Skip to main content

Malta Missjunarja January 2019

Page 1

NEWSPAPER POST JANNAR 2019 SENA 87

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

02 Ġustizzja u Ġustizzja Biss! 13 Bank U Radju Għall‑Foqra 24 Tifel Mibjugħ €10 28 Ktieb Dwar In‑Nanna Tal‑Papa

għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Jannar 2019

Ġustizzja u ġustizzja biss!

PUBBLIKAZZJONI

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il-Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8.00am - 4.00pm • Tel: 20330015 Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal

4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 13 Santa Infanzja 16 Ġbir ta’ Fondi b’Risq Missio 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Il‑Knisja Llum 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata:

Tfal Kattoliċi minn Bengali jitolbu quddiem statwa tal‑Madonna. 2

Dun Pawl Wattson

T

a’ kull sena, bejn it‑18 u l‑25 ta’ Jannar, tiġi osservata ġimgħa internazzjonali ta’ talb għall‑għaqda fost il‑Kristjani. Din il‑ġimgħa ta’ talb rat il‑bidu tagħha fis‑sena 1908 u fil‑bidu kienet tissejjaħ Ottava ta’ Għaqda Kristjana, minħabba li kienet iddum tmint ijiem sħaħ. Id‑dati kienu ġew proposti minn Dun Pawl Wattson, fundatur tal‑Patrijiet Franġiskani ta’ Graymoor. Huwa fisser li għażel it‑18 ta’ Jannar bħala l‑ewwel jum tal‑ottava għaliex hija l‑Festa tal‑Konfessjoni ta’ San Pietru, filwaqt li għażel nhar il‑25 ta’ Jannar bħala l‑aħħar jum tal‑ottava għaliex hija l‑Festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl. Papa Piju X uffiċjalment bierek din l‑idea, filwaqt li Papa Benedittu XV inkoraġġixxa din l‑osservazzjoni fil‑Knisja Kattolika Rumana kollha. Għal xi żmien din l‑osservazzjoni kienet issemmiet minn Dun Wattson, ‘Chair of Unity Octave’, sabiex tkun enfasizzata r‑relazzjoni bejn il‑Kristjani u l‑Papa. Patri Pawl Couturier minn Lyons fi Franza, magħruf bħala


Jannar 2019

# MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019 materjal ippreparat flimkien mill‑knejjes kollha ta’ reliġjoniiet differenti flimkien mal‑Knisja Kattolika. Matul iż‑żminijiet il‑kollaborazzjoni u l‑koperazzjoni tal‑knejjes kollha kompliet tissaħħaħ, tant li riċentament qed jiġi ppublikat l‑użu tal‑istess format għal kulħadd. Ta’ kull sena, it‑tema tal‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda Kristjana

‘missier l‑ekumeniżmu spiritwali’, li kkonverta minn Anglikan għal Kattoliku Ruman, kellu idea kemxejn differenti minn dik ta’ Dun Pawl Wattson. Huwa xtaq li t‑talb ikun għall‑għaqda tal‑Knisja skont ix‑xewqa ta’ Kristu, u għalhekk Kristjani oħra b’opinjonijiet differenti minn dawk tal‑Papa, jingħaqdu wkoll fit‑talb. Fis‑sena 1935, Patri Pawl issuġġerixxa li din il‑ġimgħa ta’ osservazzjoni tissejjaħ ‘Ġimgħa Universali ta’ Talb għall‑Għaqda Kristjana’, liema proposta ġiet aċċettata mill‑Knisja Kattolika fis‑sena 1966. Il‑messaġġ ta’ Patri Pawl influwenza lil soru minn Sardenja, il‑Beata

Sor Marija Gabrijella, li d‑devozzjoni profonda tagħha lejn l‑għaqda fost il‑Kristjani hija mħeġġa minn Ruma biex tkun ta’ eżempju li wieħed għandu jimxi fuqu. Fis‑sena 1948, din il‑ġimgħa bdiet tkun imħarsa minn aktar knejjes madwar id‑dinja kollha. Fis‑sena 1958, il‑knejjes Ortodossi, Anglikani, Battisti, Luterani, Metodisti, Reformati u knejjes oħrajn indipendenti, bdew jikkoperaw flimkien biex jippreparaw materjal għall‑użu ta’ din il‑ġimgħa ta’ talb. Għaxar snin wara, is‑sena 1968, rat uffiċjalment il‑bidu tal‑użu tal‑ewwel

Il‑Beata Sor Marija Gabrijella

tvarja. It‑tema ta’ din is‑sena hija: ‘Ġustizzja u ġustizzja biss, għandek issegwi ...’ Din it‑tema hija ispirata mill‑Ktieb tad‑Dewterenomju (16:18‑20). Ir‑riżorsi ta’ din is‑sena ġew ippreparati minn diversi knejjes ta’ reliġjonijiet differenti fl‑Indoneżja.  3


Jannar 2019

F

Min hu l‑Ispirtu s‑Santu?

il‑bidu ta’ kull sena u f’kull okkażjoni importanti oħra, dejjem jitkanta ‘Veni Creator Spiritus’, innu magħruf li jiġbor fih it‑teoloġija dwar l‑Ispirtu s‑Santu. Dan l‑innu hu attribwit lil Rabano Mauro, abbati ta’ Fulda fil‑Ġermanja u arċisqof ta’ Magonza, li għex bejn it‑tmiem tas‑seklu tmienja u l‑ewwel nofs tas‑seklu disgħa.

4

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Min hu l‑Ispirtu s‑Santu? L‑Ispirtu s‑Santu hu t‑tielet persuna tas‑Santissima Trinità. Dan l‑Ispirtu hu Alla daqs il‑Missier u l‑Iben, u kif nistqarru fil‑Kredu: ‘Hu, Mulej li jagħti l‑ħajja; li ġej mill‑Missier u mill‑Iben’. L‑Ispirtu s‑Santu hu r‑rigal ta’ Kristu Rxoxt lill‑Knisja. Għalhekk, Ġesù dakinhar stess li qam mill‑mewt, deher lill‑appostli filwaqt li

nefaħ fuqhom u qalilhom: ‘Ħudu l‑Ispirtu s‑Santu’. (Ġw. 20:22) Ġesù kien jaf li l‑missjoni li ta lit‑tnax qabel ma tela’ s‑sema, kienet missjoni tqila għall‑aħħar u ma kinitx possibbli li jwettquha waħedhom. Għalhekk, Ġesù insista ma’ dawn it‑tnax biex ma jitilqux minn Ġerusalemm qabel jiġi fuqhom l‑Ispirtu s‑Santu. Huwa dan l‑ispirtu qaddis li ried ifakkarhom dak kollu li għamel u għallem Ġesù. (Ġw. 16:12) U mhux biss, iżda Ġesù baqa’ magħhom u jibqa’ mal‑Knisja sal‑aħħar taż‑żminijiet permezz ta’ dan l‑Ispirtu. (Ġw. 14:16)


Jannar 2019

B’SMS ta’ €2.33 tkuntkun qed titma’ B’SMS ta’ €2.33 qed 7 t’itfal għal għal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.

Il‑Knisja mhux dejjem għandha t‑tweġibiet u s‑soluzzjonijiet f ’kultura li dejjem tinbidel u toffri sfidi ġodda, iżda l‑Ispirtu s‑Santu żgur li jgħinha ħalli fid‑dawl tiegħu tagħraf issib toroq ġodda ta’ kif tista’ tgħix il‑kelma ta’ Ġesù. Dan ma jfissirx li l‑Knisja twarrab dak kollu li għallmet matul iż‑żmien, iżda li tagħraf ‘tinkarna’ l‑istess kelma fiċ‑ċirkostanżi tal‑lum. Għalhekk, jeħtieġ li l‑ħin kollu nitolbu lil dan l‑Ispirtu li jgħammar fina, ħalli kif waqaf mal‑Knisja sa mill‑bidu tat‑twaqqif tagħha biex tkun tista’ taqdi b’fedeltà l‑missjoni fdata lilha minn Ġesu, tkompli taqdi din l‑istess missjoni mal‑erbat irjieħ tad‑dinja ħalli Ġesù jkun magħruf u maħbub minn kulħadd. 

B’SMS B’SMSta’ta’€6.99 €6.99tkun tkunqed qed tixtri l‑kotba għalgħal tifel tifel jew tifla tixtri l‑kotba jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika.

nagħrfu x‑xejn u d‑dgħufijiet tagħna, m’għandniex naqtgħu qalbna, għax Kristu ħa ħsieb li jagħtina l‑istess spirtu qaddis tiegħu biex iweżinna fin‑nuqqasijiet kollha tagħna. L‑Ispirtu s‑Santu ma ngħatax lil dawk li waslu fid‑destinazzjoni tagħhom, imma lilna li għadna hawn f ’dan il‑pellegrinaġġ nitħabtu mal‑irwiefen tal‑ħajja sa ma naslu f ’Dar Missierna tas‑sema.

