Skip to main content

Malta Missjunarja - February 2019

Page 1

NEWSPAPER POST FRAR 2019 SENA 87

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

02 L‑Erba’ Nisa 04 Il‑Magħmudija Ta’ Malta 26 Tfajliet Sfurzati Jiħxienu 34 Ir‑Raġel U S‑Serp

għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Frar 2019

L‑erba’ nisa Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm • Tel: 20330015 Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal

4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 13 Santa Infanzja 17 Il‑Ferħ tal‑Vanġelu 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Il‑Knisja f’Kuba 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata:

Omm u bint li jgħixu f 'komunità iżolata f 'Pata Rat, miżbla qrib Cluj‑Napoca fir‑Rumanija. 2

Ż

mien twil ilu kien hemm re li kellu erba’ nisa. Ġara li r‑re xjaħ u kien fuq is‑sodda tal‑mewt. Beda jibża’ li fil‑ħajja ta’ wara kien ser jispiċċa waħdu, għalhekk sejjaħ lir‑raba’ mara li kienet l‑aktar waħda li kien iħobb, tant li kien xtralha ħafna djamanti, dehbijiet u ħwejjeġ fini. Ir‑re staqsieha jekk riditx tmut miegħu biex ma jkunx waħdu fil‑ħajja ta’ wara, imma din qaltlu li ma setgħetx u telqet minn ħdejh. Imbagħad ir‑re sejjaħ lit‑tielet mara li wkoll kien iħobbha ħafna u kien tant kburi biha li kien jintroduċiha u jiftaħar biha ma’ kulħadd. Lil din ukoll talabha tmur miegħu fil‑ħajja ta’ wara, iżda pronta weġbitu li tant kienet tħobb il‑ħajja li ma setgħetx tmur miegħu; anzi qaltlu li hekk kif imut hu, hi kienet ser terġa’ tiżżewweġ. It‑tieni mara, kienet dejjem hemm għalih fi żmien ta’ bżonn u kienet takkumpanjah kull fejn kien meħtieġ, għalhekk ir‑re sejħilha u talabha tmur miegħu fil‑ħajja ta’ wara. Imma din qaltlu li kien jiddispjaċiha li din id‑darba ma setgħetx tgħinu, però offrietlu li tirranġalu għal funeral sabiħ u wegħditu li tkun preżenti miegħu sal‑aħħar. Ħin bla waqt, vuċi nstemgħet tgħid li hi


Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

wara mewtna ma neħduhx magħna. It‑tielet mara tirrappreżenta dawk l‑affarijiet kollha li nippossiedu, li tant nagħmlu sforz biex niksbu u nipproteġu, iżda li wara mewtna dawn ukoll ma jiġux magħna. Anzi dawn jinqasmu bejn l‑eredi tagħna biex igawduhom huma, eżatt kif kienet ser tagħmel it‑tielet mara – terġa’ tiżżewweġ. It‑tieni mara tirrappreżenta l‑familjari u l‑ħbieb tagħna li nafdaw fihom, u li dejjem insibuhom hemm għalina fi żmien ta’ bżonn, iżda l‑aktar li jistgħu jakkumpanjawna huwa sal‑funeral tagħna. L‑ewwel mara tirrappreżenta r‑ruħ tagħna, li ħafna drabi nonqsu milli nieħdu ħsiebha. U hija din li tibqa’ magħna anke wara mewtna.

kienet lesta tmur miegħu fil‑ħajja ta’ wara. Il‑vuċi ma kienet ta’ ħadd ħlief tal‑ewwel mara li wegħditu li takkumpanjah dejjem anke fil‑ħajja ta’ wara. Ir‑re ħares lejha u staħa meta rrealizza li din kienet il‑mara li l‑anqas kien ta kas. Iddispjaċih u talabha taħfirlu għax kien

messu ħa aktar ħsiebha f’ħajtu. Ħsieb: Aħna lkoll għandna erba’ nisa f’ħajjitna: Ir‑raba’ mara tirrappreżenta lil ġisimna li tant inħobbu nikkuraw, inżejnu u nlibbsu bi ħwejjeġ sbieħ, iżda li

Ħu ħsieb ġismek biex tkun b’saħħtek u ħu gost gawdi dak li tippossiedi. Għożż lill‑familjari u lil ħbiebek, għaliex huma dawn li jagħtuk imħabba sinċiera. Imma tinsiex tieħu ħsieb ruħek. Sib ħin li tkun waħdek, itlob u mmedita, għaliex dawn huma s‑sors tal‑ħajja tagħna. Ftakar li r‑ruħ hija l‑aktar ħabiba onesta li qatt jista’ jkollna.  3


MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Frar 2019

Il‑magħmudija ta’ Malta

M

atul dan ix‑xahar ta’ Frar, aħna niċċelebraw il‑magħmudija ta’ Malta. Mill‑Ktieb tal‑Atti tal‑Appostli Kapitlu 27, l‑itwal kapitlu li nsibu f’dan il‑ktieb, jidher ċar li l‑magħmudija ta’ gżiritna ma seħħitx b’kumbinazzjoni, imma kien hemm l‑id t’Alla li kienet qiegħda tmexxi kollox. San Pawl kien talab lill‑gvernatur sabiex il‑każ tiegħu ikun mismugħ u ġġudikat mill‑Imperatur f’Ruma (Atti 26, 25) F’dak iż‑żmien, ir‑Rumani kellhom id‑drawwa li ma jsalpawx fix‑xitwa minħabba l‑biża’ ta’ ħsara kemm għall‑ekwipaġġ u kemm għax‑xini. Iżda meta dawn raw riħ favorevoli, kontra kull parir ta’ Pawlu, ħadu ċ‑ċans u ħarġu mill‑port

4

fejn kienu jistkennu biex possibilment jaslu Ruma. Iżda ġara li l‑ġifen li fuqu kien hemm Pawlu flimkien ma’ 275 ruħ oħra: “Inqabad f’riefnu hekk qawwi li ma setax jeħodha aktar kontra dan ir‑riħ qawwi u ħallejnieh iġorrna.” (Atti 27, 15) Pawlu, filwaqt li ħabbar it‑telfien tal‑ġifen, ħabbar ukoll li ħadd minn dawk li kienu fuqu ma kien ser jitlef lanqas xagħra waħda. Imma kien meħtieġ li jaħbtu ma’ gżira (Atti 27, 26), li aktar tard saru jafu li kien jisimha Malta. Missirijietna ħabbew lil Pawlu, hekk li xħin wasal biex jitlaq minn gżiritna: “Għabbew fuq il‑ġifen kulma konna neħtieġu.” (Atti 28, 10), karatteristika tagħna l‑Maltin sal‑ġurnata tal‑lum. Malta hekk intrabtet ma’ Pawlu u mal‑Bxara t‑Tajba li ħabbrilna, li għal ħafna sekli l‑ebda barrani ma seta’ jħares


Frar 2019

Illum Malta ser iżżomm dan l‑impenn? Jiddependi minn kull wieħed u waħda minna. Xi tfisser għalik din il‑magħmudija? Kemm qiegħed tkun xhud tagħha? Kemm qiegħed tgħin biex jinħoloq ambjent Nisrani ħalli t‑tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkunu jistgħu jwieġbu għas‑sejħa missjunarja? Is‑sejħa missjunarja hija l‑polz li juri jekk Malta għadhiex fidila jew le għall‑magħmudija tagħha. Nitolbu lil Marija tkompli tgħinna ħalli kif hi tat lil binha Ġesù lir‑rgħajja, lill‑maġi u lil ħafna oħrajn, hekk aħna nkomplu nwasslu lil binha ħalli jkun magħruf u maħbub minn kulħadd. 

B’SMS B’SMSta’ta’€6.99 €6.99tkun tkunqed qed tixtri l‑kotba għalgħal tifel tifel jew tifla tixtri l‑kotba jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkuntkun qed titma’ B’SMS ta’ €2.33 qed 7 t’itfal għal għal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.

għadhom ma semgħux bi Kristu.

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

lejha, jekk mhux fid‑dawl ta’ din il‑magħmudija ta’ Pawlu. L‑arti, il‑kultura u dak kollu li jagħmilna Maltin, huma kollha ispirati minn din it‑tħabbira. Missirjietna tant ħabbew u għożżew din l‑aħbar li kienu lesti li jitilfu kollox għaliha, saħansitra ċarċru demmhom, biex ħadd u xejn ma jbegħedhom jew jifridhom minn din il‑magħmudija. Matul iż‑żmien, Malta ma żammitx dan ir‑rigal għaliha, imma fiehmet li dak li rċeviet minn Alla permezz ta’ Pawlu, kienet fid‑dmir li taqsmu u xxerrdu mal‑erbat irjieħ. Ħafna minn ħutna l‑Maltin, saċerdoti, reliġjużi u lajċi, ħallew kollox warajhom biex iwasslu din l‑istess aħbar ta’ Pawlu lil ħafna li kienu

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

#

5


Frar 2019

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Frar 2019 “Sabiex nilqgħu b’ġenerożità lil dawk vittmi tat‑traffikar tal‑bnedmin, dawk sfurzati fil‑prostituzzjoni u dawk vittmi tal‑vjolenza.”

