NEWSPAPER POST DIĊEMBRU 2018 SENA 87
02 It‑12‑Il Jum Tal‑Milied 04 Min Qatt Beża’ Minn Tarbija? 08 Il‑Gżira Tal‑Kastig 26 Omm Ta’ 13 F’Daqqa għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Diċembru 2018
It‑12‑il jum tal‑Milied
PUBBLIKAZZJONI
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 4.00pm Is‑Sibt 9.00am ‑ 12.00pm Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook: Matthew Catania
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 11 San Pietru Appostlu 14 Santa Infanzja 18 Ktieb ta’ Ġrajjiet 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Joan’s Crafts For Charity 31 Kultura Maltija 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata:
“Glorja lil Alla fl‑ogħla tas‑smewwiet, u sliem fl‑art lill‑bnedmin li jogħġbu lilu!” [Lq:2:14] 2
T
‘
he Twelve Days of Christmas’ hija kanzunetta tal‑Milied li żgur smajtu biha, iżda kemm minnkom jafu l‑veru tifsira ta’ din il‑kanzunetta antika? Jien ma kontx naf, u dejjem kelli l‑kurżità ta’ sewwa sew xi jfissru eżatt il‑versi xi ftit jew wisq strambi. Bejn is‑snin 1558 u 1829, il‑Kattoliċi Rumani fl‑Ingilterra ma kinux jitħallew jipprattikaw il‑fidi tagħhom fil‑beraħ. Xi ħadd matul din l‑era kiteb din il‑poeżija bħala innu għall‑Kattoliċi żgħar waqt it‑tagħlim tagħhom tal‑katekiżmu. Din kellha żewġ tifsiriet, it‑tifsira ewlenija u t‑tifsira moħbija, li kienu jafuha biss il‑Kattoliċi. Kull element fil‑kanzunetta għandu ħjiel għall‑kelma reliġjuża li t‑tfal setgħu faċli jiftakru.
Diċembru 2018
1. Il‑perniċi fis‑sigra tal‑lanġas huwa Ġesù Kristu.
2. Iż‑żewġ gamimiet huma t‑Testment il‑Qadim u t‑Testment il‑Ġdid.
3. It‑tliet tiġiġiet Franċiżi jfissru fidi, tama u mħabba.
4. L‑erba’ għasafar ifissru l‑erba’ evanġelji ta’ San Mark, San Mattew, San Luqa u San Ġwann.
7. Is‑seba’ ċinji jfissru is‑seba’ Doni tal‑Ispirtu s‑Santu: Għerf, Fehma, Kunsill, Qawwa, Xjenza, Pietà u Biża’ ta’ Alla.
5. Il‑ħames ċrieket tad‑deheb huma l‑ewwel ħames kotba tat‑Toraħ, il‑liġi Lhudija.
8. It‑tmien qaddejja huma t‑tmien beatitudnijiet.
6. Is‑sitt wiżż ifakkru fis‑sitt ijiem li Alla ħa biex ħalaq id‑dinja.
10. L‑għaxart irġiel huma l‑għaxar kmandamenti.
11. Il‑ħdax‑il daqqaqa huma l‑ħdax‑il appostlu leali.
9. Id‑disa’ tfajliet jiżfnu huma l‑Frott tal‑Ispirtu s‑Santu: Imħabba, Hena, Sliem, Paċenzja, Tjubija, Ħniena, Fedeltà, Ħlewwa u Rażan.
12. It‑tnax‑il tanburista jissimbolizzaw it‑tnax‑il punt ta’ twemmin fil‑Kredu tal‑Appostli.
F’ isem il‑Bord Editorjali ta’ Malta Missjunarja, u l‑istaff u l‑voluntiera kollha ta’ Missio Malta, nawguraw lill‑qarrejja kollha u lill‑familjari tagħhom:
Milied mimli ferħ u hena, u Sena Ġdida mimlija risq u barka. 3
Diċembru 2018
F
Min qatt beża’ minn tarbija?
il‑bidu tal‑Avvent, erba’ ġimgħat ta’ tħejjija għall‑festi sbieħ tal‑Milied, il‑Knisja għamlet tagħha l‑kliem tal‑profeta Iżaija u talbet lil Alla: “Mhux li kont iċċarrat is‑smewwiet u tinżel minn hemm.” (Is. 63:19) Alla sema’ din it‑talba u tassew ċarrat is‑smewwiet billi l‑Iben il‑waħdieni tiegħu tnissel bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu fil‑ġuf ta’ Marija, u sar bniedem. (Ġw. 1:14) Bil‑miġja ta’ ibnu fostna,
4
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
Alla tassew tqarreb lejna l‑bnedmin, u min‑naħa tagħna l‑bnedmin tassew tqarribna lejn Alla. Issa, għalhekk m’hemmx aktar il‑ħtieġa li bħall‑poplu Lhudi nitolbu lil Mosè biex jitkellem hu għall‑poplu, għaliex beżgħu mid‑dehra ta’ Alla. (Dt. 5:5) Min qatt beża’ minn tarbija? Mhux ilkoll inħossuna miġbuda lejn il‑ħlewwa u ċ‑ċokon ta’ tarbija? Alla ried li jsir ċkejken tarbija
biex jiġbidna lejh u wkoll biex kulħadd iħossu ‘komdu’ quddiem ‘ix‑xejn’ tiegħu. Alla sar bniedem bħalna biex jurina ‘wiċċu’
Alla, f’Ibnu l‑waħdieni tana dak kollu li fl‑omnipotenza tiegħu jista’ jagħtina, tana kollox, tana lilu nnifsu kollu kemm hu. Kemm aktar aħna għandna nippruvaw nagħtu lilna nfusna billi nkunu ta’ servizz għal xulxin? Niftakru li ġurnata Alla ser jistaqsina jekk għamilniex dak li qalilna biex ikun jista’
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qedqed B’SMS ta’ €6.99 tixtritixtri l‑kotba għal tifel tiflajew l‑kotba għaljew tifel għal tifla sena għal skolastika. sena skolastika. B’SMSB’SMS ta’ €2.33 tkun qed titma’ ta’ €2.33 tkun qed 7 t’itfal7tgħal titma’ itfalġurnata. għal ġurnata.
jagħtina dak li wegħedna. Il‑Mulej, li jistenna mingħandna hu li nħennu, li ngħinu u li nħobbu lil xulxin bħalma jagħmel hu magħna. (Mt. 25) F’dan iż‑żmien tal‑Milied, aktar minn żminijiet oħra, infittxu li ngħinu minn qalbna lil kull min hu f’xi bżonn. Nirrikkmandalkom li tiftakru f’dawk kollha li jgħixu fl‑artijiet tal‑missjoni, ħalli permezz tagħna jagħrfu u jħossu tassew li Alla jħobbhom.
sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99
(Ġw, 14:9), u wkoll biex jitkellem bil‑lingwaġġ tagħna. Min‑naħa tiegħu, Alla ried li jgħallimna l‑lingwaġġ tiegħu. X’inhu dan il‑lingwaġġ? Alla huwa mħabba (1Ġw. 4:8), hekk li wasal biex jagħtina lil Ibnu l‑waħdieni sabiex “kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l‑ħajja ta’ dejjem.” (Ġw. 3:16) Din il‑verità għandha ddawwal tassew lil ħajjitna, tgħinna biex nagħrfu min aħna, u x’inhu l‑iskop tal‑eżistenza tagħna fuq wiċċ din l‑art. Din it‑tarbija ta’ Betlem, għalkemm tidher bħal kull tarbija oħra li titwieled, fl‑istess waqt hija għal kollox differenti. Alla sar bniedem biex b’dak kollu li għallem u għamel, għallimna kif għandna nġibu rwieħna fiċ‑ċirkostanzi kollha ta’ ħajjitna.
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
Diċembru 2018
5
Diċembru 2018
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Intenzjoni Missjunarja: Diċembru 2018 “Sabiex bnedmin li huma involuti fis‑servizz u t‑tixrid tal‑fidi, isibu dejjem fid‑djalogu tagħhom mad‑diversi kulturi, lingwaġġ li jkun jaqbel mal‑kundizzjonijiet taż‑żminijiet tal‑lum.”
I
x‑xahar ta’ Diċembru huwa marbut mal‑Milied. Din il‑festa ġġib ċertu paċi u armonija fid‑dinja, anke fost kulturi differenti. Ġesù fil‑fatt ġie fid‑dinja biex iħabbeb lil kulhadd miegħu. Għalhekk, aħna mistiedna, speċjalment bħala Knisja, sabiex inwasslu l‑bxara t‑tajba tal‑Evanġelju b’messaġġ li jinftiehem, anke f ’kulturi differenti. Il‑‘Gaudium et spes’ fin‑numru 6
58 tal‑Konċilju Vatikan II, tgħidilna: “Il‑Knisja li tgħix f ’kundizzjonijiet diversi matul iż‑żminijiet, inqdiet b’dak li kienu sabu l‑kulturi diversi ħalli fil‑predikazzjoni tagħha lill‑ġnus kollha xxerred u tfisser il‑messaġġ ta’ Kristu biex tistudjah u tifhmu aħjar, biex tfissru aħjar fil‑ħajja liturġika u fil‑ħajja tal‑komunità tal‑Insara li tista’ tkun ta’ bixriet differenti.” Għalhekk hija responsabiltà importanti tal‑katekeżi li tirrappreżenta lill‑poplu l‑vanġelu ta’ Kristu b’lingwaġġ applikabbli għaż‑żminijiet tal‑lum. Hawnhekk jidħol b’mod speċjali x‑xogħol tas‑saċerdot li joffri omeliji, li huma katekeżi, li tassew in‑nies ikunu jistgħu jsegwu u jifhmu l‑messaġġ tagħhom. Fuq kollox il‑katekisti wkoll għandhom jagħrfu bir‑responsabiltà sabiex jippreżentaw b’mod effikaċi l‑vanġelu lill‑kategoriji differenti tal‑poplu ta’ Alla, miż‑żgħar sal‑kbar.
Għalhekk mela, il‑katekeżi għandha toħloq lingwaġġ li jippermetti li l‑vanġelu jkun aċċettat u, b’konvinzjoni, li jiġi mgħix fil‑ħajja ta’ kuljum. Dan jinkludi edukazzjoni kontinwa; katekeżi li toffri edukazzjoni Nisranija kontinwa miż‑żgħar sal‑kbar, iżda fuq kollox katekeżi marbuta ma’ xhieda tassew Nisranija. Edukazzjoni Nisranija li tabilħaqq tissensibilizza d‑diversi problemi tal‑kultura li magħhom jiltaqa’ l‑bniedem tal‑lum, u fuq kollox tippreżenta Kristjaneżmu f ’linwaġġ konkret, essenzjali, sempliċi u b’xhieda awtentika ta’ appostolat u djakonija. Papa Beatu Pawlu VI, fl‑‘Evangelii Nuntiandi’ fin‑numru 20, jisħaq ħafna fuq l‑armonija li għandu jkun hemm bejn il‑vanġelu u l‑kultura. Meta l‑kultura tinfired minn mal‑vanġelu, din tkun għamlet pass traġiku ħafna. Għalhekk, il‑katekeżi għandha tagħti kas tad‑diversi espressjonijiet
Diċembru 2018
reliġjużi li tiltaqa’ magħhom, fil‑modi ta’ talb, liturġiji u riti, u anke fil‑lingwaġġ reliġjuż li ssib. Huwa meħtieġ li jkun hemm impenn għal djakonija kulturali fl‑inkulturazzjoni. Il‑kultura hija dak il‑midjum universali li fih jixxandar il‑vanġelu lill‑bnedmin kollha mingħajr ebda diskriminazzjoni. Fid‑digriet dwar il‑ħidma missjunarja tal‑Knisja tal‑Konċilju Vatikan II, ‘Ad gentes divinitus’ fin‑numru 20, insibu li t‑tixrid tal‑vanġelu jasal għand kulħadd minkejja sitwazzjonijiet u kulturi differenti. L‑inkulturazzjoni hija mela l‑espressjoni tal‑Kristjaneżmu
Nitolbu mela sabiex il‑katekeżi tagħraf dejjem is‑sinjali taż‑żminijiet, sinjali li huma tajbin u oħrajn li jmorru kontra l‑verità. Fil‑fatt, kull katekeżi tinserixxi ruħha f’kultura.
Hekk kienet l‑ewwel katekeżi Nisranija, mgħallma minn Kristu, li saret fil‑kultura Lhudija fil‑Palestina. Huwa għalhekk importanti li l‑katekeżi toffri identità ċara Kristjana fil‑kultura li tkun, ixxandar l‑aħbar it‑tajba u l‑uniċità ta’ Kristu, tkun xhieda qawwija u ta’ tama Nisranija, u fuq kollox tuża lingwaġġ addattat, komuni, Bibliku, teologiku u inkulturat. Sabiex b’hekk l‑aħbar t‑tajba tal‑Mulej Ġesù, li tawwal idejh fuq is‑salib kemm lejn il‑Lvant u kemm lejn il‑Punent, permezz tiegħu aħna nxandruh kemm lejn il‑Lvant u kemm lejn il‑Punent, lill‑ġnus kollha tad‑dinja.
NI O J S S I IL‑M UN Q S I R ’ ID B QORMI, ĦAMR SJONI ŻAR ĠD L IS
‑M L I Q S I R ’ B R A Ż
BA
BA
fid‑diversi kulturi. Iżda f ’dan l‑addattament il‑katekeżi ma tistax tkun waħedha. Għandha għalhekk il‑bżonn tal‑elementi kollha tal‑Knisja. Min‑naħa l‑oħra l‑proċess ta’ inkulturazzjoni jitlob żmien li jkun fit‑tul u ta’ tagħlim. Mhux faċli pereżempju tfisser il‑valur tal‑familja u taċ‑ċelibat saċerdotali f ’kulturi ta’ familji poligamiċi bħalma nsibu fl‑Afrika u fl‑Indja.
92, TRIQ
ĦA
Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn ta’ voluntiera li jistgħu jagħtu daqqa t’id imqar ġurnata fil‑ġimgħa. Grazzi.
BAŻAR B’RISQ IL‑MISSJONI
TRIQ IL‑MERKANTI, IL‑BELT VALLETTA
(Ħinijiet Ġodda) It‑Tnejn, l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa: 9:00am‑11:00am It‑Tlieta u l‑Ħamis: 9:00am‑12:30pm 7
Diċembru 2018
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – VIKKI
Il‑gżira tal‑kastig
Ritratt: Tanzania Today
L
e mhux żball fit‑tipa u lanqas ċajta, imma l‑Gżira tal‑Kastig kienet teżisti tassew fl‑Uganda! Il‑gżira ċkejkna ta’ Akampene, magħrufa aħjar man‑nies tal‑lokal bħala l‑Gżira tal‑Kastig, laqgħet fuqha mijiet ta’ tfajliet li nqabdu tqal barra miż‑żwieġ u tħallew fuq din il‑gżira biex imutu. Dan għaliex dawn it‑tfajliet tqal kienu ta’ umiljazzjoni għall‑familja tagħhom. Dawk xortihom tajba kienu jiġu salvati, u proprju l‑aħħar waħda minnhom għadha ħajja sal‑lum u rrakkontat l‑istorja tagħha. 8
Mauda Kyitaragabirwe kellha madwar tnax‑il sena meta l‑familja tagħha skoprew li kienet tqila. Bla ma ħasbuha darbtejn poġġewha f ’kenura, qasmu x‑xmara Bunyonyi u ħaduha fuq il‑gżira. Mauda ġieli kienet semgħet bi stejjer ta’ tfajliet li nqabdu tqal u ttieħdu fuq il‑gżira, iżda peress li ħadd minnhom ma kien jiġi minnha, kienet ħasbet li hija biss storja tal‑kbar biex ibeżżgħu liż‑żgħar. Mauda qattgħet erbat iljieli fuq il‑gżira bla ikel u bla ilma. B’biża’ kbira fuqha u kiesħa silġ ħasset it‑tmiem riesaq, iżda
fil‑ħames jum wasal sajjied li stedinha tmur id‑dar miegħu. Ferħet f ’qalbha, iżda l‑esperjenza għallmitha li ma kellha tafda lil ħadd. Ħasbet li s‑sajjied kien ġie biex jitfagħha fl‑ilma, iżda wara li żguraha li kien xtaqha ssir martu, Mauda marret miegħu. Fuq kollox ma kellha xejn x’titlef ! It‑tarbija kienet diġà tilfitha bis‑swat li kienet qalgħet, u aktar ’il quddiem skopriet ukoll li kienet tilfet id‑dawl ta’ għajn waħda. Mauda, li għandha fuq it‑tmenin sena, għadha sal‑lum il‑ġurnata tgħix
Diċembru 2018
Ritratt: BBC
Il‑gżira ċkejkna ta’ Akampene.
fir‑raħal ta’ Kashungyera u fl‑istess dar li żewġha James Kigandeire kien ħadha fiha dakinhar li kien ġie jsalvaha. B’għaxar minuti biss bogħod mill‑Gżira tal‑Kastig, Mauda żgur li ma tista’ tinsa qatt l‑esperjenza kerha li għaddiet
minnha meta kien għad kellha biss tnax‑il sena. Dak iż‑żmien tfajla verġni kienet tirċievi dota sabiħa meta tiżżewweġ, li ħafna drabi kienet titħallas b’bhejjem. Mill‑banda l‑oħra tfajla li ma setgħetx tiżżewweġ kienet
iġġib mhux biss umiljazzjoni fuq il‑familja, imma saħta, għax id‑dota tant mistennija ma kienet tasal qatt. B’hekk il‑familji kienu jeħilsu mis‑‘saħta’ tal‑familja billi jieħdu lit‑tfajla fuq il‑Gżira tal‑Kastig. Dak iż‑żmien ħafna mit‑tfajliet ma kinux jafu jgħumu, allura l‑għażla kienet li jew jaqbżu fl‑ilma u jegħrqu jew imutu bil‑ġuħ u l‑kesħa. Minħabba li ż‑żona hija remota ħafna, dan l‑att inuman baqa’ jseħħ ħafna wara li l‑missjunarji u l‑kolonjalisti waslu l‑Uganda u ordnaw biex dan l‑att u oħrajn simili jieqfu ħesrem. F’distrett ieħor, tfajliet tqal kienu jintefgħu minn fuq xi
INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – VIKKI
Diċembru 2018
Ritratt: BBC
Mauda waqt ix‑xogħol tal‑għalqa.
rdum għal isfel. Leġġenda tgħid li dan l‑att kien waqaf meta tfajla minnhom ġibdet lil ħuha magħha hi u titwaddab għal isfel. Ħadd qatt ma salva din il‑waqgħa minn fuq l‑irdum, iżda numru ta’ tfajliet salvaw mill‑Gżira tal‑Kastig grazzi għall‑irġiel li ma kellhomx minn fejn iħallsu dota. B’hekk huma kienu jiżżewġu tfajla li għaliha ma kellhomx għalfejn iħallsu dota. Mauda qatt ma semgħet aħbar jew rat lil ‘Satana’, ir‑raġel li kien ġegħelha tagħmel miegħu atti li konsegwenza t’hekk inqabdet tqila. Mauda għandha tlett ibniet u qatt m’għaddielha minn moħħha li jekk xi waħda minnhom tinqabad tqila qabel iż‑żwieġ twaħħal fiha jew tikkastigaha. Hija taf tajjeb li dan jista’ jiġri 10
lil kull tfajla u f ’dak il‑każ it‑tfajla għandha tiġi mħarsa mill‑familjari tagħha u mhux ikkastigata. Żewġha James, li miet fl‑2001, kien iħobbha b’imħabba tal‑ġenn u ħa ħsiebha ħafna. Spiss kien jgħidilha li kien salvaha mill‑mewt u li qatt u qatt ma kien ser iġegħelha ssofri aktar. B’kollox James u Mauda kellhom sitt ulied
u baqgħu flimkien sa meta l‑mewt firdithom. Wara ħafna snin u wara li saret Kristjana, Mauda ħafret lil kulħadd, saħansitra lil ħuha li kien wassalha fuq il‑gżira. Hija reġgħet iltaqgħet mal‑familjari tagħha u ferħet li reġgħet qed tarahom. Illum il‑ġurnata, bis‑saħħa tal‑Kristjaneżmu u pressjoni qawwija mill‑gvern, l‑ebda tfajla m’għadha tittieħed fuq il‑Gżira tal‑Kastig, għalkemm nisa tqal qabel iż‑żwieġ għadhom ikunu mistkerrħa. Mauda li saret suġġett ta’ kurżità sa minn meta salvaha żewġha, illum tgħix ħajja trankwilla, u d‑dar tagħha hija attrazzjoni turistika. Huma ħafna dawk li jieqfu jgħidu kelma magħha huma u jsegwu t‑trejqa li twassalhom għall‑istorja taż‑żona tal‑Gżira tal‑Kastig.
Mauda mal‑familja tagħha.
SAN PIETRU APPOSTLU – DUN HERMANN DUNCAN O.CARM
Diċembru 2018
L‑aħwa Maristi ‑ Kongregazzjoni li teduka t‑tfal u ż‑żgħażagħ
Komunità tal‑Aħwa Maristi fis‑sittinijiet.
L
‑Aħwa Maristi huma kongregazzjoni reliġjuża internazzjonali li twaqqfet minn San Marċellin Champagnat fl‑1817, li kien saċerdot Franċiż li waqqaf din il‑kongregazzjoni bil‑għan li jeduka liż‑żgħażagħ, speċjalment dawk li kienu mwarrba. Filwaqt li l‑biċċa l‑kbira tal‑patrijiet jaħdmu fl‑iskejjel, oħrajn insibuhom jaħdmu maż‑żgħażagħ fil‑parroċċi, jagħmlulhom rtiri reliġjużi u jgħinuhom permezz ta’
akkumpanjament spiritwali, waqt li jsibu patrijiet li jaħdmu fil‑missjoni. San Marċellin Champagnat iddeċieda li jwaqqaf istitut ta’ aħwa kkonsagrati fit‑tradizzjoni Marista, li jwaqqfu skejjel għan‑nies l‑aktar fil‑bżonn biex jgħallmuhom ikunu nies u Nsara tajbin. Id‑deċiżjoni tiegħu kienet ispirata minn ġrajja, meta bħala saċerdot kien imsejjaħ biex jagħti l‑aħħar sagramenti lil tifel li kien qiegħed imut u li
kien jismu Jean Baptiste Montagne. Waqt li kien qed jipprova jmexxi lit‑tifel fl‑aħħar mumenti ta’ ħajtu permezz tat‑talb, Marċellin kien milqut mill‑fatt li ż‑żagħżugħ ma kellu l‑ebda idea tal‑ħajja Nisranija jew tat‑talb. Minn dak il‑ħin, Champagnat iddeċieda li jwaqqaf kongregazzjoni ta’ patrijiet għat‑taħriġ fil‑ħajja tal‑fidi fi Franza. Fit‑2 ta’ Jannar 1817, Jean Marie Granjon u Jean Baptist Audras li kellhom 11
Diċembru 2018
23 sena u 14‑il sena rispettivament, marru jgħixu f’dar mikrija għalihom minn Dun Champagnat f’La Valla. U hekk bdiet l‑ewwel komunità ta’ Patrijiet Maristi. Il‑ġurnata tagħhom kienet maqsuma f’talb, xogħol u studju. Ix‑xogħol tagħhom manwali kien li jagħmlu l‑imsiemer, attività li għenithom biex iħallsu l‑ispejjeż li kellhom. Marċellin għallimhom jaqraw u jiktbu, u ħa ħsieb il‑formazzjoni tagħhom bħala edukaturi reliġjużi. Oħrajn ssieħbu ma’ dawn iż‑żgħażagħ, fosthom Gabriel Rivat, li bħal Patri François, aktar tard sar l‑ewwel Superjur Ġenerali tal‑kongregazzjoni. Bħala saċerdot Marista, Champagnat kellu mħabba kbira lejn il‑Verġni Marija, u għalhekk ġietu f’rasu l‑idea li l‑Patrjiet Maristi jkunu msejħa bħalha ‘Petits Frères de Marie’ (l‑aħwa ċkejknin ta’ Marija), u enfasizza li jkunu mansweti u umli. Huwa xtaq li jikkonsagraw irwieħhom lill‑Madonna bħala eżempju ta’ fedeltà lejn Ġesù Kristu. Fl‑1863, 23 sena wara l‑mewt ta’ Champagnat, l‑istitut tal‑Patrijiet Maristi rċieva l‑approvazzjoni tas‑Santa Sede, fejn ġew magħrufa bit‑titlu ta’ ‘Fratres Maristae a Scholis’ (l‑aħwa Maristi 12
SAN PIETRU APPOSTLU – DUN HERMANN DUNCAN O.CARM
tal‑iskejjel), u b’hekk wara isimhom bdew iġibu F.M.S. Huma rċevew mandat partikolari biex jimxu wara dawk li ġew qabilhom u jmorru fil‑Paċifiku u l‑Awstralja. San Marċellin xtaq li l‑patrijiet tiegħu jagħmlu mill‑aħjar biex Ġesù jkun magħruf u maħbub fid‑dinja kollha. Biex jurihom din il‑ħaġa kien idaħħal labra f’tuffieħa (li tirrappreżenta d‑dinja),
San Marċellin Champagnat
bħala eżempju ta’ kif xtaq li l‑messaġġ ‘Ad Jesum per Mariam’ (li mmorru għand Ġesù permezz ta’ Marija), jinxtered fid‑dinja. It‑tarf tal‑labra kien joħroġ fl‑ekwivalenti tal‑Paċifiku relatat mal‑oppost ta’ Franza fejn daħħal il‑labra. Għalhekk, il‑Patrijiet Maristi għandhom preżenza magħrufa sew fil‑Paċifiku kollu, iżda b’mod partikolari fl‑Awstralja u fi New Zealand.
Il‑Patrijiet Maristi jagħmlu xogħol edukattiv madwar id‑dinja u jmexxu skejjel primarji u sekondarji, akkademji, skejjel industrijali, orfanatrofji u djar tal‑irtiri. F’dawn il‑200 sena mit‑twaqqif tagħhom f’Lyons, il‑patrijiet tferrxu madwar id‑dinja kollha. Bħalissa, in‑numru tagħhom huwa ta’ 3,500 membru, li jinsabu f’79 pajjiż f’5 kontinenti; jaħdmu direttament u jaqsmu l‑missjoni u l‑ispiritwalità tagħhom ma’ aktar minn 40,000 Marist Lajk, u flimkien jippruvaw jedukaw madwar 500,000 tifel u tifla, u żgħażagħ. Il‑patrijiet huma mmexxija minn Superjur Ġenerali, li bħalissa huwa Patri Emili Turu F.M.S. Flimkien mal‑Vigarju Ġenerali u l‑Kunsill Ġenerali tiegħu, ix‑xogħol tagħhom huwa li jmexxu l‑kongregazzjoni f’diversi ministeri li l‑patrijiet iwettqu madwar id‑dinja. Il‑patrijiet Maristi huma maqsumin f’żewġ unitajiet amministrattivi prinċipali: ‘provinċji’ jew ‘distretti’, skond id‑daqs tagħhom. Il‑provinċji huma mmexxija minn Provinċjal li l‑ħidma tiegħu hija li jara u jieħu deċizjonijiet f’isem is‑Superjur Ġenerali għall‑Provinċja li jkun qed imexxi. Bħalissa hemm 26
Diċembru 2018
provinċja u 5 distretti. Skond il‑firxa tal‑ministeri f’ċertu pajjiżi, jista’ jkun hemm diversi provinċji fi ħdan pajjiż wieħed. Pereżempju, il‑Brażil għandu tliet provinċji u żewġ distretti, filwaqt li l‑Awstralja għandha tnejn, kif ukoll il‑Messiku. Tajjeb ngħidu li s‑servizz tagħhom mhux dejjem ġie apprezzat. Infatti, insibu li bosta Patrijiet Maristi ħadu il‑martirju talli għallmu u għenu lill‑foqra f’postijiet fejn ma kinux milqugħa. Bħalissa qed isir stħarriġ kanoniku dwar il‑possibiltà tal‑kanonizzazzjoni tagħhom. Fil‑31 ta’ Ottubru 1996, erba’ patrijiet ġew maqtula minn refuġjati f’missjoni f’Nyamirangwe, f’Zaire. Dawn il‑patrijiet kienu kollha Spanjoli. Fit‑28 ta’ Ottubru 2007, il‑Vatikan ibbeatifika 498 qaddis li ħadu l‑martirju fil‑Gwerra Ċivili Spanjola. Fost dawn kien hemm 47 Patri Marista minn diversi djoċesijiet Spanjoli, fosthom Burgos u Cartagena. Il‑quddiesa tal‑beatifikazzjoni kienet immexxija mill‑Kardinal Josè Saraiva Martins. Nitolbu għal dawn ir‑reliġjużi biex ikomplu jagħtu servizz edukattiv lit‑tfal u liż‑żgħażagħ madwar id‑dinja kollha.
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 13
SANTA INFANZJA – VIKKI
Diċembru 2018
Yanapanakusun
Ritratt: The World's Children's Prize for the Rights of the Child
organizzazzjoni bl‑isem ta’ ‘Yanapanakusun’. Din l‑organizzazzjoni tmexxi dar li tilqa’ fiha bniet u tfajliet vulnerabbli u sservi wkoll bħala ċentru għall‑ħaddiema li jaħdmu fid‑djar domestiċi u li jiġu abbużati.
H
uwa fatt magħruf li eluf ta’ persuni li jaħdmu fid‑djar tas‑sinjuri fl‑ibliet tal‑Perù, mhux biss jaħdmu f ’kundizzjonijiet ħżiena, iżda saħansitra jiġu abbużati minn dawk li jħaddmuhom. L‑aktar fir‑riskju li jiġu ttrattati ħażin huma l‑ħaddiema nisa, speċjalment dawk ta’ età żgħira. Kien 14
għalhekk li fl‑1994, Josefina Condori fetħet
Josefina, li hija wkoll kienet taħdem bħala seftura man‑nies, ilha tiġġieled minn żgħożitha għad‑drittijiet ta’ dawn il‑ħaddiema. Josefina, flimkien ma’ Yanapanakusun, jgħinu lil dawn il‑ħaddiema b’diversi mezzi. Minbarra li jiġu organizzati diversi korsijiet u programmi ta’ tagħrif fuq ir‑radju, l‑organizzazzjoni tagħmel ukoll xogħol fi 30 raħal li jinsabu madwar
Diċembru 2018
il‑muntanji Andes, f ’Cusco. Josefina u Yanapanakusun huma l‑aktar magħrufa għall‑akkomodazzjoni li joffru lill‑eluf ta’ bniet li jkunu telqu mill‑irħula rurali sabiex imorru jaħdmu fl‑ibliet. Madwar 500 tifla diġà gawdew minn din l‑akkomodazzjoni. Dawn il‑bniet jingħataw il‑bżonnijiet kollha, fosthom ikel, ħwejjeġ, żraben, mediċini, saqaf fuq rashom u l‑opportunità għall‑edukazzjoni. Madanakollu, l‑aktar importanti huwa l‑fatt li dawn jingħataw sigurtà u mħabba. Josefina fetħet ukoll skola għas‑subien u
għall‑bniet li minn età żgħira jibdew jaħdmu, filwaqt li eluf ta’ ħaddiema ta’ kuljum jirċievu għajnuna minn ċentri apposta li jilqgħu fihom ħaddiema abbużati. Fl‑2008, Josefina Condori ngħatat premju bl‑isem ta’ ‘The World’s Children’s Honorary Award’ għall‑ħidma kontinwa tagħha fost il‑bniet li jseftru fi djar fil‑Perù, ħafna drabi f’kundizzjonijiet ta’ skjavitù. Josefina tisħaq illi huwa importanti ħafna li t‑tfal li jibdew jaħdmu minn età żgħira jkunu jafu sew x’inhuma d‑drittijiet tagħhom. Hija taħdem
sabiex dawn it‑tfal isaħħu l‑fiduċja fihom infushom u b’hekk ikunu kapaċi jiżguraw li d‑drittijiet tagħhom ikunu dejjem rispettati. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 15
Diċembru 2018
CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.
Ġwanni 4:14
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)
Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) 16
Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25
u kklikkja fil‑parti Donations.
Diċembru 2018
and heart-w arming touch. ed make a real d thousands and lasting of lives will be rojects.
fe-Giving Gifts has m.
Life-Giving Gifts are presents with a truly innovative All the projects and heart-warm supported ing touch. difference to individuals by these gifts you purchased make a real , families and communiti es and thousands and lasting positively affected of lives will be through these projects. If you are looking for an unusual gift idea then Life-Giving a range of 8 gifts Gifts has to choose from. One laying hen for a family
d family
One pig for a family
ung women
One goat for the
Wheelchair for
nity
.mt
: info@mis sio.org.mt : gozo@mis sio.org.mt
:
#SKJETTI
A sewing machine to train
sponsorship for
A bicycle for a child to go Wheelchair for a person
a child
water for a school
of the worldwide
network
of Pontifical Mission 7, Merchants Street, Societies Valletta, VLT 1171, www.missio.org.mt 7, Foreman Street, Malta | Tel: (+356) Victoria, Gozo, VCT 2123 6962 E-Mail: 9066, Malta Tel: | info@missio.org.mt | (+356) 2155 0267 | E-Mail: gozo@missio. org.mt Supported by:
#SKJETTI
Borehole for clean water
Missio Malta is part of the
worldwide network of Pontifical
touch. truly innovative and heart-warming Life-Giving Gifts are presents with a you purchased make a real and lasting All the projects supported by these gifts be communities and thousands of lives will difference to individuals, families and positively affected through these projects. idea then Life-Giving Gifts has If you are looking for an unusual gift a range of 8 gifts to choose from.
One pig for a family living in poverty One goat for the livehood of a disadvantaged
disadvantaged young women
A sewing machine to train disadvantaged
to school
family
One year education sponsorship for a
Mission Societies
www.missio.org.mt 7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta | Tel: (+356) 2123 6962 | E-Mail: info@missio.org.mt 7, Foreman Street, Victoria, Gozo, VCT 9066, Malta Tel: (+356) 2155 0267 | E-Mail: | gozo@missio.org.mt Catalin Bindu BLackBookPhoto
Supported by:
#SKJETTI
Borehole for clean water for a school
One pig for a family living
Rest assured that your gift is making all the difference for communities, families and the children your gift will be given to. of Pontifical Mission Societies
A bicycle for a child to go Wheelchair for a person
Wheelchair for a person with disability
Gift.
www.missio.org.mt
7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta | Tel: (+356) 2123 6962 E-Mail: | info@missio.org.mt 7, Foreman Street, Victoria, Gozo, VCT 9066, Malta | Tel: (+356) 2155 0267 | E-Mail: gozo@missio.org.mt Supported by:
#SKJETTI
Borehole for clean water
of Pontifical Mission Societies
www.missio.org.mt
info@missio.org.mt Malta | Tel: (+356) 2123 6962 | E-Mail: 7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, gozo@missio.org.mt Malta | Tel: (+356) 2155 0267 | E-Mail: 7, Foreman Street, Victoria, Gozo, VCT 9066, Catalin Bindu BLackBookPhoto
Supported by:
#SKJETTI
Missio Malta is part of the
worldwide network of Pontifical
Mission Societies
www.missio.org.mt
Photography:
Catalin Bindu BLackBookPhoto
Supported by:
ged young women
A bicycle for Wheelchair
a person with disability sponsorship for
a child
water for a school
or community
Societies
www.missio.org.mt
Mission network of Pontifical info@missio.org.mt of the worldwide 2123 6962 | E-Mail: org.mt Malta | Tel: (+356) E-Mail: gozo@missio. Valletta, VLT 1171, (+356) 2155 0267 | 7, Merchants Street, 9066, Malta | Tel: Victoria, Gozo, VCT TI 7, Foreman Street, Supported by: #SKJET
in poverty
the livehood
ntaged family
of a disadva
ntaged young
A sewing machine
Gift. enjoy your Live-Giving We hope that you for communities, all the difference your gift is making will be given to. Rest assured that children your gift families and the Missio Malta is part
a family living
One goat for
to train disadvanta
Borehole for clean
hen for a family
One pig for
ged family
One year education
2123 6962 | E-Mail: info@missio.org.mt VLT 1171, Malta | Tel: (+356) gozo@missio.org.mt 7, Merchants Street, Valletta, (+356) 2155 0267 | E-Mail: Gozo, VCT 9066, Malta | Tel: 7, Foreman Street, Victoria,
One laying
living in poverty
child to go to school
Wheelchair for
for a child
for a school or community
your Live-Giving Gift. We hope that you enjoy for communities, is making all the difference Rest assured that your gift your gift will be given to. families and the children
Gift. We hope that you enjoy your Live-Giving all the difference for communities, Rest assured that your gift is making be given to. families and the children your gift will
Photography:
to school
One year education sponsorship
or community
Missio Malta is part of the worldwide network
A bicycle for a
arming touch. and heart-w innovative real and lasting s with a truly ed make a will be Gifts are present you purchas ds of lives Life-Giving by these gifts nities and thousan supported and commu projects. All the projects als, families through these to individu Gifts has difference Life-Giving positively affected gift idea then for an unusual choose from. If you are lookinga range of 8 gifts to
livehood of a disadvanta
A sewing machine
with disability
child
Borehole for clean water for a school
for a family
One goat for the
disadvantaged young women
One year education sponsorship for a
One laying hen
One pig for a family
of a disadvantaged family
A sewing machine to train
young women
ing touch. and heart-warm a truly innovative lasting are presents with make a real and Life-Giving Gifts gifts you purchased of lives will be supported by these communities and thousands All the projects , families and projects. through these difference to individuals positively affected Gifts has gift idea then Life-Giving for an unusual If you are looking to choose from. a range of 8 gifts
in poverty
One goat for the livehood
family
A bicycle for a child to go to school
child
or community
We hope that you enjoy your Live-Giving
Missio Malta is part of the worldwide network
One laying hen for a family
One pig for a family living in poverty
A sewing machine to train disadvantaged
Wheelchair for a person with disability
for a child
for a school or community
heart-warming touch. with a truly innovative and Life-Giving Gifts are presents make a real and lasting by these gifts you purchased be All the projects supported and thousands of lives will families and communities difference to individuals, these projects. positively affected through Gifts has unusual gift idea then Life-Giving If you are looking for an from. a range of 8 gifts to choose
One laying hen for a family
One goat for the livehood of a disadvantaged
young women
A bicycle for a child to go to school
with disability
We hope that you enjoy your Live-Giving Gift. Rest assured that your gift is making all the difference for communities, families and the children your gift will be given to.
Photography:
Life-Giving Gifts are presents with a truly innovative and heart-warming touch. All the projects supported by these gifts you purchased make a real and lasting difference to individuals, families and communities and thousands of lives will be positively affected through these projects. If you are looking for an unusual gift idea then Life-Giving Gifts has a range of 8 gifts to choose from. One laying hen for a family
in poverty of a disadvantaged family
One year education sponsorship
or community
We hope that you enjoy your Live-Giving Rest assured that Gift. your gift is making all the difference families and the for communities, children your gift will be given to.
Missio Malta is part
One goat for the livehood
ged young women
a person with disability
Borehole for clean
ommunities, .
One laying hen for a family One pig for a family living
ged family
to train disadvanta
child to go to school
One year education
www.missio.org
living in poverty
livehood of a disadvanta
A sewing machine A bicycle for a
Life-Giving Gifts are presents with a truly innovative and heart-warming touch. All the projects supported by these gifts you purchased make a real and lasting difference to individuals, families and communities and thousands of lives will positively affected through be these projects. If you are looking for an unusual gift idea then Life-Giving Gifts has a range of 8 gifts to choose from.
to train disadva
a child to go for a person
women
to school y with disabilit
for a child n sponsorship One year educatio or community for a school clean water Borehole for Gift. Live-Giving nities, you enjoy your ce for commu We hope that the differen is making all be given to. that your gift your gift will .mt Rest assured the children www.missio.org families and
sio.org.mt Mission Societies of Pontifical E-Mail: info@mis sio.org.mt worldwide network 2123 6962 | is part of the E-Mail: gozo@mis | Tel: (+356) 2155 0267 | VLT 1171, Malta Tel: (+356) s Street, Valletta, VCT 9066, Malta | by: #SKJETTI 7, Merchant Gozo, Supported Street, Victoria, 7, Foreman
Missio Malta
#SKJETTI
Rigali b’dif ferenza
Il‑Milied huwa żmien mill‑isbaħ biex niltaqgħu flimkien mal‑familja u l‑ħbieb tagħna, u nirriflettu dwar għaliex aħna niċċelebraw din l‑okkażjoni tant speċjali. Hija tifkira tal‑grazzja t’Alla li permezz tat‑twelid ta’ Ġesù, ingħatajna d‑don tas‑salvazzjoni. Dan il‑Milied, int mistieden biex taqsam il‑messaġġ ta’ fidi, tama u mħabba billi
tagħti rigal tassew importanti lill‑maħbubin tiegħek ‑ rigal li jippermettilek ukoll li tilħaq u tgħin komunitajiet fil‑bżonn madwar id‑dinja. Agħtina l‑appoġġ tieghek billi tixtri ‘Life Giving Gift’ illum ! Għandna għażla meraviljuża ta’ rigali u ma’ kull rigal tirċievi kartolina li turi ritratt tar‑rigal li għażilt sabiex tikteb messaġġ personali qabel tintbagħat lil min tkun xtrajt ir‑rigal.
Meta tixtri rigali bħal dawn isserraħ moħħok li jintgħoġbu żgur!
• Ċemplilna fuq 21236962 jew 21550267 (Għawdex) biex tixtri rigal mil‑lista u niġu bil‑kartolina aħna u niġbru d‑donazzjoni dak il‑ħin stess. jew
• Ibgħat ċekk indirizzat lil Missio flimkien mal‑għażla tiegħek, ismek, in‑numru tat‑telefown u l‑indirizz, u tirċievi l‑kartolina bil‑posta. jew
• Ejja sal‑ħanut tagħna ‘Faith, Hope & Charity’ fi Triq il‑Merkanti, il‑Belt.
€7 – Tiġieġa għal familja fil‑Perù €10 – Pjanċa tal‑metall, parti minn saqaf ta’ kappella €17 – Qażquż lil familja kbira fil‑bżonn €35 – Rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola €55 – Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġata €125 – Magna tal‑ħjata u banketta lil nisa u tfajliet minn ambjenti ta’ faqar €140 – Siġġu tar‑roti għal tifel jew tifla b’diżabilità €150 – Edukazzjoni għal sena lil tifel jew tifla fil‑bżonn €500 – Tħaffir ta’ bir għal ilma nadif
Missio ‑ (Uffiċċju Missjunarju), Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Imejl: info@missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
17
KTIEB TA’ ĠRAJJIET ‑ DUN LAWRENZ GAUCI, MISSJUNARJU
Diċembru 2018
Lejl tal‑biża’ kont għadni qassis żagħżugħ u ftit li xejn kont naqta’ qalbi.
D
arba, f ’Lulju 1976, ridt immur inqaddes f ’kappella f ’Inaja. Kienu s‑ 6.00pm u kienet għamlet ħafna xita. Kont naf li jista’ jkolli xi diffikultà, għaliex meta kienet tagħmel ix‑xita kont teħel fit‑triq peress li dak iż‑żmien ftit kien hemm triqat tal‑asfalt. Ittamajt li nasal. Jien
NEWSPAPER POST
Fit‑triq, quddiemi sibt niżla u telgħa mhux ħażin. Fin‑niżla, inżilt inġerri, imma fit‑telgħa weħilt. Kien id‑dlam, għax kienet ix‑xitwa. Ma kontx naf x’se naqbad nagħmel. Qgħadt barra mill‑karozza bit‑tama li jgħaddi xi ħadd li jagħtini l‑għajnuna. Domt sad‑9.00pm nistenna u nittama fi dlam ċappa. Imbagħad iddeċidejt li norqod fil‑karozza. Tgħidx kemm bżajt l‑aktar minħabba l‑annimali selvaġġi. Kien
l‑itwal lejl ta’ ħajti. Ma rqadtx. X’torqod torqod bl‑għajjat tal‑annimali qalb is‑siġar! Filgħodu, xis‑7.00am, wasal trakk. Dan ma setax jgħaddi minħabba l‑karozza tiegħi. Allura bilfors kellu jġib ħabel biex jiġbidli l‑karozza u joħroġni minn fejn kont.
Tista’ taqra aktar stejjer bħal din t’hawn fuq fil‑ktieb ‘Ġrajjiet Minn Fomm il‑Missjunarji Maltin u Għawdxin’. Aktar dettalji fil‑paġna li jmiss.
KALENDARJU MISSJUNARJU 2019 (Jingħata b’XEJN bħala rigal lil kull abbonat ta’ Malta Missjunarja.)
KALENDARJU
2019
18
• Stampa b’tema missjunarja kull xahar • Qaddis għal kull ġurnata • L‑intenzjoni missjunarja ta’ kull xahar Tista’ tikseb kopja minn Missio kif ukoll mill‑Ħanut Faith Hope & Charity Gift Shop li jinsabu f’Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta.
Diċembru 2018
50 ġrajja miktuba minn ħutna
missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt
(V0/1178)
Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.
Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:
Data:
Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:
Qiegħed nibgħat ċekk bl‑ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................
ktieb/ kotba bil‑posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss. 19
Diċembru 2018
Sir Winston L. S. Churchill (1874‑1965), imwieled l‑Ingilterra, kien politiku, uffiċjal tal‑armata u kittieb. Kien ukoll il‑Prim Ministru tal‑Ingilterra bejn l‑1940 u l‑1945, u bejn l‑1951 u l‑1955. Minkejja li kien jattendi fil‑knejjes f’okkażjonijiet statali biss u jaqra l‑Bibbja għall‑kurżità, Churchill dejjem baqa’ leali lejn il‑fidi Kristjana. Huwa kien difensur b’saħħtu għaċ‑ċivilizzazzjoni Kristjana u minn qalbu kien favur il‑bżonn tal‑Kristjani f’soċjetà demokratika. Matul żmien ta’ gwerra, Churchill kien jitlob ħafna, imma għax skont hu, dan kien ta’ mezz ta’ serħan il‑qalb aktar milli għax it‑talb seta’ jasal jew iwassal għal xi ħaġa. Huwa kien miżżewweġ lil Clementine u kellhom ħamest itfal.
Ritratt: Nies lebsin ta' personaġġi tal‑Milied waqt parata tradizzjonali f 'Kharkiv, l‑Ukrajna. 20
Diċembru 2018
“Il‑Milied mhuwiex staġun ta’ ċelebrazzjonijiet biss, imma wkoll ta’ riflessjoni.” Sir Winston Churchill
21
Diċembru 2018
QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
San Juan Diego jkun żmienu. L‑Ispanjoli saħansitra kienu keċċew lill‑Indjani mill‑knejjes tagħhom. U Juan kif kien ser joqgħod bogħod mill‑ħlejqa li farrġitlu qalbu?
J
uan Diego twieled fl‑1474 fil‑Messiku. Hu u l‑mara tiegħu, Marija Luċija, kienu fost dawk li tgħammdu wara li grupp ta’ Franġiskani Missjunarji waslu l‑Messiku, fl‑1524. Wasal magħhom l‑Isqof Franġiskan Żumarraga biex magħhom iservi ta’ protettur għall‑Indjani li kienu maħkuma mill‑Ispanjoli li kienu qegħdin isaltnu mingħajr biża’ u tfixkil ta’ xejn. Il‑ħbieb tal‑fqajjar ta’ Assisi kellhom knisja żgħira, u ta’ kull filgħaxija Juan Diego kien imur quddiem statwa tal‑Verġni Mbierka u joffrilha l‑ward meta 22
Juan iddeċieda li minn zokk ta’ żebbuġa jnaqqax xbieha ċkejkna tal‑Verġni Mbierka u jagħtiha karatteristiċi Indjani. Nhar il‑Kunċizzjoni, Juan, flimkien ma’ Indjani oħrajn ħarġu purċissjoni bix‑xbieha li sawwar imdawla bix‑xemgħat. Imma l‑Ispanjoli wkoll għamlu ħerba u kissru l‑istatwa għax ma ridux jaraw lill‑Madonna bħala Indjana. Hu u sejjer lura lejn daru, lil Juan dehritlu l‑Madonna Indjana, eżatt bħall‑istatwa li kien naqqax, u wara li mesħitlu d‑demm, qaltlu biex imur isib lill‑isqof u jgħidlu li kellha tinbena knisja fejn dehret il‑Verġni Mbierka. Juan mar għand l‑isqof, imma dan ma tahx widen. It‑tieni darba l‑isqof ssokta jgħidlu biex
iġiblu sinjal. Dik il‑ħabta, iz‑ziju ta’ Juan nzerta kien marid ħafna u l‑imsemmi neputi telaq biex iġiblu patri għax ħaseb li kien ser imut. Biex ma jiltaqax mat‑Tfajla Sinjura, Juan għadda minn triq oħra, imma s‑Sinjura xorta waħda dehritlu, u wara li serrħitlu rasu li lil zijuh kien ser isibu mfejjaq, qaltlu biex bħala sinjal lill‑isqof jeħodlu ward li kien kiber barra minn żmienu f’Diċembru. Il‑ward kellu jinżamm sew fil‑mantell tiegħu. Juan mar lejn il‑knisja tal‑missjoni u waqt li l‑isqof kien qiegħed iqaddes, ir‑raġel fetaħ l‑mantell u b’għaġeb ta’ kulħadd barra l‑ward, dehret ix‑xbieha tal‑Madonna ta’ Guadalupe, eżatt kif kien naqqaxha Juan. L‑isqof u l‑ġemgħa miġbura f’dak id‑dejr emmnu u l‑knisja saret u hemm għadu l‑mantell ta’ materjal fqir li jirrakkonta ġrajja ta’ mħabba Marjana lejn l‑umanità. San Juan Diego miet fl‑1548. Papa San Ġwanni Pawlu II, devot kbir tal‑Madonna ta’ Guadalupe, għamel lil Juan beatu, fl‑1990 u qaddis fl‑2001. Fil‑knisja żgħira ta’ San Filippu l‑Isla, hemm artal ddedikat lill‑Madonna ta’ Guadalupe.
Diċembru 2018
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Diċembru 2018
Twaqqaf sitt suwiċidji
P
Ritratt: Babble
aige Hunter mill‑Ingilterra hija tfajla ta’ 18‑il sena. Bħal kull tfalja oħra tattendi l‑iskola u fil‑ħin liberu li jkollha, taħdem f’ħanut. Din it‑tfajla qed tingħata ħafna tifħir għaliex qed jirnexxilha tagħmel xi ħaġa straordinarja. B’ġest sempliċi ta’ qalb tajba rnexxielha twaqqaf sitt persuni milli jikkommettu suwiċidju. Paige waħħlet għexieren ta’ messaġġi pożittivi matul il‑pont Wearmouth, li huwa post popolari għas‑suwiċidji. Il‑messaġġi, uħud minnhom imżejnin bi qlub ħomor, fihom kliem ta’ kuraġġ li jġiegħlu lil min jaqrahom, biex jekk ikollu ħsibijiet koroh li jneħħi ħajtu b’idejh, jaħsibha darbtejn. Fost il‑messaġġi hemm: “Jekk ittemm kollox issa, in‑nuqqas
tiegħek ser jinħass ħafna”, “Int għandek il‑poter li tgħid li dan mhux il‑mod kif ittemm ħajtek”, “Ara ma jfettillekx taqta’ qalbek issa fuq il‑ħajja; ftakar sa fejn wasalt” u “Erġa’ lura, int tiswa ħafna”. Il‑pulizija tal‑lokal qalu li dan huwa mod innovattiv kif tasal qrib dawk li jinsabu fid‑dlam. L‑istess pulizija kkonfermaw li s’issa, sitt persuni reġgħu ħasbuha qabel temmew ħajjithom wara li qraw wieħed mill‑messaġġi ta’
Paige. Persuna anonima li rnexxielha ssalva ħajjitha, kitbet fuq il‑midja soċjali l‑esperjenza li għaddiet minnha. Il‑pulizija rregalaw lit‑tfajla ċertifikat għall‑att ta’ karità li qed tagħmel. Paige, li hija wkoll għaddiet minn mumenti ta’ dwejjaq u kien ukoll għaddielha l‑ħsieb li ttemm ħajjitha, tgħid li qatt ma basret li l‑messaġġi tagħha kienu ser iħallu impatt daqstant qawwi. It‑tama tagħha kienet li ssalva mqar persuna waħda!
Tabib jgħix f’tinda Ritratt: unhcr.org.
I
t‑tabib Evan Atar ilu għal aktar minn seba’ snin jgħix f’tinda f’parti remota 24
fin‑Nofsinhar tas‑Sudan. Huwa l‑uniku tabib u kirurgu għall‑popolazzjoni ta’ aktar minn 200,000 ruħ. Madwar 144,000 huma refuġjati li ħarbu l‑gwerra tas‑Sudan. Dott. Atar qed jagħti ħajtu biex
isalva lil dawn in‑nies li qed ikunu sfurzati jaħarbu minn djarhom. Dan ifisser sagrifiċċju personali kbir, speċjalment li jara lill‑familjari tiegħu tliet darbiet biss fis‑sena. Dott. Atar jgħid li jekk ma tgħinx bnedmin oħra bħalek, anke mill‑ftit li għandek, allura nkunu qegħdin fid‑dinja għalxejn. ikompli f’paġna 26
Diċembru 2018
CHOICE The Curtain Emporium Marthese Mifsud Director 822, St Joseph High Street Ħamrun ‑ ĦMR1018 Tel: 2745 2315 Mob: 2745 2315
Where you and your home matter most
chyc.choice@hotmail.com www.chyc.com.mt Facebook: ChycChoice
Mediterranean cuisine Mon ‑ Sun 18:00 ‑ 22:30 Address: 58, Triq il‑Kbira, Mellieħa, Malta MLĦ 2313 Email: info@mithna.com Tel: +356 2152 0404 | Mob: +356 7947 8896 www.mithna.com
25
Diċembru 2018
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Omm ta’ 13 f’daqqa
Ritratt: Facebook
K
atie Davis, studenta universitarja, iddeċidiet li tieqaf sena mill‑istudju biex tmur tgħallem lit‑tfal
żgħar f’orfanatrofju fl‑Uganda. Eventwalment, it‑tfajla aċċettat is‑sejħa ta’ Alla, għamlet l‑Uganda l‑pajjiż permanenti tagħha u waqqfet organizzazzjoni bl‑isem Amazina Ministries, li tfisser verità. Din l‑organizzazzjoni tfittex li tibdel il‑ħajjiet għall‑aħjar tan‑nies permezz tal‑verità ta’ Ġesù Kristu. 5 snin wara, fl‑età ta’ 23 sena, Katie saret omm ta’ 13‑il tfajla li addottat u bdiet tieħu
ħsieb daqs li kieku kienu wliedha. Katie tisħaqq li hija tgħallmet li l‑imħabba vera hija li tieħu ħsieb lil uliedha addottivi. Katie żżewġet lill‑maħbub tagħha Benji Majors minn Tennessee, li huwa missjunarju fl‑Uganda. Il‑koppja ma kellhomx lill‑familjari u lil sħabhom waqt iċ‑ċerimonja taż‑żwieġ, iżda mdawrin bit‑tlettax uliedhom kien ta’ sodisfazzjon u ferħ kbir għalihom.
Aħbar tajba għal‑Libanu
F
tit tal‑ġimgħat ilu, il‑Vatikan ħabbar li
26
s‑sena d‑dieħla, il‑Libanu ser jerġa’ lura fuq il‑lista uffiċjali Kattolika ta’ siti ta’ pellegrinaġġi. Dan wara l‑evoluzzjoni fis‑sitwazzjoni politika tal‑pajjiż u l‑istabbiltà fl‑istituzzjonijiet fl‑aħħar snin. Il‑Libanu għandu ħafna monasteri Kristjani, fosthom Wied il‑Qaddisin, magħruf bħala Qadisha, u diversi santwarji ddedikati lill‑Verġni Marija. Fost dawn is‑santwarji hemm tal‑Madonna tal‑Libanu f’Ħarissa u tal‑Madonna ta’ Bechwat f’Bekaa, li tiġbed lejha folol kbar ta’ nies sew Kristjani kif ukoll Musulmani. Post qaddis ieħor huwa r‑raħal ta’ Maronite, fejn fl‑2004 il‑Madonna
kienet dehret liċ‑ċkejken Mohammed al Hawadi, tfajjel Musulman ta’ nazzjonalità Ġordaniża. Bejn l‑2004 u l‑2006, żaru l‑knisja ċkejkna ta’ dan ir‑raħal aktar minn miljun pellegrin. Il‑Libanu, li ta lill‑Knisja Kattolika tliet qaddisin u beatu, huwa għall‑qalb ħafna tal‑papiet. F’dawn l‑aħħar 50 sena, kienu tliet papiet li żaru dan il‑pajjiż. Papa San Pawlu VI, fis‑sena 1964, kien għamel waqfa qasira f’Bejrut, Papa San Ġwanni Pawlu II żar il‑pajjiż darbtejn, fl‑1979 u fl‑1997, filwaqt li Papa Benedittu XVI żar il‑Libanu fis‑sena 2012 għall‑Assemblea Speċjali tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet. ikompli f’paġna 28
Diċembru 2018
Aromatherapy & Personalised Organic Skin Care Products
Antoinette Darmanin Aromatherapist
384, Żabbar Road, Il‑Fgura, Malta. Tel: 2180 2130
Mob: 99840986 • Tel: 20991785 E‑mail: serenitemosta@gmail.com Triq it-Torri, il-Mosta
Open: 9:00am ‑ 12:30pm, 4:00pm ‑ 7:00pm
www.raysjewellerymalta.com
27
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Diċembru 2018
Sitt qaddisin ġodda
har l‑14 ta’ Ottubru 2018, Papa Franġisku kkanonizza 6 beati. Dawn huma Giovanni Battista Montini – Papa Pawlu VI, Oscar Arnulfo Romero Galdàmez ‑ arċisqof martri ta’ San Salvador, Francesco Spinelli – qassis djoċesan fundatur tal‑Istitut tas‑Sorijiet Li Jqimu l‑Wisq Imqaddes Sagrament, Vincenzo Romano – qassis djoċesan, Maria Katharina Kasper – verġni u fundatriċi tal‑Istitut tal‑Qaddejja Foqra
Ritratt: polandsun
N
ta’ Ġesù Kristu u Nazaria Ignacia March Mesa – Sor Tereża ta’ Ġesù fundatriċi tal‑Kongregazzjoni tal‑Missjunarji Kruċjati tal‑Knisja. It‑triq lejn
il‑qdusija ta’ dawn is‑sitt qaddisin kienet imħejjija f ’Marzu li għadda meta l‑Papa approva serje ta’ digrieti relatati mal‑kawżi tal‑qdusija.
Missio jżur lill‑anzjani
M
issio għandu d‑drawwa sabiħa li matul ix‑xahar ta’ Ottubru, ix‑xahar tal‑missjoni, iżur u jiltaqa’ mal‑anzjani f ’diversi djar tal‑anzjani mxerrda f ’Malta. Il‑messaġġ li Missio jwassal lil ħutna l‑anzjani huwa wieħed sempliċi; bħalma għamlet Santa Tereżina, huma għandhom jgħaqqdu t‑tbatijiet tagħhom ma’ dawk ta’ Ġesù msallab u joffruhom għall‑missjoni. Missio jħeġġeġ lill‑anzjani
28
biex fil‑ħin liberu tagħhom, jitolbu għall‑vokazzjonijiet u għall‑missjunarji mxerrdin fid‑dinja kollha. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas, l‑anzjani għandhom ikunu huma wkoll missjunarji, mhux billi jmorru f ’xi pajjiż ieħor, iżda billi jgħinu mill‑qalb permezz tal‑ġid li Alla tahom. L‑għotja li jagħtu għandha tkun ġejja mill‑qalb, għaliex Alla mhux ser jara kemm dak li jkun qed jagħti, imma kif qed jagħti.
Diċembru 2018
DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS
Kids’ Heaven Malta
Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com
T: 21 803 326 M: 77 807 065 E: kidsheaven.zabbar@gmail.com A: Kids’ Heaven, School Street, Żabbar
MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267 Email:mariannastationery@gmail.com
PRINTING BINDING LAMINATION TOYS HABERDASHERY HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm
Nick’s Agricultural Supplies All you need for agriculture
Jonathan Callus tel: 21465869 mob: 79296399 Mons Mikiel Azzopardi Str., Siġġiewi www.nickagriculture.com nickagriculture@hotmail.com 29
Diċembru 2018
JOAN’S CRAFTS FOR CHARITY – JOAN LIBRERI
In aid of Missio Malta
I
am a retired Grade 1 teacher, and for the past three years I have been working with Missio Malta as a volunteer, helping the third world countries by donating all profits I make when selling school resources, workbooks, books and folders, personalized keychains and more, which I prepare myself. I have worked on and sponsored many projects, namely in Zambia, Zimbabwe and India. Some of last year’s projects carried out in Zambia include: 2 boreholes (wells) and an outstation (church) roofing and finishings. This year was very fruitful too, since I managed to sponsor quite a few projects: In 30
Zimbabwe training for animators of Missionary Childhood and garment making for the poor children were financed, in Zambia donations were given for school furniture and resources for a school built by ‘Il‑Proġett’, for The Sisters Of Charity’s Ecole Saint Joseph De Bouar a Catholic school in Central African Republic, French textbooks were bought for poor children, in Nairobi sponsorship of 10 Blinding Eye Surgeries at The Lions Sight First Eye Hospital were paid for, and in India we paid for school resources and sponsored part of a room in an orphanage rebuilt by ‘Il‑Proġett’ this summer.
It is so rewarding when you see the outcome of all these projects. Many send photos and put up a plaque with my logo: JOAN’S CRAFT
FOR CHARITY ‑ In Aid of MISSIO. I participate in fairs and I am invited to many schools around Malta. I also sell from my house in Sliema. If you are interested you can kindly visit my Facebook page: JOAN’S CRAFT FOR CHARITY or JOAN LIBRERI. Every purchase you make helps towards these projects. Looking forward to sponsoring a new project with your help. Thank you very much!
KULTURA MALTIJA – JOSEPH C. CAMILLERI
Diċembru 2018
Id‑devozzjoni lejn l‑Immakulata Kunċizzjoni f’Malta
I
Dan it‑twemmin ħareġ permezz ta’ bolla bl‑isem ta’ ‘Ineffabilis Dei’. Il‑Papa pproklamaha bħala domma tat‑twemmin fl‑Immakulat Konċepiment ta’ Marija. Kien fis‑sena 1858 li l‑Madonna stess ikkonfermat din il‑verità f ’Lourdes. Hija kellmet lil Bernardina u qaltilha: “Jien l‑Immakulata Kunċizzjoni.” Iżda d‑devozzjoni lejn l‑Immakulata ma bdietx fis‑seklu 19. Il‑Knisja
Nisranija tal‑Lvant daħħlet din id‑devozzjoni Marjana fis‑seklu 7, filwaqt li l‑Knisja Nisranija tal‑Punent daħħlitha fis‑seklu 9. L‑ewwel li daħlet din id‑devozzjoni kien f ’Napli u wara nxterdet fl‑Ingilterra, fl‑Irlanda u fil‑bqija Il‑vara titulari tal‑Immakulata Kunċizzjoni li tinsab fil‑Kolleġġjata Marija Immakulata tal‑Ewropa. ta’ Bormla. F’Malta, id‑devozzjoni hija qadima u għalhekk fil‑knisja ta’ San Frangisk insibu knejjes, kappelli, ta’ Purtirjal fil‑Belt Valletta. niċeċ, triqat u anke Din il‑fratellanza kellha fratellanzi ddedikati l‑privileġġ li tuża l‑lewn lill‑Immakulata Kunċizzjoni. ċelesti għall‑festa liturġika Skond il‑kittieb Ferres, tal‑Kunċizzjoni. 50 sena f ’Malta kien hawn f ’dawk mid‑definizzjoni tad‑Domma iż‑żminijiet 14‑il knisja tal‑Immakulata, il‑membri ddedikati lill‑Immakulata, u tal‑fratellanza ħadmu 2 f ’Għawdex. biex issir dik l‑istatwa tal‑Kunċizzjoni li hemm Fratellanzi fi Triq ir‑Repubblika tal‑Kunċizzjoni mal‑faċċata tal‑knisja ta’ Santa Fis‑sena 1637, twaqqfet Barbara. Barra mill‑fratellanza fratellanza tal‑Kunċizzjoni tal‑Belt, hemm oħra 31
Ritratt: www.cospicuaparish.org.mt
t‑8 ta’ Diċembru hija festa pubblika. Fl‑imgħoddi din kienet festa kmandata, fejn in‑Nisrani kellu l‑obbligu tas‑smigħ tal‑quddiesa. Kien fit‑8 ta’ Diċembru tas‑sena 1854, li Papa Piju IX iddefinixxa li l‑Madonna, sa mill‑ewwel mument tat‑tnissil tagħha, kienet meħlusa mit‑tebgħa tan‑nisel. Dan seħħ bis‑saħħa tal‑merti minn qabel ta’ Ġesù Kristu li kellu jitwieled minnha. Kien il‑Franġiskan Dun Skotus li għallem li Marija ġiet mifdija minn Ġesù bħalna. Aħna ġejna mifdija wara li waqajna, iżda Marija ġiet mifdija billi ma ħallihiex tittebba’.
KULTURA MALTIJA – JOSEPH C. CAMILLERI
fl‑Imqabba, fil‑Qrendi u f ’Ħal Tarxien. Il‑fratellanza tal‑Imqabba torganizza l‑festa tal‑Madonna tal‑Ġilju, filwaqt li dik tal‑Qrendi tagħmel il‑festa tal‑Madonna ta’ Lourdes.
ta’ Pawlu Burlò nbniet knisja. Ix‑xogħol sar meta Dun Edgar Vella kien qed jieħu ħsieb il‑komunita` Nisranija tal‑post. Billi dan miet fl‑għomor ta’ 43 sena, ma kellux ix‑xorti li jara l‑knisja Il‑knisja tal‑Kunċizzjoni fil‑Ħamrun. mitmuma għal kollox. Il‑knisja kien Antonju Attard, li kien saret parroċċa fl‑1 ta’ mill‑Imsieraħ. Ta’ min jgħid li Jannar 1968, u l‑ewwel l‑art li fuqha telgħet il‑knisja kappillan kien Bormliż, ngħatat mill‑familja Aquilina. Dun Ġużepp Mifsud Il‑knisja ġiet ikkonsagrata Bonnici. L‑istatwa titulari nhar it‑13 ta’ Frar 1966, hija rigal tal‑fratellanza mill‑Isqof Monsinjur tal‑Immakulata Kunċizzjoni Emmanuele Galea. tal‑Belt Valletta. Knejjes oħra F’Sant’Andru, insibu t‑tielet L‑Imsida kellha l‑ewwel knisja li hija ddedikata knisja parrokkjali ddedikata lill‑Kunċizzjoni. L‑ewwel lill‑Kunċizzjoni. Din kienet ġebla tpoġġiet fis‑7 ta’ Mejju viċin l‑Għajn tal‑Ħassellin. 1964, nhar il‑festa ta’ Lapsi, Parti mill‑knisja hija mill‑arċisqof Monsinjur mħaffra fil‑blat. Knisja Mikiel Gonzi. Il‑parrinijiet ta’ oħra tal‑Kunċizzjoni tinsab din il‑knisja kienu l‑Prepostu fiż‑Żurrieq, fl‑inħawi ta’ Birkirkara, Monsinjur tan‑Nigret, u ġiet mibnija Sciberras Psaila u l‑perit fis‑sena 1739. Biswit din Roger Degiorgio. Dan il‑perit il‑knisja hemm palazz li bejn kien dak li ħażżeż il‑pjanta ta’ is‑snin 1883 u 1885 kienu din il‑knisja. Il‑knisja telgħet joqogħdu fih il‑patrijiet meta Monsinjur Stiefnu Benedittini. Illum, minflok Borg kien qed jieħu ħsieb din il‑patrijiet hemm is‑sorijiet il‑komunità. L‑imgħallem ta’ Nuzzu. Knejjes oħra
Parroċċi F’Malta hawn tliet parroċċi ddedikati lill‑Kunċizzjoni. L‑eqdem waħda hija dik ta’ Bormla li ilha parroċċa ’l fuq minn 400 sena. Din saret kolleġġjata fis‑sena 1822. Il‑kwadru titulari ġie nkurunat fil‑25 ta’ Ġunju 1905, mill‑Kardinal Legat Domenico Ferrata. Dan hu xogħol Pietru Pawl Caruana. L‑istellarju tal‑istess kwadru tpoġġa madwar ras il‑Madonna mill‑Kardinal Federico Tedeschini fis‑sena 1955, b’tifkira taċ‑ċentinarju tad‑Domma tal‑Kunċizzjoni. Matul it‑Tieni Gwerra Dinjija sew il‑kwadru titulari u sew l‑istatwa titulari tal‑Kunċizzjoni ttieħdu fil‑knisja ewlenija ta’ Santa Liena f ’Birkirkara. Dawn ittieħdu lura permezz ta’ pellegrinaġġ nhar id‑19 ta’ Novembru 1944. It‑tieni parroċċa hija dik tal‑Ħamrun. Il‑bidu ta’ din il‑parroċċa kien Pawlu Burlò li kien Bormliż. Hu kien ħabrek sabiex iwaqqaf kappella u oratorju għad‑duttrina. Wara l‑mewt 32
Ritratt: www.quddies.com.mt
Diċembru 2018
Diċembru 2018
u ta’ Ħal Lija jinsabu fir‑raħal stess. Fil‑Furjana hemm żona magħrufa Sarrija. L‑isem ġej minn knisja mibnija minn membru tal‑Ordni, Fra Martino De Sarria. Għall‑ewwel Il‑vara titulari tal‑Immakulata Kunċizzjoni kienet kappella li tinsab fil‑knisja tal‑Ibrag. u wara telgħet knisja. Dan kien fis‑sena Franġiskani, fir‑Rabat, hemm 1678. Din saret bħala statwa tal‑Kunċizzjoni, li ringrazzjament mill‑Gran hija xogħol Salvu Psaila. Mastru Nikol Cotoner Fil‑Qala hemm santwarju tal‑wegħda għall‑ħarsien ddedikat lill‑Immakulata mill‑Pesta l‑Kbira tas‑sena Kunċizzjoni. Il‑kwadru 1675. Il‑kwadru titulari tiegħu hu nkurunat, u hu xogħol Mattia Preti. ċ‑ċerimonja saret mill‑Isqof Fl‑imgħoddi, kull 8 Monsinjur Ġużepp Pace, ta’ Diċembru kienet fl‑1 ta’ Awwissu 1954. toħroġ purċissjoni mill‑Kon‑Katidral ta’ San Referenza: Ġwann u tibqa’ sejra sa Kan. Prep. Joseph Bonello: din il‑knisja. F’Għawdex, ‘Il‑qima lejn l‑Immakulata f ’Malta, fil‑knisja tal‑patrijiet Leħen is‑Sewwa ‑ 5‑12‑1987
Laqgħa ta' formazzjoni missjunarja għal dawk kollha li jħobbu l‑missjoni. Meta: Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Fejn: Uffiċċju ta' Missio, il‑Belt Valletta Ħin: 6:00pm Programm: • Quddiesa ċċelebrata minn Dun Victor Agius, assistent direttur ta' Missio • Brejk li jinkludi te, kafè u 'snack' • Nofs siegħa taħdita 33
Ritratt: www.ibragparish.org
ddedikati lill‑Kunċizzjoni jinsabu fil‑Mosta, fir‑Rabat, f ’San Ġiljan, f ’Bengħajsa, fil‑Mellieħa, fin‑Naxxar u f ’Ħal Lija. Il‑knisja Mostija tinsab fl‑inħawi ta’ Ta’ Qali. Din kienet iġġarrfet fil‑gwerra u reġgħet inbniet oħra minn Dun Salvu Magro. Il‑knisja Rabtija tinsab f ’Wied Gerżuma, filwaqt li dik ta’ San Ġiljan tinsab viċin il‑Palazz Spinola. Din telgħet bejn is‑snin 1687 u 1688, u kien il‑Pirjol Fra Raffaele Spinola li ħallas għaliha. Il‑knisja ta’ Bengħajsa tinsab fl‑inħawi ta’ Kalafrana u nbniet fis‑sena 1882 minn Dun Ġakbu Gauci li kien qassis miż‑Żurrieq. Reġgħet inbniet minn neputih Dun Ġużepp. Wieħed mir‑retturi tagħha kien Monsinjur Professur Pietru Pawl Saydon. Il‑knisja tal‑Mellieha tinsab fl‑inħawi tal‑Aħrax, filwaqt li dawk tan‑Naxxar
TA’ MIN JAĦSEB FUQHA!
Diċembru 2018
id‑dar, li ma tista’ tagħmel xejn għalija. • Għandi dar kbira u lussuża mgħammra b’kollox, li ma tista’ tagħmel xejn għalija.
I
l‑blogger famuża tal‑moda, l‑Amerikana Kyrzayda Rodriguez li mietet ftit ġimgħat ilu fl‑età ta’ 40 sena, wara għaxar xhur tissielet mal‑marda qerrieda tal‑kanċer li kellha fl‑istonku, kitbet dan il‑kliem ftit qabel ħalliet din id‑dinja: • “Għandi karozza ġdida fjamanta pparkjata quddiem
• Għandi kull xorta ta’ ħwejjeġ, żraben u basktijiet ta’ stilisti famużi, li ma jistgħu jagħmlu xejn għalija. • Għandi ħafna flus fil‑kont bankarju tiegħi, li ma jistgħu jagħmlu xejn għalija. • Jien ninsab hawn, mimduda f ’sodda tal‑isptar, meta u xħin irrid nista’ naqbad ajruplan, iżda dan ma jista’ jagħmel xejn għalija.
• Għalhekk, tħalli lil ħadd igiegħlek tħossok ħażin għal dawk l‑affarijiet li m’għandekx, imma kun kuntent/a b’dak kollu li għandek. • Jekk għandek saqaf fuq rasek, min għandu jimpurtah x’tip ta’ għamara fiha darek? • L‑aktar ħaġa importanti fil‑ħajja hija l‑IMĦABBA. • Kun ċert li tgawdi lil dawk li tħobb u taqta’ qalbek qatt minnhom. Għaliex dawn mhux ser ikunu hawn għal dejjem, u meta taf tiġi bżonnhom, taf ikunu ħallew din id‑dinja.”
Ġurnata Għawdex – Betlehem f’Għajnsielem • DATA: Il‑Ħadd 9 ta’ Diċembru 2018 • TLUQ MIT‑TERMINAL TAĊ‑ĊIRKEWWA: 9:45am • TRASPORT MINN FEJN L‑ISTITUT KATTOLIKU L‑FURJANA U LOKALITAJIET OĦRA: (€5 ‘two way’) • PREZZ: €20 il‑kbar – tfal b’xejn
(Jinkludi platt għaġin, inbid, ‘softdrink’, kafè jew te u deżerta, 5 biljetti tat‑tombla u trasport madwar Għawdex biss)
• LURA MALTA: Mal‑vapur tal‑5:15pm
Nibdew billi nżuru suq, quddiesa fis‑Santwarju Nazzjonali ta’ Pinu, platt għaġin bnin u 5 logħbiet tombla. Nispiċċaw il‑ġurnata bi żjara lill‑presepju ħaj Betlehem f'Għajnsielem. (Biljetti tal‑vapur mhux inklużi fil‑prezz)
Għal aktar informazzjoni u biex tirriserva post ċempel fuq: 2123 6962 34
Diċembru 2018
Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel
21236962
AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK
Abbona issa fi Klabb Missio Tfal għal €5 biss fis‑sena. Mhux biss tkun qed tgħin lit‑tfal anqas ixxurtjati, imma wkoll tieħu pjaċir tiltaqa' ma' tfal ġodda. Niltaqgħu darba fix‑xahar biex flimkien nitgħallmu, norganizzaw xi attivitajiet, nagħmlu l‑krafts u ntellgħu xi drammi. Dan filwaqt li nitolbu għal tfal oħra madwar id‑dinja kollha. Ma' kull abbonament ta' sena tingħata 'discount card' li tissarraf f'diversi ħwienet popolari.
FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI KLABB MISSIO TFAL GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Klabb Missio Tfal, Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Diċembru 2018
CHOKLADBOLL MILL‑IŻVEZJA
Metodu: • Ġo skutella kbira ħallat flimkien b’imgħarfa tal‑injam il‑butir, iz‑zokkor, l‑intrita u l‑gallettini. • Żid il‑kokotina, l‑essenzi tal‑lewz u tal‑vanilja u x‑xorb, u ħawwad sew flimkien. • Bil‑mod itfa’ l‑ħalib magħqud u ibqa’ ħawwad sakemm it‑taħlita tifforma f ’ballun. • Jekk it‑taħlita tiġik maħlula, żid ftit ieħor frak tal‑gallettini.
Għandek bżonn:
• 300 gramma butir bla melħ (imdewweb) • 150 gramma zokkor ‘castor’ • 400 gramma intrita pura • 2 pakketti gallettini semi‑sweet (imfarrka) • 3 mgħaref kokotina • kuċċarina essenza tal‑lewż • 2 kuċċarini essenza tal‑vanilja • Bott ħalib magħqud • Grokk brandi jew vermut • Kowkonat imfarrak
• Ġo skutella oħra itfa’ ftit kowkonat imfarrak. • B’imgħarfa tal‑metall ħu ftit ftit mit‑taħlita, iffurmaha f ’blalen żgħar u gerbibhom fil‑kowkonat sa ma jinksew kollha. • Poġġi l‑blalen f ’reċipjent ċatt u ħallihom fil‑friġġ sa meta tkun ser isservihom.
Smaklig Måltid! (L‑Ikla t‑Tajba!)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Diċembru 2018
For that Perfect Christmas Gift, visit us....
37
KOMPETIZZJONI ‑ DIĊEMBRU 2018
Diċembru 2018
SUDOKU
8
Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
7
5
6
9
1
5
3
2 8
6
3 9
1
1 3
1 1
6 3
4 8
2
8
2
9 4
7
5
Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________ 6 8 1 5 4 2 9 3 7
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Ottubru 2018: Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Lino Schembri mill‑Ħamrun. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.
4 3 9 7 8 1 2 5 6 7 2 5 6 3 9 8 4 1 8 4 7 3 2 5 1 6 9 1 9 6 8 7 4 5 2 3 3 5 2 1 9 6 7 8 4 2 7 4 9 5 3 6 1 8 5 6 8 4 1 7 3 9 2 9 1 3 2 6 8 4 7 5
W
Nitbissmu ftit:
aħda mara kellha r‑raġel jisker kuljum. Għamlet minn kollox biex taqtagħlu l‑vizzju tax‑xorb, iżda kollox kien għalxejn. Darba fetħet qalbha ma’ ħabiba tagħha u qaltilha: ‘Ma nafx x’ser naqbad nagħmillu iżjed biex jaqta’ dal‑vizzju misħut tax‑xorb.’
xitan u xħin fetaħ il‑bieb, werżqet waħda u qaltlu: ‘Hawn int, fejn sejjer?’ Dak inħasad u bis‑sakra li kellu fuqu lanqas għarafha u għalhekk qalilha: ‘Int min int?’
‘Ħalli ngħidlek x’għandek tagħmel,’ qaltilha seħbitha, ‘Xħin ikun ġej ilbes ta’ xitan u agħtih qatgħa taparsi deherlu x‑xitan.’
‘Jien ix‑xitan,’ qaltlu dik b’leħen oħxon.
Hekk għamlet dik. Xħin kien wasal il‑ħin li jiġi r‑raġel tagħha f’nofs ta’ lejl, libset ta’
‘Għall‑erwieħ x’qatgħa tajtni, ħsibtek il‑mara tiegħi.’
38
Diċembru 2018
Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq
Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb
• John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Paul Schembri minn Ħal Balzan • Valletta 2018 Foundation • CM Care Business Centre Tas‑Swatar
• 04 ta’ Jannar 2018 Frans Saliba mill‑Mosta • 14 ta’ April 2018 Carmelo Borg mill‑Mosta • 27 ta’ Mejju 2018 Collin Muscat mill‑Mosta • 15 ta’ Settembru 2018 Philippa Frendo • 23 ta’ Settembru 2018 Alfred Borg mill‑Ħamrun • 24 ta’ Settembru 2018 Leonard Debono minn Ħal Kirkop • 02 ta’ Ottubru 2018 Mikelina Cordina minn Tas‑Sliema • 07 ta’ Ottubru 2018 Francis Zammit minn Ħal Safi • 13 ta’ Ottubru 2018 Saver Sant mill‑Mosta • 15 ta’ Ottubru 2018 Joe Borg mill‑Mosta • 27 ta’ Ottubru 2018 Antoinette Pace • 30 ta’ Ottubru 2018 John Livori mill‑Birgu • Lucy Attard minn Santa Luċija • Nazzareno Mifsud mill‑Mosta
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kutri biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin.
GRAZZI.
• Anthony Azzopardi mill‑Furjana • Familja Spiteri u nies oħra minn Ħal Għaxaq Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. • Grazzi wkoll lil Carmena Farrugia miż‑Żurrieq li tat kobob tas‑suf u lil Carmen Buhagiar, Grace Ellul u Victoria Sacco minn Ħal Kirkop li taw oġġetti għall‑bażar. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?
Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39
Diċembru 2018
Services provided: Chauffeur-drive service Car rental Leasing Wedding service Executive VIP service All cars are fully air-conditioned and with uniformed drivers. 185, Annibale Preca Street, Lija. Telephone: 21442530 / 21447564 Mobile: 99424098 / 99884049 Website: www.percius.com Email: info@percius.com
Lorem Elementary Science F 40