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

Fl‑Antik Testment insibu li dan l‑Ispirtu kien jingħata biss lil xi individwi li Alla kien jagħżel biex iwettqu missjoni importanti fi ħdan il‑poplu tiegħu: Slaten, profeti, imħallfin. Imma llum dan l‑Ispirtu jingħata lil kull min jemmen fi Kristu u jitgħammed. San Xmun jikteb li: ‘Dan kien l‑għan u d‑destinazzjoni tal‑opra tas‑salvazzjoni li wettaq Kristu; biex dawk li jemmnu, jirċievu l‑Ispirtu s‑Santu’. In‑Nisrani hu dak li hu msejjaħ biex jagħti xhieda ta’ Kristu kemm bl‑għemil u kemm bil‑kelma. Din il‑missjoni qatt u qatt ma kienet faċli li titwettaq bil‑ħila biss tagħna l‑bnedmin. Nafu li matul is‑sekli sal‑ġurnata tal‑lum, insibu ħafna martri li ssiġillaw ix‑xhieda tagħhom għal Kristu bit‑tixrid ta’ demmhom. Nistaqsu minn fejn dawn il‑martri ġabu il‑qawwa biex jibqgħu sodi fil‑fehma tagħhom quddiem dawk li riedu joqtluhom b’mod mill‑iżjed brutali u krudil? It‑tweġiba hija sempliċi: L‑Ispirtu s‑Santu. Fil‑fatt, l‑Ispirtu s‑Santu hu dak li jgħinna fin‑nuqqas ta’ ħila tagħna. Hu dak li jgħinna nrabbu muskoli ħalli nkunu nifilħu għat‑tiġrib li niltaqgħu miegħu. Għalhekk, meta

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

#

5


Jannar 2019

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Jannar 2019 “Sabiex iż‑żgħażagħ, speċjalment dawk fl‑Amerika Latina, jimxu mal‑eżempju ta’ Marija u jwieġbu għas‑sejħa ta’ Alla biex ixandru l‑ferħ tal‑Evanġelu lid‑dinja kollha.”

M

eta nitkellmu dwar iż‑żgħażagħ qegħdin nitkellmu

6

dwar il‑futur fil‑qrib tassew tad‑dinja. Għalhekk id‑dinja għandha tagħmel minn kollox biex tieħu ħsieb din il‑ġenerazzjoni żagħżugħa li ħafna drabi, sfortunatament, tkun suġġetta għat‑tmaqdir u għall‑kritika li mhux dejjem ikunu ġusti fil‑konfront taż‑żgħażagħ. Anke fil‑Knisja, iż‑żgħażagħ jistgħu jkunu dik l‑enerġija essenzjali u neċessarja sabiex il‑Knisja tkompli twettaq il‑ħidma tagħha għax‑xandir tal‑evanġelju ta’ Kristu. Dan kien il‑messaġġ li xtaq iwassal Papa Franġisku

mill‑Amerika Latina fl‑2013 permezz tal‑eżortazzjoni appostolika ‘Evangelii Gaudium’. F’dan ir‑rigward, il‑qawwa u l‑enerġija tal‑Knisja tal‑Amerika Latina tista’ ssaħħaħ din il‑missjoni evanġelika għall‑ferħ li tant qed ifittex il‑bniedem. Liema ferħ bħal donnu l‑bniedem tilfu, u fuq kollox issa ma jafx isibu. U għalhekk proprju ż‑żgħażagħ, ir‑rebbiegħa tal‑Knisja ispirati mill‑Madonna Omm il‑Knisja, jistgħu jaslu bl‑għajnuna ta’ Alla biex iwieġbu huma wkoll


Jannar 2019

mill‑qrib għas‑sejħat li qed jagħmlilhom il‑Mulej, kemm għas‑saċerdozju, kemm għall‑ħajja reliġjuża u kkonsagrata, u kemm għal dik tal‑familja sabiex juru lid‑dinja kollha li l‑ferħ veru jinsab biss fi Kristu. Il‑Madonna ħafna drabi dehret lit‑tfal u liż‑żgħażagħ sabiex permezz tagħhom twassal il‑messaġġ ta’ Alla, u għalhekk hija tassew ta’ ispirazzjoni u eżempju għaż‑żgħażagħ tal‑lum. Fil‑fatt il‑Kontinent Amerikan, minn fejn ġej Papa Franġisku, fih 49 fil‑mija tal‑Kattoliċi fid‑dinja li jagħmlu 60

Nitolbu fuq kollox fil‑bidu ta’ din is‑sena ġdida, għall‑vokazzjonijiet speċjalment dawk saċerdotali, għaliex fejn hemm is‑saċerdot hemm

NI O J S S I Q IL‑MMRUN S I R ’ B ID QORMI, ĦA SJONI ŻAR ĠD S L

I M ‑ L I Q S I R ’ B R ŻA

BA

BA

fil‑mija tal‑popolazzjoni tal‑Kontinent Amerikan. Hawn insibu l‑Brażil bħala l‑ikbar pajjiż fid‑dinja li fih numru ta’ Kattoliċi mxerrdin f’268 djoċesi (l‑ikbar numru fid‑dinja), f’9,225 parroċċa fejn hemm madwar 16,800 saċerdot. Żgur li l‑Knisja fl‑Amerika Latina, permezz tat‑teżor taż‑żgħażagħ, għandha futur tassew inkoraġġanti.

# MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019 ukoll l‑Ewkaristija. U għalhekk hemm bżonn dejjem sabiex l‑Insara f’dan il‑Kontinent tal‑Amerika Latina jkomplu jgħixu l‑qawwa tal‑evanġelju ta’ Kristu, dejjem b’qawwa u entużjażmu ġdid kif kien qal Papa Franġisku fl‑okkażjoni tal‑laqgħa dinjija taż‑żgħażagħ li kienet saret fil‑Brażil fis‑sena 2014. Nitolbu wkoll għal tant żgħażagħ fid‑dinja Ii għaddejjin minn mumenti diffiċli ta’ qtigħ il‑qalb, abbużati, iddiskriminati, bla xogħol u dawk ukoll li tilfu l‑ferħ tal‑fidi u tal‑evanġelju ta’ Kristu. 

Q 92, TRI

ĦA

Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn ta’ voluntiera li jistgħu jagħtu daqqa t’id imqar ġurnata fil‑ġimgħa. Grazzi. 7


Jannar 2019

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN GEOFFREY G. ATTARD

Tinħeles Asia Bibi

A

ħbar sabiħa għall‑Insara madwar id‑dinja kollha u l‑bnedmin ta’ rieda tajba kienet dik ta’ nhar l‑Erbgħa 31 ta’ Ottubru fid‑9:20am ħin tal‑Pakistan. Il‑Qorti Suprema tal‑pajjiż iddikjarat li sabet ‘innoċenti’ lil Asia Bibi, mara Nisranija li kienet arrestata fis‑sena 2009 u ssentenzjata għall‑mewt fis‑sena 2010 wara li ntqal li qalet ‘dagħwa’ fir‑rigward tar‑reliġjon Iżlamika. Asia Bibi ilha għaddejja minn martirju kontinwu mill‑inqas sa minn dakinhar. Ilha b’kollox fil‑ħabs disa’ snin sħaħ fi stat ta’ iżolament u tbatija. Kienet tinħass l‑emozzjoni fil‑membri tal‑familja tagħha, żewġha Ashiq u l‑ħames uliedha u l‑komunità Nisranija kollha madwar id‑dinja. Id‑dinja Nisranija ilha tistenna li ssir ġustizzja ma’ 8

din il‑mara għal madwar dawn l‑aħħar għaxar snin. “Aħna ninsabu ferħanin tassew. Il‑Mulej sema’ t‑talb ta’ dawk li kienu qrib tagħha. Illum sebaħ jum ġdid, jum li rridu niftakru għall‑bqija ta’ ħajjitna. Il‑ġustizzja rebħet u l‑ħajja innoċenti issa tinsab ħielsa,” stqarr Joseph Nadeem, il‑bniedem li ggarantixxa edukazzjoni u ospitalità lill‑familja ta’ Asia Bibi fuq il‑firxa ta’ dawn is‑snin kollha. U dan grazzi għar‑‘Renaissance Education Foundation’ li hu jmexxi minn Lahore, skond kummenti mogħtija lill‑‘Vatican Insider’. Il‑verdett kien aċċettat f’Islamabad qalb stat ta’ alerta massima. Aktar minn tliet mitt pulizija qed iħarsu l‑bini tal‑Qorti Suprema f’Islamabad u diversi ‘army units’ huma allokati sabiex iħarsu bini ieħor istituzzjonali, kif ukoll il‑postijiet diplomatiċi fil‑kapitali Pakistana. Fil‑fatt, fin‑nazzjon jinħass ambjent jew inkella klima ta’ ‘gwerra

ċivili’ li tittestja l‑istabilità demokratika tal‑pajjiż. Miżuri ta’ sigurtà huma imposti kullimkien fuq struzzjonijiet tal‑Ministeru tal‑Intern, kif ukoll fi provinċji oħra u fil‑bliet ewlenin tal‑pajjiż, bħalma huma Lahore, Karachi u Peshawar. Il‑pulizija qed iħarsu wkoll bil‑gwardja tagħhom l‑aktar postijiet importanti Nsara ta’ kult u fuq kollox il‑katidrali. Il‑periklu ta’ reazzjoni vjolenti minn gruppi estremisti li ħabbru ‘rallies’ madwar il‑pajjiż hu imminenti. Sabiex jimblokka protesti ta’ massa, il‑gvern ordna blokk nazzjonali tal‑mowbajls mid‑9am sad‑9pm tal‑ġurnata tal‑ħelsien. Il‑konfrontazzjoni kurrenti qalila u l‑konfrontazzjoni kulturali mhijiex bejn il‑Musulmani u l‑Insara, li huma minoranza ta’ 1.6% tal‑popolazzjoni fost 200 miljun, imma bejn dawk li jissapportjaw dik li tissejjaħ ‘the rule of law’ u l‑legalità u l‑kostituzzjoni ta’ nazzjon imwaqqaf fuq id‑demokrazija fis‑sena 1947, u li jħaddan bażi demokratika sekulari, u dawk li jridu estremiżmu reliġjuż impost u interpretazzjoni radikali


Jannar 2019

# u vjolenti tal‑Iżlam u l‑liġi Sharia. Fost il‑kampjuni ta’ din il‑kampanja anti‑umana u favur l‑estremiżmu, hemm Maulana Khadim Rizvi, magħruf bil‑laqam ta’ ‘blasphemy activist’, fundatur u mexxej tal‑moviment radikali Iżlamiku ‘Tehreek‑e‑Labaik Pakistan’ (TLP). Rizvi, li għandu skola Iżlamika ta’ ħsieb magħruf bħala ‘Barelvi’, għandu l‑intenzjoni li jintimida l‑ġudikatura tal‑pajjiż u saħansitra pproklama ‘fatwa’ jiġifieri stedina għall‑qtil tal‑maġistrati. Altru li Asia Bibi mhijiex

ħielsa mill‑periklu. Biżżejjed wieħed isemmi l‑aktar minn 40 esekuzzjoni extra‑ġudizzjali li huma l‑pjaga tal‑pajjiż. Dan ifisser li gruppi estremisti jieħdu l‑‘ġustizzja’ jew aħjar ‘psewdo‑ġustizzja’ f ’idejhom. L‑Avukat Musulman Saifool Malook, li ddefenda lil Bibi, kien eskortat lejn daru u se jkollu jgħix f ’periklu kontinwu u eskortat mill‑pulizija. Issa għall‑familja ta’ Bibi hemm tistenna ħajja ’l bogħod minn pajjiżha fejn forsi tipprova tibda mill‑ġdid. Il‑kanċelleriji ta’ diversi pajjiżi tal‑Punent

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Asia Bibi mal‑familja tagħha.

jinsabu jaħdmu sabiex jgħinuha. L‑applikazzjoni għall‑ażilu tista’ tiġi aċċettata mill‑Ewropa jew mill‑Istati Uniti. Min‑naħa tagħha, il‑familja ta’ Asia Bini wriet ix‑xewqa u l‑preferenza għall‑pajjiż li jitkellem bl‑Ingliż ħalli tinħoloq kontinwità għat‑tlett itfal, fost ħamsa li fadlilhom ikomplu l‑edukazzjoni tagħhom.

INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9


Jannar 2019

SAN PIETRU APPOSTLU JOSEPH C.CAMILLERI BA, DEAM, M.ED (PL & MGT)

L‑ewwel missjoni Maltija fl‑Indja

M

10

Ritratt: Aħwa Franġiskani Kapuċċini

fl‑istudju tiegħu. Kien tiegħu fost iż‑żgħażagħ. ħabib ma’ kulħadd. Ta’ 15‑il sena daħal bħala apprentist Fis‑sena 1919 ħalla Malta it‑Tarzna u għadda tliet biex imur Ruma ħalli jkompli snin mal‑‘Plumbers’. l‑istudji tiegħu. Sentejn wara Mit‑tfulija beda juri ħeġġa ħa l‑lawrija tad‑dottorat. lejn il‑ħajja reliġjuża. Beda Ġie lura sakemm sab ruħu jiġbor iż‑żgħażagħ u kien l‑Indja. Kien proprju f’Ruma joqgħod ikellimhom dwar li ħa l‑ispirazzjoni biex imur ir‑reliġjon u jħeġġiġhom l‑missjoni. Kien talab biex biex jingħaqdu mat‑Terz imur l‑Eritrea, iżda t‑talba Ordni Franġiskan. Hu daħal tiegħu ma ġietx milqugħa. f ’din l‑Ordni fis‑sena 1901. Ġietu l‑idea ta’ Provinċja Sentejn wara għamel l‑ewwel Maltija, u għalhekk kien passi fil‑kunvent ta’ Santa hemm bżonn ta’ missjoni Monsinjur F.X. Fenech Liberata u onsinjur F.X. Fenech libes iċ‑ċoqqa. ġie kkonsagrat Huwa ħa bħala l‑ewwel isqof l‑isem ta’ ta’ Jhansi. L‑istorja ta’ din Patri Leone. il‑pożizzjoni prestiġjuża fi F’għeluq ħdan il‑Knisja tmur lura sena għamel għand Patri Leone Abela, il‑professjoni patri Kapuċċin li ħalla Malta sempliċi u biex iwaqqaf missjoni Maltija beda l‑istudju fl‑Indja. għal qassis. Fis‑sena 1908 Min kien Patri Leone? ħa l‑ordni Ġanni Abela twieled sagri, iżda Ħaż‑Żabbar fis‑27 ta’ kien fis‑sena Awwissu 1885. Kien 1911 li spiċċa it‑tifel ta’ Franġisku u mill‑istudju Viktorja, xebba Cassar. tiegħu. Laħaq Jumejn wara tgħammed lekċerer mill‑kappillan Buttigieg u tal‑filosofija L‑ewwel grupp ta' Aħwa Kapuċċini Maltin li marru bħala missjunarji fl‑Indja fis‑sena ngħata l‑ismijiet ta’ Joannes u direttur 1923, 96 sena ilu. Dawn kienu Patri Leo Baptista Felix Joseph. Ta’ spiritwali bilqiegħda fin‑nofs u bilwieqfa madwaru sitt snin daħal l‑iskola u tal‑istudenti. hemm Patri Diegu, Patri Ġorġ u Patri Franġisku Saverju Fenech li aktar ’il quddiem mill‑ewwel wera li kien Wara kompla sar l‑ewwel Isqof ta' Jhansi. tifel intelliġenti u ħabrieki l‑missjoni


Jannar 2019

# indipendenti. Ħabrek mas‑superjuri ġenerali sabiex dan il‑ħsieb iseħħ. Wara li ġiet l‑approvazzjoni, twaqqfet il‑provinċja Maltija. Fis‑sena 1923 irnexxielu jaqla’ l‑permess b’digriet mis‑Sagra Kongregazzjoni tal‑Propaganda Fide. Il‑Kapuċċini Maltin ġew fdati f’idejhom il‑missjoni ta’ Damaun f’Bombay l‑Indja. Patri Leone sab tliet patrijiet Kapuċċini li kienu lesti jmorru miegħu. Dawn kienu Patri Ġorġ, Patri Franġisku Saverju mill‑Furjana u Patri Diegu mill‑Kalkara. Patri Leone Abela kien is‑superjur. Wara li nqalgħu xi intoppi, l‑erba’ patrijiet Maltin telqu lejn l‑Indja nhar l‑10 ta’ Ġunju 1923, u l‑ewwel art li raw kienet Katanja. Minn hawn telqu għall‑Kajr, u wara waslu l‑Port ta’ Bombay. Il‑missjoni li kellhom quddiemhom kienet mimlija nies kif ukoll faqar u mard. Kien hemm jilqagħhom l‑Isqof Sebastiano Giuseppe Pereira, li kien l‑arċisqof ta’ Cranganore. Hawn l‑Kapuċċini Maltin sabu l‑għajnuna ta’ Patri Piju u tal‑isqof. Dan kien ifisser li sabu post fejn setgħu jibdew l‑appostolat tagħhom. Fis‑sena 1926 Patri Leone kiseb il‑missjoni ta’ Sangor. Ħajja diffiċli. Il‑ħajja fil‑missjoni ma kinetx ward u żahar għal

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 11


Jannar 2019

SAN PIETRU APPOSTLU JOSEPH C.CAMILLERI BA, DEAM, M.ED (PL & MGT)

Is‑Santwarju ta' San Ġuda f'Jhansi.

Patri Leone. Fis‑sena 1924 laqtitu l‑marda tal‑ġidri li kienet għodda qatlitu. F’din il‑marda hu sab l‑għajnuna ta’ Fra Liberat. Minkejja dan kollu hu ħalla Sangor biex mar joqgħod fid‑distrett ta’ Jhansi fejn kellu jżid in‑numru ta’ missjunarji. Waqqaf ukoll il‑Kongregazzjoni tal‑Frajiet u fetaħ missjonijiet ġodda f ’Minikpur, Gerja u Cahcura. Bħallikieku dawn ma kinux biżżejjed, hu għen kemm felaħ biex titwaqqaf il‑missjoni ta’ Pakdilpur. Ħadem fuq li ħadem biex jigbor ’il fuq minn 1,600 Rupi. Ix‑xogħol f ’Jhansi kien wieħed mimli daqs bajda. Barra milli serva r‑ruħ ta’ eluf ta’ nies, Patri Leone 12

kellu xogħlijiet differenti. Kien ukoll kappillan tal‑militar, kappillan tan‑nies li jaħdmu fil‑ferrovija, kap tal‑iskola Kristu Re, editur tal‑perjodiku ‘Voice of the Shepherd’, serva bħala superjur tal‑frajiet, u fi żmien it‑Tieni Gwerra Dinjija ġie fdat it‑tmexxija appostolika tad‑djoċesijiet ta’ Lucknow, Allahabad u Jhansi. Ftit qabel miet. Qabel miet waqqaf ix‑Xirka tal‑Familja ta’ San Ġuda. Wara din il‑ħidma kellu attakk tal‑paraliżi li kompla jdgħajjiflu saħħtu. Fl‑1 ta’ April tas‑sena 1949, Patri Leone Abela għalaq għajnejh. L‑aħbar waslet Ħaż‑Żabbar li Patri Leone

Abela, ħu Dun Pawl tal‑Ġinger kien ħalliena. Li kieku Patri Leone Abela ma fetaħx il‑missjoni Maltija, kieku din is‑sena mhux qed infakkru l‑50 sena mill‑konsagrazzjoni ta’ Monsinjur F.X. Fenech bħala l‑ewwel isqof ta’ Jhansi. Kieku l‑provinċja Maltija tal‑Kapuċċini ma kinitx titwieled f ’dawk iż‑żminijiet tal‑imgħoddi. Kieku l‑Maltin ma setgħux iwettqu tant ġid fost tant Indjani fqar u mimlija mard. Referenza: Martin Vella, L‑Ewwel Missjunarju Malti fl‑Indja kien Żabbari, ‘Leħen is‑Santwarju Madonna tal‑Grazzja Żabbar’, Ġunju/ Awwissu 1985 Ħarġa Nru. 29. 


SANTA INFANZJA – VIKKI

Jannar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Bank u radju għall‑foqra

P

rateep Ungsongtham Hata rċeviet il‑premju ‘The World’s Children’s Prize’ fl‑2004. Hija kienet ilha taħdem fost it‑tfal vulnerabbli fit‑Tajlandja għal aktar minn erbgħin sena. Ta’ sittax‑il sena Prateep kienet diġà bdiet tqatta’ ġranet sħaħ

f’żoni rurali tgħin lit‑tfal vulnerabbli. L‑għan ta’ Prateep kien li tiġġieled kontra l‑faqar fit‑Tajlandja. Hija ħadmet bis‑sħiħ sabiex it‑tfal vulnerabbli mhux biss ikollhom ħajja aħjar, iżda jkollhom ukoll iċ‑ċans għal edukazzjoni xierqa. Prateep nediet organizzazzjoni li permezz tagħha toffri sapport finanzjarju lil dawn it‑tfal. Hija tmexxi ħmistax‑il skola għat‑tfal żgħar, skola oħra għat‑tfal li għandhom problema fis‑smigħ u bosta

binjiet oħra li jservu bħala djar għat‑tfal vulnerabbli. Prateep tgħin ukoll sabiex jinbnew libreriji apposta għal dawn it‑tfal. L‑organizzazzjoni tmexxi wkoll radju bl‑isem ta’ ‘The Poor People’s Radio Station’. Dan l‑istazzjon infetaħ bil‑għan li jagħti opportunità lit‑tfal sabiex isemmgħu leħinhom. L‑organizzazzjoni tmexxi wkoll bank żgħir bl‑isem ta’ ‘The Bank of the Poor’ li jservi sabiex isellef il‑flus lill‑familji li verament ikollhom bżonn.

Ritratt: www.worldschildrensprize.org

13


Jannar 2019

L‑għajnuna li Prateep qiegħda toffri ma tintlaqax tajjeb ma’ kulħadd. Fil‑fatt il‑ħajja tagħha hija kontinwament mhedda minn gruppi kriminali li jmexxu żoni foqra f’Bangkok. Dawn il‑gruppi huma kontra l‑prinċipju li t‑tfal foqra jingħataw edukazzjoni xierqa. Dan għaliex permezz tal‑edukazzjoni t‑tfal ikunu kapaċi jgħidu le għal xogħol perikoluż, droga, prostituzzjoni u kriminalità. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 

Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:

€27 – qażquż lil familja

€39 – librerija fi skola

kbira fil‑bżonn

primarja

€60 – operazzjoni lil żewġ

€100 – tliet xhur skola

€300 – ‘hamper’ bl‑ikel

persuni adulti jew tfal, biex ma jitilfux id‑dawl ta’ għajnejhom

primarja u ikla kuljum lil tifel/tifla fqir/a

għal 12‑il familja fqira għal żmien il‑Milied

14


Jannar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.

Ġwanni 4:14

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

15


Jannar 2019

ĠBIR TA’ FONDI B’RISQ MISSIO – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

Raising awareness about poverty

E

very year a group of students from St. Margaret College Senior Secondary School joins Missio Malta to raise a charity fund campaign in aid of poor countries. This year Missio Malta is holding a charity fund campaign in aid of Uganda and Vietnam plus other poor countries. A class of fifth formers was asked to do a study research about poverty in Uganda while proposing practical solutions to Missio Malta in aid of Ugandan children. Through this study research, students found that Uganda 16

is known as the ‘Pearl of Africa’ due to its natural beauty and rich cultural diversity. The country lies at the shore of Lake Victoria in East Africa and it is the world’s second most populated nation after Ethiopia. Nowadays, Uganda is a country with lots of industry and is home to many middle class and wealthy families. According to the 2016 Poverty Assessment, Uganda has reduced monetary poverty at a very rapid rate. In 2013 the Ugandan national poverty line declined from 31.1% in 2006 to 19.7%. Favourable

prices and weather led to an increase in income derived from agriculture. Also, peace in Northern Uganda contributed to poverty reduction by allowing farmers to double their crop income due to more stability in the country. However, the country still struggles with poverty especially in the slum areas of the cities where there are still many poor families trying to survive. In fact, life expectancy in Uganda is still low, where an average person lives just 59 years. Poverty is still an everyday reality and 38% of Ugandans still rely on less than €1.10 a day.


Jannar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

The following are some facts of poverty in Uganda:

“Most families in Uganda are led by a single parent (due to AIDS and other illnesses) struggling to keep the family afloat.

Nathan Falzon

”

“

Many parents in Uganda do not have the necessary education to get a job and so they do not earn enough money to send their children to school.

Clavison Casha

”

“Many schools in the

rural areas of Uganda lack funds and qualified teachers as the majority of trained teachers move to urban areas for a better quality of life.

Isaac Mangion

”

“

Due to lack of funds, public schools in Uganda are still not free. Children need to pay school fees for uniforms and supplies and support the teachers’ salaries.

”

Gwyneth Dalli

“If families in Uganda

send their children to school without paying their school fees, children will not be allowed to take exams.

”

Ylenia Saliba

“Very often poor families in Uganda prefer sending their boys to school first and leaving girls at home. This creates discrimination of gender.

”

Gareth Chircop

“

In general, people who live in the North and East rural areas of Uganda are more likely to live below the poverty line than those in urban areas like Kampala.

”

Riley Micallef

17


Jannar 2019

ĠBIR TA’ FONDI B’RISQ MISSIO – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

”

fees in rural areas.

Dante Camilleri

“

Building more schools and clinics in rural areas, while offering more professional training to local teachers and nurses.

”

Nathan Falzon

“Water management

“

Malaria, diarrhoea and respiratory infections are the main causes of death in Ugandan children under the age of 5, which can all be easily prevented.

Dean Agius

”

As part of their research project, the students came also with practical solutions to Missio Malta in aid of poor children in Uganda. Here are some of the students’ proposals:

“

Supporting and building more Christian mission stations in rural areas of Uganda can help to improve children’s health and education.

”

Shanise Calleja

“Further educational

courses in agriculture can bring an increase in crop yields and more income to families able to pay for their children’s school

education is needed to help Ugandan communities preserve and protect their water sources from pollution.

Rianne Demicoli

“More investment

in skills training, like bee‑keeping and brick making, can contribute to better family income and so more new opportunities for their children.

”

Isaac Mangion

Laqgħa ta' formazzjoni missjunarja għal dawk kollha li jħobbu l‑missjoni. Meta: Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Fejn: Uffiċċju ta' Missio, il‑Belt Valletta Ħin: 6:00pm Programm: • Quddiesa ċċelebrata minn Dun Victor Agius, assistent direttur ta' Missio • Brejk li jinkludi te, kafè u 'snack' • Nofs siegħa taħdita 18

”


Jannar 2019

“

Improve the condition of roads in both rural and urban areas to provide easy access to health care and medical treatment.

”

Charis Coleiro

“Providing more

chemically treated mosquito nets to families can reduce maladies in Ugandan families.

”

Matthew Harrington

“Rich countries can

contribute by sponsoring schools so that Ugandan children can improve their educational and NEWSPAPER POST

# MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019 academic skills.” learning to be protagonists Gwyneth Dalli and not just spectators. Students are not only “Access to more safe contributing by collecting public transport is needed money for charity’s sake, but to guarantee medical by offering practical solutions treatment on time in case to improve children’s of emergencies.” lives in poor countries. Gareth Chircop Students are also enhancing their multicultural and As part of this missionary educational skills to build a campaign, students did not better world where education just do a research study in and health care are equally aid of Missio Malta, but took accessed by everyone. the challenge of collecting money in aid of Catholic Gwyneth Dalli and Riley mission stations in Uganda. Micallef ‑ St. Margaret Through this missionary College Senior Secondary campaign students are School, Verdala, Cospicua. 

KALENDARJU MISSJUNARJU 2019 (Jingħata b’XEJN bħala rigal lil kull abbonat ta’ Malta Missjunarja.)

KALENDARJU

2019

• Stampa b’tema missjunarja kull xahar • Qaddis għal kull ġurnata • L‑intenzjoni missjunarja ta’ kull xahar Tista’ tikseb kopja minn Missio kif ukoll mill‑Ħanut Faith Hope & Charity Gift Shop li jinsabu f’Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta.

19


Jannar 2019

Benjamin Franklin (1706‑1790), imwieled l‑Amerika kien wieħed mill‑missirijiet fundaturi tal‑Istati Uniti. Fost oħrajn kien ukoll awtur, politiku, inventur, attivista ċiviku, xjentist, diplomatiku u s‑6 President ta’ Pennsylvania. Il‑ħajja kkulurita u l‑invenzjonijiet tiegħu wasslu biex ix‑xbieha tiegħu tidher fuq muniti u karti tal‑flus Amerikani, filwaqt li bastiment tal‑gwerra u diversi bliet issemmew għalih tul iż‑żminijiet. Imwieled f’familja Protestanta, Franklin ma kienx jaqbel għal kollox mal‑viżjonijiet ta’ din ir‑reliġjon. Lejn l‑aħħar ta’ ħajtu huwa kiteb: “Fl‑opinjoni tiegħi dwar Ġesù ta’ Nazzaret, is‑sistema ta’ moralitajiet li ħalla warajh għalina, huma l‑aqwa li d‑dinja qatt rat jew li għad qatt trid tara.” 20


Jannar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

“Kun dejjem fi ġlieda mal‑vizzjijiet ħżiena, paċi ma’ ta’ madwarek, u ħalli s‑sena l‑ġdida ssibek persuna aħjar.” Benjamin Franklin

21


Jannar 2019

QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

San Franġisk De Sales diskussjoni li daħħlitu fi kriżi personali sakemm fl‑1587 huwa żar statwa tal‑Madonna fi Knisja f’Pariġi, u reġa’ ħass serħan il‑qalb kbir u paċi interna.

F

ranġisk Bonaventura twieled nhar il‑21 ta’ Awwissu 1567 fil‑familja nobbli De Sales. Meta kien għadu żgħir ommu impjegat lil Abbe Deage biex jagħtih l‑edukazzjoni. Ta’ 8 snin, Franġsik intbagħat f’kulleġġ tal‑Kapuċċini f’Annecy. Meta ta’ 10 snin għamel l‑Ewwel Tqarbina nibtet fih il‑ħajra li jiddedika lilu nniffsu għal Alla. Ta’ 16‑il sena beda jistudja r‑rettorika, it‑teoloġija u l‑Iskrittura Mqaddsa f’kulleġġ tal‑Ġiżwiti f’Pariġi. Fis‑sena 1584, Franġisk attenda 22

Franġisku kkonsagra ruħu lill‑Madonna u sar terzjarju fl‑Ordni tal‑Minimi mwaqqaf minn San Franġisk De Paola. Missieru ħaseb biex iżewġu u fl‑istess ħin offrewlu pożizzjoni importanti fis‑senat, imma de Sales rrifjuta ż‑żewġ talbiet. Wara oppożizzjoni kbira min‑naħa ta’ missieru biex ma jsirx qassis, sa fl‑aħħar il‑missier tah il‑permess. Franġsik ġie ordnat saċerdot nhar it‑18 ta’ Diċembru 1593 fl‑età ta’ 26 sena. Kien qassis entużjast u enerġetiku b’ħafna ħeġġa għas‑salvazzjoni tal‑erwieħ. Jingħad li kellu dehra mingħand San Franġisk t’Assisi fejn dan qallu li hu bħalu ma kienx ser jaqta’ xewqtu billi jġarrab

il‑martirju, imma kellu jkun strument tal‑martirju tiegħu nnifsu. Il‑verità tniggeż, u bħalma kellu nies jirrispettawh u jammirawh għall‑prinċipji sodi, kellu wkoll min jobogħdu u jipprova jneħħilu ħajtu. San Franġisk de Sales kien iħobb jgħid: “Min jippriedka b’imħabba, l‑iktar li jmiss il‑qlub”. Franġisk kien maħtur isqof u d‑djoċesi tiegħu saret magħrufa għaż‑żelu fil‑kleru u fit‑tagħlim lil‑lajċi li għal dak iż‑żmien kien barra min‑norma. Huwa waqqaf ordni reliġjuż u mill‑pinna tiegħu ħarġu kotba b’pariri spiritwali u b’tagħlim għar‑ruħ u għall‑ġisem. Meta Alla għamel kollox, huwa kkmanda lis‑siġar biex jagħmlu l‑frott, kull waħda skont il‑potenzjal tagħha. Fuq l‑istess binarju huwa kkmanda lill‑Insara, li huma siġar ħajjin fil‑Knisja, biex iħaddmu l‑fidi u t‑talenti tagħhom, kull wieħed skont is‑sejħa tiegħu. San Franġsik de Sales miet fis‑sena 1622 u huwa l‑patrun tal‑ġurnalisti. Ħafna soċjetajiet u istituti edukattivi madwar id‑dinja huma msemmija għal dan id‑duttur qaddis. 


Jannar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Jannar 2019

Tifel ta’ 4 snin mibjugħ €10

I

qbal Masih twieled f ’familja fqira fil‑Pakistan. Meta ommu sfat marida serjament, il‑familja ma kellhiex biżżejjed flus biex tħallas għall‑kura tal‑omm. Għalhekk, il‑missier biegħ lil ibnu ta’ erba’ snin għal $12 (€10.50) biex ikun jista’ jħallas għall‑operazzjoni ta’ martu. It‑tifel kien mibgħut minn sidu jaħdem f ’fabbrika bħala skjav sakemm jitħallas id‑dejn ta’ missieru. It‑tifel, li kien jaħdem għal tnax‑il siegħa kuljum sebat ijiem fil‑ġimgħa, kien jinżamm marbut bil‑manetti ma’ jdejh u saqajh, filwaqt li kien ikun abbużat fiżikament u bata l‑ġuħ ukoll. Iżda minkejja x‑xogħol iebes li kien jaħdem Iqbal, id‑dejn kompla jikber aktar bl‑interessi. Wara sitt

snin twal ta’ tortura, it‑tfajjel irnexxielu jaħrab minn dak l‑iskjavitù tal‑biża’. Ġera fuq li ġera biex jaħrab minn dik il‑ħolma kerha li kien qed jgħix fiha, sakemm ġie salvat mill‑‘Bonded Labour Liberation Front’, skola li tilqa’ tfal li kienu sfaw skjavi. Hemm wera l‑potenzjal tiegħu, u kors ta’ erba’ snin lestieh f ’sentejn. Imma dan kien biss il‑bidu. Ta’ tnax‑il sena sar mexxej prominenti ta’ moviment kontra l‑iskjavitù. Beda jdur id‑dinja u jkun il‑vuċi ta’ tfal skjavi li kienu qed isofru madwar id‑dinja kollha. Iqbal għen biex ikunu salvati 3,000 tifel u tifla Pakistani mill‑iskjavitù. Iqbal sar simbolu tal‑ġlieda kontra t‑tfal ħaddiema u l‑iskjavitù. Il‑ħolma tiegħu kienet li

jilħaq avukat biex jgħin aktar tfal. Iżda b’xorti ħażina, jum fost l‑oħrajn meta wasal lura mill‑Amerika, huwa u jivvjaġġa f ’waħda mit‑toroq imħarbtin tal‑Pakistan, raġel spara tir lejn it‑tfajjel. Iqbal safa maqtul fl‑età żgħira ta’ tnax‑il sena għaliex kien qed jaqbeż għad‑drittijiet ta’ tfal bħalu. 

5 seminaristi pass eqreb lejn is‑saċerdozju Ritratt: www.laikosblog.com

F

’Novembru li għadda, waqt ċelebrazzjoni li saret fis‑Seminarju tal‑Arċisqof fir‑Rabat, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna istitwixxa ħames 24

seminaristi fil‑Ministeru tal‑Akkolitat. Dan l‑għoti jimmarka pass ieħor importanti fil‑mixja lejn is‑saċerdozju tal‑ħames seminaristi – Osmar Baldacchino, David Borg, Christopher Bugeja, Jonathan Debattista u

Tony Pace. Bħala akkoliti, il‑ħames seminaristi ser ikunu qed jgħinu lis‑saċerdot u lid‑djakni fil‑qadi tal‑ministeru tagħhom waqt iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija, iqarbnu, fosthom lill‑morda, u fuq kollox jitħeġġu fl‑imħabba personali lejn l‑Ewkaristija, filwaqt li jgħixu kif jixirqilhom biex iservu lill‑Mulej u lill‑Knisja.  ikompli f’paġna 26


Jannar 2019

Move with safety, ship with ease! To all parts of the world to/from Malta by road, trailer, door to door weekly service. We provide packing, storage, shipping, air freight, insurance for personal effects, antique furniture, works of art and commercial goods.

REUBEN’S AUTO DEALER Best Quality Cars & Properties Reuben Azzopardi Director 9, Joe Sciberras Street, Ħamrun

Mob: 7947 3113

Services Ltd. COMPUTERISED 4 WHEEL ALIGNMENT

Buying & Selling Valuations Christian Meli Mobile: + 356 7966 0487 35, Valletta Road, Qormi, QRM 3616 Tel: + 356 2149 7051 E‑mail: vrttest@maltanet.net Web‑site: www.melivrt.com

49, Eucharistic Congress Road, Mosta MST9032 - Malta CHARLES AXIAK Tel: (+356) 2141 5949 Mob: (+356) 9942 0241 e-mail: hrtgantiques@gmail.com 25


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Jannar 2019

Attività b’risq Missio

N

har il‑Ġimgħa 26 ta’ Ottubru, studenti minn Għawdex li jattendu

s‑‘sixth form’ Sir Mikelanġelo Refalo tar‑Rabat, organizzaw attività b’risq il‑missjoni bħala inizjattiva missjunarja għax‑xahar tal‑missjoni. Il‑Tim Pastorali tal‑kulleġġ organizza ‘Hot Dog Day’ fejn l‑SMT, diversi għalliema, membri oħra

tal‑istaff u studenti, dejjem bl‑approvazzjoni tas‑surmast, ħadu sehem f ’din l‑attività. Is‑somma miġbura kienet ta’ €250. Missio jirringrazzja mill‑qalb lill‑organizzaturi ta’ din l‑attività. Jalla skejjel oħra jitħajru jagħmlu bħal dan il‑kulleġġ. 

Nies bla dar jorqdu fi knisja adwar ħmistax‑il sena ilu, il‑knisja ta’ San Bonifaċe f ’San Francisco, fetħet il‑bibien tagħha biex tilqa’ nies bla saqaf fuq rashom għal matul il‑lejl. Dan il‑proġett li jissejjaħ ‘The Gubbio’, inbeda minn Dun Louis Vitale u l‑attivista Shelly Roder fl‑2004. Dawk li jidħlu jfittxu kenn fil‑knisja ma jkunux mistoqsija min

huma u ħadd qatt ma tkeċċa, iżda kulħadd jiġi milqugħ b’rispett u dinjità. Ilum il‑ġurnata l‑knisja għadha miftuħa għal dawk li jridu jżuruha matul il‑jum biex jitolbu jew għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija, iżda żewġ terzi tal‑knisja huma riservati għall‑Proġett Gubbio. 95 fil‑mija ta’ dawk li jfittxu kenn fil‑knisja qalu li jħossuhom

Ritratt: www.sfgate.com

M

siguri f ’dan l‑ambjent u jħossuhom ħafna grati lejn il‑mexxejja tal‑proġett, minkejja li xi wħud isostnu li dan qed jagħmel aktar ħsara milli ġid! 

Plastik mibdul ma’ prodotti tal‑merċa

D

iversi ħwienet tal‑merċa fil‑Ħajiti, fil‑Filippini u fil‑Brażil qed jaċċettaw li l‑klijenti tagħhom iħallsu bi skart tal‑plastik minflok bi flus. Il‑Bank tal‑Plastik iħallas lil dawk li jiġbru l‑iskart tal‑plastik biex ikunu jistgħu jixtru prodotti tal‑merċa, fjuwil u saħansitra jħallsu l‑miżati tal‑iskejjel ta’ wliedhom. L‑għan 26

prinċipali hu li jgħinu lin‑nies joħorġu mill‑faqar u fl‑istess ħin jiġġieldu kontra l‑plastik mormi fl‑ibħra. Dawn il‑banek iħallsu prezz tajjeb għall‑plastik miġbur, ħafna aktar minn kwalunkwe skart ieħor. Dan il‑plastik imbagħad jinbiegħ lil entitajiet oħra. Sa mis‑sena 2014, 3.2 miljun kilo ta’ plastik ġie reċiklat bis‑saħħa ta’ dan il‑proġett. Ta’ kull sena 8 miljun tunnellata

ta’ plastik jintefgħu fl‑oċeani, li 80 fil‑mija minnhom jiġu minn pajjiżi żviluppati. Il‑Bank tal‑Plastik jixtieq jindirizza l‑għeruq tal‑kawża tat‑tniġġis mill‑plastik, aktar milli jiffoka fuq il‑ġbir mill‑ibħra. Huwa jemmen li l‑bnedmin għandhom jagħrfu l‑importanza tal‑plastik reċiklat sakemm dan għadu ma ntremiex u mhux wara, meta forsi jkun tard wisq.  ikompli f’paġna 28


Jannar 2019

MAGPIE THE KIA SPECIALIST

STATIONERY & NEWSAGENT

Simon Ciantar 140, Bir ir‑Riebu, Rabat

For Second Hand Kia Parts for Old Models

Tel: 2145 0794 Mob: 9986 4369

SF Door Styles Unit 1& 2, Industrial Estate Luqa Tel: 21227272 Mob: 99822867

47, Triq ir-Ragħaj, Qormi Tel: 2149 2259 Mob: 9987 4436

Kenneth Tanti Owner info@sfdoorstyles.com www.sfdoorstyles.com

27


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Jannar 2019

Jinstab innoċenti 70 sena wara

T

fajjel ta’ dixxendenza Afrikana, George Stinney Jr. ta’ erbatax‑il sena, kien l‑iżgħar persuna li ġiet issentenzjata għall‑mewt fl‑Istati Uniti fis‑Seklu 20. L‑esekuzzjoni tiegħu seħħet f ’siġġu tal‑elettriku permezz ta’ 5,380 vultaġġ elettrokutati f ’rasu. Tul il‑proċess kriminali u saħansitra fil‑jum li nqatel, it‑tfajjel dejjem żamm f’idu il‑Bibbja, filwaqt li baqa’ jinsisti li kien innoċenti. George kien akkużat li qatel żewġ tfajliet bojod; Betty ta’ ħdax‑il sena u Mary ta’ seba’ snin. L‑iġsma tagħhom kienu

nstabu qrib id‑dar fejn it‑tfajjel kien jgħix mal‑ġenituri tiegħu. Il‑membri tal‑ġuri kienu kollha ta’ ġilda bajda, filwaqt li l‑ġuri dam biss sagħtejn u s‑sentenza nqatgħet għaxar minuti wara, mingħajr il‑preżenza tal‑avukat tiegħu. Il‑ġenituri ta’ George kienu mhedda u lanqas ma tħallew ikunu preżenti fis‑sala tal‑qorti waqt il‑ġuri. Wara huma tkeċċew mill‑belt. Qabel l‑esekuzzjoni, it‑tfajjel qatta’ 81 jum fil‑ħabs iżolat, bla ma tħalla jkellem jew jara lil ommu u lil missieru. 70 sena wara, l‑innoċenza tat‑tfajjel sa fl‑aħħar ġiet approvata minn

imħallef minn South Carolina. George kien innoċenti; xi ħadd kien wettaq l‑att u għamilha possibbli biex jieħu l‑ħtija kollha hu. U dan kollu għax kien iswed! 

Ktieb dwar in‑nanna tal‑Papa

Riċentement reġa’ ġie ppubblikat mil‑Librerija tal‑Vatikan il‑ktieb dwar in‑nanna ta’ Papa Franġisku, omm missieru. Il‑ktieb, bl‑isem ‘Nonna Rosa. La Roccia delle Langhe, da Cortemilia all’Argentina’, 28

(Nanna Roża. Il‑Blata ta’ Langhe, minn Cortemilia sal‑Arġentina), għandu bħala fundatur lin‑neputi tal‑Papa, Jose Ignazio Bergoglio, filwaqt li l‑awturi huma Orsola Appendino u Giancarlo Libert. Il‑qligħ minn dan il‑ktieb ser imur kollu b’risq assoċjazzjoni fl‑Arġentina ‘Haciendo Lio’, imwaqqfa fis‑sena 2015 minn Jose Ignazio, li tgħin

lill‑foqra billi tipprovdilhom ikel u ħwejjeġ, u programmi ta’ riintegrazzjoni, fost oħrajn. Roża Vassallo kienet mara kuraġġuża, li għexet bejn is‑sekli 19 u 20, fejn minn Piedmont emigrat lejn l‑Arġentina meta kellha 45 sena, flimkien ma’ żewġha u binha Marjo, missier il‑Papa. Mara li ħafna drabi kellha terġa’ tibda mix‑xejn, dejjem sostnuta mill‑fidi tagħha. Roża kellha parti essenzjali fit‑trasmissjoni tal‑fidi lejn in‑neputi tagħha Jorge Mario, illum Papa Franġisku. Ħafna drabi dan il‑fatt isemmih il‑Papa nnifsu. 


Jannar 2019

St. Mary’s Bakery ...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702

JAPANESE AUTO PARTS FOR ALL KINDS OF JAPANESE VEHICLES AGENTS FOR

F.L. Hardware For all your home requirements FL Hardware Point St. Catherine Street Attard Tel: 21412773

SUN TIMING BELTS

SPARK PLUGS

DENSO KYOSAN HDK

KP

SAFETY & 555

VIC

TOKICO

GASKETS

BALL JOINTS

FILTERS

SHOCK ABSORBERS

FUEL PUMPS

CV/JOINTS

MK DAIKIN GMB SBK BRAKE PADS & CLUTCHES WATER PUMPS & BRAKE CABLES &

BRAKE SHOES

U/V JOINTS

CLUTCH CABLES

We also stock body & lighting parts The people who really know what your needs are! Triq is‑Sebħ, Qormi QRM 9053 Tel: 2149 2770 Fax: 2749 0795 Email: birmingham@onvol.net website: www.japanautoparts.info 29


Jannar 2019

IL‑KNISJA LLUM – DUN VICTOR AGIUS

Żewġ Isqfijiet skond il‑Qalb ta’ Marija 100 saċerdot u seminaristi minn aktar minn 30 pajjiż differenti, u konna ngħixu ferħanin bħala familja.

B

30

Ritratt: www.agensir.it

’nostalġija kbira qed naħseb fiż‑żgħożija tiegħi, fi żmien is‑sebgħinijiet. Kemm konna noħolmu fuq dinja ġdida mibnija fuq ġustizzja u mħabba! Fuq rispett lejn kulħadd, ugwaljanza bejn is‑sessi u rispett lejn kulturi differenti. Fil‑vanġelju sibna ħajja li għandha l‑qawwa li ġġib dan il‑ħolm realtà. Spiċċajt is‑seminarju u sirt qassis, u f ’kemm ili ngħidlek infetħet quddiemi dinja ġdida mimlija toroq miftuħa lejn il‑Knisja u lejn l‑umanità. Xahrejn wara li qaddist, minn Malta sibt ruħi f ’kunvent antik fuq l‑għolja tat‑Tuskulo, fi Frascati ħdejn Ruma. Hemm sibt waħda mill‑ħolmiet tiegħi ssir realtà: dinja żgħira magħquda. Konna madwar

Wieħed minna kien seminarista mill‑Korea t’Isfel, żagħżugħ mimli ħajja u ferħ. Wiċċu dejjem daħkan u simpatiku ħafna. Lazzaro kien jisraq qalb kulħadd. Meta beda jistudja l‑filosofija u t‑teoloġija fl‑università Lateranense, konna ħsibna li ser isibha diffiċli jgħaddi mill‑eżamijiet, għaliex it‑Taljan tiegħu ma kienx

tant tajjeb. Imma Lazzaro tant kien jirnexxilu jħobb lill‑professuri tiegħu, u bl‑attenzjoni li biha kien jisma’ l‑lekċers tagħhom, kważi dejjem il‑marki li kien iġib fl‑eżamijiet kienu l‑massimu tal‑marki. Lazzaro spiċċa l‑istudji tiegħu b’suċċess, ġie ordnat saċerdot u reġa’ lura lejn pajjiżu. Ħadem f ’diversi parroċċi, kien direttur ta’ djar tal‑irtiri, ħadem fis‑seminarju bħala rettur, sakemm ġie ordnat isqof f ’2003. Hawn ta’ min jghid li fil‑Korea t’Isfel hemm Knisja Kattolika li qed tikber ħafna. Is‑seminarji f ’kull djoċesi huma mimlija

L‑Isqof Lazzaro You Heung‑Sik


Jannar 2019

#

Ftit snin ilu, wara kriżi politika fil‑Korea t’Isfel, ġie elett president ġdid, Moon Jae‑in. Lazzaro meta intervistat fuq dan, qal pubblikament: “Jiena kuntent ħafna. Fl‑aħħar il‑Korea ser taqleb paġna ġdida u tieħu direzzjoni differenti.” Dan qalu peress

Ritratt: www.thechurchinmalta.org

bis‑seminaristi u kull sena n‑numru tal‑magħmudijiet fost l‑adulti hu kbir ħafna. Hija Knisja sabiħa u ħajja. Lazzaro però jibqa’ joħlom il‑ħolma tal‑għaqda bejn kulħadd. Għalih it‑talba li Ġesù għamel lill‑Missier: “…li lkoll ikunu ħaġa waħda biex id‑dinja temmen”, hija r‑raġuni għall‑ħajja tiegħu bħala Nisrani, qassis u isqof. Din l‑għaqda Lazzaro jgħixha man‑nies u l‑qassisin tad‑djoċesi tiegħu ta’ Daejeon u mal‑isqfijiet ħutu tal‑Korea t’Isfel. Weġgħa f ’qalb Lazzaro hija il‑firda li teżisti bejn iż‑żewġ Korei. Għamel minn kollox biex iġib permess li jidħol u jżur bħala ħabib u bħala President tal‑Kummissjoni tal‑Konferenza Episkopali tal‑Knisja tal‑Korea t’Isfel, Ġustizzja u Paċi, lill‑Korea ta’ Fuq u jiltaqa’ ma’ membri tal‑gvern. Għalkemm kif wieħed jista’ jimmaġina dan ma kienx xogħol faċli, Lazzaro baqa’ jemmen u jaħdem għal dan il‑għan.

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Mons. Alfred Xuereb

li s‑sena ta’ qabel kien sploda skandlu ta’ korruzzjoni fil‑gvern li fih kien involut il‑president flimkien ma’ wħud mill‑industriji prinċipali tal‑Korea t’Isfel bħal Samsung, Hyundai, SK u Lotte. Fl‑istess ħin kien hemm tensjonijiet kbar fuq livell internazzjonali minħabba t‑theddida ta’ gwerra nukleari mmexxija mill‑Korea ta’ Fuq. Fl‑ewwel dikjarazzjonijiet li għamel il‑president il‑ġdid, hu qal: “Jekk hemm bżonn nitlaq mill‑ewwel lejn Washington u anki lejn Beijing u Tokjo biex nerġgħu immedjatament

niftħu d‑djalogu u nwaqqfu din il‑minaċċa ta’ gwerra nukleari,” u qal ukoll li kien lest li jmur Pyongyang biex jikkalma l‑affarijiet. L‑Isqof Lazzaro qal li dawn huma dikjarazzjonijiet importanti ħafna. Pajjizu m’għandux ikabbar it‑tensjonijiet, imma għandu jkollu rwol attiv biex jirrikonċilja fuq livell internazzjonali, u biex jibni pontijiet ta’ paċi u rieda tajba fir‑reġjun tal‑Asja u tad‑dinja kollha. Dan il‑president il‑ġdid li hu Kattoliku, bħalma kien għamel l‑ewwel president Kattoliku Kim Dae‑jung li kien rebaħ 31


Jannar 2019

il‑Prempju Nobel għall‑Paċi fis‑sena 2000, ukoll jixtieq ir‑rikonċiljazzjoni mal‑Korea ta’ Fuq. President Moon għandu relazzjonijiet tajba ħafna mal‑Isqfijiet Kattoliċi u l‑Isqof Lazzaro kkummenta: “Il‑ħażen jifred, imma l‑Ispirtu s‑Santu jgħaqqadna”. Kumment sabiħ ħafna, l‑aktar meta dan l‑aħħar smajna fl‑aħbarijiet li l‑Isqof Lazzaro You kellu diversi laqgħat mal‑Papa, fejn ħarġet l‑istqarrija hekk sabiħa li Papa Franġisku għandu x‑xewqa li jżur il‑Korea ta’ Fuq. Ta’ min isemmi wkoll il‑ġest sabiħ meta Papa Franġisku ħatar bħala Nunzju Appostoliku għall‑Korea t’Isfel u ta’ Fuq, lill‑Mons. Alfred Xuereb, qassis Malti li għal ħafna snin kien segretarju personali ta’ Papa Benedettu XVI u Papa 32

IL‑KNISJA LLUM – DUN VICTOR AGIUS

Franġisku. Papa Franġisku dejjem wera rispett kbir u tkellem ħafna drabi fuq Mons. Xuereb bħala bniedem umli li jgħix il‑faqar evanġeliku u bħala bniedem ta’ fiduċja. Il‑fatt li għażlu bħala Nunzju għaż‑żewġ Korei jfisser ħafna. Ħsieb: Forsi sirna wisq abitwati għad‑dehriet tal‑Madonna fi żminijietna, bis‑soltu forma tal‑Madonna tixbah lill‑istatwi li jżejnu l‑knejjes tagħna, u ma nindunawx b’forma ta’ dehra ugwalment reali u l‑aktar sabiħa tal‑Madonna f ’nies li jaħdmu fil‑Knisja. It‑teologi llum jitkellmu fuq il‑Profil Marjan fil‑Knisja li narawh ċar u sabiħ f ’persuni li jservu, jaqdu u jagħtu lil Ġesù lid‑dinja

tal‑lum bħalma tagħmel Marija. Għalhekk, il‑Knisja llum tistenna mis‑saċerdoti tagħha li jkunu qaddejja u mhux mexxejja. Mhux kull saċerdot jista’ jkollu l‑kwalità ta’ mexxej, imma kull min għandu l‑vokazzjoni ta’ saċerdot bilfors irid ikollu r‑rieda li jaqdi. Quddiem dinja fejn l‑egoiżmu aktar qed jikber u jgħolli rasu, permezz tal‑Knisja u l‑ġerarkija tagħha, Ġesù jrid jibqa’ jservi u jmiss il‑qlub tal‑bnedmin. Kemm jinstemgħu sbieħ il‑kliem ta’ Marija fil‑Manifikat: “Hu wera l‑qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom, niżżel is‑setgħana minn fuq it‑tron tagħhom u għolla liċ‑ċkejknin.” 


Jannar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

50 ġrajja miktuba minn ħutna

missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt

(V0/1178)

Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.

 Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:

Data:

Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:

Qiegħed nibgħat ċekk bl‑ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................

ktieb/ kotba bil‑posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss. 33


TA’ MIN JAĦSEB FUQHA!

Jannar 2019

BIBLE EMERGENCY NUMBERS • When in sorrow........................................................................................................................................ John 14 • When men fail you............................................................................................................................Psalm 27 • When you have sinned................................................................................................................ Psalm 51 • When you have worry...........................................................................................Matthew 6:19‑34 • When you are in danger............................................................................................................Psalm 91 • When God seems far away................................................................................................ Psalm 139 • When your faith needs stirring.............................................................................. Hebrews 11

GOOD MORNING!

• When you are lonely and fearful................................................................................. Psalm 23

We all say ‘Good Morning’ to one another, but do you know the new meaning of ‘GOOD MORNING’?

• When you feel down and out.......................................................................Romans 8:31‑39

• When you grow bitter and critical................................................................................ 1 Cor. 13 • When you want peace and rest..........................................................Matthew 11:25‑30 • When the world seems bigger than God........................................................ Psalm 90 • When you want Christian assurance................................................... Romans 8:1‑30 • When you leave home for labour or travel................................................. Psalm 121

.G Get up. .O Open your heart. .O Open your mind. .D Dedicate your day to God.

• When your prayers grow narrow and selfish............................................. Psalm 67

.M Meditate on God’s word. .O Optimise your faith and hope. .R Rebuke all evils. .N Never doubt God’s love. .I Inspire someone. .N Nothing should scare you. .G Go out with joy.

• For Paul’s secret to happiness................................................................................... Col. 3:12‑17

So, GOOD MORNING and have a blessed day!

AVAILABLE 24/7 – PHONE SERVICE NOT REQUIRED DIRECT PETITIONS HEAVENWARD

• When you want courage for a task........................................................................... Joshua 1 • When you think of investments/returns.............................................................Mark 10 • How to get along with fellowmen........................................................................Romans 12 • For great invention/opportunity................................................................................. Isaiah 55 • If you want to be fruitful........................................................................................................... John 15 • If your pocketbook is empty..............................................................................................Psalm 37 • If you’re losing confidence in people........................................................................ 1 Cor. 13 • If people seem unkind................................................................................................................... John 15 • If discouraged by your work........................................................................................... Psalm 126 • If you find the world growing small and you great...........................Psalm 19

Coffee Morning b’risq il‑missjoni • Data: Il‑Ġimgħa l‑1 ta’ Frar 2019 • Ħin: 9:30am • Post: Sala Parrokkjali tas‑Swatar. • Prezz: €10‑ Jinkludi l‑platt tal‑ikel u 10 logħbiet tombla. Tingħata Figolla b’xejn lil kull min jattendi.

34

• Trasport: €5 • Il‑Ħamrun – Ħdejn il‑Knisja ta’ San Gejtanu • Msida – Ħdejn Marina Home • Il‑Mosta – Ħdejn il‑Knisja Rotunda tal‑Mosta (Il‑Bażilika ta’ Santa Marija) • Trasport provdut minn diversi lokalitajiet f’Malta. Ibbukkja post billi ċċempel fuq 21236962 sat‑28 ta' Jannar 2019.


Jannar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel

21236962

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK

Abbona issa fi Klabb Missio Tfal għal €5 biss fis‑sena. Mhux biss tkun qed tgħin lit‑tfal anqas ixxurtjati, imma wkoll tieħu pjaċir tiltaqa' ma' tfal ġodda. Niltaqgħu darba fix‑xahar biex flimkien nitgħallmu, norganizzaw xi attivitajiet, nagħmlu l‑krafts u ntellgħu xi drammi. Dan filwaqt li nitolbu għal tfal oħra madwar id‑dinja kollha. Ma' kull abbonament ta' sena tingħata 'discount card' li tissarraf f'diversi ħwienet popolari.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI KLABB MISSIO TFAL GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Klabb Missio Tfal, Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Jannar 2019

SOPPA TAL‑BASAL MINN PARIĠI Metodu:

• Ħoll il‑marġerina ġo kazzola u fiha aqli l‑basal sakemm jiħmar. • Żid l‑ilma bid‑dadi taċ‑ċanga maħlulin u ferrex id‑dqiq.

X’għandek bżonn (għal 4 persuni): • 50 gramma marġerina • 450 gramma basal imqatta’ • 3 dadi taċ‑ċanga maħlulin ġo litru ilma sħun • 15‑il gramma dqiq • Kuċċarina sos Worchestershire

• Ħawwad il‑ħin kollu sakemm l‑ilma jiftaħ jagħli. • Kompli sajjar fuq nar baxx għal madwar nofs siegħa. • Sadanittant ferrex il‑ġobon fuq kull biċċa ħobż u ixwihom taħt grilja sakemm il‑ġobon jinħall. • Żid is‑sos, il‑bżar u l‑melħ fis‑soppa.

• Bżar u melħ kemm tiggosta

• Servi s‑soppa sħuna b’biċċa ħobż fil‑wiċċ.

• 4 dawriet ħobż

Bon Appétit!

• 50 gramma ġobon ċedar maħkuk (jew ġobon ieħor tal‑gosti tiegħek)

(L‑Ikla t‑Tajba!)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171


Jannar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

37


KOMPETIZZJONI ‑ JANNAR 2019

Jannar 2019

TISLIBA BIN‑NUMRI

Imla t‑tisliba bin‑numri t’hawn taħt skont fejn suppost. Wieħed min‑numri huwa lest biex jgħinek tibda. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. 4

2

0

3

5

8

BI 3 143 267 468 659 748 946

B’4 2619 3580 6034 7129 7519 9256

B’5 19076 20537 32706 41037 41853 58321 84192

B’6 210496 420358 725692

Ħu nota tal‑indirizz il‑ġdid fejn tibgħat il‑kompetizzjoni.

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Novembru 2018: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Margaret Demanuele minn Ħal Tarxien. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

Ġ

Nitbissmu ftit:

uvnott impjega ruħu ma’ wieħed ibigħ iż‑żraben. Waqt li kien fil‑ħanut daħlet mara tixtri żarbun. Bdiet tagħżel u tipprova u qalgħetlu ħafna żraben, imma ma sabet l‑ebda wieħed li jiġiha tajjeb. Riedet tgħid li kull darba ssib żarbuna akbar mill‑oħra. Fl‑aħħar il‑ġuvnott qalilha bis‑sempliċità kollha: “Sinjura, naħseb li għandek sieq waħda akbar mill‑oħra!” Dik ħaditha b’offiża u tgħidx kemm bdiet tgħajjat għax riedet tgħid li dak il‑ġuvnott kien qed jgħajjarha. Malajr ġie sid il‑ħanut u qalilha: “X’ġara sinjura?”

38

8 4 3 9 6 7 2 5 1 9 1 6 5 8 2 3 7 4 7 5 2 1 3 4 8 6 9 1 6 7 4 9 3 5 2 8 5 8 9 2 1 6 7 4 3 2 3 4 7 5 8 9 1 6 6 2 8 3 4 5 1 9 7 4 7 1 8 2 9 6 3 5 3 9 5 6 7 1 4 8 2

“Dan irid jgħid li għandi sieq waħda akbar mill‑oħra! Dan x’pastaż hu? X’ħasibni jew?”

Allura sid il‑ħanut dar fuq il‑lavrant u qallu: “Int x’fettillek tgħidilha li għandha sieq waħda akbar mill‑oħra? Mela m’intix tinduna li din is‑sinjura għandha sieq iżgħar mill‑oħra?” “Mela, sewwa qed tgħid, sinjur,” qaltlu l‑mara waqt li dehret li kkalmat.


Jannar 2019

#

Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Anna Vella u Nikolina Sciberras minn Ħal Għargħur • Lawrence Camilleri f ’isem BOV Centre ta’ Santa Venera • Stefan Cauchi minn San Pawl il‑Baħar • Agnes Camilleri mill‑Mosta • Silvana Vella mill-Gudja Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

Voluntiera Missio għandhom bżonn BISS kobob tas‑suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kutri biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin.

GRAZZI.

Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?

Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39


Jannar 2019

Get connected with the latest in phone technology Reasonable Prices, Services and Repairs, Excellent aftersales Service Your Satisfaction is Guaranteed

PHONE BOX Triq Tal‑Balal, San Gwann Contact Information: 21381666/ 79381666 info@phonebox.com.mt www.phonebox.com.mt

All Brands of Mobile Phones, Home Phones and Cordless Phones

40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja January 2019 by Missio Malta - Issuu