Skip to main content

Malta Missjunarja - Febuary 2018

Page 1

NEWSPAPER POST FRAR 2018 SENA 86

04 Kemm il‑Missjoni Hawn? 08 Konsagrazzjoni lill‑Madonna 26 Qatgħa Xagħar B’Xejn 30 ‘The Bucket List Family’

għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Frar 2018

PUBBLIKAZZJONI

Missio ‑ (Uffiċċju Missjunarju), 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 4.00pm Is‑Sibt 9.00am ‑ 12.00pm Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (publications@missio.org.mt) Membri: Mons. Salvinu Micallef Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS

Websajt u Facebook: Bernard Vella

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Stampar: EuroPrint Limited ‑ San Ġwann Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 12 Santa Infanzja 16 Kelinu Cachia 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Il‑Papa, is‑Suċċessur ta’ San Pietru 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata: Papa Franġisku jbierek tarbija marida. 2

“Mara, hawn hu Ibnek... Hawn hi Ommok...”

I

t‑tema għall‑Jum Dinji tal‑Morda ta’ din is‑sena hija: “Mara, hawn hu ibnek ... Hawn hi ommok. U minn dak il‑ħin id‑dixxiplu ħadha għandu.” (Ġw 19:26‑27) Dan il‑kliem intqal minn Ġesù meta kellem minn fuq is‑salib lil Ommu Marija u lil Ġwanni. Is‑servizz tal‑Knisja lejn il‑morda u dawk li jieħdu ħsiebhom għandu jkompli b’tiġdid ta’ saħħa u enerġija b’fedeltà lejn ix‑xewqa ta’ Alla u fuq l‑eżempju ta’ Ġesù. F’parti mill‑messaġġ tiegħu għas‑26 Jum Dinji tal‑Morda li ser jiġi ċċelebrat nhar il‑Ħadd 11 ta’ Frar, Papa Franġisku qal: “Il‑kliem ta’ Kristu jillumina l‑misteru tas‑Salib li ma jirrappreżentax traġedja, imma post fejn Ġesù jimmanifesta l‑glorja tiegħu u juri l‑imħabba tiegħu sat‑tmiem. Imħabba li saret il‑bażi u r‑regola għall‑komunità Kristjana u għall‑ħajja ta’ kull dixxiplu. Qabel kollox, il‑kliem ta’ Ġesù huwa s‑sors tal‑maternità ta’ Marija għall‑umanità kollha. Marija kellha tkun l‑omm tad‑dixxipli ta’ binha billi tieħu ħsiebhom u tiggwidahom tul il‑vjaġġ ta’ ħajjithom. Kif nafu, l‑imħabba ta’ omm lejn uliedha huma u jikbru, tinkludi kemm dik materjali kif ukoll dik spiritwali. Is‑sofferenzi fir‑ruħ ta’ Marija, mhux talli ma waqqfuhiex, iżda talli bħala Omm Alla nfetħet quddiemha triq ġdida ta’ turija ta’ mħabba. Fuq is‑salib Ġesù wera t‑tħassib


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

uliedha hija fdatha f ’idejn Ġwanni u fil‑Knisja. Il‑komunità kollha ta’ dixxipli hija inkluża f ’din il‑vokazzjoni materna.

tiegħu għall‑Knisja u għall‑umanità kollha, u hekk Marija ssejħet biex taqsam dan l‑istess tħassib. Kemm meta l‑Ispirtu s‑Santu niżel fuq l‑appostli fil‑Pentekoste u kemm fl‑Atti tal‑Appostli naraw li Marija bdiet taqdi dmirijietha mal‑ewwel komunità tal‑Knisja; dmir li ma jieqaf qatt. Ġwanni, id‑dixxiplu maħbub, huwa figura tal‑Knisja u jirrappreżenta lill‑Kristjani.

Huwa ried jaċċetta lil Marija bħala ommu, billi ħadha għandu biex fiha jara l‑mudell ta’ kif dixxiplu għandu jgħix u biex jikkontempla l‑vokazzjoni materna li Ġesù afda f ’idejha b’dak kollu li ġġib magħha: Omm li b’imħabba twelled lil uliedha hija kapaċi tħobb bħalma Ġesù ordnalha. Huwa għalhekk li l‑vokazzjoni materna ta’ Marija li tieħu ħsieb lil

Ġwanni li bħala dixxiplu qasam kollox ma’ Kristu, jaf li Ġesù jrid jiggwida lill‑poplu kollu biex jiltaqa’ mal‑Missier. Bħal Marija, id‑dixxipli huma msejħa biex jieħdu ħsieb xulxin bla ma jeskludu lil ħadd. Il‑Bxara t‑Tajba trid tkun proklamata lil kulħadd u l‑karità tal‑Kristjani trid tkun lejn kulħadd sempliċiment għaliex dawn huma persuni – ulied Alla. Il‑vokazzjoni materna tal‑Knisja għal dawk fil‑bżonn u morda ħolqot bażi konkreta tul l‑elfejn sena ta’ storja permezz ta’ diversi inizjattivi f ’isem dawk morda u fil‑bżonn. Din id‑dedikazzjoni m’għandhiex tintesa, imma titkompla llum il‑ġurnata madwar id‑dinja kollha.” 

Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel

21236962 3


Frar 2018

L

Kemm il‑missjoni hawn?

i l‑Maltin huma ġenerużi fejn tidħol il‑karità huwa fatt ippruvat. Żgur li niġu minn ta’ quddiem nett fejn tidħol ir‑rieda tagħna li ngħinu lil min hu fil‑bżonn. Dan jgħodd mhux biss għall‑għajnuna li nagħtu lill‑persuni fil‑bżonn fil‑gżejjer tagħna, imma wkoll lill‑bniedem fil‑bżonn ’il barra minn xtutna, sew meta jinqalgħu xi emerġenzi, ikunu fejn ikunu, u sew matul is‑sena kollha, biex ngħinu fl‑operat ta’ evanġelizzazzjoni u djakonija fl‑artijiet tal‑missjoni.

4

MESSAĠĠ TAD‑DIRETTUR ‑ MONS. SALVINU MICALLEF

Li ma għandniex, ħafna jgħidulna, huwa kordinament bejnietna u minħabba f ’hekk, min almenu josserva u jistaqsi, qed jitfixkel. Ħafna drabi matul is‑sena qed insib ruħi imbarazzat b’nies li jiġu l‑uffiċċju jew li jkellmuni fit‑triq jew waqt xi laqgħat, u jistaqsuni għaliex dawn il‑maratoni kollha b’risq il‑missjoni, u jekk humiex kollha bil‑barka tal‑awtoritajiet tal‑Knisja. Inviloppi b’appelli għall‑missjoni jew karitajiet oħra jaslu fl‑istess xahar u anki fl‑istess ġimgħa u dak li jkun jitfixkel jew jaqta’

qalbu u ma jagħti xejn għax mhux qed tiġi rispettata id‑direzzjoni mogħtija mill‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli li matul ix‑xahar ta’ Ottubru l‑ġbir li jsir għall‑missjoni jmur għall‑operat missjunarju tal‑Knisja Universali li


Frar 2018

B’SMS ta’ €2.33 tkun qed B’SMS ta’ €2.33 tkuntitma’ qed 7 t’itfal titma’ 7t għal itfalġurnata. għal ġurnata.

F’ambjent fejn ir‑realtà hi li kulħadd jaqdef għal rasu l‑kordinament mhux daqshekk faċli; jitlob ħsieb, rieda tajba u żmien. Imma ejjew nibdew! Forsi San Pawl, missierna fil‑fidi u ‘Predicator Veritatis’, li tant kien jisħaq fuq il‑kordinament fil‑komunitajiet Insara li hu waqqaf, jispirana biex nibdew. 

B’SMS ta’ta’ €6.99 qedqed B’SMS €6.99tkun tkun tixtritixtri l‑kotba għal għal tifel jew l‑kotba tifeltifla jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika.

Illum, in‑numru ta’ għaqdiet volontarji biex jilħqu l‑għan tagħhom jiddependu mid‑donazzjonijiet, u l‑ġbir ta’ fondi kiber ħafna. Qed nitkellmu fuq mijiet kbar. Uħud minnhom b’saħħithom ħafna għax għandhom is‑sehem jew l‑appoġġ ta’ persuni influwenti fil‑pajjiż. Il‑Mulej ibierek il‑ħidma tagħhom u aħna lkoll għandna nkunu grati u nirringrazzjaw lil kull min b’sinċerità u ġenwinità qed jiddedika ħin u sagrifiċċji biex jgħin lil ħutu fil‑bżonn. Imma danakollu jitlob ukoll mill‑għaqdiet volontarji fi ħdan il‑Knisja biex

jikkordinaw aktar il‑ħidma tagħhom. Dan biex: ikun hemm riżultati aħjar, ikun hemm direzzjoni iktar ċara ta’ tqassim ġust u trasparenti, nagħmlu l‑aħjar użu mir‑riżorsi umani li għandna, u ma jsirux spejjeż żejda minħabba dupplikazzjoni ta’ fondazzjonijiet u ħidmiet għall‑istess għanijiet.

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

hu afdat f ’idejn l‑Opri Missjunarji Pontifiċji.

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

5


Frar 2018

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja Frar 2018 “Sabiex dawk kollha li għandhom xi setgħa materjali, politika jew spiritwali jirreżistu kull xewqa għall‑korruzzjoni.”

K

ieku fid‑dinja hawn il‑ġustizzja, kieku żgur li għandna dinja aħjar. Għalhekk, f ’dan ix‑xahar aħna mitluba nitolbu għall‑mexxejja kollha fid‑dinja sabiex ikunu dejjem immexxija minn prinċipji 6

morali u etiċi tajbin, dejjem ’il bogħod mill‑qerq u l‑ħażen. Dan kien qalulna Papa Franġisku fl‑enċiklika tiegħu ‘Laudato Si’, ispirata mill‑Kantiku tal‑Ħolqien jew l‑Għanja tal‑Ħlejjaq ta’ San Franġisk t’Assisi, fejn insibu t‑talba tar‑ringrazzjament tiegħu lil Alla għall‑opra tal‑ħolqien. L‑enċiklika tkompli fil‑linja tat‑tagħlim soċjali tal‑Knisja kif naraw fir‑‘Rerum Novarum’ ta’ Papa Ljun XIII, fil‑‘Pacem in Terris’ ta’ Papa San Ġwanni XXIII u fir‑‘Redemptoris Hominis’ u ċ‑‘Centesimus Annus’ ta’ Papa San Ġwanni Pawlu II. Nitolbu għalhekk illum b’iktar urġenza quddiem is‑sitwazzjoni

globali tad‑dinja li fiha jinsab jgħix il‑bniedem, dak kollu li qed jiġri lid‑dar komuni tagħna u wkoll fejn il‑problemi enormi qegħdin jikkawżaw fuq il‑bniedem it‑tniġġiż tal‑ambjent, it‑tniġġiż mill‑industriji u l‑kultura tar‑rimi u tal‑iskart, u fuq kollox dak tossiku u velenuż. Għandna nikkundannaw kull abbuż li qed isir għall‑ispejjeż tal‑umanità, ta’ dawk li huma dgħajfa, u ta’ dawk li huma vulnerabbli, innoċenti u tfal. Papa Franġisku jisħaq li għandna niddefendu x‑xogħol u naħdmu għall‑ġid komuni. Biżżejjed insemmu l‑iskjavitù ta’ miljuni ta’


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

ħaddiema f ’kundizzjonijiet ħżiena u ta’ tinġiż. Biex ma nsemmux t‑tinġiż radjuattiv li qed iżid fl‑imwiet bil‑kankru. Madwar 2.6 biljun ruħ m’għandhomx servizzi sanitarji u t‑tniġġiż tal‑bniedem wasal ukoll fl‑ibliet bħal f ’Linfen fiċ‑Ċina, f ’Haine fir‑Repubblika Domenikana, f ’Ranipet fl‑Indja u f ’Chernobyl fir‑Russja. Id‑diversi abbużi li qegħdin iseħħu minħabba r‑regħba tal‑ekonomija u l‑flus ta’ wħud li għandhom xi poter fid‑dinja, fejn ħaddiema u familji huma ta’ kuljum ikkontaminati bil‑pestiċidi, ċomb,

merkurju, kromju u elementi radjuattivi. Għalhekk mela hemm bżonn li jitħares il‑ġid komuni u fuq kollox id‑drittijiet tal‑bnedmin kollha. Jeħtieġ li jkun hemm għażla preferenzjali l‑aktar favur il‑foqra u naħdmu lkoll flimkien għal dinja iktar sostenibbli għall‑ġenerazzjonijiet futuri. Hemm bżonn li jkun hemm żvilupp reali għat‑titjib tal‑kwalità tal‑ħajja tal‑bniedem fid‑dar, fil‑postijiet tax‑xogħol, tal‑kult u tad‑divertiment. Għandna għalhekk nikkundannaw kull abbuż ta’ poter u korruzzjoni li jwasslu għan‑nuqqas ta’ għarfien

veru, għall‑bnedmin, tal‑impatt ambjentali ta’ diversi proġetti ta’ żvilupp. Bħalma naraw f ’ċerti pajjiżi, bħal pereżempju fil‑Brażil fejn għandek għaxra fil‑mija tal‑popolazzjoni sinjura u tikkontrolla disgħin fil‑mija tal‑ġid tal‑pajjiż, waqt li disgħin fil‑mija tal‑popolazzjoni hija fqira u tikkontrolla biss għaxra fil‑mija tal‑pajjiż. Dawn huma ingustizzji kkawżati mill‑korruzzjoni ta’ xi mexxejja. Nitolbu mela biex dawk kollha li għandhom xi poter fid‑dinja jkollhom għan u interess wieħed, li huwa l‑ġid tal‑bnedmin kollha fid‑dinja.

I I N N O J O J S S S IS I M ‑ M ‑ L L I I Q ISSQ I R ’ ’ B R BBAAŻŻA BAŻAR ĠDID

ta' Missio fi Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 12.00pm

Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta

(Ħinijiet Ġodda) It‑Tnejn, l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa: 9:00am‑11:00am It‑Tlieta u l‑Ħamis: 9:00am‑12:30pm

7


PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI

Frar 2018

Konsagrazzjoni lill‑Madonna

W

aqt il‑mitt sena anniversarju mid‑dehra tal‑Madonna ta’ Fatima Papa Franġisku qal: “Alla huwa aqwa mill‑miżerji kollha tagħna u jħobbna ħafna. Komplu imxu ’l quddiem u qatt titilqu minn ħdejn djul Ommna. Bħalma tarbija tħossha sigura qrib ommha, hekk ukoll aħna nħossuna siguri ħdejn djul il‑Madonna. Hija s‑salvagwardja tagħna.” Dakinhar stess, nhar il‑Ġimgħa 13 ta’ Ottubru 2017, l‑Afganistan ġie kkonsagrat lill‑Immakulata Qalb ta’ Marija f ’Kabul minn Dun Giovanni Scalese, Superjur tal‑Missjoni Kattolika fl‑Afganistan li twaqqfet fl‑2002. L‑unika knisja Kattolika fl‑Afganistan hija kappella fl‑ambaxxata Taljana u kien hawn li saret il‑konsagrazzjoni tal‑Afganistan imsejjaħ ‘il‑qalb tal‑Asja martri’. Dan wara li ntqal ir‑rużarju u ġiet iċċelebrata quddiesa. Preżenti għaċ‑ċerimonja kien hemm il‑Kappillan Kattoliku tal‑bażi tan‑NATO u xi membri tal‑militar, id‑Deputat tal‑Missjoni fi ħdan l‑ambaxxata Taljana, is‑Sorijiet 8

Missjunarji u istituzzjonijiet internazzjonali oħra. Sadanittant ġie rrapurtat li fl‑istess jum tat‑13 ta’ Ottubru, fil‑belt ta’ Benin fin‑Nofsinhar tan‑Niġerja, bħal f ’Fatima, seħħ fenomenu solari mirakoluż. Il‑każ li seħħ eżatt mitt sena qabel f ’Fatima huwa imsejjaħ ‘Iż‑Żifna tax‑Xemx’. Il‑folla preżenti f ’Benin li kienet tlaħħaq il‑55,000 ruħ,

raw xemx ħafna akbar minn tas‑soltu li bdiet donnha tteptep. Il‑midja Niġerjana kkonfermaw il‑viżjoni li hija waħda vera u mhux qlajja’ u dan kollu huwa rrikordjat fuq vidjow li kulħadd jista’ jara fuq ‘YouTube’. Jumejn wara, fil‑15 ta’ Ottubru, il‑Konferenza tal‑Isqfijiet Kattoliċi tan‑Niġerja (CBCN) tkellmet dwar dan il‑fenomenu fuq il‑paġna tagħha ta’ ‘Facebook’: “Dak


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

li seħħ 100 sena ilu f ’Fatima l‑Portugal, seħħ f ’Benin nhar it‑13 ta’ Ottubru 2017. X’miraklu kbir minn Ommna Marija, Sidtna Marija ta’ Fatima!” L‑isqfijiet Niġerjani interpretaw dan is‑sinjal bħala inkoraġġament mill‑Madonna ta’ Fatima, hekk kif kien għadhom kif bdew iċ‑ċerimonja tar‑ri‑konsagrazzjoni tan‑Niġerja lill‑Immakulata Qalb ta’ Marija. Intant, xi ġimgħat ilu, Mons. John Armitage, rettur tas‑Santwarju ta’ Walsingham, ħabbar li sentejn oħra, fis‑sena 2020, ser tiġġedded id‑dedikazzjoni tal‑Ingilterra bħala ‘dota’

lill‑Madonna. Huwa ħabbar dan waqt it‑tnedija ta’ ktieb ġdid ta’ talb, filwaqt li ħeġġeġ lill‑Kattoliċi biex jagħmlu novena lill‑Madonna ta’ Walsingham. Mons. Armitage qal li din in‑novena tagħti bidu għal novena nazzjonali ta’ talb għall‑pajjiż sabiex tkun għajnuna spiritwali għal meta fil‑festa solenni tat‑Tħabbira tal‑Anġlu l‑Ingilterra ġġedded din id‑dedikazzjoni. It‑titlu ta’ ‘Dota lill‑Madonna’ li jfisser li l‑Madonna hija l‑protettriċi speċjali ta’ dan in‑nazzjon, ilu sa mis‑seklu 11. Dan it‑titlu kien jintuża minn dawk il‑Kattoliċi li m’aċċettawx ir‑Riforma Protestanta u li

kienu jgħixu fl‑eżilju. Fis‑sena 1893 Papa Ljun XIII kien kellem grupp ta’ pellegrini Ingliżi li marru jżuruh Ruma, dwar l‑imħabba meraviljuża speċjali li kienet tbaqbaq fil‑qlub tal‑antenati tagħhom lejn l‑Imqaddsa Omm Alla. Mons Armitage kompla jgħid li huwa jittama li permezz ta’ din in‑novena f ’kull rokna tal‑Knisja fl‑Ingilterra u f ’Wales, il‑Madonna ta’ Walsingham tinterċedi bil‑qawwa tagħha għal art twelidhom. “Dan huwa ċans tajjeb biex jitreġġa’ lura l‑proprju wirt spiritwali kbir tal‑pajjiż li jissejjaħ id‑‘Dota tal‑Madonna’,” temm jgħid ir‑rettur tas‑santwarju. 

INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9


SAN PIETRU APPOSTLU

Frar 2018

Patri Spiridione Galea OFMCAP

S

piridione twieled nhar l‑10 ta’ Diċembru 1939, fl‑Għarb Għawdex. Fis‑sena 1957, fl‑età ta’ 18‑il sena, ingħaqad mal‑Patrijiet Minuri Kapuċċini, u 8 snin wara ġie ordnat saċerdot, nhar l‑4 ta’ Lulju 1965. F’April tas‑sena 1977 irċieva l‑ubbidjenza flimkien ma’ Patri Pelagio Bilocca sabiex imorru fil‑Prefettura ta’ Garissa fil‑Kenja fil‑kontinent Afrikan. L‑ewwel missjunarji Kapuċċini Maltin kienu marru f ’dan il‑pajjiż b’popolazzjoni ta’ 48 miljun ruħ, fl‑1974. Għal Patri Spiridione u Patri Pelagio l‑bidu kien żmien diffiċli ħafna. Dan għaliex huma riedu jidraw il‑klima sħuna kontinwa, in‑nuqqas ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni, it‑toroq ħżiena u n‑nies ta’ kultura

10

differenti, li fil‑maġġoranza tagħhom kienu Musulmani. Imma b’determinazzjoni qawwija u bl‑għajnuna ta’ Alla kull missjunarju għamel il‑parti tiegħu u b’hekk iż‑żewġ patrijiet setgħu jħarsu ’l quddiem biex jgħinu anke fl‑iżvilupp soċjali. Bnew skejjel, kliniċi, knejjes u taw ukoll ħafna għajnuna lin‑nies tal‑post. Bis‑saħħa tagħhom tħaffru wkoll diversi ‘shallow wells’ u tpoġġew ‘hand pumps’ fuqhom sabiex in‑nies tal‑lokal ikollhom ilma safi. Bħal kull post fil‑missjoni

l‑problemi u l‑perikli ma naqsux, iżda esperjenzaw ukoll okkażjonijiet kemm ta’ ferħ kif ukoll ta’ niket. Patri Spiridione dam il‑Kenja 38 sena sħaħ fejn kien assenjat fiż‑żoni ta’ Garissa b’popolazzjoni ta’ 119,696 ruħ, ta’ Wema b’popolazzjoni ta’ 4,970 ruħ u ta’ Hola b’popolazzjoni ta’ 6,932 ruħ. It‑tfal ħaddiema huma komuni ħafna fil‑Kenja fejn ħafna mit‑tfal jaħdmu fl‑agrikoltura. Skont l‑UNICEF 30 fil‑mija tat‑tfal bniet fl‑età ta’ bejn id‑9 snin u t‑18‑il sena huma suġġetti għall‑prostituzzjoni. Il‑kawżi prinċipali tat‑tfal ħaddiema huma l‑faqar, nuqqas ta’ edukazzjoni u


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

istituzzjonijiet tal‑gvern dgħajfa. Il‑maġġoranza tal‑Kenjani, 83 fil‑mija tal‑popolazzjoni, huma Kristjani li 23.5 fil‑mija minnhom huma Kattoliċi Rumani. Fil‑Kenja l‑età medja li persuna tgħix hija ta’ 55 sena u huwa stmat li għal kull 100 tarbija li titwieled 4 jmutu. Ir‑raġuni prinċipali hija li 42 fil‑mija biss tat‑twelid ikunu assistiti minn xi ħadd professjonali fil‑qasam. Huma biss 38.5 fil‑mija tal‑Kenjani li jafu jiktbu u jaqraw. L‑edukazzjoni bażika u b’xejn tibda minn 6 snin u tispiċċa ta’ 14‑il sena. Wara dan min ikun jixtieq ikompli jistudja jew jitgħallem xi sengħa jrid ifendi għal rasu fejn jidħlu finanzi. Patri Spiridione jgħid: “Meta nħares lura għandna għaliex nirringrazzjaw lill‑Mulej għax sar ħafna żvilupp anke min‑naħa tal‑gvern. Ix‑xogħol tal‑appostolat kiber u dejjem qed jiġi organizzat aħjar. L‑Insara qed jiżdiedu fin‑numru u l‑ħajja saret inqas diffiċli.” Patri Spiridione ġie lura Malta sentejn ilu, f ’Jannar 2016. Illum il‑ġurnata qiegħed jagħmel parti mill‑Fraternità tal‑Kunvent tal‑Patrijiet Minuri Kapuċċini f ’Għawdex. 

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Vista ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) U tinsiex titlob għalihom ukoll, u huma jibqgħu jiftakruna fit‑talb tagħhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 11


SANTA INFANZJA

Frar 2018

Sentenza ta’ għomor il‑ħabs

Ritratt: Youtube

C

yntoia Brown, vittma ta’ traffikar sesswali ta’ minorenni ġiet sentenzjata għomorha l‑ħabs fl‑età ta’ sittax‑il sena wara li qatlet raġel u serqitu. Iżda dan huwa ġust, meta tikkunsidra din it‑tfajla x’ħajja għexet f ’dawn is‑sittax‑il sena? Hekk qed jisħqu l‑avukati tagħha, wara li reġa’ ssemma l‑każ tagħha bis‑saħħa ta’ stazzjon tat‑televixin li investiga l‑istorja tagħha. Cyntoia kienet ukoll suġġett ta’ dokumentarju bl‑isem ‘Me Facing Life: Cyntoia’s Story’. L‑avukati tagħha qed jitolbu li jerġa’ jinstema’ l‑ġuri u qed issir ukoll petizzjoni fuq l‑internet għall‑ħelsien tagħha. 12

Saħansitra nies famużi bħal Rihanna u Kim Kardashian, qed jaqbżu għaliha u jħossu li s‑sentenza li ngħatat mhix waħda ġusta. Cyntoia twieldet f ’Tennessee minn omm li kienet tabbuża mid‑droga u mill‑alkoħol. F’età żgħira hija ħarbet mid‑dar tal‑familja li kienu addottawha u ma baqgħetx tattendi l‑iskola elementari. Ta’ sittax‑il sena hija marret tgħix ma’ pimp f ’lukanda li tintuża mill‑irġiel li jieqfu jistrieħu matul il‑lejl qabel ikomplu l‑vjaġġ tagħhom bit‑trakkijiet tax‑xogħol. Huwa kien jabbuża minnha sesswalment, kien isawwatha u sfurzaha fil‑prostituzzjoni.

Cyntoia kienet mogħtija d‑droga u mhedda b’pistola jekk ma tagħmilx dak li ried minnha l‑pimp. Jum wieħed, waqt li kienet miexja fit‑triq inħatfet minn raġel ta’ 43 sena li ħadha d‑dar tiegħu u talabha jkollha x’taqsam miegħu. F’dar mimlija armi, Cyntoia twerwret u ħasbet li dak ir‑raġel kien ser joqtolha. Għalhekk, hekk kif resaq lejha biex jabbużaha, ħatfet pistola u sparatlu. It‑tfajla serqet xi flus u armi mid‑dar tal‑vittma u ħarbet għaliex beżgħet tmur lura għand il‑pimp. Fl‑2004 f ’Tennessee Cyntoia Brown, li ġiet meqjusa bħala persuna


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

adulta, instabet ħatja ta’ qtil u serq gravat, u ġiet

Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:

issentenzjata għal għomorha l‑ħabs. Wara li reġa’ ssemma

l‑każ, J. Houston Gordon, prokuratur, qal li fl‑2004 it‑tfajla kienet taħseb u taġixxi ta’ tifla ta’ għaxar snin minkejja li kellha sittax‑il sena. Dan għaliex, peress li waqt it‑tqala ommha kienet tixrob u tabbuża mid‑droga, moħħ Cyntoia ma żviluppax sew. Il‑prokuratur qal li dan ma ġiex ippreżentat waqt il‑ġuri tat‑tfajla li llum għandha 29 sena u hija priġuniera eżemplari. Cyntoia, li ilha tlettax‑il sena l‑ħabs fejn kompliet tistudja u tagħmel l‑eżamijiet, ma tistax titlob għall‑ħelsien qabel l‑età ta’ 67 sena. 

€25 – ikla sustanzjuża kuljum għal 25 tifel u tifla

€30 – operazzjoni lil tifel

€50 – programm ta’

€58 – 6 xhur terapija

€8,000 – bini ta’ kappella

ġimgħa edukazzjoni sportiva għal tfal f’Myanmar

kontra t‑tuberkolożi għal tifel jew tifla morda

f’ismek jew xi ħadd għażiż għalik

jew adult biex ma jitlifx id‑dawl t’għajnejh

13


Frar 2018

SANTA INFANZJA

CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.

14


Frar 2018

MINN APRIL 2018 FUQ Is‑Sibt fl‑16:00

Żambja 2017

15


Frar 2018

KELINU CACHIA – JOSEPH C. CAMILLERI BA, DEAM, M.ED (PL & MGT)

Bniedem li ta ħajtu lit‑Tarxiniżi u lil Ħal Tarxien

F

id‑9 ta’ Diċembru 1995 miet wieħed mill‑aktar bnedmin ħabrieka li qatt kellu Ħal Tarxien, Kelinu Cachia. Dan ta ħajtu għal dan ir‑raħal u l‑poplu tiegħu, u ta kontribut kbir sew lill‑ilsien Malti. Huwa twieled f ’Ħal Tarxien fis‑sena 1922. Studja fl‑iskola primarja ta’ Ħal Tarxien u kompla

l‑istudju tiegħu fil‑Kulleġġ ta’ De La Salle. Wara daħal fl‑iskola teknika tal‑Gvern u spiċċa fil‑Kulleġġ Tekniku tat‑Tarzna. Kien impjegat bħala ‘engineering draughtsman’ u kien ukoll soċju tal‑Mużew. Kien jgħallem fil‑qasam tad‑duttrina ta’ Ħal Tarxien, li hemm quddiem it‑tempji Neolitiċi. Għamel żmien jgħallem l‑ilsien Malti u dak Ingliż fl‑iskola li s‑Soċjetà

tad‑Duttrina Nisranija kellha f ’Ħal Tarxien. Din l‑iskola kienet magħrufa bħala ‘St. John School’. Maż‑żmien din l‑iskola marret f ’Santa Venera u ħadet l‑isem ta’ ‘St. Michael School’. Il‑kontribut tiegħu lill‑Malti jista’ jinqasam fi tnejn. Hemm numru kbir ta’ poeżiji li kiteb bil‑Malti. Is‑sors ta’ ispirazzjoni tiegħu kien Ħal Tarxien u kull ħaġa Tarxiniża. Insemmu poeżiji bħal ‘Lit‑tfal ta’ Ħal Tarxien’ li nkitbet għall‑okkażjoni tal‑ftuħ tal‑‘playing field’ fis‑26 ta’ Novembru 1966 b’dedika lill‑persuni li ħadmu biex

‘HI‑TEA’ U TOMBLA Data: 18 ta’ Frar 2018 Ħin: Fis‑2:00pm Post: Fis‑sala tal‑uffiċċju l‑ġdid fil‑Mosta (ara paġna 17) Prezz: €10 Din l‑attività ser tibda ssir kull tielet Ħadd tax‑xahar. GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI JEW BIEX TIRRISERVA POST ĊEMPEL FUQ: 2123 6962 16


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

Ritratt: Wikimedia

it‑tfal ikollhom ‘playing field’ u mhux imorru f ’dik ta’ Raħal Ġdid. Dawn kienu Joseph L. Scicluna u Lor J. Cappello kif ukoll il‑Kunsill Ċiviku ta’ Ħal Tarxien. Fl‑1961 kiteb il‑poeżija ‘Lil Marija Annuzjata’ li dehret fl‑istampa f ’jum il‑festa titulari ta’ Ħal Tarxien, li fis‑sena 1996 kienet ġiet iċċelebrata nhar it‑28 t’April. Fit‑18 ta’ Diċembru 1987, biex ifakkar il‑mitt sena tal‑qanpiena l‑kbira huwa kiteb il‑poeżija ‘F’Għeluq il‑100 tal‑Qanpiena l‑Kbira tal‑Knisja Parrokkjali, Ħal Tarxien’. L‑aqwa poeżija tiegħu kienet ‘Għaliex Inħobbu’, fejn Kelinu jagħti r‑ragunijiet għaliex iħobb lil Ħal Tarxien. Huwa jagħlaq din il‑poeżija bil‑kliem tassew patrijottiku:

Raħal twelidi, jien mill‑faqar tiegħi Inħoss li tajtek kulma stajt nagħtik: Jgħinni l‑Mulej biex mingħajr serħ jew biża’ Nibqa’ nħobbok sal‑mewt, nibqa’ naqdik.

Barra mill‑poeżiji huwa ta sehem kbir lill‑ilsien Malti. Kien il‑kaxxier tal‑Għaqda Letterarja Maltija u kien imsieħeb fl‑Għaqda Poeti Maltin. Kien ukoll jippreżenta u jipproduċi programm letterarju fuq Radju Malta.

17


Frar 2018

KELINU CACHIA – JOSEPH C. CAMILLERI BA, DEAM, M.ED (PL & MGT)

Il‑kontribut lejn Ħal Tarxien tah billi kien jgħallem id‑duttrina lit‑tfal u kien jieħu ħsieb in‑‘notice boards’ sew tal‑knisja u sew tal‑Mużew. Dan għalih kien il‑mezz biex jasal għand il‑poplu ta’ Ħal Tarxien. L‑isbaħ ‘notice boards’ kienu jkunu għall‑festa titulari tal‑Lunzjata. Kien membru tal‑Kunsill Ċiviku, segretarju tal‑Kunsill Pastorali Parrokkjali, u flimkien ma’ Monsinjur Dun Karm Sant waqqfu gazzetta ‘Tarxien’ li saret biż‑żmien fuljett. Il‑festa titulari kienet il‑mira ewlenija tiegħu. Kien jipprepara diskors biex jixxandar fuq il‑‘loudspeakers’ waqt il‑ħruġ tal‑vara mill‑knisja. B’leħen qawwi u mimli emozzjoni kien jistaqsi lill‑Madonna fejn kienet sejra tiġġerra mat‑toroq ta’ Ħal Tarxien: “Fejn int sejra o Madonna tiġġerra mat‑toroq tagħna ta’ Ħal Tarxien?” Maż‑żmien il‑festa titulari saret immudellata fuq il‑pjan tiegħu li jidher fl‑ittra li kien ippubblika fil‑gazzetta ‘In‑Nazzjon’ fl‑1 ta’ Lulju 1995: “Kienet festa milquta minn kollox; organizzazzjoni tal‑funzjonijiet religjużi, tiżjin tar‑raħal, attendenza ta’ nies, speċjalment ta’ turisti 18

Ritratt: NETnews

Dan il‑programm kien jismu ‘Mill‑Ġnejna Maltija’. Kiteb ukoll proża.

li lilhom qassamna fuljetti bl‑ilsien tagħhom dwar l‑istorja tal‑knisja u tar‑raħal innifsu, nar moderat, għaqda bejn l‑għaqdiet u fuq kollox arja ta’ sliem u paċi fost il‑poplu kollu ta’ Ħal Tarxien.” Kien ippubblika fuljett bl‑ilsien Ingliż biex it‑turist meta jiġi għall‑festa jkun jista’ jimxi fuqu. Dan kien mezz biex Kelinu jasal għand il‑barranin biex jgħaqqadhom m’Alla. Kien jieħu pjaċir jara xi Tarxiniż jimxi ’l quddiem fis‑sengħa tiegħu jew f ’xi attività kulturali. Liż‑żgħażagħ kien jinkoraġġihom biex iħobbu lil raħal twelidhom u lil‑Lunzjata. Jum wieħed kont tlabtu biex jagħtini informazzjoni dwar Ħal Tarxien. Kien sab lil ommi u kien ta l‑informazzjoni kollha li kelli bżonn. Dan kollu sar fi żmien qasir. Bħala ringrazzjament il‑Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien kien tah it‑titlu tal‑anzjan tas‑sena 1995. Dan it‑titlu kien wasal għandu meta kien għall‑kura

fl‑isptar San Luqa ftit jiem qabel il‑mewt tiegħu. Hemm bżonn li l‑poeżiji ta’ Kelinu Cachia jinġabru fi ktieb. Dan ikun l‑ikbar monument li jista’ jkollu dan il‑bniedem, u ċertament wieħed jinduna bl‑imħabba li Kelinu kellu f ’qalbu lejn Ħal Tarxien. Għaliex ma tinstabx fetħa fejn jittella’ monument jew bust iddedikat lil Kelinu Cachia? Xi ntqal fuq Kelinu Cachia: Joseph A. Farrugia: “Kien hemm żmien li kien jippubblika l‑fuljett waħdu, jikteb l‑artikli hu u jiġbor ir‑riklami hu. Kien Kelinu li tah forma oħra, u anki wara xi snin meta kien fil‑bord editorjali, kien ‘ir‑ruħ’ tal‑fuljett ‘Tarxien’. Ħalla din il‑kariga minħabba l‑mard.” Alfred Massa: “Min minna ma kienx jitqanqal jisimgħu jaqra dawk il‑versi ħelwin hi u ħierġa l‑istatwa mill‑knisja f ’jum il‑festa tagħna?” 


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

stejjer ta’ ferħ u ta’ niket, stejjer ta’ sagrifiċċji kbar u riskji għall‑istess ħajja, stejjer ukoll b’laqta umoristika imma stejjer li jferrħuna għax fihom niskopru l‑kontribut kbir li għamlu ħutna għall‑ġid tal‑Knisja u tal‑umanità.

Ktieb fuq Ġrajjiet Missjunarji

G

ħal dawn l‑aħħar sentejn l‑Uffiċċju Missjunarju (Missio) kien qed jikkuntattja l‑Missjunarji Maltin u Għawdxin biex jiktbu ĠRAJJA waħda li ħalliet impressjoni jew effett fuq ħajjithom matul il‑ħidma tagħhom missjunarja. Dawn il‑ĠRAJJIET jeħduna f ’numru kbir ta’ pajjiżi tal‑Missjoni u f ’epoki differenti. Jagħtuna stampa ta’ minn xiex jgħaddi missjunarju/a:

Issa wasalna biex jiġi editjat il‑ktieb u jkompli x‑xogħol li jwassalna għall‑pubblikazzjoni tiegħu. Il‑ħsieb huwa li l‑ktieb joħroġ fix‑xahar ta’ Marzu li ġej. Qed nippjanaw biex fix‑xahar ta’ Frar nxandru l‑prezz ta’ dan il‑ktieb, imma wkoll bi prezz ridott għal dawk li jibbukkjawh qabel id‑data deċiża tal‑ħruġ tal‑ktieb li nittamaw li tkun lejn nofs Marzu tas‑sena 2018. Fl‑istess ħin Missio jagħmel appell lill‑Benefatturi biex jisponsorjaw parti minn dan il‑ktieb ħalli l‑prezz tiegħu jkun kemm jista’ jkun baxx u għall‑but ta’ kulħadd. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET. 

Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għar‑ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

19


Frar 2018

“M’hemm xejn fid‑dinja li jisboq l‑imħabba ta’ omm lejn binha/bintha. L‑imħabba ta’ omm ma tafx liġijiet, tista’ kollox u tkisser bla ħniena dak kollu li joqogħdilha fin‑nofs.” Agatha Christie

Agatha Christie (1890‑1976) twieldet f’Devon l‑Ingilterra u kienet poetessa u awtriċi ta’ diversi stejjer b’suġġetti varji, fosthom tad‑‘detectives’ li huma l‑aktar popolari. Qabel ma żżewġet u bdiet familja f’Londra, hija kienet isservi fi sptar iddewwi t‑truppi mweġġgħa li jintbagħtu lura mill‑gwerra. Waqt it‑Tieni Gwerra Dinjija Christie kienet isservi fi sptar bħala assistenta spiżjara fejn kisbet ħafna tagħrif dwar il‑velenu li kien suġġett ewlieni f’ħafna mill‑istejjer tagħha. Fil‑fatt kien rari li l‑protagonisti tagħha jġorru arma. Skont il‑‘Guinness World Record’ il‑kotba tagħha jinsabu fit‑tielet post tal‑aktar kotba li nbiegħu wara l‑Bibbja u x‑xogħlijiet ta’ Shakespeare. Ommha kienet kontra li bintha titgħallem taqra, iżda Christie għallmet lilha nfisha. L‑ewwel novella tagħha kitbitha bħala mħatra. 20


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

21


QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

Frar 2018

San Feliċ ta’ Cantalice Missjunarju Kapuċċin

Guercino naraw il‑qawmien mill‑mewt ta’ tifel. Feliċ miet fis‑sena 1587. Fis‑santi u fil‑pitturi ġeneralment jidher bil‑bambin f ’idu, tfakkira ta’ viżjoni li kellu.

F

eliċ twieled f ’Cantalice l‑Italja nhar it‑18 ta’ Mejju 1515. Huwa kien it‑tielet wild tal‑bdiewa Santi u Santa Porri. Sa minn età żgħira beda jaħdem fl‑għelieqi u jirgħa l‑merħliet. Waqt li kien ikun qiegħed jaħdem kien jitlob ukoll, sakemm induna li l‑Mulej kien qed isejjaħlu għal Franġiskan Kapuċċin. Feliċ ingħaqad mal‑Ordni fl‑1543 u kien magħruf għall‑ħniena li kien juri; virtù prominenti u prattikanti ħafna f ’din l‑Ordni. Fl‑1547 intbagħat Ruma, fejn illum il‑ġurnata nsibu 22

knisja ddedikata għalih, u fil‑kunvent ingħata l‑inkarigu ta’ riċerkatur. Kien jimxi ħafi jħabbat il‑bibien tan‑nies u jitlob il‑karità. Feliċ kellu permess mingħand is‑superjuri tiegħu biex jgħin l‑aktar lir‑romol li kellhom ħafna tfal. Meta fl‑1580 f ’Ruma waqgħet karestija ta’ ġuħ kienu għażlu lil Feliċ biex jieħu ħsieb jiġbor proviżjonijiet ta’ ikel għall‑belt kollha. Huwa kien jgħallem fit‑toroq lit‑tfal, u jwiddeb u jwissi lil uħud biex jaħarbu d‑dnub. Bil‑qawwa ta’ Alla fejjaq bosta nies u saħansitra qajjem nies mill‑mewt. F’pittura ta’

San Ġwanni Pawlu II jagħmel osservazzjoni fuq San Feliċ fl‑ikonografija meta qiegħed iżomm f ’idejh lil Ġesù Bambin: “Meta kien iqassam il‑ġid lill‑foqra Feliċ kien qiegħed iġorr lil Kristu fqir innifsu.” Fid‑dsatax‑il seklu fil‑Polonja twaqqfet kongregazzjoni tas‑sorijiet f ’ġieħ San Feliċ biex jieħdu ħsieb il‑foqra. W.L. Zammit f ’artiklu tiegħu jgħid, li meta San Feliċ ġie kkanonizzat minn Papa Klement XI nhar it‑22 ta’ Mejju 1712, saret festa kbira f ’ġieħu fil‑knisja tal‑Franġiskani Kapuċċini l‑Furjana. Il‑Gran Mastru Ramon Perellos waqqaf kappella f ’ġieħu u saret statwa li tirrappreżenta lill‑imsemmi qaddis. Dawn iġġarfu mal‑knisja fl‑aħħar gwerra. Wieħed mill‑artali tal‑ġnub fil‑knisja tal‑Kapuċċini fil‑Furjana, ġie ddedikat lil San Feliċ bi kwadru mpitter minn Patri Fawstinu Testaferrata. 


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ Ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: NB. Kull Quddiesa tiswa €5 u l‑Quddies jitqaddes kollu fil‑pajjizi tal‑missjoni.

23


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Frar 2018

Il‑Papa b’sorpriża għall‑foqra

F

’Novembru li għadda kien iċċelebrat għall‑ewwel darba il‑Jum Dinji tal‑Foqra u Papa Franġisku għamel sorpriża ħelwa lill‑foqra billi stieden madwar 1,500 persuna li m’għandhomx saqaf fuq rashom għal quddiesa u ikla fil‑Vatikan. Barra dawn, 2,000 persuna oħra kienu mistednin għall‑ikel f ’diversi kċejjen madwar Ruma. Il‑menu tal‑ikla fil‑Vatikan tħejja mill‑kok li huwa nkarigat jipprepara l‑ikliet għad‑dinjitarji li jżuru l‑Vatikan, Sergio Dussin. Fost l‑ikel fuq il‑menu kien hemm ‘mini gnocchi’, ħut bit‑tadam, vitella bil‑ħaxix, żebbuġ, ġobon Venezjan u tiramisu Venezjan. Il‑maġġoranza

tal‑mistednin kienu minn Ruma, iżda kien hemm mistednin oħra minn partijiet oħra tal‑Italja, minn Franza, minn Spanja, mill‑Ġermanja u mill‑Polonja. Waqt l‑omelija tal‑quddiesa li ġiet iċċelebrata qabel l‑ikla, Papa Franġisku qal li l‑għajnuna lill‑foqra hija passaport għall‑ġenna. Il‑Papa żied jgħid li jekk għad‑dinja l‑foqra m’għandhomx valur, għal Alla għandhom valur kbir u huma juruna t‑triq lejn is‑sema. Fil‑messaġġ tiegħu għall‑Jum Dinji tal‑Foqra, Papa Franġisku saħaq li hu ta’ skandlu kif il‑faqar qed jgħolli rasu fl‑oqsma kbar tas‑soċjetà madwar id‑dinja

kollha u l‑ġid qed jispiċċa f ’idejn il‑ftit li jħossuhom ipprivileġġjati. Huwa stqarr li l‑faqar huwa sejħa biex nimxu wara Ġesù fqir għax iżommna bogħod milli noqogħdu naħsbu fil‑flus u fil‑karriera, u milli nibnu ħajjitna u l‑kuntentizza tagħna fuqhom. Papa Franġisku spiċċa d‑diskors tiegħu billi fakkar li l‑foqra mhumiex problema, iżda riżorsa biex ngħixu l‑Evanġelu. 

Attakk fuq knisja fl‑Eġittu

M

ijiet ta’ Nsara Kopti kienu miġbura għal quddiesa fi knisja

24

fin‑Nofsinhar tal‑Kajr bi tħejjija għall‑Milied, meta żewġt irġiel armati fetħu n‑nar fuq iz‑zuntier. Is‑servizz tas‑sigurtà sfratta l‑attakk u ma ħallewx lill‑irġiel jidħlu fil‑knisja, iżda dawn laħqu qatlu 10 persuni li 3

minnhom kienu pulizija. Siegħa wara l‑irġiel armati ġew lura u fetħu n‑nar fuq sid ta’ ħanut li huwa Kopt. Wieħed mill‑irġiel inqatel fuq il‑post mis‑servizz tas‑sigurtà u l‑ieħor ġie arrestat fuq il‑post. B’xorti ħażina l‑Insara Kopti ta’ spiss jisfaw fil‑mira ta’ estremisti Musulmani. Huwa stmat li matul l‑2017 inqatlu mal‑mitt ruħ f ’attakki simili bħal dan.  ikompli f’paġna 26


Frar 2018

George Żammit HERBS, SPICES, ESSENCES, FOODSTUFFS & DOMESTIC CATERING

Premium Bakery 7, Ghost Street, Ħamrun. Owner: Fabio Camilleri Tel. 27379236 Mob. 77010816, 77032862.

Rovic Ironmongery Business Hours Monday to Friday 06:00 ‑ 18:00 Saturday 06:30 ‑ 13:00 Clive Parnis Rovic Ironmongery Stores Vjal Ir‑Rihan San Gwann SGN 9020 Tel: 2137 8278 Mob: 7978 4675 / 7938 0118 mircli@hotmail.co.uk

TAL‑ĦWAWAR Johann Farrugia Proprietor 15, St. John Str., VLT 1168, Valletta Tel: 21236553

Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918 25


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Frar 2018

Xiri ta’ rigali għar‑refuġjati

F

i żmien il‑Milied, f ’West End Londra fetaħ ħanut

fejn wieħed seta’ jixtri rigali tal‑Milied għar‑refuġjati madwar l‑Ewropa u Lvant Nofsani. Dak kollu li jinxtara mis‑sessjoni ‘Choose Love’ jmur direttament għand ir‑refuġjati. Is‑sessjoni

tinkludi dak kollu meħtieġ fi vjaġġ ta’ persuna refuġjata. Fost l‑affarijiet għall‑bejgħ kien hemm: ‘life jackets’, ‘first‑aid kits’, kutri, ikel, materjal tal‑iskola, żraben u ħwejjeġ. Għalkemm ix‑xerrej joħroġ mill‑ħanut idu f ’idu, ir‑refuġjati li m’għandhom xejn tintbagħtilhom xi ħaġa. Il‑prezzijiet tal‑affarijiet kienu jibdew minn $6.60. 

Qatgħa xagħar b’xejn

G

26

Ritratt: Youtube

ed, li huwa barbier, qed jibdel il‑ħajja ta’ mijiet ta’ rġiel bla saqaf fuq rashom. Sa mill‑2015 ’il hawn huwa ta madwar 1000 qatgħa xagħar b’xejn fit‑toroq. Ged intebaħ li l‑komunità għandha bżonn aktar għajnuna u għalhekk għaqqad tim ta’ voluntiera speċjali li jgħinu lil dawn in‑nies b’modi differenti. Fosthom hemm Jenny li tagħmel minn kollox biex issib dar lil dawn in‑nies, Jamie li jgħin lil dawk li għandhom xi vizzju u spiżjar. Skont il‑voluntiera lilhom ma jiswiehom xejn li jagħtu ftit mill‑ħin tagħhom biex jgħinu lil dawn il‑persuni. F’ħajja daqstant ħarxa, il‑barbier huwa konxju tan‑nuqqas ta’ kuntatt u mħabba li għandhom dawn in‑nies. Meta jkun qed

jixxuttalhom xagħarhom, Ged jimmassaġġjalhom rashom filwaqt li jżomm f ’moħħu li huwa jridhom iħossuhom aħjar. Dan il‑ġest huwa ferm aktar minn qatgħa xagħar; huwa kuntatt u turija ta’ mħabba. Iżda xejn ma jnissillu aktar ferħ f ’qalbu mir‑reazzjoni tal‑irġiel meta jaraw lilhom infushom

fil‑mera li joffrilhom Ged wara li jaqtgħalhom xagħarhom u jqaxxrilhom il‑leħja jew id‑daqna. Ged kien ispirat jgħin lil dawn in‑nies wara li huwa kien kważi erba’ darbiet fir‑riskju li jispiċċa bla saqaf fuq rasu. Ged jgħid li kull individwu huwa iben, missier jew ħu xi ħadd.  ikompli f’paġna 28


Frar 2018

Services Ltd. COMPUTERISED 4 WHEEL ALIGNMENT

Triq San Franġisk, San Ġwann Tel: 21 382 500 Mob: 9982 3120

Christian Meli Mobile: + 356 7966 0487 35, Valletta Road, Qormi, QRM 3616 Tel: + 356 2149 7051 E‑mail: vrttest@maltanet.net Web‑site: www.melivrt.com

Vanny's Hair Salon

Nick’s Agricultural Supplies All you need for agriculture

Jonathan Callus tel: 21465869 mob: 79296399 Mons Mikiel Azzopardi Str., Siggiewi www.nickagriculture.com nickagriculture@hotmail.com

VOGUE

Shoe Repair Service Offered For all Types of Shoes & Shoe Products Having High Quality @ Bargain Prices 97, St. Joseph High Road, Hamrun ‑ Tel: 27040013 https://www.facebook.com/Vogueshoerepair

27


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Frar 2018

Parrokki kkuluriti

Ħ

afna drabi l‑kimoterapija tħalli lill‑pazjenti bla xagħar u li b’hekk ikollhom bżonn Ritratti: themagicyarnproject.com

jilbsu parrokka. Iżda l‑ġilda tal‑pazjenti ċkejknin li qed jiġġieldu l‑kankru, hija sensittiva wisq biex jilbsu parrokka normali. Kien għalhekk li żewġ ommijiet mill‑Alaska waqqfu organizzazzjoni volontarja biex jagħmlu parrokki speċjali lil dawn it‑tfal.

Il‑proġett, li jġib l‑isem ‘The Magic Yarn Project’, ispirat mill‑prinċipessi ta’ Disney, jagħti ċ‑ċans lit‑tfal li jagħżlu l‑parrokka li jixtiequ huma u l‑voluntiera jġibu l‑maġija u l‑immaġinazzjoni ta’ dawn iċ‑ċkejknin f’realtà billi jagħmluhielhom. Dawn il‑parrokki huma magħmulin kompletament minn suf fin, artab u kkulurit, u huma komdi u siguri biex tilbishom filwaqt li jġibu tbissima fuq fomm dawn it‑tfal. 

‘The bucket list family’

I

l‑familja Gees biegħet kollox biex tipprovdi lill‑oħrajn fil‑vjaġġi tagħha. Huma żaru ’l fuq minn 40 pajjiż biex jagħmlu mill‑aħjar li jistgħu u jgħinu lil nies fil‑bżonn minn madwar id‑dinja kollha. Fost il‑pajjiżi li żaru hemm New Zealand, Bora Bora, it‑Tajlandja u Bali. S’issa għenu biex tinbena skola fin‑Nepal u taw iċ‑ċans lil seba’ persuni jiksbu lura l‑vista permezz tal‑operazzjoni LASIK. Il‑missier, Garrett, kien wieħed mill‑fundaturi ta’ ‘Scan’, li kienet akkwistata minn ‘Snapchat’ għal $54 miljun, iżda l‑familja ma nefqet xejn minn

28

din il‑fortuna għalihom infushom. Il‑familja tgħallmet tgħix bl‑inqas possibbli matul l‑avventura umanitarja tagħha billi dejjem għażlu li jiffrankaw kemm jistgħu fejn jidħlu akkomodazzjoni u ikel. Garrett, martu Jessica u ż‑żewġ uliedhom ċkejknin

Dorothy u Manilla, jgħixu b’$45,000 li akkwistaw mill‑bejgħ ta’ oġġetti fil‑pussess tagħhom. Il‑familja, li hija mlaqqma ‘The Bucket List Family’, ilha tivvjaġġa għal dawn l‑aħħar 88 ġimgħa, u l‑koppja qed tistenna t‑tielet wild tagħha. 


V

Frar 2018

IP

Hair By

Amanda

HAIRSTUDIO™ Where Everyone is a VIP

Triq il‑Linja, Attard Tel: 27497730

SF Door Styles Unit 1& 2, Industrial Estate Luqa Tel: 21227272 Mob: 99822867

Kenneth Tanti Owner info@sfdoorstyles.com www.sfdoorstyles.com

REUBEN’S AUTO DEALER Beauty ‑ Nails ‑ Tanning John F.Marks Street, SAN GWANN t‑27014144 m‑79319129/ 79293183

Best Quality Cars & Properties Reuben Azzopardi Director 9, Joe Sciberras Street, Ħamrun

Mob: 7947 3113 29


Frar 2018

IL‑PAPA, IS‑SUĊĊESSUR TA’ SAN PIETRU – DUN CHARLES BUTTIGIEG

L‑Ewwel Parti

P

apa Franġisku huwa l‑Papa numru 266 fl‑istorja tal‑Knisja fejn s’issa 78 huma qaddisin li 51minnhom mietu martri, speċjalment fl‑ewwel sekli. Fosthom insibu 35 li kienu patrijiet, 18 Benedettini, 4 Dumnikani, 4 Franġiskani u l‑Papa preżenti li huwa Ġiżwità. 194 Papa kienu Taljani u 77 kienu minn Ruma. Papa Urbanu VI, meta laħaq fl‑1378 ma kienx Kardinal, u Papa Ljun X fl‑1513 ma kienx ordnat saċerdot! Papa Benedittu IX kien tliet darbiet Papa, mill‑1032 sal‑1044, fl‑1045 u bejn l‑1047 u l‑1048. 30

L‑ewwel Papa, San Pietru, huwa l‑aktar Papa li dam imexxi, madwar 34 sena. Papa Beatu Piju IX (1792‑1878) dam 31 sena u 8 xhur, waqt li Papa San Ġwanni Pawlu II (1920‑2005) dam 26 sena u 5 xhur, Papa Ljun XIII (1810‑1903) dam 25 sena u 5 xhur u Papa Piju VI (1717‑1799) dam 24 sena u 6 xhur. Fost l‑inqas li dam Papa nsibu lil Ċelestinu IV li kien elett fil‑25 t’Ottubru 1241 u qatt ma ħa l‑pussess tiegħu għaliex miet qabel l‑inkurunazzjoni tiegħu. Dan ġara wkoll lil Stiefnu II li miet fis‑26 ta’ Marzu

qabel ma ġie kkonsagrat bħala Papa fis‑sena 752 u fil‑fatt hemm żewg papiet b’dan l‑istess isem u numru. Papa Urbanu IV (1268) dam 5t ijiem, Papa Urbanu VII (1590) dam 12‑il ġurnata, Papa Bonifaċju VI (896) dam 16‑il ġurnata, Papa Teodoru II (897) dam 20 ġurnata, Papa Sisinju mis‑Sirja (708) dam 21 ġurnata, Papa Marċellu II (1555) dam 22 ġurnata, Papa Damasu II (1048) dam 23 ġurnata, Papa Ljun XI (1605) dam 27 ġurnata, Papa Piju III (1503) dam 27 ġurnata, Papa Adrijanu V (1276) dam 28 ġurnata u


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

Papa Ġwanni Pawlu I (1978) dam 33 ġurnata. L‑ixjeħ papiet li ġew eletti kienu Girgor XII (1327‑1417) fl‑età ta’ 79 sena u 10 xhur, Klement X (1590‑1676) fl‑età ta’ 79 sena u 9 xhur, Alessandru VIII (1610‑1691) fl‑età ta’ 79 sena u 6 xhur, San Ċelestinu V (1215‑1296) fl‑età ta’ 79 sena u 5 xhur, Pawlu IV (1476‑1559) kellu 78 sena u 11‑il xahar, Klement XII (1652‑1740) kellu 78 sena u 4 xhur, Benedittu XVI kellu 78 sena u San Ġwanni XIII (1881‑1963) kellu 76 sena u 11‑il xahar. Jiġifieri qatt ma laħaq Papa xi Kardinal li kellu tmenin sena. L‑iżgħar Papa li ġie elett kien Benedittu IX fis‑sena 1032. Huwa mbagħad laħaq Papa darbtejn oħra f’perijodi differenti. Papa Ġwanni XI (931‑935) kellu 25 sena meta laħaq Papa, Papa Ljun X (1475‑1521) kellu 37 sena u 3 xhur, Papa Bonifaċju IX (1350‑1404) kellu 39 sena u 10 xhur u Papa Klement V (1264‑1314) kellu 41 sena u 5 xhur. Skont il‑Liġi tal‑Knisja l‑età minima ta’ isqof hija ta’ 35 sena. Papa Ljun XIII miet ta’ 93 sena u 4 xhur u għalhekk huwa l‑ixjeħ Papa li miet, u l‑iżgħar Papa li miet kien Ġwanni XI ta’ 29 sena. Insibu wkoll lil Papa Ljun X li miet fl‑età ta’

46 sena u Papa Klement V li miet fl‑età ta’ 50 sena u 3 xhur. L‑iktar isem li għażlu l‑Papiet kien dak ta’ Ġwanni fejn insibu 23 Papa, għalkemm l‑ebda Papa ma kien ħa l‑isem ta’ Ġwanni XX, li kien inqabeż. Kien hemm ukoll anti‑papa bl‑isem ta’ Ġwanni XXIII. B’kollox l‑anti‑papiet kienu 39, bl‑ewwel wieħed ikun Novazjanu fis‑sena 252 li kien ġie skomunikat minn Papa San Kornelju (251‑253). Il‑papiet li rriżenjaw huma l‑Papa Benedittu XVI fit‑28 ta’ Frar 2013 wara li għamel 7 snin u 315‑il ġurnata Papa, San Ċelestinu V fl‑1294 161 ġurnata wara, u Papa Girgor XII fl‑1415 wara 8 snin u 7 xhur. Ta’ min jgħid li Papa Benedittu IX li kien tliet darbiet Papa, effettivament irriżenja t‑tliet darbiet fejn fl‑1048

irtira fil‑monasteru ta’ San Bażilju f’Grottaferrata. Papa Klement XII (1730‑1740) safa għama sa mill‑1732. Sa l‑erbatax‑il seklu l‑Papa kien jgħix fil‑Palazz tal‑Lateran mibni fis‑sena 311 fi żmien Papa San Miltiades, imbaghad mar jgħix fil‑Vatikan. Kien Papa San Evaristu (97‑105 W.K.) li waqqaf l‑ewwel 25 parroċċa f’Ruma mmexxija minn seba’ djakni. Papa San Telesforu daħħal l‑innu tal‑Glorja fil‑quddiesa u stabbilixxa ż‑żmien tar‑Randan. Papa San Soter (166‑175) irratifika ż‑żwieġ bħala sagrament dejjem bil‑barka tal‑ministru ta’ Alla. Papa San Kallistu (217‑222) għamel l‑iskavi fil‑katakombi ta’ Via Appia fejn imbagħad indifnu 46 Papa u 200,000 martri. Papa San Luċju I (253‑254) ordna lill‑kleru biex ma jgħixux

31


Frar 2018

IL‑PAPA, IS‑SUĊĊESSUR TA’ SAN PIETRU – DUN CHARLES BUTTIGIEG

mad‑djakonessi. Papa San Silvestru I (314 –335) beda juża t‑tjara. Papa San Damasu I (366‑384) daħħal l‑kelma Ebrajka ‘Alleluia’ fil‑quddiesa u waqqaf ir‑rit Ambrożjan. Papa San Siriċus (384‑399) spjega l‑kelma Griega ‘Papa’ bil‑frażi Latina ‘Petri Apostoli Potestatem Accipiens’ u sostna ċ‑ċelibat tas‑saċerdozju. Papa San Atanasju I (399‑401) ordna li l‑ministru sagru għandu jxandar l‑evanġelju waqt il‑quddiesa bilwieqfa. Il‑bastun tar‑ragħaj tal‑Papa jissemma għall‑ewwel darba taħt Papa San Ċelestinu I (422‑432). Fi żmien Papa San Simpliċjus (468‑483) żviluppaw il‑knejjes Armeni, Sirjaċi u Kopti. Papa San Ġelasju I (492‑496) daħħal il‑‘Kyrie Eleison’ fil‑quddiesa. Papa Ġwanni II (533‑535) kien l‑ewwel Papa li biddel ismu; huwa kien jismu Merkurju. Papa Pelaġju II (579‑590) ordna lis‑saċerdoti sabiex jitolbu l‑Uffiċċju Divin. Papa San Girgor I (590‑604) daħħal il‑kant Gregorjan fil‑liturġija. Papa San Sabinu (604‑606) introduċa d‑daqq tal‑qniepen fil‑knejjes. Papa San Bonifaċju IV (608‑615) waqqaf il‑festa tal‑qaddisin kollha. Papa San Martin I (649‑655) daħħal l‑festa tal‑Immakulata 32

Kunċizzjoni. Papa Serġju I (687‑701) daħħal l‑‘Agnus Dei’ fil‑quddiesa. Papa San Girgor III (731‑741) introduċa l‑‘Obolo’ ta’ San Pietru. Papa Stiefnu II (752‑757) daħħal s‑‘sedia gestatoria’. Papa San Pawlu I (757‑767) kien sab il‑fdalijiet ta’ Santa Petronilla li jingħad li kienet it‑tifla ta’ San Pietru. Papa San Nikola I (858‑867) waqqaf il‑festa tal‑Assunzjoni tal‑Madonna. Papa Ġwanni XIII (965‑972) daħħal id‑drawwa li l‑qniepen imberkin tal‑knejjes jingħataw isem. Papa Ġwanni XV (985‑996) beda l‑proċessi tal‑kanonizzazzjoni tal‑qaddisin. Papa Girgor V (996‑999) waqqaf it‑tifkira tal‑mejtin kollha. Papa Benedittu VIII (1012‑1024) ried li l‑qassisin ikunu ċelebi. Papa Beatu Urbanu II (1088‑1099)

beda l‑ewwel Kruċjata f’Novembru tal‑1095 li damet sal‑1099 megħjun minn Pietru l‑Eremita u l‑prinċpijiet Franċiżi Baldwinu ta’ Boulogne u Guffredu ta’ Bouillon. Papa Sistu IV (1471‑1484) waqqaf il‑festa ta’ San Ġużepp. Papa Klement VII (1592‑1605) waqqaf il‑festa tal‑Kwaranturi. Papa Innoċenz XII ried li s‑saċerdoti jilbsu s‑suttana. Papa Benedittu XIV (1740‑1758) xerred id‑devozzjoni tal‑Via Crucis. Papa Ljun XII (1823‑1829) reġa bena l‑bażilika ta’ San Pawl f’Ruma. Papa Ljun XIII (1878‑1903) kien l‑ewwel Papa li deher f’film. Papa Ġwanni Pawlu I (1978) kien l‑ewwel Papa li għażel żewġ ismijiet. Papa San Ġwanni Pawlu II (1978‑2005) ivvjaġġa daqs 36 darba madwar id‑dinja.  Ikompli fil‑ħarġa li jmiss ...


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25 u kklikkja fil‑parti Donations. 33


Frar 2018

Ta’ min jaħseb fuqha!

Aktar ma nikbru, u allura aktar nimmaturaw, bil‑mod nibdew nirrealizzaw li jekk:  nilbsu arloġġ li jiswa €300 jew €30, xorta t‑tnejn li huma juru l‑istess ħin,  ikollna portmoni/kartiera li tiswa €300 jew €30, l‑ammont ta’ flus ġo fihom huwa l‑istess,  nixorbu flixkun inbid li jiswa €300, €30 jew €3, xorta waħda l‑għada nqumu mdamdmin,  id‑dar li ngħixu fiha hija 30,000m², 3,000m² jew 300m², is‑solitudni hija xorta għax il‑ferħ ma jiġix mill‑affarijiet materjali,  insiefru ‘first class’ jew ‘economy class’ u l‑ajruplan jaqa’, xorta waħda se mmutu u jekk l‑ajruplan jilħaq id‑destinazzjoni tiegħu, xorta waħda kulħadd se jasal fl‑istess ħin. 34

 Għalhekk, għandna nintebħu li għandna ħbieb u aħwa li magħhom nistgħu ngħidu kelma, niċċajtaw, niddiskutu, inkantaw u nitkellmu fuq elf ħaġa; din hija l‑veru kuntentizza! 

dawk li verament jifhmu dan.  Tkun maħbub meta titwieled u tkun maħbub meta tmut. Bejn dawn it‑tnejn trid tipprova tkampa.  Jekk trid timxi tgħaġġel imxi waħdek, imma jekk trid timxi ’l bogħod imxi ma’ ħaddieħor. 

Sitt Lezzjonijiet tal‑Ħajja:  Tedukax lil uliedek biex isiru sinjuri. Edukahom biex ikunu kuntenti, biex meta jikbru jkunu jafu l‑valur tal‑affarijiet u mhux il‑prezz.  Kul l‑ikel daqs li kieku mediċina, għax inkella jkollok tiekol il‑mediċina daqs li kieku l‑ikel tiegħek.  Dawk li jħobbuk ma jitilquk qatt, anke jekk hemm mitt raġuni biex jagħmlu dan, għax huma jsibu raġuni waħda biex jibqgħu miegħek.  Hemm differenza kbira bejn bniedem umana u li tkun uman. Ftit huma

L‑Aqwa Sitt Tobba fid‑Dinja: 1. Id‑dawl tax‑xemx 2. Il‑mistrieħ 3. L‑eżerċizzju 4. Id‑dieta 5. Il‑kunfidenza fik innifsek 6. Il‑ħbieb


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

KALENDARJU MISSJUNARJU 2018

(Jingħata b’XEJN bħala rigal lil kull abbonat ta’ Malta Missjunarja.) • Stampa b’tema missjunarja kull xahar • Qaddis għal kull ġurnata • L‑intenzjoni missjunarja ta’ kull xahar

Tista’ takkwista kopja minn Missio kif ukoll mill‑Ħanut Faith Hope & Charity Gift Shop li jinsabu f’Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta.

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK

‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI GĦAS‑SENA 2017/2018 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola

Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta

Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Frar 2018

PASTI TAL‑ĦAXIX MILL‑GREĊJA

X’għandek bżonn • Tadama kbira mqattgħa rqiqa

• Basla żgħira mqattgħa fina • 100 gramma faqqiegħ imqatta’ • 2 mgħaref qamħirrun • 2 mgħaref spinaċi mqatta’ • 2 mgħaref piżelli • Kwart ta’ bżaru aħmar imqatta’ • Kwart ta’ bżaru isfar imqatta’ • Kwart ta’ bżaru oranġjo mqatta’

Metodu:

• Kwart ta’ bżaru aħdar imqatta’

• Ħallat sew il‑ħaxix kollu flimkien.

• 2 dawriet bejken/perżut imqattgħin

• Żid il‑bejken/perżut.

rqaq

• Idlek bi ftit żejt dixx bil‑forom tal‑pasti.

• 2 mgħaref irkotta

• Ġo kull toqba poġġi ftit mit‑taħlita tal‑ħaxix.

• 2 bajdiet • Mgħarfa ġobon maħkuk

ΚΑΛΗ ΟΡΕΞΗ! (L‑Ikla t‑Tajba!)

• Ħallat flimkien il‑bajd, l‑irkotta u l‑ġobon maħkuk. • Poġġi ftit minn din it‑taħlita fuq it‑taħlita tal‑ħaxix. • Sajjar f ’forn moderat sa ma jiħmaru. • Kun ċerta li l‑ħaxix sar għall‑gosti tiegħek.

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171


Frar 2018

...for that perfect gift, visit us 37


KOMPETIZZJONI ‑ FRAR 2018

Frar 2018

SUDOKU Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

3

4

2

1

6 2 1

5 7

4 7

1

2

2

4 9

4

3

7

6

5 6 8

4

3

7

9

1 5

6 3

7

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Diċembru 2017: :

QAWL: LI L‑KLIEM KIEN ĠAWHAR KIEKU S‑SKIET AĦJAR MINNU Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Raymond Falzon mill‑Gudja. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.

W

Nitbissmu ftit:

ieħed raġel mar għand qassis u talbu jagħmillu quddiesa għall‑kelb tiegħu. Irrabjat il‑qassis staqsieh: “X’jiġifieri, nagħmel quddiesa għall‑kelb?” “Imma dan il‑pet tiegħi,” qallu r‑raġel, “kont inħobbu u nixtieqek tagħmillu quddiesa.” “Aħna ma noffrux quddiesa għall‑klieb,” qallu l‑qassis, “għax ma tippruvax tmur fil‑knisja fit‑tarf tat‑triq? (din kienet knisja ta’ reliġjon differenti). Staqsihom forsi jagħmlulek quddiesa huma.” 38

Ir‑raġel dar biex jitlaq, imma qabel qal lill‑qassis: “Tassew kont inħobbu lil dak il‑kelb. Kelli f’moħħi li nagħti $5000 lill‑knisja bħala donazzjoni għall‑quddiesa.” Fil‑pront il‑qassis qallu: “Stenna ftit. Għaliex m’għedtlix mill‑ewwel li l‑kelb tiegħek Kattoliku?

O

mm irrifjutat li tħali lil binha jmur piknik ma’ sħabu tal‑klassi. Però dakinhar tal‑piknik, bidlet fehmtha u tatu l‑permess biex imur. Imdejjaq it‑tifel stqarr: “Issa tard wisq mà, għax ilħaqt tlabt li tagħmel ix‑xita llum!”


Frar 2018

MISSIO FEST 19 ta’ Marzu 2018

Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Raymond Falzon mill‑Gudja • Thomas Farrugia mill‑Imsida

Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

• Joe Cassar minn Għajnsielem Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

• 02 ta’ Diċembru 2017 Rosaria Cefai minn Birkirkara • 07 ta’ Diċembru 2017 Speranza Camilleri • 10 ta’ Diċembru 2017 Carmen Masquette mill‑Marsa • 02 ta' Jannar 2018 Rose Gauci minn Għajnsielem • 05 ta’ Jannar 2018 Manuel Duncan miż‑Żejtun • 05 ta' Jannar 2018 Pawla Camilleri min-Nadur

• Grazzi wkoll lil Josephine Ellul mid‑Dar tal‑Anzjani f ’Bormla u lil Jane Sammut mill‑Fontana li taw oġġetti għall‑bażar u lil Melania Cassar minn Victoria li tat kobob tas‑suf. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 10 ta' Jannar 2018 Peter Paul Muscat min-Nadur • Vincent Vella (Chairman ta’ Ħal Mann Ltd.) mill-Imġarr

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta fis‑6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kalzetti biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?

Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39


Frar 2018

Director: Tommy 79 218 080 xiezili1226@gmail.com Qormi Shop

No 7 Four Saints Road, Qormi Malta 27 132 788 27 456 358 77 218 080

We Supply Tiles, Mosaic, Cabinets, Mirrors, Toilets, Natural Stone & much more... with reasonable prices & good quality

MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267  Email:mariannastationery@gmail.com

PRINTING  BINDING  LAMINATION TOYS  HABERDASHERY  HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm 40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja - Febuary 2018 by Missio Malta - Issuu