I

l‑bniedem mhuwiex oġġett ta’ bniedem ieħor, imma persuna maħluqa fuq ix‑xbieha t’Alla. Għalhekk hemm bżonn li bħala Nsara nkunu minn tal‑ewwel sabiex nikkundannaw kull abbuż fuq l‑umanità u naħdmu biex nilqgħu dejjem lil dawk kollha li huma vittmi tas‑soċjetà u tal‑ħażen 6

tad‑dinja. Rigward dan, id‑dinja rat diversi abbużi ta’ kull tip jitwettqu fuq il‑bniedem. Hemm dawk li huma vittmi tad‑droga, fejn huwa smat li madwar 420 miljun persuna nqatlu f’din il‑gwerra silenzjuża iżda wisq traffikuża. Miljun u 200 elf tifel u tifla sfaw vittmi tat‑traffikar u żewġ miljuni oħra ġew sfruttati mill‑industrija tas‑sess. Huwa stmat li mal‑25,000 persuna għerqu fil‑Baħar Mediterran fl‑aħħar snin, u li f’dan l‑olokawst Mediterranju għerqu madwar 7,000 ruħ fil‑kanal Sqalli, jiġifieri madwar xtutna, fejn proprju Papa Franġisku nhar it‑8 ta’ Lulju 2013, talab għal dawn il‑vittmi f’Lampedusa. Papa San Ġwanni Pawlu II

kien tkellem dwar l‑immigranti rregolari fil‑messaġġ tiegħu għal Jum l‑Emigranti tal‑1996. Din il‑problema tinvolvi ħafna abbużi oħra tat‑traffiku uman, fejn wara li ħafna Afrikani jiġu mċaħħda minn ‘visas’ għall‑pajjiżi Ewropej, dawn jippruvaw jitilgħu lejn l‑Ewropa b’mezzi oħra fejn ikollhom iħallsu medja ta’ €2,500 sabiex jaqsmu d‑deżert Sahara u €1,500 biex ibaħħru fil‑Mediterran. L‑immigranti Afrikani huma mill‑Mali, mill‑Gambja, mill‑Burundi, mir‑Repubblika Demokratika tal‑Kongo, mis‑Senegal, mill‑Kenja, mill‑Etjopja, mill‑Eritrea, mis‑Sudan, mis‑Somalja, min‑Niġerja, min‑Niger, minn Chad, mill‑Ghana,


Frar 2019

minn Sierra Leone u mil‑Libja. Hekk ukoll iktar minn ħamsin sena ilu, proprju Martin Luther King ħareġ bl‑għajta li baqgħet tidwi kontra tip ta’ razziżmu u diskriminazzjoni fid‑diskors tiegħu ta’ rettorika ta’ kapulavur ‘I have a Dream’. Alla ħalaq id‑dinja għal kulħadd u l‑bniedem għandu jfittex li jħobb u jobdi l‑liġi t’Alla: “Għarib jien fuq l‑art; la taħbilix il‑kmandmenti tieghek.” (Salm 119:19); “Lill‑għorba tat‑tixrid,” jikteb San Pietru fil‑bidu tal‑ewwel ittra tiegħu. Għalhekk, il‑ministeru

NI O J S S I Q IL‑MMRUN S I R ’ B ID QORMI, ĦA SJONI ŻAR ĠD S L

I M ‑ L I Q S I R ’ B R ŻA

BA

BA

kardinali tan‑Nisrani huwa proprju l‑ospitalità fid‑dawl tal‑imħabba Nisranija: “Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma jilqa’ lil kull min għandu l‑biża’ tiegħu u jagħmel is‑sewwa, ikun minn liema poplu jkun.” (Atti 10:34‑35) Fuq kollox aħna ser inkunu ġġudikati mhux biss fuq kemm tlabna u smajna quddies, imma iktar fuq kemm ukoll għamilna opri ta’ ħniena ma’ ħutna, kemm dawk li jmissu lill‑ġisem u lir‑ruħ, fosthom: itma’ lil min hu bil‑ġuħ, isqi lil min hu bil‑għatx, libbes lil min m’għandux ilbies u ilqa’ lil min hu bla dar.

# MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019 Ejjew inkunu iktar Kristjani u jimpurtana tassew minn dawk li jiġġieldu għal ħajjithom fuq il‑baħar tagħna sabiex jaslu fi xtutna waqt li aħna nkunu fil‑kumdità ta’ djarna, għaliex Kristu ser jgħidilna fl‑aħħar: “Kont barrani u lqajtuni. Tassew ngħidilkom kulma għamiltu ma’ wieħed mill‑iżgħar fost dawn ħuti għamiltuh miegħi.” (Mtw 25:40) Hekk għamlu missirijietna elfejn sena ilu; ma baqgħux reqdin fi djarhom, iżda minkejja x‑xita u l‑ksieħ ħarġu jilqgħu lil San Pawl u lil sħabu kollha, kif niċċelebraw aħna wkoll f’dan ix‑xahar. 

Q 92, TRI

ĦA

Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn ta’ voluntiera li jistgħu jagħtu daqqa t’id imqar ġurnata fil‑ġimgħa. Grazzi. 7


Frar 2019

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN KARM PORTELLI

Volontarjat fil‑Perù

I

l‑ħsieb nibet f ’Settembru 2017. Bħala ċentru xtaqna li nagħmlu esperjenza ta’ volontarjat f ’pajjiż tal‑missjoni. Mhux biss, imma ridna li tkun mixja tal‑komunità sħiħa tan‑Nadur. Il‑grupp ma setax ikun kbir għal raġunijiet prattiċi, imma xtaqna li l‑parroċċa timxi magħna f ’din l‑esperjenza. Bdejna nitkellmu dwar il‑missjoni, norganizzaw attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il‑missjoni, stedinna lill‑missjunarju li kien sa jospitana, Dun Raymond Portelli, biex jitkellem maż‑żgħażagħ, imlejna ‘container’ biex nibagħtuh fil‑parroċċa San Martin de Porres, u finalment wasalna biex nitilqu lejn Iquitos, belt fl‑Amażon tal‑Perù. B’kollox konna tmienja, Dun Mark, jiena u sitt żgħażagħ, kollha entużjażmu u anke xi ftit imbeżżgħin minn din 8

l‑esperjenza ġdida. Wara vjaġġ twil, wasalna fil‑belt ta’ Iquitos. L‑ewwel ma tolqtok kif tinżel mill‑ajruplan, hija s‑sħana kbira. Irkibna ‘motorcar’ u wasalna fil‑parroċċa fejn sibna lil Dun Raymond jistenniena. Din ma kinitx l‑ewwel darba li mort il‑Perù, però nistqarr li anke għalija kienet esperjenza qawwija ħafna. Bħala grupp ħdimna ħafna fid‑dar Algo Bello Para Dios, li fiha hemm pazjenti morda bl‑AIDS. Mhux faċli tmidd idejk u tnaddaf is‑sodod u t‑‘toilets’, mhix biċċa xogħol ħafifa tiżbogħ kamra kollha ħmieġ u dmija, iżda emminna li qed nagħmlu xi ħaġa għal ġid biex dawn il‑morda jgħixu aħjar u l‑biċċa xogħol għamilnieha bil‑qalb. U rħilna wara li nkunu naddafna, inpoġġu ħdejhom, nilagħbu t‑tombla jew ngħidu xi kelma bl‑Ispanjol imfarrak tagħna. Bkejna meta ġejna biex insellmulhom għax konna ġejjin lura d‑dar. Mument ieħor qawwi kien fid‑Dar ta’ Santa Rosa, dar għall‑anzjani abbandunati. Wiċċ l‑anzjani kien jixgħel bil‑ferħ xħin jarawna deħlin. Ma konna nagħmlu xejn speċjali, għajr inqattgħu ftit ħin magħhom. Trid

tismagħna nkantaw u huma jkantaw magħna! Tinduna li l‑aktar rigal prezzjuż li tista’ tagħti huwa l‑ħin. Żorna wkoll Belen, post fqir ħafna fejn konna naħdmu mat‑tfal f ’irħula matul ix‑xmara, nilagħbu mat‑tfal li jgħixu fl‑irħula l‑aktar remoti fl‑Amażon fit‑tajn, fix‑xita qliel u fin‑nemus. Il‑vjaġġi fuq ix‑xmajjar u l‑mixi fuq iz‑zkuk tas‑siġar komplew żewqu din l‑esperjenza.

Ma konniex nafu nitkellmu bl‑Ispanjol, però kollha kemm aħna ndunajna li hemm xi ħaġa aqwa mil‑lingwa biex tikkomunika, u din hi l‑imħabba – don sabiħ li ħafna drabi ninsew nużawh fil‑ħajja tagħna ta’ kuljum. Il‑ġurnata konna nispiċċawha bil‑quddiesa, u wara b’mument qasir ta’ talb, fejn konna nirringrazzjaw lill‑Mulej. Miriam Portelli – Mexxejja fiċ‑Ċentru taż‑Żgħażagħ 


Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

KALENDARJU MISSJUNARJU 2019

NEWSPAPER POST

(Jingħata b’XEJN bħala rigal lil kull abbonat ta’ Malta Missjunarja.) KALENDARJU

2019

• Stampa b’tema missjunarja kull xahar • Qaddis għal kull ġurnata • L‑intenzjoni missjunarja ta’ kull xahar Tista’ tikseb kopja minn Missio kif ukoll mill‑Ħanut Faith Hope & Charity Gift Shop li jinsabu f’Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta.

Coffee Morning b’risq il‑missjoni • Data: Il‑Ġimgħa l‑1 ta’ Frar 2019 • Ħin: 9:30am • Post: Sala Parrokkjali tas‑Swatar. • Prezz: €10‑ Jinkludi l‑platt tal‑ikel u 10 logħbiet tombla. Tingħata Figolla b’xejn lil kull min jattendi.

• Trasport: €5 • Il‑Ħamrun – Ħdejn il‑Knisja ta’ San Gejtanu • Msida – Ħdejn Marina Home • Il‑Mosta – Ħdejn il‑Knisja Rotunda tal‑Mosta (Il‑Bażilika ta’ Santa Marija) • Trasport provdut minn diversi lokalitajiet f’Malta. Ibbukkja post billi ċċempel fuq 21236962 sat‑28 ta' Jannar 2019.

INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK  Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk

 Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek  Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb

 Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9


SAN PIETRU APPOSTLU – MONS. ĠORĠ FRENDO O.P.

Frar 2019

Ftuħ tas‑sinodu djoċesan f’Tirana fl‑okkażjoni tal‑ftuħ tas‑sinodu djoċesan. Din hija silta qasira mill‑omelija li għamel l‑arċisqof. Ritratt: YouTube

Monsinjur Ġorġ Frendo O.P.

N

har l‑24 ta’ Novembru 2018, Mons. Ġorġ Frendo O.P. arċisqof ta’ Tirana‑Durazzo, l‑Albanija, għamel omelija

tagħna kontu intom, aktar milli l‑kotba fil‑bibljoteki tagħna. Kellkom iċ‑ċans tgħidulna xi Knisja Kattolika tixtiequ taraw, liema huma “Għaddew erbatax‑il xahar l‑prijoritajiet li għalihom mindu ħabbart il‑ħsieb għandna aktar nimpenjaw li niċċelebraw sinodu. ruħna fihom, fejn jeħtieġ Ħdimna ħafna u smajna inkunu aktar preżenti ‑ aktar leħinkom. Għax ma nistgħux qrib tal‑familji, tal‑foqra, ngħallmu lill‑oħrajn jekk tal‑vittmi ta’ inġustizzji, ma nitgħallmux minn tal‑ħaddiema, taż‑żgħażagħ. oħrajn, lanqas ma nistgħu nitgħallmu minn oħrajn Kemm nixtieq nara jekk ma nisimgħux. aktar lajċi li għandhom Ħidmitna ma kinitx limitata imħabba kbira u sinċiera fl‑uffiċċji tagħna, iżda għall‑Knisja, li jgħixu u wkoll fit‑triqat. Il‑kotba jimpenjaw ruħhom biex

Festin tal‑Milied 2017 mal‑foqra Albaniżi. 10


Frar 2019

# jiffurmaw Knisja aktar qawwija, ħajja u qaddisa. U hawn indur lejn il‑koppji miżżewġa, għax il‑familja hija l‑post privileġġat ta’ evanġelizzazzjoni. Għax il‑familja tisma’ l‑Kelma t’Alla, iżda wkoll ixxandar din il‑Kelma. L‑ewwel nies li jgħallmu lit‑tfal min hu Alla u kif jersqu lejh fit‑talb u s‑sagramenti, mhumiex l‑isqof, is‑sacerdot, is‑soru jew il‑katekisti, iżda intom. Għallmuhom juru mħabbithom lejn Alla u jiżżuh ħajr. Tkellmu aktar fuq il‑Mulej ma’ wliedkom, u lil uliedkom żgħażagħ uruhom li Kristu hu l‑ħabib tagħhom li jħobbhom, ifittixhom u jistedinhom b’dirgħajh miftuħa. Tul dawn is‑snin, wara l‑waqgħa tal‑Kommuniżmu, l‑Albanija għamlet passi kbar ’il quddiem. Sar progress kbir fl‑infrastruttura, u nbnew toroq ħafna aħjar minn dawk li writna mill‑Kommuniżmu. Ħafna Albaniżi stagħnew, xi wħud b’mod onest, oħrajn b’mod diżonest, bi traffikar tad‑droga jew ta’ armi jew ukoll bi traffikar uman ‑ delitt faħxi kontra Alla li ħalaq il‑bniedem xbieha tiegħu. Għandna aktar sigurtà fit‑toroq tagħna. Napprezzaw l‑isforzi li qed isiru fil‑ġlieda kontra d‑droga u l‑korruzzjoni, iżda

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 11


SAN PIETRU APPOSTLU – MONS. ĠORĠ FRENDO O.P.

Frar 2019

għadhom jeżistu problemi. Il‑problemi tad‑droga u tal‑korruzzjoni għadhom ma’ saqajna, u nittamaw li t‑taqtigħa kontra dawn il‑pjagi tissokta. Il‑faqar naqas, iżda għandna sezzjoni mdaqqsa li sa ftit tas‑snin ilu kienet fqira, iżda llum saret aktar fqira. Għandna ħaddiema li mhumiex imħallsa l‑paga minima (li diġà hi baxxa ħafna), li jaħdmu aktar sigħat milli tippermetti l‑liġi jew f ’kundizzjonijiet inumani. Naraw żieda fil‑kriminalità. Jinkwetana wkoll ħafna l‑fatt li bosta żgħażagħ, ħafna minnhom kwalifikati, qed jemigraw għax ma jarawx futur f ’pajjiżhom. Il‑qgħad hu allarmanti. Ma nistgħux nibqgħu indifferenti quddiem din

is‑sitwazzjoni. Iżda aħna nies ta’ tama, u t‑tama tagħtina l‑kuraġġ. Ejjew infasslu Knisja aktar impenjata għal soċjetà aktar fraterna, ġusta, solidali u paċifika; pajjiż aktar mistħoqq għall‑poplu Albaniż li kellu storja tant kiefra, iżda li jistħoqqlu ġejjieni wisq aħjar. U fl‑aħħar nett indur lejn il‑Mulej u nitolbu: “Mulej, fakkarna dejjem li aħna Knisja qaddejja, Tieqa tal‑i‘stained glass’ ta’ Madre Tereża li ma tfittixx fil‑Katidral ta’ San Pawl f’Tirana l‑Albanija. privileġġi, iżda tfittex biss li taqdi. Hekk biss nuru biex taqdi. U niżżik ħajr, rwieħna bħala l‑Knisja għax għallimtna kif inħossu tiegħek, għax inti stess ma l‑ferħ sewwasew meta naqdu ġejtx biex tkun moqdi, iżda lilek fl‑oħrajn.” 

Il‑Katidral ta’ San Pawl f’Tirana l‑Albanija. 12


SANTA INFANZJA – VIKKI

Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

L‑ebda tifla mhi mhux mixtieqa

ġġib magħha l‑gwerra, iżda wkoll mit‑terrur tan‑Nażisti. Meta kellha biss tmintax‑il sena, iddeċidiet li tiddedika ħajjitha biex tgħin lill‑foqra u lil dawk kollha li jkollhom bżonn daqqa t’id sabiex jimxu ’l quddiem.

R

osi Gollmann twieldet matul it‑tieni gwerra dinjija fil‑Ġermanja, fi żmien li l‑Ġermanja kienet titmexxa min‑Nażisti. Minħabba f ’hekk, Rosi sofriet mhux biss mit‑tbatija u d‑diskriminazzjoni li

Rosi hija l‑fundatriċi tal‑organizzazzjoni ‘Andheri‑Hilfe’. Din l‑organizzazzjoni topera kemm fl‑Indja kif ukoll fil‑Bangladexx. Għal dawn l‑aħħar ħamsin sena din l‑organizzazzjoni mexxiet ’il

Ritratt:i www.worldschildrensprize.org

Rosi Gollmann ma’ żewġt itfal li kienu għomja.

fuq minn tlett elef proġett flimkien ma’ entitajiet lokali fil‑pajjiż. Permezz ta’ dawn il‑proġetti, aktar minn għaxar miljun persuna ngħataw l‑opportunità sabiex ikollhom futur aħjar. Fost dawn il‑persuni nsibu ħamsin elf tifel u tifla li ġew meħlusa minn fuq il‑postijiet tax‑xogħol tagħhom, fejn kienu jiġu ttrattati ħażin u sfruttati. Dawn it‑tfal ingħataw l‑opportunità għal edukazzjoni xierqa bħal tfal oħra. Eluf ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali ingħataw ukoll l‑għajnuna u t‑taħriġ bżonnjuż sabiex ikollhom futur aħjar. Rosi, flimkien ma’ Andheri‑Hilfe, jgħinu wkoll lil dawk li huma morda bl‑HIV/ AIDS u lill‑familji tagħhom, filwaqt li jaħdmu bis‑sħiħ kontra tradizzjoni antika fejn il‑bniet huma sfurzati 13


Frar 2019

jbigħu ġisimhom għas‑sess. Fil‑Bangladexx, Rosi, Andheri‑Hilfe u ħaddiema lokali, permezz ta’ bosta ħidmiet u b’dedikazzjoni kbira, irnexxielhom jagħtu lura l‑vista ’l fuq minn miljun persuna li kellhom problemi bil‑vista t’għajnejhom. Huma jwettqu wkoll xogħol preventiv sabiex inaqqsu r‑riskju li aktar tfal jispiċċaw għomja.

għaliex permezz ta’ din il‑kampanja, dawn it‑trabi bniet ġew salvati minflok maqtula mat‑twelid. Ta’ min isemmi wkoll li x‑xogħol kontinwu ta’ Rosi wassal sabiex jissaħħu d‑drittijiet tat‑tfal bniet u sabiex jispiċċa darba għal dejjem iż‑żwieġ bejn tfajliet taħt l‑età u rġiel adulti. Bħalissa Rosi u l‑organizzazzjoni Andheri‑Hilfe għandhom għaddejjin ’il fuq minn mija u ħamsin proġett fl‑Indja u fil‑Bangladexx. Fl‑Indja biss, bħalissa qed jiġu megħjuna ’l fuq minn seba’ mitt elf persuna.

Flimkien ma’ xi entitajiet lokali huma qed jagħtu s‑sapport xieraq lit‑tfal, mhux biss sabiex jgħixu ħajja aħjar, imma wkoll sabiex ikollhom l‑opportunità għall‑edukazzjoni.

€25 – ikla sustanzjuża kuljum għal 25 tifel u tifla

€50 – ikel, ħwejjeġ u saqaf fuq ras tifla jew tifel

€100 – xirja mediċini għal

€200 – trasport lejn

€1500 – bini ta’ ‘toilets’ fi

tfal morda

l‑isptar għal nisa tqal li jgħixu f’żoni remoti

skejjel

Barra minn hekk, permezz tal‑kampanja ‘No girl is unwanted’, tnax‑il elf tifla Indjana ngħataw id‑dritt tal‑ħajja. Dan

Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:

14

Fl‑2017, Gollmann kienet onorata bil‑premju ‘World’s Children’s Prize’ għall‑ħidma tagħha ta’ ’l fuq minn ħamsin sena favur il‑foqra u t‑tfal vulnerabbli kemm fl‑Indja kif ukoll fil‑Bangladexx. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 


Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.

Ġwanni 4:14

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

15


Frar 2019

IL‑FERĦ TAL‑VANĠELU – DUN VICTOR AGIUS

Karatteristiċi ta’ evanġelizzazzjoni li twassal għall‑għaqda li għaliha talab Ġesù: ‘Ut Omnes Unum Sint’. (Qed inġibu siltiet mill‑Eżortazzjoni Appostolika ta’ Papa Franġisku – ‘Evangelii Gaudium, Il‑Ferħ tal‑Vanġelu’ ‑ li fil‑milja tiegħu hu ta’ ispirazzjoni straordinarja u stimolu effikaċi għall‑evanġelizzazzjoni li twassal għall‑għaqda li Ġesù talab għaliha qabel mar għall‑mewt fuq is‑salib.) 16

Il‑poplu kollu ta’ Alla jħabbar il‑Vanġelu L‑evanġelizzazzjoni hi d‑dmir tal‑Knisja. Imma s‑suġġett tal‑evanġelizzazzjoni hu wisq aktar minn istituzzjoni organika u ġerarkika, billi qabel xejn hu poplu miexi lejn Alla. Bla dubju hu misteru li jsib għeruqu fit‑Trinità, imma li jilbes

il‑konkretezza storika tiegħu f ’poplu pellegrin u evanġelizzatur, li dejjem imur lil hemm mill‑espressjoni istituzzjonali li fl‑aħħar mill‑aħħar ukoll hi meħtieġa (n.111). L‑evanġelizzazzjoni ġdida timplika protagoniżmu ġdid ta’ kull wieħed u waħda mill‑imgħammdin. Din


Frar 2019

# il‑konvinzjoni tinbidel f ’appell dirett lil kull Nisrani, biex ħadd ma jibqa’ lura mill‑impenn tiegħu ta’ evanġelizzazzjoni, hekk li jekk wieħed tabilħaqq għamel esperjenza tal‑imħabba ta’ Alla li jsalvah, m’għandux bżonn ta’ wisq żmien biex joqgħod iħejji ruħu ħalli jmur iħabbarha, ma jistax jistenna li jingħata ħafna lezzjonijiet jew istruzzjonijiet fit‑tul. F’qalbek taf li l‑ħajja mhix l‑istess mingħajr Ġesù, u għalhekk dak li skoprejt, dak li jgħinek tgħix u li jagħtik tama, dak hu li jeħtieġ tgħaddi lill‑oħrajn (nn.120‑121). Iċ‑ċentru tal‑kerygma hu Trinitarju L‑ewwel tħabbira, jew kerygma, għandha rwol fundamentali li trid tkun fil‑qalba tal‑ħidma ta’ evanġelizzazzjoni u ta’ kull ħsieb, ta’ tiġdid fil‑Knisja. Il‑kerygma hi Trinitarja. Hija n‑nar tal‑ispirtu li jingħatalna taħt l‑għamla ta’ ilsna u jimliena bil‑fidi f ’Ġesù Kristu, li bil‑mewt u l‑qawmien tiegħu jurina u jxerrdilna l‑ħniena bla tarf tal‑Missier. Fuq fomm il‑katekista dejjem jiġi lura l‑eku tal‑ewwel tħabbira: “Ġesù Kristu jħobbok, ta ħajtu biex jifdik, u issa hu ħaj u qrib tiegħek kuljum,

biex idawlek, biex isaħħek, biex jeħilsek.” Hi t‑tħabbira li twieġeb għall‑għatx li hemm f ’kull qalb umana, għal dak li jibqa’ għal dejjem. Iċ‑ċentralità tal‑kerygma titlob li nagħfsu fuq xi karatteristiċi tat‑tħabbira li llum neħtiġuhom kullimkien; li tesprimi l‑imħabba feddejja ta’ Alla li tiġi qabel kull obbligu morali u reliġjuż, li ma tinponix il‑verità, imma tfittex il‑libertà, li hi mmarkata mill‑ferħ, il‑ħeġġa, il‑ħajja u s‑sens ta’ milja armonjuża li ma tirriduċix il‑predikazzjoni għal ftit duttrini, kultant iżjed filosofiċi milli evanġeliċi. Dan jitlob mill‑evanġelizzatur ċerta dispożizzjoni tal‑qalb li biha jista’ jgħin aħjar lil

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

min qiegħed jisimgħu biex jilqa’ l‑messaġġ; ikun qrib tan‑nies, miftuħ għad‑djalogu, paċenzjuż u dejjem lest biex jilqa’ bl‑imħabba u mhux jikkundanna (nn. 164‑165). Għal soċjetà ġusta li ma teskludi lil ħadd Il‑Knisja xxandar il‑vanġelu tas‑sliem (Efes. 6:15), u hi miftuħa għall‑kollaborazzjoni mal‑awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali kollha biex tieħu ħsieb dan il‑ġid universali hekk kbir. Hi u tħabbar lil Ġesù Kristu, li hu l‑paċi nfisha (ara Efes. 2:14), l‑evanġelizzazzjoni l‑ġdida tixpruna lil kull mgħammed biex ikun strument ta’ paċi u xhud kredibbli ta’ ħajja rikonċiljata ma’ Alla. Hu ż‑żmien li f ’kultura li 17


Frar 2019

tippreferi d‑djalogu bħala forma ta’ laqgħa, nitgħallmu nfasslu mod kif infittxu kunsens u qbil, u bla ma nifirdu dan, ikollna x‑xewqa għal soċjetà ġusta, li taf tagħmel memorja bla ma twarrab lil ħadd. L‑awtur prinċipali, is‑suġġett storiku ta’ dan il‑proċess, huma n‑nies u l‑kultura tagħha, mhux xi klassi, xi grupp, xi ‘elite’. M’għandniex bżonn proġett tal‑ftit indirizzat lejn il‑ftit, inkella xi minoranza mdawla jew ta’ xhieda li taħtaf taħt idejha sentiment kollettiv. Dan ifisser fehma waħda biex nistgħu ngħixu flimkien, f ’patt soċjali u kulturali wieħed (n.239). Stil ta’ evanġelizzazzjoni Marjana Il‑ħidma ta’ evanġelizzazzjoni li twettaq il‑Knisja għandha stil Marjan. Għax kull darba li nħarsu lejn Marija, inkunu qed nemmnu mill‑ġdid fil‑qawwa revoluzzjonarja tal‑ħlewwa u tal‑imħabba. Fiha naraw kif l‑umiltà u l‑ħlewwa mhumiex virtujiet ta’ min hu dgħajjef, imma ta’ min hu qawwi, li m’għandux bżonn jittratta ħażin lill‑oħrajn biex hu jħossu importanti. Inħarsu lejha u nintebħu li dik li faħħret lil Alla għax: “... 18

IL‑FERĦ TAL‑VANĠELU – DUN VICTOR AGIUS

niżżel is‑setgħana minn fuq it‑tron tagħhom u lill‑għonja bagħathom ’il barra b’xejn” (Lk 1:53,53), hi l‑istess waħda li tara li jkun hemm dik il‑ħeġġa familjari fit‑tiftix tagħna tal‑ġustizzja. Hi anki dik li tgħożż f ’qalbha: “...dawn il‑ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha” (Lq. 2:19). Marija taf tagħraf il‑passi tal‑Ispirtu ta’ Alla fil‑ġrajjiet kbar u anki f ’dawk li kemm kemm jidhru. Tikkontempla l‑misteru ta’ Alla fid‑dinja, fl‑istorja u fil‑ħajja ta’ kuljum ta’ kull persuna u ta’ kulħadd. Hi l‑mara li titlob u taħdem f ’Nazzaret, u hi wkoll l‑Omm tagħna tas‑Sokkors, dik li tħalli r‑raħal tagħha

biex: “...marret tħaffef ” (Lq. 1:39) tgħin lill‑oħrajn. Hi din id‑dinamika ta’ ġustizzja u ta’ ħlewwa, ta’ kontemplazzjoni u ta’ mixja lejn l‑oħrajn, li tagħmel minnha mudell għall‑Knisja fl‑evanġelizzazzjoni tagħha. Nitolbuha li bit‑talb tagħha ta’ omm, tgħinna biex il‑Knisja ssir dar għal ħafna, omm għall‑ġnus kollha, u tagħmel possibbli t‑twelid ta’ dinja ġdida. Hu l‑Irxoxt li qed jgħidilna b’qawwa li timliena b’fiduċja liema bħalha u tama qawwija: “Ara, se nġedded kollox” (Apok. 21:5) (n.288).


Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

NI 2019 O J S IS M ‑ IL Q IS LOTTERIJA B’R

DPL/xx/2019

Ġwanni 4:14

2019 ħ: 1 ta’ Lulju Data tat‑Tlug billi tixtri l‑biljetti kollha u in il‑lotterija

1171 Ħu sehem f’d anti, Valletta VLT ssio, 7, Triq il‑Merk . 19 20 ibgħathom lil Mi nju Ġu d mis‑27 ta’ sa mhux aktar tar

ljett) €10 sħiħa (25 bi ssio Malta. Prezz ta’ folja Mi lill‑ ti za iriz ind t għandhom jiġu Ċekkijie

(V0/1178)

‑ ww E MISSIONS H T F O ID A LOTTERY IN

.mt w.missio.org

LOTTERIJA 2019 - B'RISQ MISSIO MALTA

Il-biljetti ser jibdew jitqassmu matul dan ix-xahar - Ħafna premjijiet sbieħ fosthom: Air-Conditions, Vjaġġ għal 2 u ħafna week-end breaks

Laqgħa ta' formazzjoni missjunarja għal dawk kollha li jħobbu l‑missjoni. Meta: Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Fejn: Uffiċċju ta' Missio, il‑Belt Valletta Ħin: 6:00pm Programm: • Quddiesa ċċelebrata minn Dun Victor Agius, assistent direttur ta' Missio • Brejk li jinkludi te, kafè u 'snack' • Nofs siegħa taħdita 19


Frar 2019

Aurelius Augustinus Hipponesis (354‑430), imwieled f’Tagaste l‑Alġerija, kellu missieru Pagan u ommu Nisranija. Sa minn età żgħira kien jattendi skola li tħaddan twemmin u prattiċi Pagani. Imħeġġeġ mill‑prietki tal‑isqof Ambroġju ta’ Milan u bir‑rakkont tal‑ħajja ta’ San Anton Abbati, flimkien mal‑influwenza t’ommu li għamlet minn kollox biex binha ma jibqax Pagan, fl‑età ta’ 33 sena, Wistin beda l‑konverżjoni biex isir Nisrani. Kitbietu u għerfu kienu tant qawwija li l‑Knisja Kattolika ċċelebratu bħala qaddis u duttur tagħha. Fl‑1244 twieled l‑Ordni Agostinjan li nfirex f’diversi kunventi ta’ patrijiet u sorijiet madwar id‑dinja. Dawn jgħixu flimkien bħal aħwa bir‑regola ta’ Santu Wistin bħala gwida spiritwali li twassalhom għand Alla.

20


Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

“L‑imħabba għandha s‑saqajn biex tħaffef lejn il‑fqir u dak fil‑bżonn.” Santu Wistin ta’ Ippona

21


Frar 2019

QADDISA TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

Santa Agata Verġni u Martri

ta’ jdejha taħdem u tinseġ id‑drapp, nerġgħu nsibuha fi Sqallija maqbuda u mixlija b’segwaċi ta’ Kristu.” Biex iżżomm safja hija ma ċeditx għat‑talba ta’ Quintianus il‑prefett Ruman, u ħadet il‑martirju. Fl‑1551 soru Benedittina tal‑klawsura żvelat li kellha dehra minn Santa Agata li qaltilha li hi kellha teħles lill‑Imdina minn invażjoni tat‑Torok. Din it‑tifkira tinsab impittra fuq kwadru li għadu miżmum bl‑akbar għożża fil‑Katidral.

M

a nafux eżatt jekk it‑twelid ta’ Agata seħħx f ’Palermo jew f ’xi raħal ieħor fi Sqallija. Aktarx li Agata twieldet fis‑Seklu 3 f ’familja sinjura u nobbli minn Katanja. Fi żmien Agata, Katanja kienet post ta’ prosperità. Il‑ġenituri tagħha kienu nies li kellhom ħafna artijiet, kienu Kristjani u tellgħu lil binthom fil‑biża’ t’Alla. Agata kibret fis‑sbuħija tal‑purità, u fl‑età ta’ 15‑il sena kellha xewqa li tikkonsagra lilha 22

nfisha lil Alla. Kienet tgħallem u tipprepara lin‑nies għas‑sagramenti tal‑Magħmudija u tal‑Ewkaristija. Fi żmien Decius, Agata kienet ippersegwitata minħabba l‑fidi Nisranija tagħha. R. Bonniċi Cali jgħid: “Jingħad li din ix‑xebba ġiet Malta fi żmien ir‑Rumani li bdew il‑moħqrija tal‑Insara fi Sqallija madwar is‑sena 250 u sabet kenn f ’naqra ta’ għar f ’Ħal Bajjada qrib il‑katakombi ta’ San Pawl ir‑Rabat. Wara xi żmien li damet f ’Malta tgħix bil‑ħila

F’ġieħ din il‑qaddisa nsibu l‑Katakombi u żewġ knejjes żgħar fir‑Rabat u l‑Imdina, u żewġ fratellanzi fil‑kolleġġjati rispettivi ta’ San Pawl il‑Belt u ta’ Bormla. Pitturi bħal Bernardino Luini, Alessandro Turchi u Giovanni Lanfranco, pinġew lil din il‑qaddisa f ’xi episodji minn ħajjitha. Minn meta Santa Agata saret il‑patruna ta’ Katanja, in‑nies emmnu li din il‑qaddisa għenithom ħafna drabi f ’katastrofi li seħħew. Mhux ta’ b’xejn li Katanja tiċċelebra festa kbira f ’ġieħha ta’ kull sena. Il‑parti l‑kbira tar‑relikwi tagħha huma miżmuma f ’urna mill‑isbaħ fil‑Kattidral ta’ Katanja. 


Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Frar 2019

L‑aktar ambulanza li tasal malajr

T

Ritratt: TED

a’ kull sena miljuni ta’ nies imutu għas‑sempliċi raġuni li l‑ambulanza ma tasalx fil‑ħin biex tassistihom. Kważi fid‑drabi kollha r‑raġuni tkun minħabba t‑traffiku jew minħabba li l‑pazjent ikun jgħix f ’xi raħal rimot li biex tasal għalih trid tgħaddi minn toroq dojoq u mħarbtin. Eli Beer sab soluzzjoni għal din il‑problema billi bidel mutur f ’ambulanza. Din l‑ambulanza mutur sejħilha ‘ambucycle’. Jużaw dawn l‑‘ambucycles’ hemm nies normali li għandhom il‑professjoni u l‑ħajja tagħhom, imma li ħadu xhur ta’ taħriġ biex b’mod volontarju joħorġu jsalvaw il‑ħajjiet meta meħtieġ. Wara t‑taħriġ, dawn il‑voluntiera jingħataw tagħmir mediku u ‘ambucycle’, filwaqt li jkomplu bil‑ħajja ta’ kuljum. Permezz tat‑teknoloġija, kull darba li tidħol sejħa għall‑għajnuna,

Eli jikkuntattja lill‑eqreb voluntier li jkun jinsab qrib il‑pazjent. Dan jitlaq minnufih bl‑‘ambucycle’ biex jagħti l‑ewwel għajnuna lill‑pazjent sakemm tasal l‑ambulanza proprja. Din is‑sistema tant hi effiċjenti li telefonata tkun imwieġba fi tliet sekondi jew inqas, filwaqt li l‑voluntier jasal fejn il‑pazjent fi tliet minuti jew anqas. Bis‑saħħa

tal‑‘ambucycle’, li hija l‑aktar ambulanza effiċjenti u rħisa fid‑dinja kollha, qed jiġu salvati ħafna ħajjiet. B’kollox din l‑organizzazzjoni, li ġġib l‑isem ta’ United Hatzalah, salvat mat‑3.5 miljun ruħ u għandha aktar minn 5,000 voluntier, kollha minn stadji differenti tal‑ħajja: Lhud, Musulmani, Kristjani, għalliema, periti, studenti, eċċ, eċċ... 

Xarabank mibdula f’kamra tas‑sodda ulħadd jistħoqqlu jkollu post diċenti fejn jorqod. ‘Double decker’ antika qed isservi ta’ saqaf fuq ras mijiet ta’ nies bla saqaf fuq rashom. F’temp ta’ disa’ xhur, grazzi għal xi voluntiera, din ix‑xarabank ġiet rinovata f’post sħun, sigur u ta’ kenn, biex tilqa’ fiha diversi sodod sabiex 24

Ritratt: www.bristolpost.co.uk

K

persuni li jgħixu fit‑triqat ta’ Bristol u li m’għandhomx fejn

jorqdu, ikunu jistgħu jużawha għal lejl jew tnejn.  ikompli f’paġna 26


Frar 2019

George Żammit HERBS, SPICES, ESSENCES, FOODSTUFFS & DOMESTIC CATERING

VOGUE

TAL‑ĦWAWAR Johann Farrugia Proprietor 15, St. John Str., VLT 1168, Valletta Tel: 21236553

Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918

Shoe Repair Service Offered For all Types of Shoes & Shoe Products Having High Quality @ Bargain Prices 97, St. Joseph High Road, Hamrun Tel: 27040013 https://www.facebook.com/Vogueshoerepair

Premium Bakery 7, Ghost Street, Ħamrun. Owner: Fabio Camilleri Tel. 27379236 Mob. 77010816, 77032862. 25


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Frar 2019

Tfajliet sfurzati jiħxienu

K

wart tat‑tfal bniet fil‑Mauritanja qed ikunu sfurzati jieklu aktar milli jifilħu. Sa mill‑età ta’ ħames snin, dawn il‑bniet iridu jieklu ħafna biex jiħxienu, anke jekk dan hu ta’ detriment għal saħħithom. Mone, tifla ta’

ħdax‑il sena, tiekol kuljum madwar 9,000 kalorija. Normalment tifla ta’ din l‑età m’għandhiex għalfejn taqbeż l‑2,200 kalorija kuljum! Minkejja li omm Mone ġiet imwiddba kemm‑il darba minn diversi tobba li dan l‑ikel żejjed hu ta’ ħsara għal bintha, l‑omm temmen li tfajla għandha tkun ħoxna biex tkun b’saħħitha u sabiħa. Għall‑kolazzjon Mone tikkonsma madwar 3,000 kalorija f ’ħalib,

kuskus u poriġ, u ddum tikolhom madwar sagħtejn. Dan huwa ekwivalenti għal għaxar bergers tal‑ġobon. Sabiex it‑tfal bniet jieklu dak imħejji għalihom, huma jkunu mhedda b’injama li faċli jaqilgħu xi daqqtejn biha. Jekk Mone ma tikolx dak li tippreparalha ommha, it‑tifla ma titħalliex tiltaqa’ ma’ sħabha bħala kastig. Xi drabi wkoll tisfa marbuta. B’xorti ħażina ħafna minn dawn it‑tfajliet qed jispiċċaw ibatu minn mard tal‑qalb, mard fil‑kliewi u dijabete, fost oħrajn. 

Jafu biss bi gwerra

H

26

u tifla sfaw mejta jew feruti kawża ta’ dawn il‑bombi. F’temp xitwi li huwa kiesaħ ħafna, il‑familji qed jippruvaw jgħixu mill‑aħjar li jistgħu qalb it‑tifrik, u jiġġieldu għall‑ilma u biex isaħħnu djarhom. Hemm bżonn ta’ għalliema u materjal tal‑iskola biex jgħallmu lit‑tfal li qed jattendu f’20

Ritratt: Twitter

enrietta Fore, id‑direttriċi ġenerali tal‑Organizzazzjoni tal‑Ġnus Magħquda għall‑fondi ta’ emerġenza għat‑tfal, il‑UNICEF, qalet li t‑tfal kollha Sirjani li għandhom 8 snin jew anqas kibru u trabbew qalb il‑perikli, il‑qerda u l‑mewt li ġġib magħha l‑gwerra. Wara żjara f’Douma, ftit xhur wara li ntemm assedju ta’ ħames snin, Fore qalet li l‑familji li kienu ħarbu, reġgħu bdew jiġu lura lejn djarhom li issa huma mkissrin u mimlijin perikli minħabba għadd ta’ bombi mhux sploduti. S’issa 26 tifel

skola f’din il‑belt imfarrka. Bl‑għajnuna tal‑UNICEF u organizzazzjoni oħra mhux governattiva, infetħet klinika f’nofs moskea mġarrfa biex tgħin u tikkura ’l dawk fil‑bżonn. 


Frar 2019

A.N.G. BORG LTD. Triq San Franġisk, San Ġwann Tel: 21 382 500 Mob: 9982 3120 Vanny's Hair Salon

COFFEE DEALERS

Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm Factory/Shop: Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta Tel: (00356) 2137 1626 E‑mail: gb864@go.net.mt Web: www.kafeborg.com facebook: Kafe Borg

Triq ir‑Riħan, San Ġwann ‑ Malta. tel: +356 2766 1166 info@thecyclistmalta.com www.thecyclistmalta.com

MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267  Email:mariannastationery@gmail.com

PRINTING  BINDING  LAMINATION  TOYS  HABERDASHERY  HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm 27


Frar 2019

MIS-7 TA' APRIL 2019 FUQ kull nhar ta’ Ħadd fis-18:45

28

Indja 2018


Frar 2019

DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com

Debbie’s Baby Centre

Your one stop shop!

Sole agents of

Our Lady of Sorrows Street, Zejtun Telephone: 27694815 or 27803270 Mobile: 99809825 E‑mail: dbc@onvol.net Website: www.debbiesbabycentre.net Lifestyle Ltd. 64,Triq Joseph Sciberras, Ħamrun, ĦMR1553 +356 2133 7343 info@haircaremalta.com www.haircaremalta.com 29


Frar 2019

IL‑KNISJA F’KUBA – DUN PAWL BUTTIGIEG MISSJUNARJU F’KUBA

L‑isbaħ art li għajnejn umani qatt raw art li għajnejn umani qatt raw’. Iżda naħseb li huma ftit dawk li jafu kif bdiet ir‑reliġjon Nisranija f ’dan il‑pajjiż u kif żviluppat. U ta’ dan se nipprova nagħti biss ħjiel f ’dan l‑artiklu.

Il‑fidi Nisranija f ’Kuba waslet fl‑1509 meta suldat Spanjol, li ismu mhux magħruf, marad u ma setax ikompli jivvjaġġa u n‑nies tal‑post ħadu ħsiebu u fejquh. Hu tgħallem il‑lingwa tagħhom u għallimhom il‑veritajiet u t‑talb prinċipali. Iktar tard waslu minn Spanja l‑patrijiet Franġiskani, Mereċedarji u Dumnikani, fost dawn tal‑aħħar il‑famuż Bartolomé de las Casas. Dan ġie Kuba bħala ‘comendador’, iżda meta ra kif kienu jiġu ttrattati L‑aktar knisja antika f'Kuba ‑ Il‑Knisja Parrokjali l‑iskjavi f'Sancti Spiritus. suwed li

30

Ritratt: The Archbishop's Seminary ‑ Il‑Mixtla

Għ

al ħafna nies meta ssemmi Kuba jiġihom f ’moħħhom xi sigarru, bajjiet sbieħ tropikali b’siġar tal‑palm għoljin, il‑personaġġi ta’ Castro u Che Guevara (għalkemm dan kien mill‑Arġentina), it‑theddida ta’ gwerra nukleari, eċċ... Jista’ jkun li wħud jafu li Kuba saret magħrufa għall‑Ewropej fl‑ewwel vjaġġ li Colombo għamel fl‑1492 u ddeskrivieha bħala ‘l‑isbaħ

nġiebu mill‑Afrika biex jaħdmu fil‑minjieri u fil‑plantazzjonijiet taz‑zokkor (għax ma kienx hemm biżżejjed ħaddiema peress li ħafna indiġeni mietu minħabba l‑mard li daħħlu magħhom il‑‘conquistadores’), sar patri u difensur tagħhom. Fl‑1612 seħħet ġrajja li mmarkat il‑poplu Kuban u għadha influwenti sal‑lum. Tliet żgħażagħ, 2 Indjos u ieħor skjav iswed, ħarġu fuq kenura biex iġibu l‑melħ għall‑minjiera tar‑ram f ’El Cobre, fl‑Orjent ta’ Kuba. Qam il‑maltemp u daħlu jistkennu f ’bajja. Meta għaddiet it‑tempesta komplew il‑vjaġġ, iżda fuq wiċċ il‑baħar lemħu xi ħaġa u ħasbu li kienet xi tajra. Iżda meta resqu lejha sabu li kienet xbieha ċkejkna fuq tavla li fuqha kien hemm miktub ‘Soy


Frar 2019

la Virgen de la Caridad’ ( Jiena l‑Verġni tal‑Karità). Baqgħu skantati għaliex ix‑xbieha kienet imlibbsa, iżda ħwejjiġha kienu xotti. Tellgħuha fuq il‑kenura, daħħluha l‑art u minn hemm bdiet id‑devozzjoni lejn il‑Madonna tal‑Karità. Dan il‑fatt juri li dawn iż‑żgħażagħ diġà kellhom formazzjoni Nisranija. Fl‑1915, il‑Madonna ġiet iddikjarata ‘Patruna ta’ Kuba’. Hija din ix‑xbieha tal‑Madonna li tidentifika l‑Kubani, ikunu fejn ikunu. L‑ewwel isqfijiet kienu maħtura għal Kuba sħiħa bis‑sede f ’Santiago, iżda bl‑iżvilupp ikbar li kien sar f ’Havana, inħasset il‑ħtieġa

li fl‑1789 tinħoloq bħala djoċesi apparti. L‑iżvilupp reliġjuż baqa’ jikber u fil‑bidu tas‑seklu 20 żdiedu 4 djoċesijiet oħra; dawk ta’ Pinar del Río u ta’ Cienfuegos fl‑1903, u ta’ Camagüey u ta’ Matanzas fl‑1912. Sa dan iż‑żmien insibu li barra r‑reliġjon Nisranija li daħħlu l‑Ispanjoli, kien hemm it‑tradizzjonijiet li ġabu magħhom l‑iskjavi Afrikani fi proċess li dam mill‑1517 sal‑1873. Insibu wkoll il‑mażunerija u lajċiżmu

# MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019 li kibru fiż‑żmien meta bdiet tikber ukoll ix‑xewqa tal‑indipendenza minn ma’ Spanja, li mhux dejjem sabet appoġġ mil‑awtoritajiet ekkleżjastiċi ta’ dak iż‑żmien, u l‑protestantiżmu li beda dieħel mill‑Amerika ta’ Fuq mill‑1898, meta Kuba għaddiet mingħand l‑Ispanjoli għal għand l‑Amerikani. Din kienet it‑taħlita reliġjuża f ’Kuba meta fl‑1958 tneħħa mill‑poter il‑president Batista (li kien ħa l‑poter fl‑1952 b’kolp ta’ stat), u minfloku bdew imexxu Castro u sħabu rivoluzzjonarji. Fil‑bidu din il‑bidla kienet milqugħa ħafna, iżda ma damux ma bdew il‑problemi, speċjalment meta Kuba waqgħet taħt l‑influwenza tal‑Unjoni Sovjetika bl‑ideoloġija Marxista‑Leninista atea, tant li fil‑kostituzzjoni

Nies jitolbu, jixegħlu x‑xemgħat u jpoġġu l‑fjuri quddiem il‑Madonna fi knisja f'Havana Kuba. 31


Frar 2019

tal‑1976, Kuba kienet iddikjarata pajjiż ateu. Ftit snin qabel, saħansitra l‑Milied kien imneħħi minn festa u kkunsidrat jum normali tax‑xogħol. Il‑Knisja Kattolika tilfet l‑iskejjel, il‑midja u kważi l‑istituzzjonijiet kollha ta’ benefiċenza li kienet bniet sa dak iż‑żmien, kif ukoll ħafna min‑nies ippreparati li kellha. Dan minbarra numru kbir ta’ saċerdoti u sorijiet, li minn 800 u 2000 rispettivament, niżlu għal 200 reliġjuż u reliġjuża. Għalkemm b’ħafna diffikultajiet, il‑fidi Nisranija ma ġietx meqruda u biż‑żmien bdew jinħolqu kundizzjonijiet ġodda. Fl‑1980 fil‑Knisja beda proċess ta’ riflessjoni dwar ir‑realtà mibdula, proċess li beda mill‑bażi tal‑Knisja u spiċċa fl‑1986

IL‑KNISJA F’KUBA – DUN PAWL BUTTIGIEG MISSJUNARJU F’KUBA

Knisja Kattolika antika f'Trinidad Kuba li hija 'World Heritage Site' tal‑UNESCO.

b’dak imsejjaħ ‘Encuentro Nacional Eclesial Cubano’ (ENEC), b’dokument li taha direzzjoni u orjentament, u fetaħ il‑bibien għal djalogu mal‑mexxejja tal‑pajjiż.

Kulħadd jaf biż‑żjara ta’ Papa San Ġwanni Pawlu II fl‑1998. Qabel din iż‑żjara però diġà kien hemm xi żviluppi. Fl‑1992 kien hemm tibdil fil‑kostituzzjoni u minn stat ateu Kuba bdiet tissejjaħ stat lajk. Sal‑1970 kienet żdiedet id‑djoċesi ta’ Holguin u fit‑tliet snin ta’ qabel din iż‑żjara żdiedu dawk ta’ Santa Clara u Bayamo­ Manzanillo (1995) u dik Katidral Kattoliku Ruman iddedikat lill‑Verġni Marija f'El Cobre, ta’ Ciego de Santiago de Cuba. Avila (1996), u

32

fl‑istess żjara tal‑Papa dik ta’ Guantánamo­Baracoa (1998). B’hekk għall‑popolazzjoni ta’ ftit iktar minn ħdax‑il miljun ruħ, insibu preżentement ħdax‑il djoċesi kollha b’isqof Kuban, ħlief waħda fejn hemm missjunarju Spanjol. F’dawn is‑snin inħarġu permessi biex jidħlu aġenti pastorali minn pajjiżi differenti, jissewwew xi knejjes u kappelli, filwaqt li bdew isiru mill‑ġdid purċissjonijiet flimkien mat‑trasmissjoni tal‑quddiesa fuq it‑televiżjoni f ’ċerti okkażjonijiet, bħall‑Milied, il‑Ġimgħa l‑Kbira u l‑festa ta’ La Caridad. Sintendi għad hemm fejn isir progress, iżda l‑veru bidliet jieħdu ż‑żmien. Nitolbu biex inkunu dejjem iżjed attenti għas‑sinjali li matul iż‑żminijiet il‑Mulej iwasslilna mhux biss bil‑Kelma Tiegħu, iżda wkoll fl‑istorja tal‑poplu tiegħu. 


Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

50 ġrajja miktuba minn ħutna

missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt

(V0/1178)

Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.

 Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:

Data:

Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:

Qiegħed nibgħat ċekk bl‑ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................

ktieb/ kotba bil‑posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss. 33


TA’ MIN JAĦSEB FUQHA!

Frar 2019

IR‑RAĠEL U S‑SERP

D

arba kien hemm raġel li lemaħ serp qed jinħaraq ħaj f ’ħuġġieġa nar. Ir‑raġel ma ħasibhiex darbtejn u ddeċieda li jsalvah. Għalhekk kien pront ġabru min‑nar. Is‑serp minnufih dar għal id ir‑raġel u gidmu tant b’saħħa li kkawżalu wġigħ kbir.

Ask yourself:

Maħsud ir‑raġel farfar is‑serp lura fin‑nar. Kif ra hekk, ir‑raġel sab ħadida u biha salva mill‑ġdid lis‑serp.

jigdem, iżda dan mhux ser jibdel in‑natura tiegħi li ngħin lil kull min ikun fil‑bżonn.”

Xi ħadd li kien qed jara kollox, resaq lejn ir‑raġel u staqsieh: “Is‑serp gidmek u rġajt salvajtu minn mewt ċerta?” U r‑raġel wieġeb: “In‑natura tas‑serp hi li

Qatt tibdel in‑natura tiegħek għax sempliċiment xi ħadd weġġgħek, forsi bi kliemu jew b’għemilu. Titlifx il‑qalb tajba tiegħek, imma tgħallem ħu l‑prekawzjonijiet. 

?

QUIZ: AM I AN EMPATH

 Have I been labelled as “too emotional” or overly sensitive?  If a friend is distraught, do I start feeling it too?  Are my feelings easily hurt?  Am I emotionally drained by crowds, require time alone to revive?  Do my nerves get jarred by noise, smells, or excessive talk?  Do I prefer taking my own car places so that I can leave when I please?  Do I overeat to cope with emotional stress?  Am I afraid of becoming engulfed by intimate relationships?

If you answer ‘yes’ to 1‑3 of these questions, you’re at least part empath. Responding ‘yes’ to more than 3 indicates that you’ve found your emotional type. Mibgħuta minn Joe Grech – Santa Venera

“Ipprova idħak kemm tiflaħ, għaliex il‑ħajja hija tad‑daħk, u kulħadd illum il‑ġurnata huwa serju wisq. L‑unika traġedja fid‑dinja, ħbieb tiegħi, hija d‑dnub!” Madre Angelika – Soru Klarissa 34

“Il‑mejtin jirċievu ħafna aktar fjuri mill‑ħajjin, għaliex id‑dispjaċir huwa ħafna aktar b’saħħtu mill‑gratitudni!” Anne Frank


Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel

21236962

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK

Abbona issa fi Klabb Missio Tfal għal €5 biss fis‑sena. Mhux biss tkun qed tgħin lit‑tfal anqas ixxurtjati, imma wkoll tieħu pjaċir tiltaqa' ma' tfal ġodda. Niltaqgħu darba fix‑xahar biex flimkien nitgħallmu, norganizzaw xi attivitajiet, nagħmlu l‑krafts u ntellgħu xi drammi. Dan filwaqt li nitolbu għal tfal oħra madwar id‑dinja kollha. Ma' kull abbonament ta' sena tingħata 'discount card' li tissarraf f'diversi ħwienet popolari.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI KLABB MISSIO TFAL GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Klabb Missio Tfal, Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Frar 2019

ROSS IL‑FORN MINN PUERTO RICO Metodu: X’għandek bżonn: • 500 gramma ross ismar • 2 mgħaref żejt taż‑żebbuġa • Basla kbira mqattgħa fina • 2 sinniet tewm imqattgħin fin • 250 gramma kapuljat tal‑majjal • 250 gramma kapuljat taċ‑ċanga • Bott kbir polpa tat‑tadam • Bott żgħir kunserva • 200 gramma ġobon jew ġbejniet nexfin maħkuk/maħkukin • 3 bajdiet imħabbta

• Sajjar ir‑ross ġo borma kbira. • Sadanittant, saħħan iż‑żejt f ’taġen fond u aqli l‑basla u t‑tewm sa ma jirtabu. • Żid il‑kapuljat u l‑kari u kompli aqli sa ma jsir il‑laħam. • Żid il‑polpa u l‑kunserva u ħallihom itektku fuq nar baxx għal xi kwarta. • Saffi r‑ross u erġa’ itfgħu lura fil‑borma. • Itfa’ z‑zalza mar‑ross u ħawwad sew. • Żid il‑bajd, il‑ġobon, u bżar u melħ kemm tiggosta. • Poġġi t‑taħlita f ’dixx tal‑forn midluk bi ftit żejt u sajjar f ’forn sħun għal madwar nofs siegħa.

• Kuċċarina trab tal‑kari

Buen Provecho!

• Bżar u melħ

(L‑Ikla t‑Tajba!)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171


Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

37


KOMPETIZZJONI ‑ FRAR 2019

Frar 2019

TISLIBA BIN‑NUMRI

Imla t‑tisliba bin‑numri t’hawn taħt skont fejn suppost. Wieħed min‑numri huwa lest biex jgħinek tibda. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

3 2 4 1 7 9

3 DIGITS

4 DIGITS

143

2018

6271

5 DIGITS

6 DIGITS

15972

52876

324179 971302

265

2934

7065

23781

53462

368

3165

7931

27054

64217

451

3648

8023

31648

86015

527

4382

9426

32142

93205

584

4629

9487

702

2 3 7 8 1

Ħu nota tal‑indirizz il‑ġdid fejn tibgħat il‑kompetizzjoni.

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Diċembru 2018: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Roberta Grech minn San Ġwann. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

Nitbissmu ftit:

W

ieħed raġel mar f’kafè fejn kien hemm l‑imwejjed u s‑siġġijiet barra, u ntefa’ bilqiegħda fuq wieħed mis‑siġġijiet li kien hemm. Fil‑pront ġie l‑wejter u r‑raġel staqsieh: “Jekk jogħġbok fadlilkom xi ħaġa friska?” Qabeż il‑wejter u qallu: “Iva sinjur, is‑siġġu li għandek taħtek, għax għadna kif żbajnieh!”

38

8 2 7 1 6 4 5 9 3 6 4 3 8 5 9 2 7 1 1 9 5 7 3 2 4 6 8 4 5 2 9 7 3 1 8 6 3 7 6 4 8 1 9 5 2 9 1 8 6 2 5 3 4 7 7 3 4 5 1 6 8 2 9 5 8 1 2 9 7 6 3 4 2 6 9 3 4 8 7 1 5


Frar 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Agnes Darmanin minn Ħaż‑Żabbar Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 10 ta' Novembru 2018 Margerita Bugeja mill‑Imdina • 28 ta’ Novembru 2018 Karmena Farrugia • 30 ta’ Novembru 2018 Ġużeppi Farrugia • 10 ta’ Diċembru 2018 Anthony Farrugia minn Ħal Kirkop • 21 ta’ Diċembru 2018 Josephine Abdilla minn Ħal Safi • 21 ta' Diċembru 2018 Evanġelista Muscat minn San Pawl il‑Baħar • Diċembru 2018 Josephine Callus minn Ħal Safi • Diċembru 2018 Gloria Debono minn Ħal Safi

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

Għandna bżonn 'soft toys' f'kundizzjoni tajba. F'każ ta' ammont kbir niġu għalihom aħna. Ċempel lil Natasha fuq 20330015.

39


Frar 2019

Mediterranean cuisine Mon ‑ Sun 18:00 ‑ 22:30 Address: 58, Triq il‑Kbira, Mellieħa, Malta MLĦ 2313 Email: info@mithna.com Tel: +356 2152 0404 | Mob: +356 7947 8896 www.mithna.com

40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja - February 2019 by Missio Malta - Issuu