jane Wangechi’s father:

Rebecca Nduku, Jayden Lonzi’s mother:

The family of Jane Wangechi would like to thank you Father for the contribution you made towards Jane’s eye treatment in Kikuyu Hospital. May God bless you all.

Receive cordial greetings. I wish to express my gratitude for the assistance I have received towards the eye treatment of Jayden. Now I go to Kenyatta National Hospital for further medication after being referred by Kikuyu Hospital. May God bless you most abundantly.  17


SANTA INFANZJA

Jannar 2021

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€100 – pagament għal

mediċina sabiex tikkura persuni infettati bl‑AIDS jew bil‑malarja

€3 – par żarbun għal tifel

€50 – operazzjoni għal tifel

jew tifla fil‑missjoni

jew tifla f’riskju li jitilfu d‑dawl t’għajnejhom għal għomorhom

€200 – xahar paga għal

€800 – xiri ta’ inkubatur

għalliema/a li jedukaw tfal vulnerabbli

għal klinika f’raħal rurali fl‑Afrika

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 18


Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 19


Jannar 2021

Oliver Friggieri (1947‑2020), imwieled il‑Furjana, kien poeta, novellist, kritiku letterarju u filosofu Malti. Huwa kien gradwat fil‑Malti, fit‑Taljan u fil‑Filosofija. Għallem fl‑Università ta’ Malta filwaqt li kien jistudja x‑xogħlijiet ta’ Dun Karm Psaila, Rużar Briffa u oħrajn. Huwa esplora ġeneri ġodda sabiex jużahom favur il‑lingwa Maltija, billi kiteb libretti għall‑ewwel oratorju u l‑ewwel kantata bil‑Malti. L‑għan ewlieni ta’ xogħlijietu kien li jippromwovi l‑identità kulturali Maltija bla ma qatt ħalla lilu nnifsu jkun intimidat mill‑kritika. Fost l‑aktar novelli magħrufa tiegħu nsibu: Fil‑Parlament Ma Jikbrux Fjuri (1986). Ritratt: www.newsbook.com.mt 20


Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

“Għix ħajtek u ħallik mill‑folla. Il‑folla ma tifhimx.” Prof. Oliver Friggieri

21


Jannar 2021

IL‑QADDISA TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

Santa Anġela ta’ Foglino qasir mietu żewġha u t‑tfal tagħha.

A

nġela twieldet f’Foglino, fiċ‑ċentru tal‑Italja, fl‑1248, fi ħdan familja nobbli. Iżżewġet ta’ età żgħira u kellha ħafna tfal. Kif tistqarr hija stess, kienet tħobb il‑frugħat tad‑dinja. Meta kellha madwar 40 sena, kellha viżjoni mingħand San Franġisk t’Assisi li wrieha x‑xejn tal‑ħajja mudlama li kienet qiegħda tgħix. Hija esperjenzat konverżjoni profonda u tgħid minn xiex għaddiet f’diversi stadji tal‑memorjal tagħha. Minn dakinhar bdiet miexja t‑triq li twassal għal perfezzjoni fil‑qdusija. In‑nar tal‑prova ħeġġeġ malajr u fi żmien 22

Anġela ngħaqdet mat‑Terz Ordni Franġiskan, aktarx lejn is‑sena 1291. Hija bdiet tissejjaħ mistika minħabba bosta kitbiet estensivi fuq rivelazzjonijiet mistiċi li kellha. Għar‑rispett lejn kitbietha, hija bdiet tissejjaħ ‘L‑Għalliema tat‑Teoloġija’. Anġela kienet toqgħod ħdejn knisja ddedikata lil San Franġisk u l‑patrijiet Franġiskani ffaċilitaw t‑triq tal‑qdusija tagħha. Din il‑qaddisa waqqfet komunità reliġjuża tat‑Terz Ordni Franġiskan u rrifjutat li tkun klawsura biex tkompli bil‑missjoni tagħha u tgħin lil dawk fil‑bżonn. Bħala nisa li għexu l‑vokazzjoni reliġjuża tagħhom f’faqar volontarju u jxandru l‑Evanġelju ’l barra mill‑ħitan ta’ xi kunvent, fit‑toroq u fid‑djar, jistgħu jissejħu bħala l‑ewwel ġenerazzjoni ta’ nisa mendikanti. Hija rċeviet ħafna ittri mingħand dawk

li fittxew id‑direzzjoni spiritwali tagħha u wieġbet bl‑akbar ħlewwa. Din il‑biċċa xogħol ta’ fejda għenitha biex tistabbilixxi ruħha fit‑tradizzjoni intelletwali Franġiskana. Fil‑memorjal tagħha, tikteb dwar kitbiet Franġiskani b’enfasi fuq il‑Passjoni tas‑Sinjur Tagħna Ġesù Kristu. Fil‑Milied tal‑1308, Anġela qalet lil sħabha li l‑mewt dalwaqt kienet ser tiġi żżurha. Ftit jiem wara, kellha viżjoni mingħand Kristu fejn qalilha li f’jum mewtha jiġi Hu stess biex jeħodha l‑ġenna. Santa Anġela mietet nhar l‑4 ta’ Jannar 1309 u tinsab midfuna fil‑knisja ta’ San Franġisk ta’ Foglino. Waħda mill‑kitbiet tagħha fuq l‑inkarnazzjoni tgħid hekk: “Alla ta’ kobor bla qies, għamel li jkun jistħoqqli nħaddan id‑don li huwa ogħla minn kull don ieħor: l‑anġli kollha u l‑qaddisin ma jsibu ebda hena oħra ħlief dawk li jarawk, iħobbuk u jitgħaxxqu bid‑dehra tiegħek. Dawk kollha li jiġu quddiemek ser jiġu mħallsin skont l‑imħabba li wrew miegħek. Xejn ma jmexxi l‑erwieħ kontemplattivi lejn l‑estasi jekk mhux il‑vera mħabba.” 


Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


Jannar 2021

ESPERJENZA MISSJUNARJA – FURTU CARUANA

Tanzania – The Country of Mount Kilimanjaro

J

oan Gabriele and I have been going to Tanzania on voluntary work since 2008. For the first two years we went with a group, but then we decided to branch on our own. We spent most of our time at Makiungu Hospital where there is Sister Doctor Maria Borda from Sliema. Sr Maria was the Sister in Charge for most of these years, but has now been replaced by Sr Madalena. These last three years we have moved also to Arusha, where we are working with Fr Allan Bukenya, a Pallottine Father from Uganda. During our early years in Makiungu, we helped the hospital in their clerical

24

needs. Joan was helping Sister Maria in her office as she was far too busy seeing to her medical work and also seeing that the hospital is properly run, so she needed Joan’s help. I helped in other clerical work, such as that relating to the annual report and helping the staff with their typing lessons. We also did any odd job which cropped up and helped them keep in contact with the Maltese people who helped the hospital financially and with providing them medicine. When the hospital needed maintenance work on their airport strip, which is used by the ‘Flying Doctors’, who come regularly to help the hospital, we provided them with a new dental chair for their Dental Clinic,

because the one they had was beyond repair. The students of MCAST Paola built a playing area and also repaired the equipment of the ex‑Paola Playing Field, which was discarded, and


Jannar 2021

#

we took both to Makiungu. These were put up there so that the children could have somewhere where they could relax and enjoy themselves. Electricity is a problem at the hospital, and since the power supply is frequently cut off, we helped them to construct solar panelling on their

roofs so that they could have electricity more regularly in their wards. Water too is a big problem in Tanzania and more so in a hospital, so we helped the sisters of Makiungu to construct a borehole in their grounds with the help of Missio. This is helping them a lot, because water is essential in the hospital.

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

to help the children learn more trades. When Joan and I were in Makiungu for the Christmas period, we used to prepare gifts for the children who took part in the Christmas Eve Pageant and then also give presents to all the patients in the hospital. Recently

During our time there we sent five containers and the most recent one, following the help provided by Missio, we sent various sewing machines and computers which are being used 25


Jannar 2021

we also started to do some work in Arusha for Fr Allan and the Pallottine Fathers. Knowing the dry situation very common in Tanzania, the first thought we had was to help provide them with water and so we constructed a borehole. This borehole is mostly used by the Pallottine Seminarians, but it is also used by the nearby community. While we were there we met and helped a group of young Albinos. These unfortunate people are badly treated, especially in Tanzania. Through the help of Missio we gave them caps, tee shirts and some sweets. It was wonderful meeting them, especially the way

26

ESPERJENZA MISSJUNARJA – FURTU CARUANA

they reciprocated and appreciated the gifts we gave them. Fr Allan then pointed out his plans for building a greenhouse and also fish ponds. His aim is to help the poor area around the seminary and at the same time teach the seminarians on how to grow fruit and vegetables, and breed fish, which can help them financially in the future. The greenhouse was built in 2019 and in less than a year it is doing very well. A lot of crops are being grown there and this is of great use to them and their neighbours. The fish ponds are still in their early stages, but are already showing good progress.

We are happy that over these last 10 years we could do so much to help as many people as possible. All of this is thanks to the help given to us by Missio and the people of Malta and Gozo. ď Ž


TISLIMA LIL DUN ALFRED AGIUS – EMMANUEL CUTAJAR

Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Missjunarju Malti fl‑Armenja u fl‑Iran

F

il‑25 ta’ Novembru 2020 tħabbret il‑mewt tas‑saċerdot Żebbuġi Dun Alfred Agius fl‑età ta’ 70 sena; vittma tal‑pandemija COVID‑19. Għal xi żmien Dun Alfred kien missjunarju fl‑Armenja u fl‑Iran. Sa minn tfulitu, Dun Alfred kellu ħajra kbira li jsir saċerdot. Fil‑fatt f’żgħożitu ngħaqad mas‑Sależjani ta’ Don Bosco, fejn wara li kompla l‑istudji tiegħu fl‑Irlanda, ġie ordnat saċerdot. Kompla l‑istudji tiegħu f‘Ġerusalemm fejn speċjalizza fl‑Istudji Bibliċi. Fiż‑żmien li kien fl‑Art Imqaddsa, minbarra l‑ħidma pastorali tiegħu, kien jagħmilha wkoll ta’ gwida għall‑pellegrini li kienu jżuru l‑postijiet sagri. Tgħallem u kien jaf jitkellem sew b’diversi lingwi. Wara xi żmien, ingħata l‑missjoni li jwettaq ħidma pastorali fl‑Armenja. Aktar tard, Dun Alfred intbagħat ukoll bħala missjunarju fl‑Iran, iżda minħabba r‑rivoluzzjoni li seħħet

hemmhekk fis‑sena 1979, kontra qalbu kellu jitlaq minn hemm mill‑aktar fis possibbli. Meta fis‑sena 1980 ġie lura Malta sar qassis Djoċesan. Minbarra l‑ħidma pastorali fil‑parroċċa ta’ Ħaż‑Żebbuġ, huwa kien ukoll għalliem

tar‑Reliġjon f’diversi skejjel tal‑Istat, u fl‑aħħar għaxar snin inħatar Uffiċjal Edukattiv tar‑Reliġjon. Kien imexxi wkoll programmi fuq il‑midja nazzjonali dwar il‑Bibbja. Iżda minkejja din il‑ħidma impenjattiva tiegħu, huwa qatt ma ħalla l‑ħidma

tat‑tagħlim lit‑tfal żgħar fil‑klassijiet tad‑duttrina, fejn kien jorganizza u jmexxi gruppi ta’ katekisti f’numru ta’ kappelli f’raħal twelidu, fosthom fil‑kappella ta’ Ħal Mula. Dan l‑appostolat ta’ katekiżmu kien għal qalbu ħafna. Iżda bla dubju ta’ xejn Dun Alfred jibqa’ mfakkar għal qalb ġeneruża tiegħu fl‑atti ta’ karità li kien iħobb jagħmel f’diversi forom, kemm fit‑tqassim bla ħlas u fis-skiet ta’ kotba reliġjuzi, l‑aktar il‑Bibbja, premjijiet ta’ natura reliġjuża u donazzjonijiet oħra, kif ukoll fl‑eluf ta’ fotokopji ta’ materjal reliġjuż li kien iħobb jagħmel lil kull min kien jitolbu. Fil‑funeral tiegħu, l‑Arċisqof Mons. Charles Scicluna sostna li Dun Alfred ser jibqa’ mfakkar fost ħwejjeġ oħra għall‑imħabba li kellu għat‑tagħlim u għat‑tixrid tal‑Kelma t’Alla. Mulej, ilqa’ f’saltnatek lil Dun Alfred Agius.  27


Jannar 2021

ITTRA MILL‑MISSJONI – DUN PAWL BUTTIGIEG

Tislijiet Minn Kuba Santa Klara, 20 ta’ Lulju 2020 Għeżież, Ftit ilu kien hemm maratona fuq it‑televixien organizzata minn Missio Malta u ċempluli biex nitkellem dwar is‑sitwazzjoni preżenti, u fl‑istess ħin nagħmel appell għall‑għajnuna lill-postijiet fil‑bżonn. L‑interevista ma damitx wisq, iżda nispera li ntlaħaq l‑għan. Qabel, ippreparajt xi punti u qed niktibhom f ’din l‑ittra flimkien ma’ oħrajn li, jew ma kellix ċans nesprimihom jew kienu għadhom qed jinbtu. Qabel xejn nifraħ ħafna bl‑ordinazzjonijiet li kien hemm f ’Malta x‑xahar l‑ieħor kemm tal‑erba’ djakni kif ukoll tal‑għaxar saċerdoti. Fost dawn tal‑aħħar kien hemm Osmar mis‑Siġġiewi, li tliet snin ilu, meta kien fis‑sena barra, ġie jagħmel esperjenza ta’ kważi 6 xhur hawn f ’Kuba. Fid‑djoċesi tagħna ta’ Santa Klara, kellna wkoll l‑ordinazzjoni ta’ djaknu f ’April u nispera li fi ftit ġimgħat oħra jiġi ordnat saċerdot; wieħed biss però għal djoċesi ta’ iktar minn miljun ruħ! Il‑Ħamis 23 ta’ Lulju, għandna ċelebrazzjoni sabiħa oħra. Saċerdot Taljan Sależjan li ilu 50 sena f ’Kuba, jagħlaq 100 sena! Għall‑grazzja t’Alla għadu jqaddes waħdu, jipprietka, iqarar, jagħti l‑irtiri u juża l‑mezzi ġodda ta’ komunikazzjoni. F’kelma waħda, għadu moħħu ċar u f ’saħħtu. Il‑ġimgħa l‑oħra għalaq 71 sena bħala saċerdot. Nitlobkom tiftakru f ’Patri Bruno fit‑talb tagħkom u titolbu wkoll għall‑vokazzjonijiet. Sakemm qed nikteb din l‑ittra, hawn f ’Kuba, b’popolazzjoni ta’ 11‑il miljun ruħ, kien hawn inqas minn 2,400 każ ta’ Coronavirus u mietu 88. Għad hawn xi restrizzjonijiet, specjalment f ’Havana, iżda aħna wkoll bdejna nqaddsu għall‑pubbliku. Flok quddiesa waħda fl‑10am nhar ta’ Ħadd, qed inqaddes fit‑8:30am ukoll biex hekk in‑nies jitqassmu. Iridu jilbsu l‑maskra u nipprovdulhom ħasil tal‑idejn kif jidħlu. Il‑portijiet però għadhom magħluqin għalissa u ma tawx

28


Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

ħjiel meta ser jinfetħu. Hawn iridu joqogħdu attenti peress li ħafna vjaġġi huma mill‑Amerika fejn bħalissa s‑sitwazzjoni xejn mhi tajba. S’issa, l‑imxija tinsab taħt kontroll, iżda s‑sitwazzjoni ekonomika le. Hawn skarsezza ta’ ħafna affarijiet; kemm ilni li ġejt hawn minn Jannar, għadni ma sibtx nixtri toothpaste! U wasalt fl‑aħħar b’dawk li ġibt miegħi minn Malta. L‑istess is‑sapun, filwaqt li l‑prezzijiet żdiedu eżaġeratament. Pereżempju libbra (xi nofs kilo) ross jew fażola, parti mill‑ikla ta’ kuljum, minn 4 Pesos saret tiswa 25 Pesos, u f ’xi postijiet anke telgħu għal 40 Pesos (Ewro jġib xi 25 Pesos), il‑laħam tal‑majjal minn 17‑il Pesos il‑libbra qed jinbiegħ 75 Pesos, u jekk issib. Naraw kif ser tiżviluppa s‑sitwazzjoni. Minħabba din l‑iskarsezza ta’ affarijiet bażiċi, meta jsiru jafu li fil‑ħwienet ser jinbiegħ xi prodott jew waslu l‑mediċini fl‑ispiżerija, in‑nies jibdew jiffurmaw kjuwijiet twal ħafna u huwa diffiċli jżommu d‑distanza bejniethom. Kien hawn min għall‑ħobż dam fil‑kju madwar 4 jew 5 sigħat! Meta bdiet il‑kriżi, il‑gvern kien ta ċans lill‑Knisja tuża stazzjon tat‑televixien għal nofs siegħa nhar ta’ Ħadd biex mis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Cobre tixxandar fis‑7:30am quddiesa rrekordjata minn qabel, għall‑Kubani kollha. L‑isqfijiet tad‑djoċesijiet ingħataw iċ‑ċans għal messaġġ ta’ nofs siegħa fuq radju lokali f ’kull provinċja, kull nhar ta’ Ħadd ukoll, li fid‑djoċesi tagħna kien jixxandar f ’nofsinhar. Però, meta rġajna bdejna nqaddsu għan‑nies, bir‑restrizzjonijiet li hemm bżonn, dawn il‑konċessjonijiet waqfu minkejja li b’mod prudenti l‑isqfijiet urew il‑ħtieġa li jitkomplew għal nies anzjani, morda jew li joqogħdu ’l bogħod għax dak kien l‑uniku mod kif setgħu jintlaħqu. Issa li f ’Malta b’xi mod qed jiġu ċċelebrati l‑festi b’inqas infiq u taħbil ir‑ras, imma b’iktar spiritwalità, nawguralkom festa qaddisa fejn ma jonqsux il‑ferh u l‑għaqda. Hawn għandna ħafna sħana, iżda normalment waranofsinhar tagħmel ix‑xita u jiffriska xi ftit. Però, jekk tagħmel kmieni u x‑xemx tkun għadha fuq tagħha, flok tiffriska, iżżid l‑umdità u s‑sħana tinħass aktar. Dan l‑aħħar kien hawn sħaba tar‑ramel li waslet mis‑Sahara; mhux komuni daqs Malta, iżda mhix rari lanqas. Tislijiet u nibqgħu nitolbu għal xulxin.

29


Jannar 2021

ez Pr

z

55 €8

*

Nżuru: Velingrad u noqogħdu fi spa resort, l‑iski resort ta’ Bansko, il‑monasteru famuż ta’ Rila, Plovdiv u l‑belt kapitali Sofija. Għandna f’moħħna li nolqtu l‑gosti ta’ kulħadd.

*IL‑PREZZ ta' €855 għal kull persuna f’kamra doppja jinkludi KOLLOX: • titjira bil‑Wizz Air Priority Boarding • taxxi tal‑ajruport • bagalja ta' 20 kg u oħra ta’ 10 kg • Velingrad ‑ Lukanda Dvoretsa 5 star • Bansko ‑ Lukanda Casa Karina 4 star • Sofija – Lukanda Ramada 4 star superior • kolazzjon u l‑ikla ta’ filgħaxija kuljum (inkluż l-ewwel lejl)

• gwida Maltija • kowċ magħna l‑ħin kollu • eskursjoni għall‑belt ta' Velingrad bil‑gwida bl‑Ingliż • eskursjoni f’Bansko bil‑gwida bl‑Ingliż • eskursjoni f'Sofija bil‑gwida bl‑Ingliż • serata folkloristika inkluż l‑ikla f’Bansko • il‑biljett għall‑ferrovija speċjali ‘narrow gauge’ minn

Velingrad għal Bansko • użu b’xejn fil‑lukanda ta’ Velingrad tas‑sauna, sunbeds, jacuzzi, pixxini fuq barra u fuq ġewwa b’ilma b’minerali ta’ ġid għas‑saħħa, u diversi għodda tal‑fitness • Insolvency Membership • Kamra tal‑wieħed – ħlas ta’ €160 extra • Tfal qabel jagħlqu 3 snin bla ħlas • tfal qabel jagħlqu 12‑il sena jħallsu €220 inqas u b’sodda għalihom

Mhux inkluż fil‑prezz: City Tax u Entratura fil‑Monasteru ta’ Rila. Funikular f’Bansko

€18 kull persuna ‘l hemm u ‘l hawn

Suppliment għall‑iskola tal‑iski f’Bansko Tingħaqad ma’ grupp għal ġurnata sħiħa

€35 kull persuna kull jum

Suppliment għall‑iskola tal‑iski f’Bansko Attenzjoni individwali

€68 kull persuna kull jum

Kiri ta’ tagħmir tal‑isking

Jinkludi l‑iskis, il‑buzz u l‑istikek

€16 kull persuna kull jum

Kiri ta’ tagħmir għal snowboarding

Jinkludi l‑isnowboard u l‑buzz

€27 kull persuna kull jum

30


Jannar 2021

# Is‑Sibt 3 t’April Ninġabru l‑ajruport fis‑2:00pm biex nitilqu mal‑Wizz Air għal titjira ta’ kważi sagħtejn. Niġbru l‑bagalji, nirkbu l‑kowċ u nieqfu waqfa qasira biex nitrejqu. Wara nitilqu lejn Velingrad fejn naslu għall‑11:00pm. Il‑Ħadd 4 t’April – Ħadd il‑Għid Wara l‑kolazzjon, noħorġu bil‑kowċ flimkien mal‑gwida għal dawra mal‑belt u l‑inħawi tal‑madwar. VELINGRAD, barra milli għall‑istorja tagħha, hija msemmija għall‑banjijiet terapewtiċi u l‑ispa, għaliex l‑ilma tagħhom jgħin fil‑fejqan ta’ mard u wġigħ tal‑għadam, tal‑kliewi, tan‑nifs, mard ġinekoloġiku u tal‑imsaren. Waranofsinhar ikollna ħin liberu biex ingawdu l‑ispa tal‑lukanda. It‑Tnejn 5 t’April Eskursjoni ta’ ġurnata lejn il‑belt ta’ PLOVDIV. Jgħidu li din il‑belt għandha sitt elef sena ta’ fdalijiet u storja. Xi 50 sena ilu, it‑terrapien tal‑ġenb tal‑għolja żżerżaq u nkixef grawnd Ruman

ta’ kobor enormi, flimkien mat‑triq prinċipali tal‑belt mibnija xi 90 sena W.K. Kollox ġie rrestawrat b’mod tajjeb ħafna. Kienet ukoll il‑Belt Kapitali Ewropea tal‑Kultura 2019. It‑Tlieta 6 t’April Wara l‑breakfast ninġabru fir‑reception tal‑lukanda bil‑bagalji, u nqegħduhom fil‑kowċ biex titlaq lejn Bansko. Ħa nirkbu ferrovija antika li għandha l‑linji tagħha idjaq minn dawk tal‑Ewropa. Din hi rikba spettakulari għax tgħaddi mill‑ogħla stazzjon ta’ ferrovija li nsibu fil‑muntanji Balkani. Min ma jixtieqx jivvjaġġa bil‑ferrovija jista jmur Bansko bil‑kowċ. Meta naslu Bansko nieħdu l‑kmamar, nagħmlu dawra f’dawk l‑inħawi u wara mmorru nieħdu bibita flimkien. L‑Erbgħa 7 t’April Illum bil‑funikular nitilgħu mal‑ġenb tal‑muntanja ħalli ngawdu u nieħdu gost fuq is‑silġ. Insibu wkoll fejn nistgħu nieħdu kafè u nieklu xi ħaġa. Filgħaxija ikla folkloristika f’ristorant tradizzjonali Bulgaru.

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Il‑Ħamis 8 t’April Wara l‑kolazzjon nitilqu bil‑bagalji lejn il‑belt kapitali SOFIJA. Fi triqitna nieqfu nżuru l‑monasteru ta’ RILA. Dan huwa l‑iktar monasteru Bulgaru msemmi mhux biss f’pajjiżu, imma fl‑Ewropa kollha ddedikat lil San Ivan l‑eremit. Dan il‑monasteru, sa mill‑1983 ġie magħżul mill‑UNESCO bħala ‘Sit ta’ wirt dinji’ li għandu storja ta’ aktar minn elf sena. Meta naslu fil‑lukanda tagħna f’Sofija niltaqgħu mal‑gwida li jdawwarna bil‑mixi maċ‑ċentru tal‑belt. Il‑Ġimgħa 9 t’April Illum ġurnata xiri jew liberi li nduru fejn jogħġobna. Immorru is‑suq famuż Illiyantsi – l‑ikbar suq fil‑beraħ għall‑ħwejjeġ, żraben u kulma trid. Ikollna ħin biex immorru nixtru ġo ċentru mill‑akbar fejn nistgħu nistrieħu u nitrejqu. Is‑Sibt 10 t’April Wara l‑kolazzjon noħorġu l‑affarijiet tagħna mill‑kmamar u nitilqu lejn l‑ajruport mnejn naslu Malta mal‑Wizz Air f’xi l‑4:00pm.

Għal iktar informazzjoni Ċempel lil Natasha fuq Tel: 2122 2040 / Mob:+356 7979 2040 Tixtieq torganizza safra mal-familjari jew ħbieb tiegħek? Kellimna, aħna nfasslu ġiti għall-gosti ta’ kulħadd.

YTC Travel ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171, Malta info@ytc.com.mt • www.ytc.com.mt

31


Jannar 2021

IL‑MIXJA TAGĦNA FID‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR

L‑Ewwel Parti

M

atul ix‑xhur li għaddew kellna l‑okkażjoni f ’din ir‑rivista Malta Missjunarja (Awwissu 2019‑Settembru 2020) nitkellmu, naħsbu, u forsi wkoll nistagħġbu bil‑Padri Kristjani tad‑Deżert, li fl‑ewwel sekli tal‑Kristjaneżmu, għażlu li jgħixu ħajja ta’ solitudni sħiħa fid‑deżert tal‑Eġittu, mogħtija kompletament għaċ‑ċaħda, sawm, talb u l‑kontemplazzjoni. Mingħandhom ksibna wkoll pariri u direzzjonijiet spiritwali, mill‑esperjenzi proprji tagħhom, għall‑mixja spiritwali lejn Alla u l‑qdusija tagħna. Dan it‑tip ta’ eremitaġġ fid‑deżert, fil‑fatt għadu jiġi pprattikat saħansitra anki fiż‑żminijiet tal‑lum mill‑monaċi, irġiel u nisa, mhux biss fid‑deżert tal‑Eġittu, imma wkoll f ’deżerti oħra madwar id‑dinja. 32

Forsi aħna m’għandniex din is‑sejħa, li bħal dawn il‑monaċi nħallu kollox warajna u mmorru ngħixu fid‑deżert biex nikkomtemplaw l‑Imħabba u l‑Kobor t’Alla. Ċertament, aħna f ’ħajjitna għandna ċirkostanzi u kundizzjonijiet differenti ħafna minn dawk tal-monaċi, għandna l‑familji tagħna, ix‑xogħol u l‑ħidmiet tagħna, soċjali u individwali, dmirijiet u r‑responsabbiltajiet li ovvjament ma nistgħux nabbandunaw biex immorru ngħixu f ’deżert waħedna maqtugħin minn kulħadd. Inkunu forsi qegħdin nonqsu lejn Alla, lejn is‑soċjetà u lejn l‑għeżież tagħna għax ma nkunux qegħdin ngħixu skont il‑vokazzjoni tagħna. Din mhijiex il‑vokazzjoni tagħna bħalma kienet u għadha fiż‑żminijiet tal‑lum ta’ dawn il‑monaċi! Jidher li aħna

għandna vokazzjoni, sejħa oħra minn Alla, differenti tabilħaqq fl‑għamla tagħha, imma xorta waħda tista’ twassalna għall‑istess għan, li huwa l‑għaqda tagħna m’Alla u l‑mixja tagħna għall‑qdusija u s‑salvazzjoni ta’ dejjem ta’ ruħna. Iżda, l‑ħajja tagħna fi djarna u fl‑ambjent kollu tagħna wkoll, qiegħda tistedinna biex ngħixu fid‑deżert, mhux dak tad‑dinja, imma dak ta’ ruħna u qalbna. Mhux dak id‑deżert li fih u permezz tiegħu ninqatgħu minn kulhadd u minn kollox, anzi għall‑kuntrarju deżert li jgħaqqadna dejjem aktar fl‑imħabba m’Alla u ma’ ħutna l‑bnedmin. Ħafna drabi, id‑deżert fid‑dinja narawh bħala post niexef, mimli ramel u trab, vojt, mitluq u mwarrab. Forsi, ġieli anki ħajjitna tkun tixbah lil dan id‑deżert meta tkun mgħottija bil‑bruda, niexfa u nieqsa mill‑imħabba t’Alla u tal‑bnedmin; miksija bit‑tbajja’ tan‑nuqqasijiet u tal‑ħtijiet tagħna; vojta internament minn sentiment ta’ mħabba, mogħdrija, ħniena, kompassjoni umana lejn bnedmin oħra, kemm qrib tagħna kif ukoll dawk mhux daqstant viċin tagħna; mitluqa bit‑telqa u l‑apatija spiritwali tagħna lejn dak kollu li jista’ jqarrabna lejn Alla u lejn xulxin u fuq kollox,


Jannar 2021

ġieli bir‑rieda ħielsa tagħna nitwarrbu minn Alla. B’dan il‑mod inkunu ħloqna deżert aridu għalina u ġo fina stess. It‑tradizzjoni monastika tad‑deżert ħafna drabi hija ppreżentata u tgħaqqad flimkien il‑kunċetti ta’ għerien, silenzju, sawm u solitudni. Id‑deżert tagħna, ta’ qalbna u l‑menti tagħna, għandu jikkonsisti f ’riflessjoni interjuri, dixxerniment u f ’kontemplazzjoni profonda tar‑relazzjoni ta’ mħabba sinċiera lejn Alla u lejn ħutna l‑bnedmin. B’hekk aħna nagħrfu lilna nfusna min aħna tabilħaqq kemm bħala bnedmin, ħlejjaq l‑aktar perfetti t’Alla, kif ukoll bħala Insara u werrieta tas‑Saltna t’Alla. Madanakollu, dan id‑deżert ma jitlobx minna li niddistakkaw irwieħna mill‑bnedmin l‑oħra.

# MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021 kien jaħseb u jaġixxi Kristu fir‑relazzjonijiet tiegħu m’Alla u mal‑bnedmin. Fid‑deżert ta’ ruħu l‑bniedem jinsab fil‑post fejn ma jistax jaħbi mill‑verità tiegħu stess, minnu nnifsu, għax ikun qiegħed iqarraq bih innifsu stess. Dan id‑deżert għandu jkun il‑post fejn il‑bniedem ikun l‑aktar qrib ta’ Alla.

Id‑deżert tagħna jista’ jkun ambjent għal ħajja interna approfondita u mġedda. Iżda dan id‑deżert tagħna jista’ faċilment ikun ukoll ta’ theddida u prova qawwija għalina! Dan id‑deżert tagħna, ta’ ruħna u l‑ispirtu tagħna, jitlob minna deċiżjonijiet u għażliet fundamentali u jeħtieġ li nagħmlu biss dawk li huma ta’ ġid għas‑salvazzjoni ta’ ruħna. F’dan id‑deżert tagħna rridu nkunu lesti biex, kif jgħidilna San Pawl, inwarrbu l‑ħajja tagħna ta’ qabel u ninżgħu l‑bniedem il‑qadim li hemm fina, imħassar bix‑xewqat tal‑pjaċiri qarrieqa, u nilbsu l‑bniedem il‑ġdid maħluq skont Alla (Efes.4, 17‑24). Fi kliem ieħor, jeħtieġ li ninbidlu b’mod radikali, fil‑mod kif naħsbu u naġixxu. Għandna issa nibdew naħsbu u naġixxu bħalma

Fl‑aħħarnett, il‑mixja tagħna lejn dan id‑deżert ta’ ruħna u qalbna għandha tkun kontinwa, bla waqfien u m’hemmx lok fejn nieqfu nħarsu lura lejn l‑imgħoddi tagħna u nerġgħu lura għal li konna qabel. Il‑mistoqsija fundamentali għal kull wieħed u waħda minna hija din: “Imma aħna lesti u rridu tabilħaqq u sinċerament li nimxu f ’dan id‑deżert interjuri u spiritwali tagħna?” 

KALENDARJU 2021

April 2021 lejn il‑pjagi tiegħi Tibżax tersaq bħal ta’ Ġesù huma għaliex il‑pjagi miftuħa fuq il‑qalb bibien u twieqi nixtieq nara l‑qalb t’Alla. Jekk jien dawn nittawwal minn . t’Alla kif inhi, dawn il‑bibien it‑twieqi u minn (Mill-omelija ta’

Mons. Arċisqof

Lulju 2021 It‑talb huwa espressjon tal‑qalb li i tafda f’Alla , li taf li waħedha ma tistax tasal. (Ġ.E. nru.

28.04.2019)

nza

Rigali b’differe

154)

tiġġenera €55 - Mogħża lill-familja. dħul kontinwu

g.mt www.missio.or IT-TNEJN

IL-ĦADD

L-ERBGĦA

IT-TLIETA

IL-ĦAMIS

1

5

4

S. Vinċenz Ferrer

L‑Għid il‑Kbir

12

11 It‑tieni Ħadd tal‑Għid Divina) (Festa tal‑Ħniena

18 It‑tielet Ħadd tal‑Għid

25 Ir‑raba’ Ħadd tal‑Għid (Jum il‑Vokazzjonijiet)

S. Ġulju I Papa

19 S. Iljun IX Papa

26 Kunsill Il‑Madonna tal‑Bon

Flimkien. Jien. Int. Aħna. (VO/1178)

Jinsab għall‑bejgħ mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta għall‑prezz ta’ €2. Inħeġġukom tmexxu l‑kelma.

S. Ġuljana ta’ Cornillon

13

S. Ġwann Battista

S. Martinu I Papa

20 S. Anjeże Segni

ta’ Montepulciano

S. Pietru

S. Ġulja Billiart

de la Salle

15

14 Gonzales Reliġjuż

21

S. Żita

S. Anselmu

follow us

missiomalta

S. Luigi Grignion

S. Paternus Isqof

22 B. Gabriella Sagheddu

29

28

27

ta’ Monfort

IL-ĦADD

3

S. Katerina ta’ Siena

IT-TLIETA

L-ERBGĦA

1

10

4

5

6

L‑erbatax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena

17

Labre

23 S. Ġorġ Martri

S. Anton Marija

11

12

Zaccaria

13

7 S. Marija Goretti

S. Ġużepp Marija Gambaro Reliġjuż Martri

S. Akwila u

14

15

18

30

9 S. Priscilla

IS-SIBT

3 Realino Saċerdot

S. Tumas Appostlu

10

S. Veronika

16

Giuliani

S. Rufina u

17

S. Sekonda

S. Ġwann Gualberto

19

S. Enriku Imperatur

S. Kamillu de

20

21

Lellis Saċerdot

S. Bonaventura

22

Is‑sittax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena

25

Isqof

Il‑Madonna

23

tal‑Karmnu S. Alessju

24

S. Marina

26

S. Elija

27

S. Lawrenz

28

ta’ Brindisi

Saċerdot

Ħadd ta’ matul

is‑sena

S. Anna u S.

S. Marija Maddalena

29

S. Piju V Papa

Is‑sbatax‑il

IL-ĠIMGĦA

S. Bernardino

Il‑ħmistax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena

S. Fidiel ta’ Sigmaringen

Fundamentali jiet – Id‑Drittijiet Intenzjoni Universali ħajjithom fil‑ġlieda għad‑dritti u anke li jirriskjaw Nitolbu għal dawk taħt dittaturi, reġimi awtoritarji fundamentali li jinsabu fi kriżi. f’demokraziji

2

8

S. Katerina Tekakwitha

24

IL-ĦAMIS

B. Nazju Falzon

S. Eżekjel

S. Marija ta’ Kleofa

16 S. Benedittu Ġużeppi

IT-TNEJN

Sibt il‑Għid

Il‑Ġimgħa l‑Kbira

9

8

7

6

IS-SIBT

IL-ĠIMGĦA

2

Ħamis ix‑Xirka

Rigali b’diffe

€2,000 - Permerenza spiera komun zz ta' jista' jkollha ità sħiħa ilma nadif aċċess għal sabiex issajja tixrob u r, tal-prodottigħat-tisqija s-sena kollha .

www.missi o.org.mt

S. Briġida tal‑Iżvezja

30

Reliġjuża

S. Sharbel Makhluf Eremita (BBQ b’risq Missio)

31

Ġwakkin S. Venera S. Prokoru u

Jien. Int. Aħna.

(VO/1178)

Flimkien.

follow us

missioma

lta

sħabu Djakni S. Marta S. Pietru Krisologu

Isqof

S. Injazju ta’

Loyola

Intenzjo Nitolbu sabiex ni Universali – f’sitwazzjonijiet Ħbiberija Soċjali ta’ kunflitt soċjali, ekonom inkunu kuraġġu iċi u politiċi żi u bennejja mħeġġa ta’ u ħbiberij djalogu a.

Ordnijiet ta’ 20 kopja jew aktar jitwasslu b’xejn. 33


Jannar 2021

POEŻIJA

Nixtieq nista’ nagħmel lezzjoni, Fuq pajjiżi u l‑kulturi li jinsabu fil‑missjoni. Terġa’ qalbi tinħall, meta tifla tiġri tgħidli: “Miss, meta rġajt ġejja? Kemm ħadt gost f ’dil‑lezzjoni!” Imma għaliex Mulej biddilt dan kollu? Għaliex ħakmitna dil‑pandemija? Tgħid qed tgħidli: “Iskot ftit minn dal‑istorbju! X’geġwiġija! Sib ftit ħin għalija!” U f ’dan il‑mument, hekk ninduna. Waqt xi mixja twila fuq l‑irdum, Ma’ żewġi qalb is‑seħer tan‑natura, F’qalbi tgħidli: “Afdani, kemm ser iddum!” Bl‑għanja ħelwa ta’ xi għasfur, Xħin jittajjar hekk fil‑għoli, Hekk tħeġġiġni ta’ kuljum, Xħin dan miegħi jilgħab noli.

Mulej, Kemm nixtieq noħroġ bla maskra Sabiex nieħu l‑arja pura u friska. Xbajt nitbissem, bla ħadd jinduna, Xbajt nipprova u qed ninfiska! Nixtieq li nerġa’ nisma’ d‑daħk tat‑tfal, Fit‑toroq jiġru ‘l hemm ‘il hawn, Dwejjaq mingħajr il‑ferħ ta’ dawn iż‑żgħar, Subien u bniet, kollox sieket mingħajr dawn! Nixtieq naf kif ser inferraħ, Lil dawk li sikwit ikunu fi ħsiebi, Tgħid b’żewġ bewsiet jew ward ifewwaħ? Għal ommi, għal missieri u sew għal ħbiebi. Nixtieq inkun qrib dak li qed ibati, Nixtieq li nista’ mmur sa ħdejh. Anki jekk inkun hemm waħdi, Biex nagħfaslu kemm kemm idejh. 34

Fejn il‑baħar jew fuq xi bajja Ix‑xemx sħuna fuq ħaddejja, Din verità u mhix xi qlajja’, Veru nħossok qiegħed ħdejja. Nilmħek fir‑riħ tmelles is‑siġar, Tilgħab ma’ xagħri, tpespes f ’widnejja, Tissielet mal‑mewġ u n‑nar tħeġġeġ, Timsaħli d‑dmugħ minn għajnejja. Kuljum tferraħni b’xi tpinġija Ta’ nżul ix‑xemx dehbiena bħal fil‑maġija, U tagħtini xi warda friska ġo xi qasrija Minn dawk li għandi mdendla fil‑gallarija. Kemm nixtieq Mulej ninduna, Iktar bik f ’dawk ta’ madwari, Biex timla ’l qalbi tant bil‑paċi, Qed nistiednek tiġi f ’dari. Nancy Camilleri 6 ta’ Novembru, 2020 


Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Adopt a

Grandparent

Combat Loneliness POWERED BY

MALTA

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

www.adoptgrandparent.org POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Biex infiq għandi bżonn id‑demm.

Int tista’ tgħinni? Grazzi mill‑qalb! ‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Jannar 2021

ZALZA TAT‑TONN MINN SQALLIJA

X’għandek bżonn: • Tadam imqadded imqatta’ (madwar 20) • 100 gramma ton imqatta’ • Żewġ sinniet tewm midrusa • Tursin imqatta’ fin • Żejt taż‑żebbuġa • Bżar iswed

Metodu: • Għalli 400 gramma lingwini jew għaġin ieħor għall‑gosti tiegħek. • Ġo taġen aqli kemm kemm fiż‑żejt it‑tadam imqadded, it‑tewm, it‑tonn u t‑tursin. • Żid kuċċarun ilma u ħawwad sew. • Servi z‑zalza fuq l‑għaġin. • Ferrex ftit bżar u tursin kemm tiggosta.

BUON APPETITO

(L‑ikla t‑tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn it‑8.30am u s‑7pm. Is‑Sibt bejn it‑8.30am u nofsinhar. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’ 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328

37


KOMPETIZZJONI ‑ JANNAR 2021

Jannar 2021

LOGĦBA BIN‑NUMRI Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri b’tali mod li t‑tliet sommiet vertikali u t‑tliet sommiet orizzontali jaqblu man‑numri tat‑truf. Waħda minnhom hija lesta biex tgħinek. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

7 +

‑

6 + 8 = 9 + ‑ + x = 18 + + ‑ + x = 26 = = = 17 15 3

Isem u Kunjom: __________________________________________________________________________________ Indirizz:_________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: ________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Novembru 2020: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Rita Vella mis‑Siġġiewi. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

24

9

12

3

15

27

18

21

6

Nitbissmu ftit:

Fil‑klassi. Għalliema: 2 siġriet + 3 siġriet kemm jiġu? Marjo: 5 siġriet. Għalliema: 5 siġriet + 6 sigriet kemm jiġu? Marjo: 11‑il siġra. Għalliema: 22,000 siġra + 25,000 siġra kemm jiġu? Marjo: Foresta! 38

Diskursata bejn żewġ għarajjes li waslu biex jiżżewġu. Tanja: Qabel niżżewġu nixtieqek tieqaf tpejjep. Karl: Iva dażgur. Tanja: U trid tieqaf tixrob ukoll! Karl: Mela, mela, dażgur. Tanja: U trid tieqaf toħroġ ma’ sħabek. Karl: Kollox sew. Tanja: Tgħid x’nistgħu nneħħu aktar? Karl: Kull ħsieb li jien ser niżżewġek!!


Jannar 2021

#

MISSIO FEST 13 ta’ Marzu 2021

Eżempji sbieħ

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb • 10 ta' Ottubru 2020 Anġela Cutajar mill-Qala • 17 ta’ Ottubru 2020 Charlie Celeste mill‑Belt Valletta • 03 ta’ Novembru 2020 Frans Camilleri minn Ħal Kirkop • 06 ta’ Novembru 2020 Patri Pierre Marguerat SJ min‑Naxxar • 08 ta’ Novembru 2020 Indrija Portelli min‑Nadur • 08 ta’ Novembru 2020 Carmen Aquilina mis‑Siġġiewi • 11 ta’ Novembru 2020 Doris Schembri minn Birżebbuġa • 15 ta’ Novembru 2020 Josette Borg minn Ħal Tarxien • 17 ta’ Novembru 2020 Carmena Dimech min‑Naxxar • 28 ta' Novembru 2020 Ġużeppa Spiteri minn Ħal Għargħur • Rose Said mir-Rabat, Malta

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Silvana Vella mill‑Gudja • Ġada Brincat Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. • Grazzi wkoll lil Rosina Mintoff mill‑Għasri għal xlapi u brieret tas‑suf u lil Maria Caruana għal xi oġġetti għall‑bażar. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni.

Missio Malta • Missio Tfal

• Paul Farrugia minn Ħad-Dingli Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess. 39


Jannar 2021

St. Mary’s Bakery ...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702

MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267  Email:mariannastationery@gmail.com

PRINTING  BINDING  LAMINATION  TOYS  HABERDASHERY  HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm

Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com

40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook