Skip to main content

Malta Missjunarja Gunju 2019

Page 1

a in

NEWSPAPER POST ĠUNJU 2019 SENA 87

md t m a Mgħ ibgħu um 02 Vażett Mimli Sax‑Xfar  16 Edukazzjoni Alternattiva 24 Eroj Tat‑Trabi Fil‑Ġuf  30 Id‑Devozzjoni Marjana fiċ‑Ċina għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Ġunju 2019

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Vażett mimli sax‑xfar

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm • Tel: 20330015 Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal

4 Messaġġ mill‑Assistent Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Kultura 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Ħbieb jgħidu kelma fi triq f ’Centro Habana, l-iżgħar muniċipalità, imma l-aktar waħda popolata f ’Havana Kuba. 2

N

aħseb ilkoll xi darba jew oħra smajna din l‑istorja, imma tajjeb li xi kultant nerġgħu naqrawha u nixtarru l‑messaġġ li trid twasslilna. Professur kien wieqaf quddiem klassi studenti tal‑Filosofija. Quddiemu kellu xi oġġetti. Bla ma tkellem, qabad vażett kbir tal‑ħġieġ u mlieh bil‑blalen tal‑golf. Wara staqsa lill‑istudenti jekk il‑vażett kienx mimli u lkoll qablu li iva kien mimli. Il‑professur imbagħad qabad xi ċagħak u xeħithom fil‑vażett, filwaqt li ċaqalqu ftit. Iċ‑ċagħak niżel u mela l‑ispazju ta’ bejn il‑blalen. Il‑professur reġa’ staqsa lill‑istudenti jekk il‑vażett kienx mimli u lkoll qablu. Kien imiss issa li l‑professur iferra’ fil‑vażett ir‑ramel li dan iżżerżaq ħelu ħelu qalb il‑blalen


Ġunju 2019

u ċ‑ċagħak. Għat‑tielet darba l‑professur staqsa jekk il‑vażett kienx mimli u b’vuċi waħda l‑istudenti għajtu ‘iva’. Ħadd ma basar li l‑vażett seta’ jimtela aktar, imma l‑professur ferra’ fih l‑ilma sakemm dan imtela sax‑xifer, fost id‑daħk tal‑istudenti. Meta d‑daħk batta, il‑professur talab lill‑istudenti jqabblu l‑vażett ma’ ħajjithom. Il‑blalen tal‑golf jirrappreżentaw l‑aktar affarijiet importanti, il‑familja, l‑ulied, is‑saħħa u l‑ħbieb. Jekk l‑affarijiet l‑oħra kollha jintilfu u jibqagħlek lilhom

biss, ħajtek xorta tibqa’ mimlija. Iċ‑ċagħak huma l‑affarijiet l‑oħra bżonnjużi bħax‑xogħol, id‑dar u l‑karozza. Filwaqt li r‑ramel jirrappreżenta l‑affarijiet iż‑żgħar l‑oħra li ftit huma ta’ importanza. Li kieku l‑professur mela l‑ewwel il‑vażett bir‑ramel, ma kienx ikun hemm spazju la għaċ‑ċagħak u wisq anqas għall‑blalen. U l‑istess f ’ħajjitna, jekk naħlu l‑ħin u l‑enerġija tagħna fuq il‑ħmerijiet, ma jkollniex spazju biżżejjed għall‑affarijiet l‑oħra aktar importanti. Hemm bżonn li nagħtu attenzjoni lill‑affarijiet li jagħmluna

kuntenti. Irridu ngħaddu aktar ħin ma’ wliedna u mal‑ġenituri tagħna, inżuru lin‑nanniet u noħorġu ta’ spiss mar‑raġel/mara. Ħin għat‑tindif tad‑dar jinstab żġur. Ħu ħsieb l‑ewwel u qabel kollox il‑blalen tal‑golf f ’ħajtek; ftakar li l‑affarijiet l‑oħra huma biss ramel! Wieħed mill‑istudenti għolla jdejh għaliex xtaq ikun jaf l‑ilma x’jirrappreżenta. Il‑professur tbissem u kien kuntent li xi ħadd staqsieh. “L‑ilma jfakkarna li mimlija kemm hi mimlija ħajjitna, tajjeb li nsibu ftit tal‑ħin għal flixkun birra jew kikkra kafè ma’ xi ħabib/a!”  Bil-parteĊipazzjoni ta’

(V0/1178)

MISSIO MALTA SER JORGANIZZA BBQ NHAR IS‑SIBT 20 TA’ LULJU 2019 FIL-ĠNIEN TA’ HASTINGS, IL-BELT VALLETTA. AKTAR DETTALJI FIL‑ĦARĠA LI JMISS.

BIEX TIBBUKKJA IBGĦAT IMEJL FUQ: info@missio.org.mt | ĊEMPEL FUQ: 2123 6962 3


Ġunju 2019

MESSAĠĠ MILL‑ASSISTENT DIRETTUR – DUN VICTOR AGIUS

Dinja magħquda: Ħolma jew xewqa reali?

I

d‑diskors li l‑president il‑ġdid ta’ Malta, l‑eċċellenza tiegħu Dott. George Vella, għamel fil‑bidu tal‑presidenza tiegħu, ferraħ il‑qlub ta’ ħafna Maltin għax wieħed jinduna li hu diskors ġej mill‑qalb ta’ persuna li mill‑ħajja tgħallmet ħafna u li l‑kuntatti frekwenti li għandu man‑nies, iffurmawlu qalbu b’għerf u mħabba ġenwina. Il‑kultura Maltija għandha l‑għeruq profondi tagħha fil‑fidi Nisranija. Il‑valuri u l‑mod kif naħsbu u nixtiequ li jsiru l‑affarijiet, huma frott ta’ patrimonju

4

ta’ ħajja Nisranija li ma tiqdiem qatt, u li hi kapaċi tiftħilna qalbna u moħħna għal sitwazzjonijiet ġodda li nistgħu nsibu rwieħna fihom. Il‑Madonna, li kienet u tibqa’ dejjem preżenti fil‑ħajja tagħna l‑Maltin, nistħajjilha tkellimna u b’imħabba kbira ta’ omm tgħidilna kif għandna ngħixu l‑ħajja politika u soċjali tagħna. Inħoss lill‑Madonna tgħidilna li kieku ġurnata jibda żmien meta l‑popli kollha, mhux bħala individwi, imma bħala nazzjonijiet, jitgħallmu jpoġġu lilhom infushom fil‑ġenb, ipoġġu

fil‑ġenb dak li jaħsbu fuq art twelidhom, u jagħmlu dan bħala frott ta’ dik l‑imħabba reċiproka li Alla jixtieq bejn in‑nazzjonijiet, eżattament bħalma Alla jixtieq bejn l‑individwi, f ’dak il‑jum, Ġesù jkun ħaj u preżenti f ’nofs il‑popli kollha. Wasal iż‑żmien li l‑popli jaqbżu


Mulej, ikollok ħniena minn din id‑dinja hekk maqsuma u hekk imħawda. Ikollok ħniena minn tant popli magħluqa fihom infushom li jaraw biss is‑sbuħija

B’SMS B’SMSta’ta’€6.99 €6.99tkun tkunqed qed tixtri l‑kotba għalgħal tifel tifel jew tifla tixtri l‑kotba jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkuntkun qed titma’ B’SMS ta’ €2.33 qed 7 t’itfal għal għal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.

tagħhom, anki jekk din tista’ tkun tant limitata u mhux tant sabiħa, iggranfati mal‑ġid esaġerat u żejjed tagħhom, ġid li minflok, jista’ jgħin tant pajjiżi, fejn eluf kbar ta’ nies qegħdin imutu bil‑ġuħ. Jalla dawn il‑ħitan jaqgħu ħalli l‑karità tgelgel bla tfixkil minn pajjiż għall‑ieħor, fi xmara li ma tinxef qatt. Xmara ta’ ġid spiritwali u materjali. Mulej, bħala poplu rridu nittamaw fik u nemmnu li inti għad iġġibilna dinja ġdida. Int biss Mulej tista’ tagħmel mill‑umanità familja waħda, fejn kull nazzjon, waqt li jżomm il‑karatteristiċi sbieħ tiegħu, ikun jista’ jgħix għas‑servizz tal‑oħrajn u jsir dawl ta’ ħajja, preludju ta’ dinja magħquda li tibqa’ għall‑eternità. 

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

l‑fruntieri tagħhom u jħarsu lil hinn minnhom infushom. Issa wasal iż‑żmien li nibdew inħobbu lill‑pajjiżi l‑oħra daqskemm inħobbu lil artna u hekk inrawmu qalb safja li tħares b’rispett u mħabba kbira lejn nies minn pajjiżi oħra. Biex inkunu Nsara vera mhux biżżejjed li niċċaħħdu minna nfusna. Iż‑żminijiet li qed ngħixu fihom jitolbu xi ħaġa aktar mis‑segwaċi ta Ġesù. Jeħtieġ li nkunu konxji wkoll tad‑dimensjoni soċjali tal‑Kristjaneżmu.

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Ġunju 2019

5


Ġunju 2019

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Ġunju 2019 “Nitolbu sabiex is‑saċerdoti, permezz tal‑modestja u l‑umiltà f’ħajjithom, jikkommettu rwieħhom b’mod attiv għal solidarjetà ma’ dawk li huma l‑aktar foqra.”

F

’dan ix‑xahar aħna mistiedna sabiex nitolbu għas‑saċerdoti kollha fid‑dinja biex jimxu fuq l‑eżempju ta’ Kristu 6

s‑saċerdot qaddej u fqir. Is‑saċerdot huwa l‑ministru sagru ta’ Alla. Il‑kelma ‘ministru’ ġejja mil‑Latin ‘minus stare’, li tfisser ‘tkun inqas quddiem ħaddieħor’, jiġifieri li tkun ‘qaddej’. Il‑kelma Griega li tittraduċi dan il‑ħsieb hija ‘diakonia’ li tfisser ‘qadi’ jew ‘servizz’. Dan huwa l‑qofol tas‑saċerdozju, li s‑saċerdot ordnat bħala ministru ta’ Alla jkun tassew qaddej ta’ Alla għall‑poplu. Is‑saċerdot jaqdi l‑uffiċċju tiegħu bis‑setgħa ta’ Kristu nnifsu u fil‑persuna tiegħu kif jgħidilna l‑Katekiżmu tal‑Knisja Kattolika f’paragrafi 1545 u 1548.

Fl‑erba’ evanġelji naraw il‑ħajja u l‑ministeru ta’ Kristu, is‑saċerdot perfett, u l‑missjoni tal‑appostli mibgħuta minnu stess biex ikunu qrib il‑foqra, il‑batuti, ifejqu l‑morda, jeżorċizzaw, u mogħtija s‑setgħa li ‘jorbtu’ u ‘jħollu’ d‑dnubiet. Nitolbu għalhekk sabiex ħutna s‑saċerdoti jimxu dejjem fuq l‑eżempju ta’ Kristu li ġie fid‑dinja mhux biex ikun moqdi bħalma jkunu r‑rejiet, imma pjuttost biex jaqdi. Is‑saċerdot, għalhekk, għandu l‑ewwel li jfittex li jaqdi lill‑oħrajn u jingħata għall‑oħrajn, speċjalment għal dawk li għandhom bżonn l‑għajnuna fis‑soċjetà tagħna. 


Ġunju 2019

KNISJA–FAMILJA–MISSJONI K–F–M

Laqgħat ta’ formazzjoni li jwassluna biex ngħixu aktar għall‑oħrajn milli għalina nfusna. Kull laqgħa jkollha viżjoni tal‑Knisja tal‑lum, filwaqt li nidħlu fil‑fond fuq punt importanti tal‑fidi tagħna.

Meta: Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Fejn: Uffiċċju ta’ Missio Malta, il‑Belt Valletta

Imexxi: Dun Victor Agius, Assistent Direttur ta’ Missio, li għandu aktar minn 40 sena esperjenza missjunarja Programm: 6:00pm – Quddiesa  6:30pm – Taħdita ta’ nofs siegħa 7:00pm – Te, kafè u ‘snack’ Għal aktar tagħrif jew jekk ser tattendi għall‑ewwel darba kkuntattja lil Dun Victor fuq 7923 6114. Grazzi.

BAŻAR

a. Grazzi. ħ g im ġ l‑ fi qar ġurnata im id ’ t a q q a ħu jagħtu d g t s ji li a r ie t nn ta’ volun o ż b a n d n a Għ

Q S I R ’ B AKolloxR BA Żgħall‑prezz ta’ €0.50.

I N O J S IL‑MIS

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN

Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – MONS. VALENT BORG

a in

Ġunju 2019

md t m Mgħaibgħu um

I

‘Mgħammdin u Mibgħuta’

l‑Papa Franġisku għal dawn l‑aħħar xhur, ilu jinsisti biex il‑Ġurnata Missjunarja li ser niċċelebraw nhar id‑19 ta’ Ottubru 2019, tkun waħda tassew speċjali, mhux fix‑xinxilli u fl‑istorbju, iżda fis‑sustanza. Il‑Papa jrid dan biex ifakkar l‑ewwel ċentinarju tal‑ittra appostolika ‘Maximum Illud’ ta’ Papa Benedittu XV. Din l‑ittra hija meqjusa bħala l‑‘carta magna’ tat‑tagħlim dwar il‑missjoni, hekk li l‑Papiet kollha li ġew wara Benedittu XV, kollha komplew jiżviluppaw it‑tagħlim li nsibu f’din l‑ittra appostolika. Bħala ‘logo’ għal din is‑sena speċjali ntgħażel ‘Mgħammdin u Mibgħuta’. 8

Ġesù, l‑ewwel missjunarju, ġie fid‑dinja mhux minn rajh, iżda għaliex kien mibgħut mill‑Missier biex isejjaħ lill‑midinbin għall‑indiema (1Tim 1:15). Ġesù wettaq din il‑missjoni bil‑qawwa tal‑istess Spirtu Qaddis tiegħu. Sar bniedem bil‑qawwa ta’ dan l‑Ispirtu fil‑ġuf ta’ Marija (Lk 1:35), u kif Ġesù nnifsu stqarr fil‑bidu tal‑ħajja pubblika tiegħu, “... l‑ispirtu tal‑Mulej fuqi għax ikkonsagrani ...” (Lk 4: 18‑19). Ġesù ta dan l‑istess Spirtu lill‑Knisja sabiex tkun tista’ tkompli l‑istess missjoni tiegħu li twassal l‑evanġelju lill‑ġnus kollha tal‑art. “Lili ngħata kull setgħa fis‑sema u fl‑art. Morru mela, agħmlu dixxipli mill‑ġnus kollha,

u għammduhom fl‑isem tal‑Missier u tal‑Iben u tal‑Ispirtu s‑Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien” (Mt 28: 16‑20). Il‑Knisja mwaqqfa minn Ġesù u mibnija fuq l‑Appostli, hija fin‑natura tagħha Knisja Missjunarja. Il‑mandat ta’ Ġesù lill‑Knisja mhux li tingħalaq fis‑sagristija, iżda li tmur sat‑trufijiet kollha tal‑art ixxandar lil Alla, “... hekk ħabb lid‑dinja li ta lil Ibnu l‑waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l‑ħajja ta’ dejjem” (Ġw 4:16). Din hija l‑missjoni primarja tal‑Knisja li xxandar din ‘l‑aħbar’ lill‑ġnus kollha ta’ kull żmien u ta’ kull post. Il‑Knisja għall‑ebda raġuni u taħt l‑ebda ċirkostanza ma


Ġunju 2019

tista’ qatt tirrinunzja jew tabbanduna din il‑missjoni mogħtija lilha minn Ġesù nnifsu. Din is‑sejħa tal‑Knisja li tkun missjunarja mhix sejħa għal ftit, iżda għal kull min hu mgħammed. Jekk int Nisrani, mela int ukoll missjunarju u msejjaħ biex tagħti daqqa t’id fil‑kawża missjunarja. Dan ma jfissirx li kull Nisrani huwa msejjaħ biex iħalli art twelidu u jmur f’art barranija biex jiżra’ l‑evanġelju. Imma jfisser li kulħadd jista’ skond il‑kapaċitajiet, id‑doni u l‑mezzi tiegħu jgħin ħalli l‑Mulej Ġesù jkun magħruf u maħbub minn kulħadd, kif kien iħobb jgħid San

Ġorġ Preca. Santa Tereża tal‑Bambin Ġesù, waħda mill‑patruni tal‑missjoni, xtaqet ħafna tmur ixxandar lil Ġesù f’art tal‑missjoni, iżda qatt ma marret minħabba l‑marda li kellha. Madanakollu hija ħadmet għall‑kawża missjunarja billi offriet it‑tbatijiet kollha tagħha għall‑bżonnijiet tal‑missjoni. It‑talb huwa mezz effikaċi ħafna biex jitwettaq dan il‑kmand ta’ Ġesù lill‑Knisja. Mezz ieħor li jgħin fil‑ħidma missjunarja hija x‑xhieda ta’ ħajjitna. Kif għallem Papa Pawlu VI fl‑Eżortazzjoni Appostolika ‘Evangelii Nuntiandi’, in‑nies tilqa’ aktar ix‑xhieda milli lill‑għalliema, u jekk tisma’

minn dawn, dan tagħmlu għaliex huma xhieda. Komunità Nisranija li tgħix l‑evanġelju hija mixtla tajba li minnha jinbtu ħafna vokazzjonijiet. Barra dawn, hemm bżonn ukoll li naqsmu mal‑oħrajn mill‑ġid li l‑Mulej jipprovdilna. Ma nistax inżomm għalija biss il‑ġid li l‑Mulej afda f’idejja. Nista’ ngħin ħafna lill‑oħrajn biex jgħixu ħajja b’dinjità, hekk li kull fejn mar il‑missjunarju ħa ħsieb mhux biss li jxandar l‑evanġelju, imma wkoll il‑bini ta’ skejjel, sptarijiet, djar u ħafna inizjattivi oħrajn biex kull bniedem jgħix b’dinjità. 

MAKE ENDING POVERTY PART OF YOUR LIFE STORY

WILL TO GIVE

A lasting legacy that will change lives By remembering Missio Malta in your will, you could make a lasting difference in the world the next generation grows up in. A gift from you could, many years from now, be seen in the smiles of children in Third World Countries, who will benefit from your kindness and compassion. Your legacies left behind will always leave your smile alive in other people’s hearts.

VO/1178

7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 9


Ġunju 2019

SAN PIETRU APPOSTLU – DUN VICTOR AGIUS

“Jiena dejjem magħkom sal‑aħħar taż‑żminijiet” (Esperjenza tal‑Isqof Joe Alessandro ‑ Garissa, Kenja)

Ġ

L‑Isqof Joe Alessandro jiltaqa’ mal‑Papa Franġisku.

ratli aktar minn darba li niltaqa’ ma’ saċerdoti mill‑Kenja, u meta nistaqsihom għal xi informazzjoni fuq Garissa, jgħiduli li ma tantx jafu għaliex qatt ma marru hemm peress li hu post perikoluż ħafna minħabba l‑vjolenza u l‑odju lejn l‑Insara. Imma l‑patrijiet Kapuċċini Maltin ma ddejqux jieħdu f ’idejhom il‑kura pastorali ta’ din l‑art hekk kbira u tant diffiċli. 10

Id‑djoċesi ta’ Garissa, li tinsab fil‑Grigal tal‑Kenja u li tmiss mas‑Somalja, għandha estensjoni ta’ art ta’ madwar 145,000 kilometru kwadru, terz tal‑Kenja. Joqogħdu fiha miljun ruħ li 98% minnhom huma Musulmani. Il‑Kattoliċi huma madwar 8,000 (0.8%) u fil‑maġġoranza tagħhom huma minn bnadi oħra tal‑Kenja. Fid‑djoċesi hemm 7 parroċċi li fihom

jinsabu 15‑il saċerdot u 4 komunitajiet ta’ reliġjużi. F’dawn l‑aħħar snin dan ir‑reġjun ġie ta’ spiss attakkat minn militanti Somali tal‑Al Xabbab. L‑aktar attakk gravi kien dak li sar f ’April 2015 meta xi terroristi attakkaw l‑università ta’ Garissa, sparaw u qabdu għexieren ta’ nies bħala ostaġġi. Ħallew lill‑Musulmani jitilqu u ħatfu lill‑Insara. Dawk li mietu kienu 148, kollha


Ġunju 2019

studenti, barra wieħed li kien il‑gwardjan. L‑isqof tad‑djoċesi hu Patri Joseph Alessandro li għandu 74 sena, Malti mill‑Ordni tal‑Kapuċċini Minuri. Kien wasal il‑Kenja fl‑1989, u fl‑1993 inqabad mir‑ribelli minn grupp imsejjaħ ix‑Xifta. Dan ġara waqt li hu kien qed jakkumpanja bil‑vann tiegħu grupp ta’ persuni. Sparawlu u fergħuh serjament f ’saqajh. Wara li r‑ribelli serqu kollox, ħallew lill‑Patri Joe wara siġra mal‑ġenb tat‑triq, aktar mejjet milli ħaj! Mirakulożament ġie salvat minn tifel Afrikan, u wara ħafna operazzjonijiet fl‑Ingilterra, ġie Malta biex jirkupra u sħabu l‑patrijiet għażluh bħala l‑provinċjal tagħhom f ’Malta. Fl‑aħħar tal‑mandat tiegħu talab biex jirritorna l‑Kenja fil‑provinċja ta’ Garissa minħabba li kien hemm ftit saċerdoti u l‑isqof kien marid ħafna u kellu bżonn min jgħinu. Fl‑2012 intgħażel bħala Isqof Koadjutur u fl‑2015 bħala amministratur tad‑djoċesi. F’dan ir‑rakkont jgħidilna u jaqsam magħna kif din il‑komunità żgħira ta’ Nsara jgħixu mal‑ġirien tagħhom li huma kollha Musulmani. Bħalissa s‑sitwazzjoni f ’Garissa hija relattivament kalma. Wara

dak l‑attakk li kien sar fuq l‑università, ħafna Nsara kienu ddeċidew li jitilqu mill‑belt u jmorru lura lejn l‑irħula fejn twieldu jew inkella, minħabba x‑xogħol, jaqsmu l‑fruntiera kull filgħodu u filgħaxija. Issa, li s‑sitwazzjoni ta’ sigurezza tjiebet, għaliex il‑gvern ħa f ’idejh ir‑rinfurzar tal‑liġi, ħafna minn dawn in‑nies reġgħu marru lura jgħixu ġo Garissa. Anki l‑knejjes issa għandhom dejjem gwardjan tal‑gvern magħhom. Riċentement, il‑militanti Somali tal‑Al Xabbab qed ikunu aktar impenjati biex jiġġieldu lill‑pulizija fuq il‑fruntiera mas‑Somalja milli lill‑popolazzjoni ċivili. L‑università reġgħet fetħet u numru sabiħ ta’ studenti Kattoliċi qed jistudjaw fiha. Id‑djoċesi tieħu

ħsieb ’il dawn l‑istudenti u torganizzalhom laqgħat ta’ talb u ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Ta’ min jgħid li fil‑passat ma kienx hemm problemi kbar bejn il‑Musulmani u l‑Insara. Il‑problema prinċipali hija politika u storika. Is‑Somali jħossu li ġew misruqa mit‑territorji tagħhom, li issa saru parti mill‑Kenja, u għalhekk iħossuhom eżiljati f ’art li issa m’għadhiex pajjiżhom. Qabel l‑indipendenza mill‑Ingilterra fl‑1963, il‑parti l‑kbira ta’ Garissa kienet parti mis‑Somalja, u issa saret parti mill‑Kenja, u t‑tribù tas‑Somali, li huma pjuttost tribù magħluq ħafna, ġie maqsum. Dan ħoloq ħafna problemi fit‑territorju ta’ Garissa għax il‑membri ta’ dan it‑tribù

Patri Joe Alessandro qed jigi trasferit minn fuq l‑ajruplan Flying doctor hekk kif wasal fl‑ajruport ta’ Nairobi fi triqtu lejn l‑isptar f’Nairobi għall‑kura. 11


Ġunju 2019

SAN PIETRU APPOSTLU – DUN VICTOR AGIUS

Il‑komunità ta’ Sarandi waqt laqgħa soċjali.

baqgħu iħossuhom Somali u ħafna drabi għad għandhom lil qrabathom in‑naħa l‑oħra tal‑fruntiera. Għal xi żmien il‑grupp terrorista Xifta, kien attiv ħafna u kien jagħmel attakki u serq vjolenti, għalkemm mhux tant radikali u vjolenti daqs dawk tal‑Al Xabbab. Meta mistoqsi x’jaħsbu l‑Musulmani li joqogħdu fit‑territorju ta’ Garissa, fuq l‑Al Xabbab, l‑Isqof Alessandro qal li l‑Musulmani fit‑territorju tagħhom ġejjin minn diversi tribujiet u tnejn minn dawn huma miftuħin lejn l‑Insara, huma ħbieb u jixtiequ l‑paċi. Huma jħarsu lejn l‑Islam bħala reliġjon tal‑paċi u ma jissapportjawx it‑terroriżmu. Xi wħud jippreferu ma jikkundannawhomx għax jibżgħu li qrabathom, li jgħixu fis‑Somalja, jista’ jiġrilhom xi ħaġa jekk jiftħu ħalqhom, peress li huma mill‑istess tribù 12

tat‑terroristi, u hekk iqisuhom bħala tradituri. Dawn il‑Musulmani jsofru u jibqgħu fis‑skiet, jibżgħu li jkunu attakkati u mhumiex f ’pożizzjoni li jinfurmaw lill‑pulizija. Dan l‑aħħar, l‑armata ħasbet li tista’ toqgħod fuq is‑sapport tal‑Musulmani. Il‑Musulmani jħarsu lejn l‑Insara b’simpatija u ammirazzjoni għax il‑Knisja Kattolika tagħmel u taħdem ħafna magħhom u għalihom. Kemm‑il darba ġara li l‑Musulmani jgħidu lis‑saċerdoti: “X’ħasra li għax intom Insara se tmorru l‑infern meta intom daqshekk twajbin!” Apparti x‑xogħol pastorali, il‑Knisja tagħmel ukoll ħafna xogħol soċjali. Hemm diversi kliniċi, sptar, ċentru ta’ rijabilitazzjoni għal tfal bi ħtiġijiet speċjali, orfanatrofji għall‑bniet u diversi skejjel primarji. Hemm ukoll ħames gruppi għall‑promozzjoni tan‑nisa u ċentri fejn

jitqassmu ikel u ħwejjeġ għal dawk fil‑bżonn. Kull bniedem huwa kreatura ta’ Alla, għandu d‑dinjità tiegħu u għandu d‑dritt li jkun maħbub u rrispettat. Dan huwa l‑messaġġ li huma jridu jgħaddu permezz ta’ dan ix‑xogħol li hu miftuħ għal kulħadd. Pereżempju l‑iskejjel tagħhom huma miftuħa għat‑tfal kollha, kemm Insara u kemm Musulmani. Huma jemmnu li l‑istituzzjoni Kattolika tal‑edukazzjoni għandha rwol importanti biex tibni fuq is‑sod soċjetà impenjata u paċifika. Il‑ġenituri Musulmani jafdawhom u jirrispettawhom, u jgħidu li huma kuntenti jibagħtu lil uliedhom fl‑iskejjel tagħhom. Jafu li huma jaħdmu ħafna għall‑formazzjoni umana tal‑ġenerazzjonijiet iż‑żgħar. Huma jgħaddu l‑valuri tal‑vanġelu, li huma universali, lill‑istudenti, bħal pereżempju, l‑imħabba lejn il‑proxxmu, il‑ġustizzja, il‑paċi u l‑maħfra. It‑tfal jaċċettaw dawn il‑valuri u waqt li jistudjaw u jilagħbu, jitgħallmu jħobbu lil xulxin, jgħixu flimkien u mhux joqogħdu jħarsu lejn min hu minn tribù ieħor jew ta’ twemmin differenti minn tagħhom. Hekk il‑Knisja tiżra’ dak li huwa tajjeb u ċertament għad jaraw il‑frott ta’ dan.


Ġunju 2019

Il‑Knisja tippromovi ħafna d‑djalogu inter‑reliġjuż permezz ta’ diversi attivitajiet. Ftit snin ilu, il‑Konferenza Episkopali Amerikana tat fondi għal programm ta’ sentejn li fih saru programmi fil‑parroċċi li jikkonsistu f ’laqgħat għall‑gruppi ta’ nisa, żgħażagħ u awtoritajiet reliġjużi. L‑iskop kien li jsiru jafu lil xulxin aktar u jiffaċċjaw id‑diffikultajiet flimkien biex ma jaqgħux f ’konflitti. Iż‑żgħażagħ jorganizzaw kompetizzjonijiet sportivi flimkien. Issa li l‑fondi waqfu, dawn il‑gruppi għadhom sejrin u r‑riżultati huma inkoraġġanti ħafna. Pereżempju, riċentement ġo parroċċa, il‑grupp inter‑reliġjuż tan‑nisa kien kapaċi jżomm konflitt li kien ser jinqala’ bejn l‑irġiel tagħhom. L‑isqof personalment jorganizza laqgħat ta’ talb mal‑Imami tal‑post, li xi wħud minnhom, wara l‑attakk fuq l‑università, marru fil‑katidral u b’sogħba kbira taw il‑kondoljanzi u talbu skuża għal dak li ġara. Il‑fidi fost l‑Insara ssaħħet wara dan kollu. L‑attakk fuq l‑università kien ġara f ’Ħamis ix‑Xirka. Fil‑Ġimgħa l‑Kbira u f ’Sibt il‑Għid il‑katidral baqa’ kważi vojt kompletament,

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


Ġunju 2019

imma f ’Ħadd il‑Għid kien mimli daqs bajda. Kien hemm ħafna tfal, għaliex kienu ftiehmu li jagħmlu l‑magħmudijiet. Diversi ġurnalisti barranin, li kienu hemm minħabba l‑attakk li kien ġara, stagħġbu meta raw il‑folla hekk kbira li attendiet. Issa li l‑affarijiet ikkalmaw, il‑Kattoliċi ma jibżgħux jilbsu l‑kuruni tar‑rużarju m’għonqhom jew jilbsu flokkijiet b’wiċċ Ġesù jew il‑Madonna. Naturalment, għadhom jibżgħu minn xi attakk, imma xorta waħda jibqgħu jattendu l‑Knisja għax jgħidu: “Jekk għandna mmutu aħjar immutu hawn fid‑dar ta’ Alla”. Hekk l‑istess jgħidu ż‑żgħażagħ. L‑isqof Alessandro qalilna: “Aħna s‑saċerdoti nissapportjawhom u nħeġġuhom biex jitolbu. It‑talb huwa l‑arma potenti kontra l‑ħażen. Jiena għandi fidi qawwija li l‑Ispirtu s‑Santu jidħol għalina; hu dak li jmexxi l‑Knisja”. Huwa kompla jgħidilna li minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, fil‑belt ta’ Mandera, li hija ’l fuq nett fil‑parti tad‑djoċesi, m’hemm l‑ebda qassis permanenti, imma l‑fidili jibqgħu jgħixu b’fedeltà kbira l‑fidi tagħhom. Minn żmien għal żmien, l‑isqof iżurhom u jara kemm l‑Ispirtu s‑Santu qed 14

Fil‑Milied mal‑komunità Nisranija fil‑Katidral ta’ Garissa.

jaħdem fosthom. L‑Isqof Joe qal: “Ġesù qalilna li ser ikun magħna sal‑aħħar taż‑żminijiet. Dan għednieh kemm‑il darba lil dawn l‑Insara, u huma fehmuh sew.” Meta mistoqsi kif jaħseb li ser ikun fil‑futur, l‑Isqof Joe Alessandro qal li huwa fiduċjuż ħafna għal żewg raġunijiet: l‑ewwel nett il‑gvern qed jaħdem ħafna biex ikabbar l‑infrastrutturi, bħal toroq, ilma u dawl, u biex jgħin dan ir‑reġjun jiżviluppa u jinfetaħ aktar. Qed tingħata aktar għajnuna liż‑żgħażagħ li jridu jistudjaw u jsibu fejn jaħdmu. L‑edukazzjoni hija waħda mill‑erba’ pilastri li l‑gvern irid jibni fuqhom. Iż‑żgħażagħ li jmorru jfittxu x‑xogħol jew jidħlu f ’xi università fil‑Kenja, jiġu mgħallmin kif għandhom iġibu rwieħhom ma’ tribujiet

oħrajn, jitgħallmu l‑modi ta’ kif jgħixu. Dan għen biex ibiddlu l‑mentalità tagħhom u jkunu aktar miftuħin għall‑oħrajn, u hekk jeqirdu l‑ostakli biex jistgħu jgħixu flimkien. Il‑Knisja hija qrib ta’ dawn iż‑żgħażagħ u tissapportjahom anki finanzjarjament. L‑isqof spiċċa b’dan il‑kliem: “Fuq kollox jiena fiduċjuż għaliex naf li Alla jirbaħ fuq il‑ħażen u ma jabbanduna lil ħadd minn uliedu. Aħna bil‑għajnuna tiegħu, nagħmlu mill‑aħjar biex niżirgħu iż‑żerriegħa tal‑vanġelu u nħallu f ’idejh. Forsi mhux se naraw malajr il‑frott tax‑xogħol tagħna, imma ma jimpurtax għax ta’ warajna jarawh. Nitolbu lil ħutna Nsara mid‑dinja kollha biex jgħinuna bit‑talb tagħhom biex aħna nistgħu nkomplu nxandru l‑vanġelu b’ħajjitna”. 


Ġunju 2019

50 ġrajja miktuba minn ħutna

missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt

(V0/1178)

Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.

 Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:

Data:

Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:

Qiegħed nibgħat ċekk bl‑ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................

ktieb/ kotba bil‑posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss. 15


SANTA INFANZJA – VIKKI

Ġunju 2019

Edukazzjoni alternattiva Ritratti: www.worldschildrensprize.org

Valeriu huwa li jipproteġi lit‑tfal mill‑faqar u mit‑tbatija li jġib miegħu r‑razziżmu.

V

aleriu Nicolae twieled fil‑11 ta’ Diċembru tal‑1970 fir‑Rumanija. Minkejja li twieled f’pajjiż Ewropew, Valeriu trabba u għex fil‑faqar. Il‑familja ta’ Valeriu jagħmlu parti mill‑grupp etniku ‘Roma’. Minkejja li r‑‘Roma’ ilhom jgħixu fl‑Ewropa għal kważi elf sena, il‑membri ta’ dan il‑grupp minn dejjem kienu l‑ifqar u l‑iktar nies diskriminati fil‑kontinent Ewropew. Dan għaliex ir‑‘Roma’ huma wieħed mill‑iżgħar gruppi etniċi bi ftit jew xejn poter. Il‑faqar u d‑diskriminazzjoni wasslu lil Valeriu sabiex jibda jaħdem kontra d‑diskriminazzjoni u r‑razziżmu. L‑għan ta’ 16

Meta kellu sitt snin, il‑familja ta’ Valeriu marru jgħixu fil‑belt ta’ Cariova fir‑Rumanija stess. Missieru kien jaħdem mal‑istat, u għalhekk ma kellux dħul tajjeb. Valeriu kien jattendi l‑iskola primarja u sekondarja f’Craiova stess. Iktar tard, bejn l‑1990 u l‑1994, Valeriu studja x‑xjenza tal‑kompjuter u l‑amministrazzjoni industrijali fl‑Università ta’ Craiova. Bħala student universitarju, huwa rċieva boroż ta’ studju sabiex imur jistudja fir‑Renju Unit. Minkejja li l‑boroż ta’ studju kienu għal żmien qasir, dawn xorta waħda għenu ħafna lil Valeriu fl‑istudji tiegħu. Wara li spiċċa l‑istudji tiegħu, fl‑1996, Valeriu ngħaqad mal‑kumpanija IBM fl‑Istati Uniti, iżda wara ftit żmien mar lura lejn

ir‑Rumanija. Fis‑sena 2000 huwa vvjaġġa lejn il‑Kanada u hemmhekk reġa’ beda jaħdem mal‑kumpanija IBM. Wara xi snin, telaq mill‑Kanada u ġie Malta fejn beda jsegwi kors fl‑istudji diplomatiċi fl‑Università ta’ Malta. Fl‑2005, wara li temm l‑istudji dimplomatiċi tiegħu bi grad ta’ masters f’Malta, Valeriu reġa mar lura lejn il‑Kanada sabiex ikompli jaħdem mal‑kumpanija IBM. Riċentement huwa ħadem fi Brussell għall‑Uffiċċju Ewropew tal‑Informazzjoni dwar il‑grupp etniku ‘Roma’. Fl‑2010, Valeriu beda jaħdem favur it‑tfal li dak iż‑żmien kienu jgħixu fl‑ifqar u l‑iktar żona perikoluża fl‑Ewropa, jiġifieri ż‑żona ta’ ‘Ferentari Ghetto’ f’Bukarest. Fl‑2010, din iż‑żona kienet minsija mill‑kumplament tad‑dinja. Kien għalhekk li Valeriu ddeċieda li jibda jaħdem sabiex jgħin lil dawn it‑tfal u lill‑familji tagħhom. F’Ghetto, Valeriu beda jmexxi klabb għat‑tfal bl‑isem ta’ ‘The Alternative Education Club’. Huwa


Ġunju 2019

kien miftuħ għal kulħadd, b’mod speċjali għat‑tfal li ma kinux imorru skola. F’din iż‑żona f’Bukarest, bosta tfal u żgħażagħ kienu jmutu minħabba nuqqas ta’ ikel u vitamini, minħabba ħafna abbuż, kif ukoll minħabba d‑droga. Barra minn dan, ir‑rata ta’ suwiċidju fost iż‑żgħażagħ kienet għolja ħafna. Il‑klabb ta’ Valeriu serva ta’ alternattiva oħra għat‑tfal u ż‑żgħażagħ sabiex iżommu ’l bogħod mill‑vizzji ħżiena. Dan il‑klabb żgur li kien l‑ikbar inizjattiva li kienet qed tagħmel sforz sabiex tinbidel il‑ħajja tal‑aktar nies foqra fl‑Ewropa. Bis‑saħħa ta’ Valeriu, mijiet

ta’ tfal illum il‑ġurnata qegħdin igawdu minn appoġġ kontinwu sabiex ikomplu bl‑istudji tagħhom. Flimkien ma’ voluntiera oħra li jissapportjaw il‑proġetti ta’ Valeriu, mijiet ta’ tfal jafu dwar id‑drittijiet tagħhom u jiksbu appoġġ biex ikomplu jiżviluppaw u jgħixu ħajja tajba. L‑ifqar tfal jingħataw żraben, ħwejjeġ u anke ikel. Tfal li jieħdu d‑drogi kif ukoll dawk li jiġu sfruttati u mġiegħla jbigħu d‑drogi u s‑sess, jingħataw l‑appoġġ bżonnjuż sabiex iħallu dik il‑ħajja warajhom. Huma jiġu mħarrġa sabiex ikollhom it‑tfulija li jistħoqqilhom. Valeriu jaħdem ukoll favur liġijiet

u sistemi aħjar li jipproteġu t‑tfal mill‑vjolenza, id‑diskriminazzjoni u reati oħra li jippromwovu l‑mibegħda. Fl‑istess ħin Valeriu jaħdem ukoll biex isaħħaħ id‑drittijiet u l‑opportunitajiet tat‑tfal. Illum il‑ġurnata Valeriu għandu 48 sena, u ilu jaħdem bla waqfien kontra d‑diskriminazzjoni u r‑razziżmu fost l‑ifqar u l‑aktar tfal vulnerabbli fir‑Rumanija u fl‑Ewropa kollha, għal fuq minn għoxrin sena. Valeriu Nicolae kien innominat u ngħata l‑premju The World’s Children’s Prize fl‑2018. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org  17


Ġunju 2019

CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.

Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:

18

€7 – tiġieġa għal familja

€19 – medikazzjoni għal

fil‑bżonn

ġimagħtejn fi kliniċi li jikkuraw mard serju

€50 – programm ta’

€138 – konsenja ilma

€8,000 – bini ta’ kappella

ġimgħa edukazzjoni sportiva għal tfal f’Myanmar

tal‑fliexken għal 15‑il tifel u tifla

f’ismek jew xi ħadd għażiż għalik


Ġunju 2019

Ġwanni 4:14

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

19


Ġunju 2019

Joseph Aloisius Ratzinger (1927 ‑ ) twieled il‑Ġermanja u huwa t‑tielet u l‑iżgħar wild fil‑familja. Missieru kien pulizija u ommu kienet Taljana. Ħuh il‑kbir huwa qassis Kattoliku u oħthom baqgħet xebba ddur bihom. Fl‑età ta’ ħames snin, wara li kardinal żar raħal twelidu, Ratzinger iddikjara li ried isir kardinal. Huwa ġie ordnat saċerdot fl‑1951, arċisqof fl‑1977 u xahar wara kardinal. F’April tal‑2005 kien elett Papa wara Papa San Ġwanni Pawlu II, u ħa l‑isem ta’ Papa Benedittu XVI. Fi Frar tal‑2013 huwa rriżenja u xtaq li jkun magħruf bħala Papa Emeritus. Bejn l‑2002 u l‑2005 kien il‑President tal‑Kulleġġ tal‑Kardinali. 20


Ġunju 2019

“Alla huwa Missierna u jħobbna, anke meta s‑silenzju tiegħu jibqa’ ma jinftehimx.” Papa Benedittu XVI

21


QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

Ġunju 2019

San Luwiġi Orione

L

uwiġi twieled Piemonte l‑Italja, f ’raħal ħdejn Tortona, nhar it‑23 ta’ Ġunju 1872. Ingħata ismu f’ġieħ il‑qaddis Ġiżwita San Alwiġi Gonzaga. Il‑familja Orione kienet fqira finanzjarjament, imma nobbli fil‑ħwejjeġ tar‑ruħ. L‑ewwel xrar ta’ vokazzjoni wasslu lil Luwiġi fuq l‑għatba tal‑Franġiskani, imma s‑saħħa dgħajfa tiegħu ma ħallitux jissokta f ’din it‑triq. Bejn l‑1886 u l‑1889, Orione kien student fl‑Oratorju ta’ Valdocco f ’Turin, li kien immexxi mis‑Sależjani. It‑tjubija u l‑ġabra ta’ Orione li kellu jkun il‑Bniedem t’Alla, ġibdu l‑attenzjoni ta’ San Ġwann Bosco. Luwiġi kien determinat li jidħol saċerdot u daħal fis‑seminarju tal‑Arċidjoċesi ta’ Turin. Kien ukoll membru f ’soċjetajiet karitattivi bħal dawk ta’ San

Marzjano u San Vinċenz De Paul. Ispirat minn kariżma Sależjana, fl‑1892 Luwiġi fetaħ oratorju għall‑edukazzjoni tal‑foqra u ‘boarding school’. Huwa rċieva l‑Ordni Sagri nhar it‑13 t’April, 1895. Orione fforma grupp ta’ saċerdoti u kjeriċi, li kellu jkun il‑‘Piccola Opera’ tad‑Divina Providenza li ngħatat l‑approvazzjoni bħala kongregazzjoni reliġjuża fl‑1903. Fl‑1908, Orione xammar il‑kmiem u mar jgħin f ’Messina, Sqallija u fil‑Kalabrija fejn kienu seħħew xi terremoti. Id‑devozzjoni tiegħu lejn il‑Madonna tidher fit‑twaqqif ta’ Santwarju tal‑Madonna della Guardia f ’Tortona. F’dokumenti kunfidenzjali ta’ diversi kongregazzjonijiet tal‑Vatikan, wieħed kien isib fl‑aħħar tal‑paġni dwar materji jaħarqu, in‑noti ta’ Papa Piju XI li kien ikkonsulta ma’ Dun Orione.

LOTTERIJA B’RISQ IL‑MISSJONI 2019

LOTTERIJA 2019 B'RISQ MISSIO MALTA

Ġwanni 4:14

Prezz ta’ folja sħiħa (25 biljett) €10 Ċekkijiet għandhom jiġu indirizzati lil Missio Malta.

(V0/1178)

LOTTERY IN AID OF THE MISSIONS ‑ www.missio.org.mt

22

DPL/xx/2019

Data tat‑Tlugħ: 27 ta’ Settembru 2019 Ħu sehem f’din il‑lotterija billi tixtri l‑biljetti kollha u ibgħathom lil Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 sa mhux aktar tard mis‑26 ta’ Settembru 2019.

San Luwiġi Orione miet fl‑1940. Kien ibbeatifikat u kkanonizzat minn Papa San Ġwanni Pawlu II fl‑1980 u 2004 rispettivament. Fil‑beatifikazzjoni tiegħu l‑Papa qaddis ppreżentah lill‑Knisja b’dawn il‑kelmiet: “Espressjoni brillanti tal‑karità Nisranija, wieħed mill‑aktar personalitajiet li għex il‑fidi miftuħa tiegħu fis‑seklu għoxrin. Kellu karattru u qalb tal‑Appostlu San Pawl, mimli mħabba u sensittiv għall‑ħtiġijiet tal‑oħrajn, bniedem tenaċi u dinamiku li jwassal għall‑eroiżmu.” 

Il‑biljetti ser jibdew jitqassmu matul dan ix‑xahar ‑ Ħafna premjijiet sbieħ fosthom: Air‑Conditioner, Sailing Days u Hotel Stays.


Ġunju 2019

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Ġunju 2019

Ħolma ta’ Maltija‑Sirjana Ritratti: www.timesofmalta.com

Z

arifa Dag hija tfajla Maltija ta’ għoxrin sena b’għeruq Sirjani. Xi snin ilu kienet għamlet esperjenza ta’ volontarjat fil‑Libanu ma’ tfal ta’ immigranti li ħarbu mill‑gwerra tas‑Sirja lejn dan il‑pajjiż. It‑tfajla tittama li ma jdumux ma jintemmu l‑vjolenzi fis‑Sirja biex tkun tista’ tmur iżżur lil qrabatha. Il‑ħolma ta’ Zarifa hija li tibni skola fil‑Libanu. Hija misset b’idejha l‑faqar li jgħixu fih dawn it‑tfal, li minkejja li daqu l‑imrar li ġġib magħha l‑gwerra, għandhom ħeġġa kbira għat‑tagħlim u kapaċi japprezzaw lill‑voluntiera li jmorru jgħallmuhom.

Skont statistika maħruġa mill‑Aġenzija tar‑Refuġjati tan‑Nazzjonijiet Uniti, aktar minn 5.6 miljun ruħ ħarbu mis‑Sirja hekk kif faqqgħet il‑gwerra ċivili fis‑sena 2011. Barra dawn, 6.6 miljun ruħ oħra, għalkemm ħarbu minn djarhom, għadhom imferrxin

mas‑Sirja, fosthom qraba ta’ Zarifa li wħud minnhom sfaw maqtula mis‑suldati ta’ Assad. Minkejja kollox, it‑tfajla hija determinata li tkompli bil‑ħolma tagħha u fiduċjuża li żgur ser issib għajnuna ta’ flus, għaliex il‑poplu Malti huwa ġeneruż. 

Eroj ta’ trabi fil‑ġuf Ritratti: www.blooddonate.com.au

F

l‑età ta’ tlettax‑il sena, James Harisson kellu bżonn jieħu mat‑tlettax‑il litru ta’ demm waqt li kien qed jiġi operat. It‑tifel kien ħalef li hekk kif jagħlaq it‑tmintax‑il sena kien ser jibda jagħti d‑demm. Kelmtu żammha 24

u f ’qasir żmien skopra li fid‑demm tiegħu kien hemm sustanza rari li kienet tfejjaq il‑marda tar‑‘rhesus’. Din hija kundizzjoni fi trabi li jkunu għadhom fil‑ġuf, fejn minkejja li l‑omm ma jiġrilha l‑ebda ħsara, l‑‘antibodies’ fid‑demm

tal‑omm tqila jeqirdu ċ‑ċelloli tad‑demm tat‑tarbija. Kawża t’hekk it‑tarbija taqa’ f ’anemija u tiżviluppa s‑suffejra. Għal aktar minn sittin sena, James ta d‑demm tiegħu u salva ’l fuq minn 2.4 miljun tarbija.  ikompli f ’paġna 26


Ġunju 2019

Get connected with the latest in phone technology Reasonable Prices, Services and Repairs, Excellent aftersales Service Your Satisfaction is Guaranteed

PHONE BOX Triq Tal‑Balal, San Gwann Contact Information: 21381666/ 79381666 info@phonebox.com.mt www.phonebox.com.mt

All Brands of Mobile Phones, Home Phones and Cordless Phones

Proprietor: Sean Wellman

PANEL BEATING Specializing in Bodywork & Chassis Alignment Triq ir‑Ragħaj Qormi

Tel: 2723 1233 Mobile: 9923 1233

THE KIA SPECIALIST For Second Hand Kia Parts for Old Models 47, Triq ir‑Ragħaj, Qormi Tel: 2149 2259 Mob: 9987 4436 25


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Ġunju 2019

Kotba tal‑Bibbja jibqgħu intatti

Ġ

imgħat ilu, knisja f’West Virginia fl‑Istati Uniti, inħakmet min‑nirien qawwija, tant li nqerdet għal kollox. Tant kien aggressiv in‑nar, li għal xi ħin il‑pumpiera tat‑tifi tan‑nar kellhom joħorġu barra

l‑bini u jkomplu jikkontrollaw in‑nirien min‑naħa ta’ barra. B’għaġeb kbir ta’ kulħadd, qalb in‑nugrufun u l‑ħerba nstabu numru sabiħ ta’ kotba tal‑Bibbja, li mhux talli ma nħarqux u baqgħu sħaħ, imma

talli kien daqs li kieku qatt ma ġara xejn. 

It‑tifel tal‑ganċ Ritratti: www.boredpanda.com

H

ekk kif twieled, Jonah, tfajjel Etjopjan, safa abbandunat u meħud f’orfanatrofju. Il‑familja Larson minn Wisconsin, fl‑Amerika, addottaw liċ‑ċkejken. Kien hemm il‑possibiltà li t‑tifel seta’ jkun ritardat minħabba li kien marid serjament u malnutrit. Iżda t‑tifel, fl‑età

żgħira ta’ ħames snin kien kapaċi jaħdem il‑ganċ wara li kien ra vidjow fuq ‘Youtube’. Meta l‑omm addottiva ratu daqstant interessat, sabet vidjows sempliċi biex Jonah isegwihom. It‑tfajjel ħadem perfettament sarvetta kbira għal ommu. Dan kien biss il‑bidu, għaliex minn dakinhar Jonah ma telaqx il‑ganċ minn idu u kien jaħdem tista’ tgħid lejl u nhar. Saħansitra, meta kienu jibagħtuh jorqod kien ikompli jaħdem il‑ganċ taħt il‑friex fid‑dawl tat‑torċ. Meta ommu poġġiet ix‑xogħlijiet tiegħu fuq il‑midja soċjali

kien hemm ħafna li ammiraw ix‑xogħol sabiħ tat‑tfajjel, iżda kien hemm ukoll min kellu d‑dubji tiegħu. Iżda d‑determinazzjoni ta’ Jonah malajr rebħet fuq ix‑xettiċi u f ’qasir żmien it‑tifel kellu għexieren ta’ eluf ta’ fans. Fost ix‑xogħol tal‑ganċ it‑tifel jaħdem xlapi, ingwanti, kalzetti u kutri. Jonah Larson, li llum għandu ħdax‑il sena, jagħti b’donazzjoni ħafna mix‑xogħlijiet tiegħu lil dawk fil‑bżonn. Lil hinn minn dan il‑passatemp, it‑tfajjel jixtieq ikompli jistudja biex la jikber jilħaq kirurgu. 

ikompli f ’paġna 28

Indja 2018 MIS‑7 TA' APRIL 2019 FUQ kull nhar ta’ Ħadd fis‑18:45

Ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta fl‑22:30 u l‑Ġimgħa fis‑14:15 Bil‑kollaborazzjoni ta’ (V0/1178)

26


Ġunju 2019

Tel: 2189 7917 / 2180 9376 www.magriautocare.com • Interior shampoo and wash including seats, carpet, roof and dashboard • Complete renovation including external polish, interior shampoo and wash throughout • Car wash (by hand) and interior vacuum • Polish and wax of the external paintwork, tyres and vinyl dressing of plastic components

WE RESTORE THE APPEARANCE OF CAR INTERIORS & EXTERIORS TO SHOWROOM CONDITION. Triq l-Ajruport, Luqa LQA 9023

Fax: 2189 7911 | Email: magridrs@vol.net.mt

Tel: 21‑496894.

JOSEPH LEWIS JEWELLER Wednesday afternoon closed

Misraħ il‑Kebbies, ST. VENERA.

Lifestyle Ltd. 64,Triq Joseph Sciberras, Ħamrun, ĦMR1553 +356 2133 7343 info@haircaremalta.com www.haircaremalta.com 27


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Ġunju 2019

66/2019

Ittra lill-Poplu ta’ A

lla

io Grech tal-E.T. Mons. Mar Isqof ta’ Għawdex

EJ NIFIRĦU FIL-MUL

abba fuq il-Knisja arsa tiegħu kollha mħ il-ħ et xeħ steru a’ reġ j ule fai MSSP, u fdalu l-mini Għal darba oħra l-M lat edha, Patri Giovanni Ce uli Pre of nn mi Isq d el ħe ww wie l-e l tru aże tagħna u għ bbar li kien qed jaħ ħa u isk nġ Fra a ap l-P episkopali. Dalgħodu Huancané, fil-Perù. ta’ Santiago Apostol de atri -snin għenu lil dan il-p llha li mal-medda tas tal ko ġ wk lleġ da Ku n lej filfna du ħa od lu ħalli jgħ Inħossni grat l-ewwel x il-Mulej sabu jixraq h bie taw r wa ilja aw fam jiss filu li arj u missjun ituri tiegħ emorja tal-għeżież ġen riet dak il-qafas Appostli. Insellem il-m -Żebbuġ, Għawdex, off taż i jal kk rro pa ità un om amel l-ewwel għ Il-k . u ija em ran ww Nis trobbija dan it-tfajjel tra n fej i ral ltu ku nu “l-ewwel u kie ità ekkleżjali reliġjuż, spiritwali il-familja u l-komun k Jek ssjunarja ta’ . Mi isja tà Kn ċje -So ta’ esperjenza ris, li l-Patrijiet tas Ma lla Ste r Da idn dan iżn, fej ” ni seminarju seminarju” għal Giovan arroċċa, kienet “it-tie il-p in o, beda nf’d Pir om De dh pi an żep San Pawl għ ta’ Alla Mons. Ġu dej ad -Q tal a żm rċieva lli ari mes snin wara żagħżugħ, maħtuf mill-k ssjunarja. Fil-fatt, ħa mi u Cauchi, li Ġ. ota l ko erd Ni saċ f qo jja namur tal-ħa ssur tiegħi l-Is eċe red il-p jn ide nn ko mi li għadda, meta nt fuq Ordinazzjoni saċerdota sa issa. F’Novembru li mm he u ad għ ma’ sħabu ln fej t ftit jiem miegħu u huwa mar il-Perù li l-grazzja li għaddej hekk stajt kel mm rù, he Pe filli; i ċja ral vin sto Żjara Pa kien Superjur Pro fai Ce ns. ħbuba u Mo ma n fej ma a es foqra u hu patrijiet f’Arequip atrijiet iħobbu lin-ni il-p wn da m kem nosserva apprezzati. dxi għandu lejn ileruża li l-poplu Għaw ġen a bb isja ħa -im tal tt l-interess ġenwin fil-Kn Din in-nomina hija fro a biex inkebbsu fina ġn ġġi tħe li na mi no missjoni; hija tna missjunarji. nkunu solidali ma’ ħu missjunarja u nibqgħu Cefai għallli bil-ħatra ta’ Mons. wl, Pa n Sa u ta’ a arj un ssj meta l-Papa Franġisk Insellem lis-Soċjetà Mi rja tagħha. Nifhem li sto lfl-i of mi isq pri el jes ww qed l-e a episkopat għandh ulied De Piro, huwa steru lil wieħed minn dejjem ngħid qed jafda dan il-mini tà. Intennilhom dak li ċje So isdin ta’ a dm -ħi all tna. L-għażla għ fos enza tagħkom apprezzament tiegħu esi: aħna ngħożżu l-preż joċ rma minn -D nfe fid a ko dn a an hij għ of, li lir-reliġjużi i li qed jinħatar isq dx aw Għ tri pa t iele ta’ dan ir-reliġjuż, it-t at għalikom. hawn post speċjali riserv Alla li f’din id-Djoċesi a tagħkom, f’din is-Sen -Isqof Cefai bit-talb lill ilt nu taħ ież tw għ ħżu om iġk żag f Filwaqt li nħeġġ ħed lil dan l-Isqo ja f’Għawdex, inqieg Marjana, f’isem il-Knis ’ Pinu. ħarsien tal-Madonna Ta Illum, 3 ta’ April 2019.

Mario Grech

Isqof ta’ Għawdex

April 2019. tal-lum, l-Erbgħa 3 ta’ Biex tinqara fil-quddies

28


Ġunju 2019

George Żammit HERBS, SPICES, ESSENCES, FOODSTUFFS & DOMESTIC CATERING

TAL‑ĦWAWAR Johann Farrugia Proprietor 15, St. John Str., VLT 1168, Valletta Tel: 21236553

DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com

29


KULTURA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

Ġunju 2019

Id‑devozzjoni Marjana fiċ‑Ċina Ċiniza, però hemm ħafna iktar miljuni ta’ Nsara.

Il‑faċċata tal‑Katidral Marjan f'Beijing.

I

l‑Kristjaneżmu fiċ‑Ċina għandu għeruq twal li jmorru lura għas‑Seklu 7 W.K. Għalkemm l‑eqdem u l‑ikbar reliġjonijiet fiċ‑Ċina huma it‑Tawiżmu, il‑Buddiżmu u l‑Konfuċjuniżmu, il‑Kristjaneżmu jaf il‑bidu tiegħu fiż‑żmien id‑dinastija Tang, u tul dawn l‑aħħar mitejn sena kellu influwenza 30

qawwija fuq il‑kultura Ċiniża. Huwa diffiċli ħafna tghid kemm huma l‑Insara Kattoliċi u Protestanti fiċ‑Ċina, pero’ statistika ta’ qabel l‑1949 turi li kien hemm 3 miljun Nisrani Kattoliku u miljun Nisrani Protestant. Skond statistika riċenti l‑Insara fiċ‑Ċina jammontaw għal 31 miljun, 2.3% tal‑popolazzjoni

Il‑Kattoliċiżmu fiċ‑Ċina ġab miegħu kult qawwi Marjan li jidher ċar fil‑ħafna santwarji Marjani mxerrdin f ’diversi provinċji. Fil‑belt tal‑provinċja ta’ Guizhou, proprju fuq il‑muntanji tat‑Tramuntana ta’ Guiyang, wieħed isib santwarju tal‑Madonna li għandu storja ta’ madwar mitejn sena. Dan l‑imkien inqered fir‑rivoluzzjoni kulturali Ċiniża, iżda reġa’ nfetaħ fl‑1980 u sal‑lum jattira ħafna pellegrini Nsara. Barra minn hekk, imkien ieħor ta’ kult Marjan jinsab fuq il‑quċċata tal‑muntanji tar‑raħal ta’ Longtian qrib il‑belt ta’ Fuzhou fil‑provinċja ta’ Fujian. Dan huwa pjuttost wieħed modern u jaf il‑bidu tiegħu fit‑30 ta’ April 1993. Hawn il‑kult Marjan idur ħafna mad‑devozzjoni tar‑Rużarju Mqaddes, tant li l‑post jissejjaħ ‘Villa tar‑Rużarju’. Din id‑devozzjoni ġejja mill‑influwenza tal‑missjunarji Dumnikani li kienu jaħdmu fil‑provinċja ta’ Fujian sakemm tkeċċew mill‑gvern. Illum wieħed isib statwa tal‑Madonna mogħtija b’rigal mill‑Italja


Ġunju 2019

il‑post kien ibbumbardjat mill‑qawwa Ġappuniża u minflok inbniet fabbrika sakemm fl‑1993 il‑Knisja reġgħet xtrat biċċa art qrib u bniet il‑knisja li hemm illum. Għad‑dedikazzjoni ta’ din il‑knisja, fl‑1 ta’ Mejju 1994, kien hemm miġbura 40,000 ruħ u fl‑1995 reġgħu bdew il‑pellegrinaġġi Nsara, l‑iktar minn Wuxi u Shanghai.

u l‑post iservi bħala dar tal‑irtiri għal bosta membri tal‑kleru kif ukoll bħala refuġju ta’ mistrieħ għall‑pellegrini. F’Qingyang fid‑djoċesi ta’ Nanjing, fil‑provinċja ta’ Jiangsu, id‑devozzjoni Marjana hija lejn il‑Knisja tal‑Madonna ta’ Lourdes. Dan il‑post dam magħluq għal 55 sena, iżda fl‑1 ta’ Mejju 1994 reġa’ nfetaħ għall‑qima u l‑kult Marjan. Jingħad li fl‑1901 il‑Madonna ta’ Lourdes dehret f ’dan il‑post u fejqet ħafna morda, u għalhekk illum bosta pellegrini Kattoliċi miċ‑Ċina jżuruh. Sfortunatament, fl‑1939 dan

bkiet dmugħ naturali. Fl‑istess żmien f ’Donglu, 40 kilometru ’l boghod minn Baoding fil‑provinċja ta’ Hebei, bosta Kattoliċi jirrakkontaw li raw dehra tal‑Madonna fis‑smewwiet u talbuha teħles lill‑belthom mill‑għedewwa waqt ’il hekk imsejħa ‘Boxer Rebellion’. Aktar tard f ’dan il‑post inbniet knisja lill‑Madonna bħala ringrazzjament Wieħed ma jistax ma tal‑għajnuna u l‑protezzjoni jsemmix iż‑żewġ santwarji li offriet lill‑Insara tal‑post. Marjani ewlenin ta’ Donglu F’din il‑Knisja wieħed u ta’ Sheshan. Jingħad li isib xbieha tal‑Madonna fl‑1900 l‑Madonna dehret liebsa ilbies Imperjali tliet darbiet fiċ‑Ċina. Waħda Ċiniż li jixbah l‑ilbies mid‑dehriet seħħet f ’Beijing tal‑Imperatriċi Ċiniża Ċi fejn il‑Madonna dehret Xi. Illum din ix‑xbieha flimkien mal‑Arkanġlu San tiġbed l‑ammirazzjoni ta’ Mikiel imdawwar minn ħafna pellegrini li jżuru bosta anġli oħra. Fenomenu l‑post. Fl‑1924 f ’Donglu ieħor seħħ fir‑raħal ta’ Santai, waslu l‑ewwel pellegrini, fejn xbieha tal‑Madonna izda uffiċjalment l‑ewwel

Dehra minn ġewwa tal‑Katidral Marjan. 31


KULTURA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

Ġunju 2019

L‑istatwa tal‑Madonna fuq il‑ġenb tal‑Katidral Marjan.

pellegrinaġġ seħħ fl‑1929. Minħabba d‑devozzjoni qawwija Marjana, fl‑1932 Papa Piju XI approva l‑post bħala wieħed mis‑santwarji Marjani fid‑dinja, li għadu sal‑lum wieħed mill‑postijiet li jiġbed ħafna pellegrini Nsara speċjalment tul ix‑xahar ta’ Mejju. Fit‑23 ta’ Mejju 1995, waqt quddiesa kkonċelebrata minn erba’ isqfijiet f ’ġieh il‑Madonna Għajnuna tal‑Insara, u li għaliha kien hemm miġbura madwar 30,000 Kattoliku, seħħ fenomenu liema bħalu. Waqt il‑ħin tal‑konsagrazzjoni l‑Insara preżenti assistew għal muvimenti tax‑xemx simili ħafna għal dak li kien seħħ f ’Fatima. Bosta stqarrew li fix‑xemx raw dehra tas‑Sagra Familja, tas‑Salib Imqaddes, tal‑Ewkaristija 32

u kif ukoll tal‑Madonna b’Ġesù tarbija f ’idejha. Waqt dan il‑fenomenu ħafna bdew jitolbu b’vuċi għolja: “Omm Qaddisa aħfer ħtijietna” u “Verġni Mqaddsa Marija jkollok ħniena minn uliedek”. Dan kollu dam għaddej għal madwar 20 minuta. Minħabba dan il‑fenomenu, l‑awtoritajiet bdew iżommu iebes u jikkontrollaw kull muviment u attività f ’Donglu minħabba l‑fatt li f ’din iż‑żona hemm ħafna Kattoliċi tal‑Knisja ta’ taħt l‑art li mhumiex approvati mill‑gvern Kommunista Ċiniz. Fl‑24 ta’ Mejju 1995 meta bosta pellegrini bdew jinġabru għall‑Festa tal‑Madonna Għajnuna tal‑Insara, il‑gvern bagħat lill‑pulizija biex ma jħallux aċċess għal dan il‑post u

bosta pellegrini kellhom jirritornaw lejn djarhom. Però, minkejja l‑ostakli, 10,000 pellegrin sabu xorta l‑mezz u t‑triq kif jinġabru għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa. Fl‑1996 il‑pellegrini Ċiniżi Nsara reġgħu esperjenzaw l‑istess reżistenza mill‑gvern, imma din id‑darba din ir‑reżistenza kienet qawwija ħafna, tant li n‑nies ma tħallewx iħallu r‑raħalhom biex imorru Donglu, u saħansitra lanqas tħallew jilbsu l‑ebda simboli reliġjużi. Minkejja li ta’ kull sena l‑pellegrini Nsara jsibu reżistenza u diffikultajiet kbar biex iżuru s‑santwarju, xorta ħafna pellegrini jirnexxilhom jaslu waqt li jirreċitaw it‑talba tar‑Rużarju f ’qalbhom. Devozzjoni oħra Marjana hija dik lejn il‑Madonna ta’ Sheshan taħt it‑titlu ta’ Marija Għajnuna tal‑Insara. F’Ġunju tal‑1989, Papa Ġwanni Pawlu II sejjaħ uffiċjalment għall‑interċessjoni tal‑Madonna ta’ Sheshan fuq l‑Insara Ċinizi kollha. Il‑belt ta’ Sheshan tinsab 35 kilometru ’l boghod mill‑belt ta’ Shanghai. Il‑post fih innifsu huwa pittoresk u mdawwar b’foresti tal‑bambù. Il‑muntanja li fuqha jinsab is‑santwarju ħadet isimha minn eremita


Ġunju 2019

bl‑isem ta’ ‘She’ li kien jgħix fl‑inħawi. Fl‑1866 il‑Knisja ta’ Shanghai ordnat il‑bini ta’ paviljun b’altar fuqu u bi xbieha tal‑Madonna. Ħames snin wara, fl‑1871, il‑patrijiet Ġiżwiti bnew santwarju u ddedikawh lill‑Madonna Għajnuna tal‑Insara. Fl‑1873 dan infetaħ uffiċjalment għall‑qima tal‑poplu. Fl‑1924, l‑isqfijiet Ċinizi kkonsagraw iċ‑Ċina lill‑Madonna u sar pellegrinaġġ kbir lejn is‑Santwarju Marjan ta’ Sheshan. Fl‑1925 beda x‑xoghol biex tinbena bażilika li tlestiet għaxar snin wara. Din kienet l‑ewwel bażilika li nbniet fil‑Lvant Imbiegħed kollu u li saret waħda mill‑iktar postijiet magħrufa għall‑pellegrinaġġi. Sfortunatament, waqt

ir‑Rivoluzzjoni Kulturali Ċiniza l‑istatwa tal‑Madonna maħduma fil‑bronż u li kienet issebbaħ il‑quċċata tal‑bażilika, sparixxiet flimkien mal‑altar u l‑ħġieġ iddekorat li kien isebbaħ dan is‑santwarju. Fis‑sena 2000 l‑Insara Ċiniżi ġabu l‑permessi meħtieġa biex fuq dan is‑santwarju jerġgħu jagħmlu xbieha tal‑Madonna bil‑bambin Ġesù. Għaliha nġabru flus minn 10,000 Nisrani. Il‑pellegrinaġġi reġgħu bdew fl‑1979 u llum eluf ta’ Nsara jżuru dan l‑imkien qaddis. Fl‑1990 madwar 30,000 Kattoliku

Il‑faċċata tal‑Katidral Marjan f'Beijing.

Ċiniż inġabru għall‑festa tal‑Madonna f ’Sheshan. Fost il‑ħafna pellegrini li jżuru s‑Santwarju Marjan, wieħed isib lis‑sajjieda ta’ Jiangnan li ilhom għal bosta snin jitilqu bid‑dgħajjes tagħhom tul ix‑Xmara Yangtze. Hawn is‑sajjieda jqattgħu tlett iljieli jitolbu l‑interċessjoni tal‑Madonna fuq il‑familji u r‑raħal tagħhom. Minkejja l‑kontroll u r‑reżistenza li ħafna Nsara jsibu tul il‑mixja Nisranija fiċ‑Ċina, id‑devozzjoni lejn il‑Madonna kif ukoll il‑pellegrinaġġi Marjani għadhom ħajjin fil‑qalb tal‑poplu Nisrani Ċiniż.  33


Ġunju 2019

Inqumu mill‑ġdid għal ħajja ġdida kull darba li nħobbu ’l‑proxxmu Il‑qawmien ta’ Kristu, li jagħmilna nipparteċipaw mill‑ħajja tiegħu, jobbligana biex qatt ma niddispraw. Huwa jagħtina s‑sigriet biex nerġgħu nqumu kull darba li naqgħu; dan hu s‑sinjal sagru u viżibbli tal‑qawmien tagħna. Ir‑reliġjon tagħna hi reliġjon ta’ ħajja: L‑unika waħda li fiha l‑mewt hija rebbieħa, u nistgħu ngħidu li hija wkoll għal dejjem ipprojbita. Ir‑Randan kien, jew seta’ kien, eżami tal‑kuxjenza li permezz tiegħu stajna naħsbu sew fuq l‑affarijiet negattivi li jdamdmu kontinwament f ’moħħna u fis‑soċjetà. Ħafna minna ngħixu Kristjaneżmu li f ’ħajjitna sar ta’ rutina, ta’ ħajja bla ebda entużjażmu u xewqat, bħall‑qlugħ meta jaqa’ r‑riħ. Il‑qawmien ta’ Kristu għandu jkun għalina raġuni għal twelid mill‑ġdid tal‑fidi, tat‑tama u tal‑imħabba tagħna, u rebħa għall‑għemil tagħna kontra t‑tendenzi negattivi tagħna. L‑Għid jgħallimna negħlbu l‑ħażen biex nerġgħu nitwieldu mill‑ġdid. Kull wieħed minna, imwieled mill‑ġdid, jingħaqad b’affezzjoni ma’ kull proxxmu. U kull poplu jaħdem f’armonija ma’ popli oħra, għax fil‑grazzja divina hemm is‑saħħa li nneħħu kull forma ta’ ħażen. Ġesù talab: “... li huma lkoll ikunu ħaġa waħda”. L‑imħabba twassal għall‑milja tal‑għaqda, l‑istess il‑politka jekk hi fi sforz li tgħaqqad, hija mħabba konkreta, Kristjaneżmu prattiku. L‑imħabba hi wkoll is‑soluzzjoni għat‑tbatija u l‑mewt. Fejn hemm l‑imħabba m’hemmx kapijiet jew tiranni, imma aħwa li jaqsmu ma’ xulxin it‑temporanju u l‑etern. Mela, minflok il‑ġlied, ejjew inħobbu lill‑proxxmu biex jgħinna ngħixu dan. B’dan il‑mod inqumu mill‑ġdid. (Il‑Beatu Igino Giordani, politku Taljan, minn riflessjoni ppubblikata f ’1954) – Dun Victor Agius  34

TA’ MIN JAĦSEB FUQHA!

Sajf tal‑biża’ X’waħda din kif se nispjega Li nħoss kollox bil‑maqlub? Ġej is‑sajf u flok ma nifraħ nixtieq nigdem il‑għarqub! Meta kont daqsxejn ta’ tfajjel Kont nistenna s‑sajf ferħan, imma llum sirt nieħu qatgħa għaliex fih ma nsibx serħan. Il‑ħruxija tax‑xemx tikwi Mad‑dawl qawwi f ’nofsinhar, Ixennquni biss għax‑xitwa U l‑kenn ta’ ġewwa d‑dar. Anke ruħi bħal tiddgħajjef Il‑ftit ħila tagħha tnin U l‑ispirtu ġewwa fija Bħal imut għal ftit tal‑ħin. Xejn ma ‘ttini serħ u saħħa, Minflok mifni ġismi nħoss, Għax ix‑xenqa nitlef fija Biex insib ftit kenn u rdoss. Imma għall‑inqas ftit vaganzi Iġġib miegħek fost l‑oħrajn, Għalhekk xi ftit drajt inħobbok Għalkemm ma narawx għajn m’għajn! 29.3.2019 Dun Geoffrey G Attard Victoria 


Ġunju 2019

Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel

21236962

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK

Abbona issa fi Klabb Missio Tfal għal €5 biss fis‑sena. Mhux biss tkun qed tgħin lit‑tfal anqas ixxurtjati, imma wkoll tieħu pjaċir tiltaqa' ma' tfal ġodda. Niltaqgħu darba fix‑xahar biex flimkien nitgħallmu, norganizzaw xi attivitajiet, nagħmlu l‑krafts u ntellgħu xi drammi. Dan filwaqt li nitolbu għal tfal oħra madwar id‑dinja kollha. Ma' kull abbonament ta' sena tingħata 'discount card' li tissarraf f'diversi ħwienet popolari.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI KLABB MISSIO TFAL GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Klabb Missio Tfal, Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Ġunju 2019

BLALEN TAL‑ĠELLEWŻ (BAĊI) MIT‑TURKIJA

Metodu:

X’għandek bżonn

(tagħmel madwar 20):

• 20 gallettina plejn • 200 gramma ġellewż imfarrak • 20 ġellewża sħiħa • 2 mgħaref kokkodina • Mgħarfa għasel • 3 mgħaref misħun • 2 mgħaref brandi jew rum (jekk tiggosta) • Ċikkulata għall‑kisi

• Farrak irqiq kemm tista’ l‑gallettini • Ħallat sew flimkien il‑gallettini, il‑ġellewż imfarrak, il‑kokkodina, l‑għasel, il‑misħun u l‑brandi/rum. • Mit‑taħlita ifforma 20 ballun. • Fil‑wiċċ ta’ kull ballun poġġi ġellewża sħiħa mdeffsa kemm kemm ’il ġewwa. • Iksi l‑blalen biċ‑ċikkulata mdewba.

Afiyet Olsun! (L‑Ikla t‑Tajba!)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171


Ä unju 2019

37


KOMPETIZZJONI ‑ ĠUNJU 2019

Ġunju 2019

TISLIBA BIN‑NUMRI

Imla t‑tisliba bin‑numri t’hawn taħt skont fejn suppost. Tnejn min‑numri huma lesti biex jgħinuk tibda. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. 1 7 4 9 5

3 DIGITS 149

3 2 5 4 0

4 DIGITS

536

1943

7561

5 DIGITS

6 DIGITS 7 DIGITS

14259 52076

405183

2394608

843925

7265713

261

675

2845

8237

17495

348

796

3371

8263

28136 63307

472

813

3491

9057

32540 65074

5247

9842

483

5962

57346

37281

72751

42310

82714

Ħu nota tal‑indirizz il‑ġdid fejn tibgħat il‑kompetizzjoni. Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ April 2019: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Emma Muscat mill‑Mellieħa. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

T

9 6 1 2 4 4 2 6 2 1 5 6 5 2 4 1 2 3 5 8 8 7 5

Nitbissmu ftit:

ifel imqarqaċ mar l‑iskola b’kappell kbir tas‑Sombrero fuq rasu. Is‑surmast sejjaħlu biex iwiddbu u staqsieh: “Jekk naqtagħlek widintek il‑leminija x’jiġrilek?” “Ma narax minn din, sir,” qallu t‑tifel hu u jurih għajnu l‑leminija.” “U jekk naqtagħlek widintek ix‑xellugija, x’jiġri?” reġa’ staqsieh is‑surmast.

38

3 2 8 5 1 5 9 5 4 8 3 2 2 7 7 1 5 2 4 4 9 0 1 6 2 7 5 3 4

“Imbagħad ma nara xejn, sir!” “Għaliex?” tmasħan is‑surmast, li ħaseb li t‑tifel kien qed jipprova jgħaddih biż‑żmien. “Għax il‑kappell jaqagħli quddiem għajnejja, sir,’ wieġbu bis‑sempliċità kollha t‑tifel.

6 5 2 0 5 7 3 5 2 6

8 3 4

3 2 6 1 4 2 5 2

3 8 6 7 1 5 2 0 1 6 7 1 7 4 9 9 0


Ġunju 2019

Eżempji sbieħ

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb • 01 ta’ Jannar 2019 Patri Samwel Maria Chetcuti OFM CONV. Eks kappillan ta’ San Pawl il‑Baħar • 08 ta’ Jannar 2019 Carmen Borg mill‑Ħamrun • 30 ta’ Jannar 2019 Giovanna Vassallo minn Ħal Kirkop • 12 ta’ Marzu 2019 Sor Amandina Farrugia, Pax Ed Bonum, il‑Mosta • 20 ta’ Marzu 2019 Patri Guido Schembri OP minn San Ġiljan • 11 ta’ April 2019 Carmen Camilleri mill‑Belt Valletta • 15 ta’ April 2019 Philip Meli mill‑Marsa • Antonia Falzon

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Avviż:

Kull tielet Ħadd tax‑xahar fil‑11am qed issir quddiesa bl‑Ispanjol għal dawk li jitkellmu b’din il‑lingwa u huma residenti Malta, fil‑Kappella tal‑Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir‑Rabat fi Triq Emmanuele Vitale, minn Patri Vincente Magro MSSP. Mob. 9957 4264 Kull nhar ta’ Ħadd fit‑8pm qed issir quddiesa bl‑Urdu fil‑Kappella ta’ ħdejn il‑grawnd ta’ San Ġużepp f ’Santa Venera għall‑Pakistani li huma residenti Malta, minn Patri Bernard Mangion MSSP. Mob. 7742 6927 ‑ Parking fl‑istess grawnd.

Ser ikollna bżonn lumi frisk għal attività li ser issir fl‑ewwel ġimgħa ta’ Ġunju. Il‑lumi ser jinġabar fl‑aħħar ġimgħa ta’ Mejju. F’każ ta’ ammont kbir niġu għalih aħna. Ċempel lil Natasha fuq 20330015.

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Mary Bezzina minn Santa Venera • Tessie Aquilina minn Ħal Għargħur • Rita Bonello mill‑Ibraġ • Kulleġġ ta’ Għawdex, Skola Medja, Rabat • Università ta’ Malta Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. • Grazzi wkoll lil Mary Caruana u lil Giovanna Cassar li ħadmu xogħol tas‑suf, kif ukoll lil Tessie Camilleri għad‑donazzjoni tagħha. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

Għandna bżonn żibeġ f'kundizzjoni tajba. F'każ ta' ammont kbir niġu għalihom aħna. Ċempel lil Natasha fuq 20330015.

S e g w i l‑ e sp er jen z i u l‑av vent u r i ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin f l‑artijiet ta l‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut. 39


Ä unju 2019

Services provided: Chauffeur-drive service Car rental Leasing Wedding service Executive VIP service All cars are fully air-conditioned and with uniformed drivers. 185, Annibale Preca Street, Lija. Telephone: 21442530 / 21447564 Mobile: 99424098 / 99884049 Website: www.percius.com Email: info@percius.com

Lorem Elementary Science F 40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook