a in
NEWSPAPER POST AWWISSU 2019 SENA 87
md t m a Mgħ ibgħu um
02 Is‑Sulfarina Li Qabbdet In‑Nar 08 L‑Impossibbli Huwa Possibbli 10 Avukatessa Tal‑Ħabsin 14 Tfal Jeħilsu Lit‑Tfal għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Awwissu 2019
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Is‑sulfarina li qabbdet in‑nar
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm • Tel: 20330015 Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa:
2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 14 Santa Infanzja 18 Joan’s Crafts For Charity 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 Ġità ma’ Missio 26 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Il‑Padri Kristjani tad‑Deżert 32 Esperjenza Missjunarja 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Mara Etjopjana titlob b'xemgħat f 'idejha waqt ċelebrazzjoni reliġjuża. 2
P
auline Marie Jaricot twieldet u tgħammdet nhar it‑22 ta’ Lulju 1799 f’Lyon, Franza. Kienet l‑aħħar wild fost sebgħa ta’ Antoine u Jeanne Jaricot. Dik il‑ħabta, Lyon kienet belt famuża għall‑industrija tal‑ħarir. Il‑familja Jaricot kienu merkanti tal‑ħarir, u Pauline u ħutha trabbew ta’ sinjuri, u kienu meqjusa bħala familja ta’ klassi għolja. Fl‑età ta’ ħmistax‑il sena, Pauline kellha inċident ikrah fejn waqgħet mill‑għoli. Ftit żmien wara, ommha mietet u b’hekk Pauline għamlet xhur sħaħ sa ma fieqet kemm emozzjonalment kif ukoll fiżikament. Meta fieqet, it‑tfajla ppruvat tkompli tgħix il‑ħajja lussuża ta’ qabel, iżda ħassitha bla ħeġġa għaliex f’qalbha riedet tħobb lid‑dinja kollha, bla qies u bla limitu. Kellha xewqa kbira li tgħin lill‑missjonijiet taċ‑Ċina
Awwissu 2019
u tal‑Istati Uniti; xewqa li rawwimhielha ħuha sentejn akbar minnha, Phileas, li kien qed iħejji ruħu għas‑saċerdozju u li kien għamel xi żmien missjunarju. Pauline rat li dik kienet il‑vokazzjoni tagħha; li ssir missjunarja tal‑imħabba ta’ Alla. Bdiet temmen li biex verament tgħin lill‑proxxmu kellha tressqu lejn Alla. Jum fost l‑oħrajn, fl‑età ta’ tmintax‑il sena, Pauline kellha viżjoni ta’ żewġ imsiebaħ; wieħed bla żejt u l‑ieħor imfawwar biż‑żejt li kien qed iferra’ fil‑vojt. Għat‑tfajla, il‑musbieħ il‑vojt kien jirrappreżenta l‑fidi dgħajfa fi Franza, filwaqt li l‑musbieħ imfawwar kien jirrappreżenta l‑fidi tal‑Kattoliċi fil‑missjoni. Pauline emmnet li jekk tagħti għajnuna lill‑fidi fil‑missjoni, din iż‑żerriegħa tikber u tagħti l‑frott. Għalhekk, Pauline ħolqot pjan biex tgħin lill‑missjunarji billi ġabret ħaddiema mill‑fabbrika tal‑ħarir li kienu jaħdmu magħhom, fi gruppi t’għaxra, imsejħa ‘ċrieki t’10’. Kull persuna fil‑grupp kellha titlob kuljum għall‑missjonijiet u toffri munita fil‑ġimgħa. Barra minn hekk kull membru tal‑grupp ried isib għaxar persuni oħra li jagħmlu l‑istess. Minkejja l‑oppożizzjoni li sabet mis‑saċerdoti fil‑parroċċa ta’ Lyon, Pauline baqgħet tinsisti, u f’sena kellha 2,000
membru fiċ‑‘Ċrieki t’10’. Fl‑1922, is‑soċjetà flimkien B’hekk il‑ħolma ta’ tfulitha, li ma’ tliet soċjetajiet oħra tgħin lil dawk fil‑bżonn, bdiet mwaqqfa biex jgħinu issir realtà. Għal xi żmien, lill‑missjoni, saru Pontifiċji l‑idea tat‑tfajla ngħatat il‑ġenb u mxew lejn Ruma taħt għaliex bdew jinbtu ideat oħra id‑direzzjoni tal‑Papa. Pauline mingħand nies differenti. Jaricot mietet nhar id‑9 F’Mejju 1822, grupp ta’ ta’ Jannar 1862. Fl‑1963, rġiel imsejħa ‘Les Messieurs’, Papa Ġwanni XXIII, iltaqgħu biex jiddiskutu iddikjaraha Venerabbli. kif setgħu jiġbru fondi Il‑proċess tal‑beatifikazzjoni għall‑missjoni f’Louisiana u kanonizzazzjoni għadu permezz ta’ pjan simili għaddej. Kull minn jaqla’ xi għal dak ta’ Pauline. Iżda grazzja bl‑interċessjoni ta’ raġel mill‑grupp ma qabilx din il‑venerabbli (ara t‑talba), u insista li kellhom jgħinu għandu jikkuntattja lill‑missjonijiet ta’ kullimkien. lid‑Direttur ta’ Missio Malta, Fl‑aħħar intlaħaq ftehim, u Mons. Valent Borg. flimkien ma’ Pauline, ‘Les Messieurs’ bdew PRAYER jiġbru fondi b’risq to obtain the Mira cle by her intercess ion il‑missjonijiet fid‑dinja kollha. Dan kien ta’ Lord gwadann għad‑dinja You inspired Pauli ne Marie Jaricot the foundation of with the Society for the u tabilħaqq kif qalet Propagation of the the organisation Faith, of the Living Rosa and the true dedic Pauline stess, hija ry ation to the redem ption of the work ing world. kienet is‑sulfarina Grant that throug h her intercession we may obtain th li qabbdet in‑nar! e healing of... which we beseech in accordance wi U hekk fl‑1822 th Your Will. Hasten, Lord, th twaqqfet is‑Soċjetà e day when the Ch urch may celebrate the saintliness of her May Christians eve life. tal‑Propagazzjoni rywhere be inspir to dedicate themselv ed by her example es to spreading the tal‑Fidi. Ftit Good News of the so that all men an Gospel, d women througho ut the world taż‑żmien wara, may come to know your boundless Lo ve, manifested in Ou r Lord Jesus Chris Pauline waqqfet who lives and rei t, gns with You in th e unity of the Ho l‑Assoċjazzjoni ly Spirit, for ever and ever. AMEN. tar‑Rużarju Ħaj (With Ecclesiasti cal Approval, 28 De cember 2002) bl‑istess metodu Please contact the address below indic ating any Graces received through th ta’ ‘ċrieki’, biex e intercession of Venerable Paulin Marie Jaricot: ex e traordinary cures tgħin lill‑foqra. , conversions or exceptional favou rs. Dan wassal Society for the P biex it‑tfajla roPagation of 12, Rue Sala - 69 the faith 287 LYON Cedex spiċċat waqgħet 02 - FRANCE fid‑dejn. 3
Awwissu 2019
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
a in
120 Qassis minn Missio jiltaqgħu f’Ruma d m m ut a ħ Mg ibgħ um
I
l‑Laqgħa Ġenerali tad‑Diretturi Nazzjonali tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji, illum magħrufa bħala Missio, saret bejn it‑Tnejn 27 ta’ Mejju u s‑Sibt 1 ta’ Ġunju 2019, f’Sacrofano
4
li jinsab madwar 50 minuta bogħod miċ‑ċentru ta’ Ruma. Għal din il‑laqgħa attendew madwar 120 qassis, kollha ġejjin mill‑ħames kontinenti tad‑dinja. Id‑diskorsi saru bit‑Taljan,
bl‑Ingliż, bil‑Franċiż, bl‑Ispanjol u bil‑Portugiż. Kellna nies imħarrġa apposta biex jittraduċu dak li jkun qiegħed jingħad f’diversi lingwi. Il‑ġurnata kienet tibda bil‑quddiesa li fiha kien isir it‑tifħir ta’ sbieħ il‑jum.
Wara din il‑ġimgħa ta’ laqgħat, saru tliet laqgħat oħra ta’ informazzjoni dwar l‑Opri Missjunarji Pontifiċji lid‑Diretturi Nazzjonali ġodda, fosthom jiena.
jagħmel l‑għażla ta’
jkollu formazzjoni Biblika, teoloġika, spiritwali u kateketika, u jaqsam il‑ġid materjali tiegħu u jissieħeb fis‑salib ta’ Ġesù bl‑offerta tiegħu għall‑bżonnijiet tal‑missjoni.
B’SMS ta’ €2.33 tkuntkun qed titma’ B’SMS ta’ €2.33 qed 7 t’itfal għal għal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.
F’dawn il‑laqgħat kien hemm enfasi fuq il‑bżonn li kull Nisrani għandu:
jfittex li jfassal ħajtu fuq ix‑xhieda mogħtija minn ħafna qaddisin missjunarji, martri u konfessuri tal‑Knisja mxerrda mad‑dinja kollha,
B’SMS B’SMSta’ta’€6.99 €6.99tkun tkunqed qed tixtri l‑kotba għalgħal tifel tifel jew tifla tixtri l‑kotba jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika.
Ġesù f’ħajtu u jfittex li jiltaqa’ mal‑istess Ġesù fl‑Ewkaristija, fil‑Kelma ta’ Alla u fit‑Talb,
sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99
Wara kellna l‑kolazzjon u immedjatament wara kienu jibdew il‑laqgħat li jibqgħu għaddejjin sat‑8:00pm, b’waqfa għall‑ħin tal‑pranzu u taċ‑ċena. Kif kien mistenni, dawn il‑laqgħat iffukaw fuq is‑suġġett magħżul mill‑Papa bi tħejjija għax‑xahar straordinarju ta’ Ottubru 2019 li fih niċċelebraw il‑Ġurnata Missjunarja. It‑tema ta’ din is‑sena hija: ‘Mgħammdin u Mibgħuta. Il‑Knisja b’Missjoni Għal Għand il‑Ġnus.’ Il‑Papa għażel dan is‑suġġett b’konnessjoni mal‑preokkupazzjoni ta’ Papa Benedittu XV kif stqarr hu stess fl‑Ittra Appostolika ‘Maximum Illud’ li ħarġet f’Novembru 1919.
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
Awwissu 2019
50 ġrajja miktuba minn ħutna
missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni.
Ċempel fuq: 2123 6962/ 2033 0015 PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt
Prezz:
€ 12 5
Awwissu 2019
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Intenzjoni Missjunarja: Awwissu 2019 “Nitolbu sabiex il‑membri fil‑familja, permezz tal‑ħajja tagħhom ta’ talb u mħabba, isiru dejjem aktar ‘skejjel ta’ tkabbir umanitarju ta’ veru’.”
F
’
dan ix‑xahar, fil‑qalba tal‑festi f’pajjiżna, mistednin sabiex nitolbu għall‑familji tagħna ħalli huma wkoll ikunu ħmira tajba għall‑familji ta’ għada. Kemm huwa importanti li nitolbu għall‑familji tagħna li huma l‑qawwa tal‑Knisja? Jekk il‑familji jkunu dgħajfa jkollna dinja dgħajfa u Knisja dgħajfa. Nitolbu 6
fuq kollox sabiex il‑familji jkunu l‑benniena tal‑ħajja fejn il‑ħajja tal‑bniedem tiġi rispettata mill‑bidu sat‑tmiem tagħha. Jekk il‑familja tibda toqtol lil uliedha tispiċċa l‑umanità fid‑dinja. Għalhekk, il‑familji mibnija fuq it‑talb u l‑imħabba vera għandhom din il‑missjoni speċjali sabiex jgħixu u jxandru l‑evanġelju tal‑ħajja kif kien qalilna Papa San Ġwanni Pawlu II. Anke Papa San Pawlu VI, permezz tal‑Eżortazzjoni Appostolika tiegħu dwar l‑Evanġelizzazzjoni tad‑Dinja Moderna, ‘Evangelii Nuntiandi’ tat‑8 ta’ Diċembru 1975, kien kompla l‑iżvilupp ta’ dan il‑ħsieb fil‑Knisja dwar il‑familja. Għalhekk, mela l‑familja hija sors ewlieni, enerġija u qawwa għal
din l‑evanġelizzazzjoni tal‑identità Nisranija. Hija ‘power‑house’ għal din l‑attività Kristjana, indispensabbli għall‑Knisja. Il‑miżżewġin, bħala ministri tas‑sagrament tal‑imħabba, jgħixu mill‑qrib din il‑virtù teologali mibnija fuq l‑fundament bażiku tal‑kmandament il‑kbir tal‑imħabba, jgħixu l‑vanġelu u jxandru dan il‑messaġġ evanġeliku. Il‑Knisja għalhekk jeħtiġilha tiskopri dan it‑teżor kbir ta’ evanġelizzazzjoni li jeżisti fil‑ħajja tal‑familja. Il‑‘Lumen Gentium’ tal‑Konċilju Vatikan II fin‑numri 33‑36, tgħidilna li dan il‑ministeru ta’ mħabba konjugali tal‑miżżewġin għandu l‑bidu tiegħu fil‑maghmudija li permezz tagħha kull Nisrani jsir missjunarju għall‑evanġelizzazzjoni.
Awwissu 2019
Huwa msejjaħ sabiex jaqsam ma’ Kristu l‑ħidma profetika, regali u dik saċerdotali. Din is‑sejħa Kristjana tkompli fil‑ħajja tal‑miżżewġin
meta jqaddsu s‑sagrament taż‑żwieg fil‑Knisja u għall‑Knisja. F’dan l‑ambjent san tal‑familja jkollna valuri tassew sodi, tal‑fedeltà,
tal‑imħabba, tal‑ospitalità, tal‑ħajja u tal‑ġustizzja. B’dan il‑mod il‑familji jkunu tassew id‑dar vera u bżonnjuża għall‑umanità kollha.
LOTTERIJA B’RISQ IL‑MISSJONI 2019
Permit: MGA/NPG/162/2019
Ġwanni 4:14
Data tat‑Tlugħ: 27 ta’ Settembru 2019 Ħu sehem f’din il‑lotterija billi tixtri l‑biljetti kollha u ibgħathom lil Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 sa mhux aktar tard mis‑26 ta’ Settembru 2019.
Prezz ta’ folja sħiħa (25 biljett) €10 Ċekkijiet għandhom jiġu indirizzati lil Missio Malta.
(V0/1178)
LOTTERY IN AID OF THE MISSIONS ‑ www.missio.org.mt
LOTTERIJA 2019 ‑ B'RISQ MISSIO MALTA
Il‑biljetti ser jibdew jitqassmu matul dan ix‑xahar ‑ Ħafna premjijiet sbieħ fosthom: Air‑Conditioner, Sailing Days u Hotel Stays.
BAŻAR
a. Grazzi. ħ g im ġ l‑ fi qar ġurnata im id ’ t a q q a ħu jagħtu d g t s ji li a r ie t nn ta’ volun o ż b a n d n a Għ
Q S I R ’ B AKolloxR BA Żgħall‑prezz ta’ €0.50.
I N O J S IL‑MIS
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN
Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7
Awwissu 2019
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – VIKKI
L‑impossibbli huwa possibbli
I
s‑suċċess ta’ Elisabeth fin‑negozju f ’żoni fejn in‑nisa jitqiesu inferjuri għall‑irġiel, huwa prova ċara ta’ kemm in‑nisa huma kapaċi daqs l‑irġiel sabiex ikunu fit‑tmun tat‑tmexxija. Elisabeth hija mara li minkejja li tmexxi diversi negozji, fl‑istess ħin hija kapaċi tipprovdi l‑ikel mhux biss għall‑familja tagħha, iżda wkoll għall‑komunità fejn tgħix. Minkejja s‑suċċessi tagħha, is‑sitwazzjoni mhux minn dejjem kienet hekk għal Elisabeth Obubuafo. Elisabeth, bħal kull mara oħra fid‑dinja, kellha ħafna xewqat, fosthom viżjoni ta’ karriera sabiħa u l‑ħolma li tkun kapaċi toffri ħajja komda għall‑familja tagħha. Iżda fil‑kultura u fiċ‑ċirkostanzi tal‑komunità 8
fejn trabbiet Elisabeth, dawn ix‑xewqat kienu biss ħolm u kienu prattikament meqjusa bħala impossibbli li jitwettqu minn mara li tgħix fil‑Ghana. Elisabeth hija wild ta’ familja fqira, trabbiet f ’żoni rurali u ma ħadet l‑ebda edukazzjoni oħra għajr dik primarja.
Hija żżewġet ta’ età żgħira u rabbiet tlett itfal. Minħabba li riedet tieħu ħsieb il‑familja, qatt ma kellha prospetti għall‑karriera b’xogħol tajjeb. Minn meta kienet żgħira bdiet taħdem fil‑qasam tal‑argrikoltura fil‑Lvant tal‑Ghana, f ’komunità żgħira ħdejn Matsekope Epicenter. Iżda ċ‑ċirkostanzi tal‑ħajja ma waqqfux lil Elisabeth milli tagħmel suċċess fiż‑żona fejn tgħix. Elisabeth ma qagħditx titħassar lilha nnifisha u minflok fittxet li tibdel iċ‑ċirkostanzi tagħha kif setgħet. Għaxar snin ilu hija bdiet taħdem mal‑organizzazzjoni li tmexxi l‑proġett bl‑isem ‘The Hunger Project’. Permezz ta’ dan ix‑xogħol Elisabeth kellha l‑opportunità li
Awwissu 2019
tattendi diversi sessjonijiet ta’ taħriġ, fosthom dwar l‑emanċipazzjoni tan‑nisa u korsijiet tal‑litteriżmu għall‑adulti. Bis‑saħħa ta’ dan it‑taħriġ hija kisbet il‑ħiliet u l‑kunfidenza sabiex tibda n‑negozju tagħha, il‑finanzi sabiex tibgħat it‑tfal tagħha l‑iskola u l‑kuraġġ sabiex tasserixxi d‑drittijiet tagħha fid‑dar ma’ żewġha. Permezz ta’ self li joffri l‑proġett ‘The Hunger Project’, Elisabeth kabbret in‑negozju tagħha fil‑qasam tal‑biedja. Fil‑fatt, hija espandiet ir‑razzett tagħha tant li issa huwa sitt darbiet akbar minn kemm kien kbir oriġinarjament. Illum il‑ġurnata Elisabeth
tħaddem in‑nies sabiex jaħdmu l‑art tagħha u għandha wkoll negozji oħra tal‑ħut, tal‑ħwejjeġ u tat‑tjur. Is‑suċċessi fin‑negozju u l‑appoġġ kontinwu tar‑raġel tagħha, għenu lil Elisabeth sabiex iddawwar dak li qabel kien jidher impossibbli, f ’possibbli. Illum Elisabeth hija f ’pożizzjoni finanzjarja tajba sabiex tibgħat it‑tfal tagħha l‑iskola u tipprovdilhom ħajja aħjar, ħolma li sa ftit snin ilu kienet tidher li hija impossibbli li titwettaq. F’żona fejn in‑nisa huma
emarġinati u meqjusa inferjuri għall‑irġiel, Elisabeth Obubuafo hija eżempju brillanti ta’ kif in‑nisa huma kapaċi jmexxu daqs l‑irġiel, kemm fil‑qasam tan‑negozju kif ukoll f ’dak familjari. Informazzjoni meħuda minn www.thp.org
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 9
SAN PIETRU APPOSTLU
Awwissu 2019
Avukatessa tal‑ħabsin Ritratt: www.ucanindia.in
S
or Anastasja Gill hija sinjal ta’ tama għall‑priġunieri foqra li ilhom għal żmien twil fl‑ikbar ħabs fl‑Indja jistennew li tinqatgħalhom il‑kawża. Sor Anastasja qalet li madwar 70 fil‑mija minn madwar 14,200 ruħ li hemm fil‑Ħabs Ċentrali ta’ Tihar, huma akkużati b’reati żgħar. Uħud jibqgħu maqfula l‑ħabs anki wara li jkunu tawhom il‑permess li joħorġu bi pleġġ. Dan minħabba li ma jkunux jistgħu jħallsu s‑somma tal‑flus tal‑pleġġ. Sor Anastasja, li għandha 50 sena, bdiet il‑missjoni tagħha ftit aktar minn 5 snin ilu. Liebsa sari ta’ lewn kannella ċar, din is‑soru hija figura familjari f’dan il‑ħabs fil‑belt kapitali, New 10
Delhi. Sor Anastasja hija avukatessa tal‑kriminal u għandha permess speċjali biex tidħol fil‑ħabs, fejn regoralment toffri għajnuna legali lill‑priġunieri li jkunu fil‑bżonn. Mijiet minn
dawn il‑priġunieri, l‑aktar dawk li jappartjenu lit‑tribù Dalit, jibqgħu fil‑ħabs sempliċiment minħabba li huma fqar wisq u ma jistgħux iħallsu avukat u wkoll għax xi wħud huma illitterati wisq biex ikunu jafu kif jippreżentaw applikazzjoni biex joħorġu fuq pleġġ. Sor Anastasja tgħid li dawn m’għandhom lil ħadd biex jieħu ħsieb il‑każijiet tagħhom. Meta rat li ma tantx kienu jafu dwar il‑proċeduri legali, bdiet tagħmel ‘role‑playing’ fil‑ħabs stess biex tgħallem lill‑ħabsin dwar is‑sistemi legali u tal‑qorti. Sor Anastasja tagħmel dan billi tirreċta xeni qosra sabiex
Awwissu 2019
turihom fejn ikun l‑imħallef u kif jaħdmu l‑proċedimenti tal‑qorti. B’hekk iħossuhom kunfidenti meta jidhru fl‑awla tal‑qorti. Sor Anastasja tispjega lill‑priġunieri dwar id‑drittijiet tagħhom u kif għandhom jippreżentaw il‑fatti tal‑każijiet tagħhom lill‑imħallfin. Minn kemm ilha li bdiet il‑missjoni tagħha, din is‑soru, b’kollox għenet aktar minn 800 persna biex jew joħorġu fuq pleġġ jew biex jinħelsu mill‑ħabs. Sor Anastasja tidher ukoll fil‑qorti f’isem dawk il‑ħabsin li jew ikunu fqar jew abbandunati minn qrabathom u li ma jifilħux iħallsu avukat. Sors Network Dinji ta’ Talb mal‑Papa
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 11
SAN PIETRU APPOSTLU
Awwissu 2019
Ministeru ta’ ispirazzjoni
Ritratt:www.kn.nl
D
un Jaap Borst, missjunarju Olandiż, serva għal 55 sena sħaħ f’Kashmir u postijiet oħra madwar l‑Indja. L‑istil missjunarju tiegħu kien ta’ eżempju u ispirazzjoni għal dawk ta’ madwaru. F’Settembru tas‑sena 1963, Dun Jaap beda x‑xogħol tiegħu fil‑parroċċi ta’ Kashmir u ta’ Jammu.
Huwa kien ukoll id‑direttur spiritwali tal‑iskejjel f’dawn il‑parroċċi. Aktar tard mexa u ħadem minn post għal ieħor madwar l‑Indja kollha. Fost ix‑xogħlijiet tiegħu kien jagħmel diversi irtiri għas‑saċerdoti u reliġjużi. F’Marzu tal‑1991, Dun Jaap mar lura Kashmir fejn kompla jxandar il‑fidi.
Il‑ktejjeb tiegħu ‘On Sharing Your Faith’ tqassam lil ħafna nies. Dun Jaap kien ukoll involut fil‑pubblikazzjoni tat‑Testment il‑Ġdid u Salmi maqlubin għal‑lingwa tal‑post. Aktar tard fil‑ħajja tiegħu, dan is‑saċerdot eżemplari kkonċentra l‑ħidma u l‑isforzi tiegħu biex jaħdem ma’ u fost il‑Musulmani ta’ Kashmiri Village. F’dan ir‑raħal kien hemm skola u ħostel ta’ tfal mhux privileġġjati ġejjin minn familji li jgħixu fil‑moħbi sew f’Shivpura kif ukoll f’Pulwama. Ħafna drabi x‑xogħol ta’ Dun Jaap kien ilaqqgħu ma’ ħafna oppożizzjoni u riskji fuq ħajtu, fosthom ir‑riskju ta’ tkeċċija. Huwa miet fl‑età ta’ 86 sena nhar il‑5 ta’ Settembru 2018. Sors ‘Mission Today’
MISSIO PASTA NIGHT
24TH AUGUST 2019 ‑ KALKARA PARISH CENTRE
• MALTESE PLATTER, 3 TYPES OF PASTA, DESSERT AND A GLASS OF WINE OR SOFT DRINK • ENTERTAINMENT Price €15 Adults, €5 Children Under 3 Free
12
For more information and booking call 2033 0015
Awwissu 2019
13
SANTA INFANZJA – VIKKI
Awwissu 2019
Tfal jeħilsu lit‑tfal Ritratt: www.WE.org
Craig Kielburger.
F
14
tax‑xogħol tagħhom meta jkunu qegħdin jiġu ttrattati ħażin. Kien minħabba f ’hekk li Iqbal Masih safa maqtul fl‑1995. Minkejja li kien għad għandu biss tnax‑il sena, Craig għamel riċerka dwar
Ritratt:www.pakistanchristianpost.com
l‑1995, meta kellu biss tnax‑il sena, Craig Kielburger fetaħ l‑għaqda ‘Free the Children’ (FTC). Illum il‑ġurnata din l‑għaqda hija magħrufa aħjar bħala il‑‘WE Charity’. Kollox beda wara li Craig qara titlu ta’ artiklu fuq gazzetta Kanadiża. L‑aħbar kienet dwar tifel tamparu li kien ġie maqtul. It‑tifel, Iqbal Masih, Pakistani ta’ tnax‑il sena, kien ilu jaħdem f ’fabbrika tat‑twapet minn meta kellu bejn ħames u sitt snin. Kien jaħdem minn filgħodu kmieni sa tard filgħaxija f ’kundizzjonijiet tassew ħżiena. Iqbal kien jiġbor tfal, li bħalu kienu jaħdmu f ’kundizzjonijiet ħżiena, u jħeġġiġhom sabiex isibu l‑kuraġġ biex jitilqu minn fuq il‑postijiet
l‑isfruttar tat‑tfal fuq il‑postijiet tax‑xogħol u wera x‑xewqa lill‑għalliema tiegħu sabiex titkellem fuq dan is‑suġġett fil‑klassi. Kienu ħafna l‑istudenti li wrew interess u offrew l‑għajnuna tagħhom lil Craig. Flimkien ma’ xi wħud minn sħabu tal‑klassi, Craig waqqaf il‑kampanja ‘Kids Can Free the Children’. Fl‑ewwel inizjattiva tagħhom, it‑tfal ġabru iktar
Iqbal Masih.
Awwissu 2019
minn 3,000 firma. Dawn il‑firem kienu ppreżentati lill‑Prim Ministru tal‑Indja sabiex jinħeles mill‑ħabs l‑attivist Kailash Satyarthi. F’Diċembru tal‑1995, meta kien għad għandu biss tnax‑il sena, Craig ivvjaġġa lejn l‑Asja flimkien ma’ ħabib tal‑familja sabiex ikompli jaħdem kontra l‑isfruttar tat‑tfal fuq il‑postijiet tax‑xogħol. Craig jirrakkonta l‑esperjenzi li għadda minnhom matul dan il‑vjaġġ fil‑ktieb tiegħu ‘Free the Children’ u fid‑dokumentarju ta’ Judy Jackson ‘It Takes a Child’. Huwa rnexxielu wkoll jiltaqa’ mal‑Prim Ministru Kanadiż fejn waqt laqgħa ta’ ħmistax‑il minuta biss talab u rnexxielu jikkonvinċi lill‑Prim Ministru sabiex ipoġġi fuq quddiem nett tal‑aġenda tal‑pajjiż il‑ġlieda kontra l‑isfruttar tat‑tfal fuq il‑postijiet tax‑xogħol. Fl‑2004, flimkien ma ħuh Marc Kielburger, Craig ippubblika l‑ktieb ‘Finding Meaning in a Material World’. Fil‑ktieb Marc u Craig jispjegaw il‑prinċipji tal‑filosofija ‘ME to WE’ u l‑importanza li wieħed jagħti servizz lill‑komunità sabiex iwitti t‑triq għall‑kuntentizza. Wara li mexxew b’suċċess il‑programm ‘Leaders Today’,
programm ta’ taħriġ immirat għaż‑żgħażagħ u l‑voluntiera li jduru d‑dinja jagħmlu l‑karità, fl‑2008 is‑subien stabbilixxew l‑intrapriża ‘ME to WE’. Din l‑intrapriża toffri prodotti li joħolqu kuxjenza soċjali, tmexxi diversi programmi ta’taħriġ u torganizza vjaġġi lejn numru ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw madwar id‑dinja, bħall‑Ekwador, l‑Indja u l‑Kenja. Parti mill‑profitti tal‑intrapriża ‘ME to WE’ jingħataw lill‑organizzazzjoni ‘WE Charity’, biex tkun tista’ tkompli tmexxi programmi soċjali f ’diversi pajjiżi. Bħalissa l‑organizzazzjoni ‘WE Charity’ għandha programmi f ’disa’ pajjiżi. Dawn il‑programmi jiffukaw fuq l‑edukazzjoni, l‑ilma, is‑saħħa, l‑ikel u l‑opportunitajiet ekonomiċi. L‑organizzazzjoni tmexxi wkoll programmi għaż‑żgħażagħ fil‑Kanada, fl‑Istati Uniti u fir‑Renju Unit. ‘WE Villages’ u ‘WE Day’ huma tnejn mill‑ħafna avvenimenti li torganizza din l‑organizzazzjoni. Permezz tal‑‘WE Villages’, l‑aħwa Kielburger għenu ’l fuq minn miljun
persuna fl‑Afrika, fl‑Asja u fl‑Amerika Latina sabiex joħorgu mill‑problema tal‑faqar. Filwaqt li permezz tal‑avveniment ‘WE Day’, huma pprovdew programmi ta’ tagħlim lill‑aktar minn għaxart elef skola. Permezz tal‑ħidma tiegħu, Craig bena ’l fuq minn ħames mitt skola għal aktar minn ħamsin elf student f ’wieħed u għoxrin pajjiż differenti. L‑għan ewlieni ta’ Craig huwa li jgħallem liż‑żgħażagħ u lit‑tfal kif għandhom jgħinu lil żgħażagħ u tfal oħra bħalhom, filwaqt li jxerred messaġġi pożittivi favur id‑drittijiet tat‑tfal. Craig irċieva l‑unur ‘The World’s Children’s Prize’ fl‑2006 għall‑ħidma tiegħu bla waqfien sabiex jeħles lit‑tfal mill‑faqar, mill‑abbuż fuq il‑postijiet tax‑xogħol u minn kull tip ta’ abbuż ieħor u vjolenza. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 15
Awwissu 2019
CHILD SPONSORSHIP
€150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.
16
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€20 – platt ross u fażola
€60 – rota għal missier
lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ
ta’ familja biex imur ix‑xogħol biha
€120 – xiri ta’ kotba
€318 – faxex u
€1,500 – bini ta’ ‘toilets’
inkluż materjal reliġjuż lil tfal tal‑iskola
medikazzjoni għal 6 persuni bil‑lebbra għal sena sħiħa
f’diversi skejjel
Awwissu 2019
Ġwanni 4:14
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)
Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25
u kklikkja fil‑parti Donations.
17
Awwissu 2019
JOAN’S CRAFTS FOR CHARITY – JOAN LIBRERI
In Aid of Missio Malta
A
s you probably already know, I am a volunteer with Missio Malta, and I sponsor projects in Third World Countries. I would like to show you some of the material I prepare to sell; maybe if you are interested, you can make an order. I prepare workbooks from Kindergarten to Grade 5,
which are sold either in packs or as singles. These workbooks are very good and appropriate for revision during the scholastic year, before assessments and/ or during the summer holidays. I also prepare a wide selection of resources intended to reinforce letter sounds, spelling, topics, numbers, shapes, grammar
and much more! One can also order one’s personal resources, charts, etc, to their liking. My recent projects with Missio Malta were another sponsorship of 2 Blinding Eye Surgeries at The Lions Sight First Eye Hospital in Nairobi. And recently the funds I collected went for 33
Missio Tfal ser ikun qed jipparteċipa f'Science In The City ‑ 27 ta' Settembru waqt l‑Art Festival u 5 ta' Ottubru waqt Notte Bianca / Fi Triq ir‑Repubblika, il‑Belt Valletta mis‑6pm sa 12am. Fuq l‑istend ser ikunu qed isiru diversi esperimenti tal‑ilma għal tfal ta' bejn il‑ 5 u t‑12‑il sena. 18
Awwissu 2019
Bunk bed for 3 children.
bunk beds, and 50 mattresses and pillows for children at Saint Bassiano Orphanage in Munugode, India. If you are interested you can kindly visit my Facebook Pages: JOAN’S CRAFT FOR CHARITY or JOAN LIBRERI, and make your order. Every purchase you make helps towards my projects. Looking forward to my next project! Thank you very much!
Dear Monsignor Valent, Greetings of the day and happy feast of the Sacred Heart. This is Talia being prepared for the surgery which was done and she is extremely happy and truly thankful. The surgery was successful and she can see properly. Thank you. Fr. Luchidio
Aħna. Flimkien. Is‑Sibt 5Jien. ta' Int. Ottubru l‑voluntiera ta’
Missio Malta ser ikunu qed ibiegħu Kannoli u Mqaret tradizzjonali Maltin fin‑naħa ta’ fuq ta’ Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta, quddiem il‑ħanut Faith, Hope & Charity. 19
Awwissu 2019
“20 sena mil‑lum ser jiddispjaċik aktar għall‑affarijiet li m’għamiltx milli għal dawk li għamilt. Għalhekk, itlaq kollox u esplora, oħlom, u skopri.” Mark Twain
Mark Twain (1835 ‑ 1910) huwa l‑isem fittizju li kien juża l‑kittieb Amerikan Samuel Langhorne Clemens. Twain, li kellu erba’ wlied, kien ukoll bniedem umoristiku, pubblikatur, lekċerer u intraprenditur. Fost iż‑żewġ novelli famużi tiegħu hemm L‑Avventuri ta’ Tom Sawyer u L‑Avventuri ta’ Huckleberry Finn. Minkejja li Twain kien Presbiterjan, beda jħaddan valuri Kristjani aktar tard f’ħajtu, fejn kien jattendi diskussjonijiet reliġjużi u riti Kristjani. Huwa dejjem evita li juri x’fidi kien iħaddan, imma dawn ħarġu wara mewtu meta ġew ippubblikati minn bintu kitbiet u stejjer minn tiegħu. 20
Awwissu 2019
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
21
Awwissu 2019
K
QADDISA TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
Santa Klara ta’ Assisi
lara Offreducio twieldet nhar is‑16 ta’ Lulju 1194 f ’Assisi l‑Italja, f ’familja sinjura u privileġġjata. Minkejja l‑għana li kellha, Klara ma kenitx kuntenta. Ispirata mill‑ideal ta’ Franġisku ta’ Assisi, fl‑età ta’ 18‑il sena, Klara flimkien ma’ ħabibitha Bona di Guelfuccio, iltaqgħu b’mod sigriet mal‑Aħwa ż‑Żgħar (Franġiskani) fil‑knisja ċkejkna tal‑Porzjunkola. Dan seħħ waranofsinhar ta’ Ħadd il‑Palm tas‑sena 1211. L‑imsieħba ta’ San Franġisk żammew t‑torċi mixgħula f ’idejhom u Franġisku qata’ xagħar Klara u libbisha l‑libsa ħarxa tal‑penitenza. Minn dak il‑ħin ’il quddiem Klara saret il‑Verġni Għarusa ta’ Kristu umli u fqir, għaliex kkonsagrat lilha
nnifisha f ’abbandun totali kollha kemm hi għalih. Meta kienet fil‑kunvent ta’ ħdejn il‑knisja ta’ San Damjan, Klara waqfet l‑Ordni tas‑Sorijiet ta’ San Damjan, li wara mewtha bdew jissejħu l‑Klarissi. Bosta nisa, fosthom Anjeże ta’ Praga, illum qaddisa, bint is‑Sultan tal‑Boħimja, ħallew kollox u mxew fuq l‑ideal Franġiskan. Mingħand Papa Gregorju IX, Santa Klara kisbet il‑privileġġ tal‑faqar u li din il‑kariżma tibqa’ ppreservata fil‑komunitajiet femminili li kienu mnebbħa mill‑eżempju ta’ Franġisku u tagħha. Fl‑1224 armata suldati daħlet biex teqred lil Assisi, imma Klara ħarġet f ’idejha ostensorju bl‑Ewkaristija u talbet lil Alla biex jipproteġi lis‑sorijiet, u ħin bla waqt l‑għadu ħarab tellief.
Fl‑1958, Papa Piju XII għażel lil Santa Klara bħala l‑patruna tat‑televiżjoni. Dan minħabba li meta din il‑qaddisa kienet ma tiflaħx ħafna u ma setgħetx tqum mis‑sodda, Ġesù ppermetta li tara l‑quddiesa ta’ Lejlet il‑Milied fuq wieħed mill‑ħitan ta’ kamritha. Santa Klara ta’ Assisi mietet nhar il‑11 ta’ Awwissu 1253. Kien nhar is‑26 ta’ Settembru 1255, li Papa Alessandru IV kkanonizza lil din il‑qaddisa.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Nhar l‑4 ta' Ottubru, fuq il‑Fosos tal‑Furjana, ser jittella' r‑Radio Italia Live Concert bil‑kollaborazzjoni tal‑Malta Hotels & Restaurants Association, il‑Mediterranean Orchestra u kantanti oħra, li ser ikun 'live' fuq il‑palk prinċipali. Matul il‑festival ser ikun hemm stends tal‑ikel u artiġjanat. Missio ser ikun qed jipparteċipa bil‑preżenza ta' diversi persuni li jirrapreżentaw il‑kultura ta' pajjiżi missjunarji. 22
Awwissu 2019
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23
Awwissu 2019
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Ġità ma’ Missio għall-Fiera dei Morti f’Umbria l‑Italja mill‑1 sal‑5 ta’ Novembru 2019 jżuruha ħafna nies, mimlija bi ħwienet ta’ kwalità. Għandha università u skola magħrufa mal‑barranin li jridu jistudjaw it‑Taljan. Wara jkollna ħin liberu.
Il‑Ġimgħa 1 ta’Novembru
N
iltaqgħu l‑ajruport ta’ Malta fil‑11:30am, intiru lejn Perugia mar‑Ryanair FR 8298 (inkluża bagalja toqol 10 kili u qies 55ċm x 40ċm x 20ċm) u naslu fit‑3pm. Bil‑kowċ nibqgħu sejrin lejn il‑Lukanda La Rosetta u wara li nissetiljaw fil‑kmamar, noħorġu dawra maċ‑ċentru tal‑belt. Perugia hija belt mimlija ħajja, b’ħafna bini storiku u mdawra b’ħitan li jipproteġuha. Belt li 24
Massiano fejn insibu aktar minn 500 esebitur ibiegħu prodotti b’offerti speċjali. Fosthom bjankerija, tapiti, inkwatri, fwieħa, kotba, ġugarelli, oġġetti relatati mas‑sajd, mal‑biedja, mal‑kaċċa u mal‑isport, u oġġetti oħra tad‑dar.
Is‑Sibt 2 ta’ Novembru
J
um li se niddedikawh għall‑Fiera dei Morti, fiera li hi l‑akbar waħda fl‑Umbria u waħda mill‑ikbar fiċ‑ċentru tal‑Italja. Wara l‑kolazzjon, inżuru l‑fabbrika taċ‑ċikkulata PERUGINA. Aktar tard naqbdu l‑kowċ u nitilqu lejn Pian Di
Il‑Ħadd 3 ta’ Novembru
W
ara l‑kolazzjon nitilqu bil‑kowċ mil‑lukanda fid‑9am lejn il‑belt ħelwa ta’ Cascia fejn twieldet Santa Rita (1381‑1457) u fejn hemm devozzjoni
Awwissu 2019
kbira lejha. Is‑santwarju tagħha mibni fl‑1947, għandu artal iddisinjat minn Giacomo Manzù. Naraw il‑fdalijiet tagħha u nagħmlu dawra mal‑belt. Inżuru l‑bażilika ddedikata lil Santa Rita u aktar tard inżuru Roccaporena, il‑post tat‑twelid tagħha li qisu post minn ‘fairy tale’. Il‑piramida tal‑blat li tiddomina r‑raħal ta’ Roccaporena ġiet imsejħa Il‑Blata Sagra. Eluf ta’ nies jiġu hawn biex jaraw din il‑blata msejħa Lo Scoglio di Santa Rita. Ikollna ċ‑ċans li niċċelebraw il‑quddiesa tal‑Ħadd flimkien fil‑Kunvent tal‑Patrijiet Agostinjani li hu mmexxi minn patri Malti. Wara mmorru Le Cascate Delle Marmore biex naraw xenarju spettakolari ta’ ilma li jaqa’ mill‑għoli f ’diversi livelli. Spettaklu qisu naturali, imma mibni mill‑bniedem. L‑ewwel xogħol f ’dawn in‑nixxigħat beda fis‑sena 271 Q.K. biex inixxfu għadajjar kbar li kienu jġibu ħafna mard. Saru xogħlijiet oħra fi Żmien ir‑Rumani, fis‑sena 54 Q.K., imma bla suċċess. Fl‑1442, Papa Gregorju XII u fl‑1787, Papa Piju VI tejbu ħafna s‑sistemi biex saru bħalma huma llum. Minnhom jinħoloq l‑elettriku. Naraw l‑ispettaklu tal‑4pm, li jdum sal‑5pm. Lura lejn il‑lukanda f ’Perugia.
It‑Tnejn 4 ta’ Novembru
W
ara l‑kolazzjon, fit‑8.30am nitilqu bil‑bagalji mill‑belt ta’ Perugia lejn Assisi, il‑belt ta’ San Franġisk. Assisi hija meqjusa bħala waħda mill‑isbaħ bliet Medjevali li jinsabu fl‑Italja. Belt żgħira ta’ madwar 25,000 ruħ imperrċa fuq waħda mill‑għoljiet ta’ Umbria, imsemmija sew għax fiha twieled San Franġisk kif ukoll għal ħafna bini u xogħlijiet oħra ta’ arti kbira. Nibdew bil‑Bażilika ta’ San Franġisk mibnija fl‑1253 li tikkonsisti fi tliet knejjes fuq xulxin; dik ta’ fuq miksija b’pittura tal‑famuż Giotto. Minn Piazza Matteotti nimxu lejn il‑Katidral ta’ San Rufino, ngħaddu mill‑pjazza bil‑funtana tal‑iljuni, inżuru Santa Maria sopra Minerva bil‑kolonni Rumani lejn Corso Mazzini, triq mimlija ħwienet sbieħ, u fl‑aħħar lejn il‑Bażilika ta’ Santa Klara fejn hemm il‑kurċifiss li jingħad li kellem lil San Franġisk. Nimxu lejn Chiesa Nuova mibnija fuq id‑dar ta’ San Franġisk u nammiraw il‑ġmiel ta’ knisja ddedikata
lil San Stiefnu, it‑Teatru Metastasio u t‑toroq bil‑ħwienet tas‑‘souvenirs’. Wara, bil‑kowċ nitilqu lejn il‑belt magħrufa ta’ Pisa, mhux biss għat‑torri kbir tagħha, tond tal‑irħam, imxengel u magħruf mad‑dinja kollha, imma wkoll għaċ‑ċentru sabiħ tagħha. Norqdu f ’lukanda f ’Pisa.
It‑Tlieta 5 ta’ Novembru
N
ieħdu kolazzjon fis‑7am u nniżżlu l‑bagalji magħna, biex fit‑8am nitilqu lejn l‑ajruport ta’ Pisa mnejn mat‑titjira tar‑Ryanair FR 9992 naslu lura Malta fis‑1pm. Prezz (jinkludi B&B, biljetti tal‑ajru, taxxi, kowċ, eskursjonijiet u gwida Maltija): Kbar f'kamra doppja ‑ €499 Tfal sa 10 snin ma’ żewġ adulti ‑ €425 Suppliment: 3 ikliet ta’ filgħaxija ‑ €45 Polza ta' assikurazzjoni: 70‑80 sena ‑ €34.50 / 16‑69 sena ‑ €24 3‑15‑il sena ‑ €15 Depożitu: €200 flimkien mal‑ħlas tal‑assikurazzjoni jekk ser tittieħed. Jista’ jkun hemm tibdil fil‑prezz tal‑ajru għal min jibbukkja wara Settembru.
Għall‑aktar informazzjoni jew biex tibbukkja ċempel lil Natasha fuq 2033 0015. Postijiet limitati. 25
Awwissu 2019
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Ix‑xewqa tal‑Papa għas‑sena d‑dieħla
I
l‑Papa qal li ta’ spiss jiftakar fl‑Iraq u wera x‑xewqa li jżur dan il‑pajjiż is‑sena d‑dieħla. Papa Franġisku
jittama li l‑Iraq ikun kapaċi jibni futur paċifiku bbażat fuq l‑elementi tajbin tas‑soċjetà u dawk reliġjużi mingħajr ma jaqgħu lura f’ostilitajiet imqanqla minn kunflitti ta’ poter reġjonali. Il‑komunità Kristjana Iraqqina ta’ ftit mijiet ta’ eluf sofriet persekuzzjoni u tbatija meta l‑Istat Iżlamiku ħadu kontroll tal‑parti l‑kbira
tal‑pajjiż, iżda reġgħu kisbu l‑libertà wara li l‑Ġiħadisti tkeċċew. Din ser tkun l‑ewwel żjara appostolika li qatt saret f’dan il‑pajjiż li jħaddan diversi knejjes tal‑Lvant sew Kattoliċi kif ukoll Ortodossi. Il‑Papa temm jgħid li b’din iż‑żjara ser ikun qed jattendi għas‑sejħa ta’ dawk li sfaw misruqa mit‑tama.
Żraben magħmulin mill‑plastik
S
kont statistika, qed ikun maħsub li sas‑sena 2050 fl‑ibħra ser ikun hemm aktar plastik minn ħut! Ħafna huma dawk li qed jaħdmu fuq strateġiji biex ineħħu miljuni ta’ tunnellati ta’ plastik mill‑ibħra, imma jekk ħadd ma jsib x’jista’ jsir minn dan il‑plastik, dan malajr jerġa’ jsib ruħu lura fl‑ibħra. Kont
taf li l‑fliexken tal‑plastik ma jistgħux jiġu reċiklati fi fliexken tal‑plastik ġodda? U għalhekk il‑plastik, diment li jkun inħoloq, ma jista’ qatt jinqered. Il‑kumpanija Adidas qed tgħin tnaddaf l‑ibħra u l‑oċeani billi tistad għall‑fliexken tal‑plastik u tużahom biex tagħmel iż‑żraben tal‑isport. Adidas qed tippjana li tagħmel
miljun par żarbun tal‑isport minn ħdax‑il miljun flixkun tal‑plastik miġbura mill‑oċean qrib il‑Maldivi. Diġà dawn iż‑żraben jinsabu għall‑bejgħ minn siti fuq l‑internet għall‑prezz ta’ bejn il‑$50 u l‑$150.
Katina ta’ Rużarju
B
iljun Ave Marija li bihom nagħtu merħba lil Sidtna Marija. Kien nhar il‑Ġimgħa 28 ta’ Ġunju li saret katina ta’ Rużarju għall‑qdusija tas‑saċerdoti, madwar id‑dinja kollha, dakinhar li l‑Knisja ċċelebrat is‑Solennità tal‑Qalb ta’ Ġesù. Din is‑sena
26
kienet l‑għaxar darba li ġiet organizzata din il‑katina ta’ Rużarju minn mijiet ta’ postijiet differenti fis‑sitt kontinenti, b’aktar minn 24 siegħa. Din il‑katina tgħaqqad lid‑dinja f ’komunità waħda ta’ familja ta’ talb li jgawdu mill‑barka tal‑qawwa tar‑Rużarju. Dakinhar ir‑Rużarju minn Malta u
Għawdex ixxandar minn dawn il‑postijiet u f ’dawn il‑ħinijiet: Mis‑Santwarju tal‑Qalb ta’ Ġesù, Ħaż‑Żebbuġ, Malta fis‑7:30am ‑ Misteri tal‑Ferħ Mis‑Santwarju tal‑Madonna Ta’ Pinu, l‑Għarb, Għawdex fis‑1:00pm ‑ Misteri tal‑Glorja Mis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù, ir‑Rabat, Malta fil‑5:00pm ‑ Misteri tad‑Dawl
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Awwissu 2019
Imut is‑saċerdot Pollakk marid bil‑kanċer Ritratt: www.churchpop.com
M
inkejja li kienu qed jistennew l‑aħbar li Dun Michal Los kien wasal fi tmiem ħajtu, xorta waħda l‑aħbar nikktet lil kull min kien jafu. Hekk stqarr Dun Tarcisio Vieira, direttur ġenerali ta’ Ulied il‑Providenza Divina. Huwa kompla jgħid li għalkemm aħna nafu li l‑mewt ma ħaditx ħajtu minnu; Dun Michal stess ried jagħti ħajtu għall‑imħabba ta’ Kristu u tal‑foqra. Dan il‑messaġġ tiegħu u x‑xhieda tiegħu, jgħallmu xi ħaġa lilna lkoll, u aħna żgur li dawn il‑lezzjonijiet mhux ser jintilfu. Nirringrazzjaw lill‑Mulej talli tana lilu bħala xhieda ta’ fidi kbira
u ta’ mħabba. Dun Michal Los kien ordnat saċerdot fl‑24 ta’ Mejju li għadda, permezz ta’ dispensa speċjali minħabba s‑saħħa tiegħu li kienet qed tmajna. Jum qabel l‑ordinazzjoni tiegħu, Dun Michal ħa l‑wegħdiet tiegħu ta’ faqar, kastità, ubbidjenza u viċinanza speċjali mal‑Papa. Ix‑xhieda
ta’ Dun Michal kkomoviet mhux lill‑Polonja, imma wkoll lid‑dinja kollha. Nhar is‑7 ta’ Ġunju, jum għeluq snin Dun Michal, is‑saċerdot kellu żjara mill‑President tal‑Polonja, li niżel għarkupptejh quddiemu u talab għall‑barka tiegħu. Dun Michal Los ħalla din id‑dinja nhar is‑17 ta’ Ġunju, 2019.
Basktijiet minflok fjuri Ritratt: www.straitstimes.com
Ritratt: www.today.com
I
x‑xewqa ta’ għalliema qabel mietet messet il‑qlub ta’ ħafna madwar id‑dinja kollha. Fuq is‑sodda tal‑mewt, l‑għalliema talbet
lill‑għeżież tagħha biex għall‑funeral minflok fjuri jġibu basktijiet mimlijin b’materjal tal‑iskola għal studenti fil‑bżonn.
L‑għalliema, Tammy Waddell, li kienet tgħallem fi skola elementari f ’Swanee fil‑Ġorġja, mietet wara ġlieda mal‑kanċer. 27
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Awwissu 2019
Vapur sptar
Ritratt: www.ofmjpic.org
I
28
kostali f’espedizzjonijiet ta’ għaxart ijiem, b’żewġ dgħajjes ambulanzi għall‑ewwel stħarriġ tas‑sitwazzjoni tas‑saħħa ta’ kull żona u għall‑emerġenzi. L‑espedizzjoni ser tikkollabora mal‑isptarijiet lokali ta’ Juruti u Óbidos. Fi żminijiet ta’ għargħar, il‑vapur ser iservi wkoll bħala dgħajsa tas‑salvataġġ. L‑inizjattiva oriġinat miż‑żjara tal‑Papa Franġisku fi sptar f ’Rio de Janeiro, fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ 2013, meta l‑Papa talab lill‑qassis fundatur,
Ritratt: www.zenit.org
l‑Patrijiet Franġiskani ta’ Assisi fil‑Providenza ta’ Alla u l‑assoċjazzjoni ta’ persuni lajċi li jakkumpanjawhom, ix‑xahar li għadda nedew il‑vapur sptar bl‑isem ‘Papa Franġisku’. Dan ser ikun qed iwassal l‑Evanġelju u għajnuna ta’ saħħa lil aktar minn 700 elf abitant f ’żoni tal‑Amażonja li jistgħu jintlaħqu biss mix‑xmara, fl‑istat Brażiljan ta’ Pará. Il‑vapur ta’ 32 metru jospita l‑aktar sptar komplut li jgħum fil‑wiċċ tal‑baħar, b’faċilitajiet għad‑dijanjosi, trattament, prevenzjoni fil‑mediċina, oftalmoloġija, kamra tat‑tilqim, u makkinarju għar‑radjografija, ultrasound u mammografija. Il‑vapur telaq mill‑port ta’ Óbidos b’ekwipaġġ ta’ 10 persuni, inkluż reliġjuż, u 20 voluntier mediku u paramediku, inklużi professuri universitarji u studenti. Dan ser iżur madwar 1,000 żona
Patri Francisco Belotti, jekk kinux preżenti fl‑Amażonja. It‑tweġiba kienet le u l‑Papa sempliċement wieġeb: “Mela trid tmur”. B’riżultat ta’ dan, l‑assoċjazzjoni u l‑fraternità ħadu ħsieb iż‑żewġ sptarijiet imsemmija, li ngħalqu. Il‑patrijiet malajr innutaw li l‑popolazzjoni li tgħix fuq il‑ġnub tax‑xmara kellhom diffikultajiet konsiderevoli biex jilħqu l‑isptarijiet, u fehmu li l‑uniku mod kien li l‑isptar imur għandhom. Din il‑missjoni hija kkoordinata minn qassis tal‑fraternità, inkarigat li jxerred il‑Kelma ta’ Alla lill‑popolazzjoni li jżur kif ukoll jiżgura approwċ umanitarju u dinjituż fl‑għajnuna li tingħata. Il‑kostruzzjoni tal‑vapur kienet possibbli bis‑saħħa ta’ ftehim mal‑istat li alloka fondi ta’ kumpens għall‑proġett għad‑detriment ta’ Shell Chimica u Basf SA, wara inċident ambjentali li kien il‑kawża ta’ 60 vittma fatali u ħsarat kbar oħra.
Awwissu 2019 (V0/1178)
WAREHOUSE SALE Carters Supermarket
F’Nru. 21, Triq l‑Addolorata, Raħal Ġdid (Fit‑telgħa taċ‑ċimiterju ‑ wara Carters Supermarket)
Bejn Ġunju u Awwissu. Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa mid‑9am san‑12:30pm u mill‑4pm sas‑7pm. Nhar ta’ Sibt mid‑9am san‑12:30pm.
Ħwejjeġ, żraben, fajjenza, għamara, inkwatri, materjal għall‑artisti, bħal pniezel, żebgħa u tila u ħafna affarijiet oħra bi prezzijiet baxxi ħafna. Għal aktar informazzjoni ċemplu 2033 0015.
KNISJA–FAMILJA–MISSJONI K–F–M
Meta: Fejn: Imexxi: Programm:
Laqgħat ta’ formazzjoni li jwassluna biex ngħixu aktar għall‑oħrajn milli għalina nfusna. Kull laqgħa jkollha viżjoni tal‑Knisja tal‑lum, filwaqt li nidħlu fil‑fond fuq punt importanti tal‑fidi tagħna. Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Uffiċċju ta’ Missio Malta, il‑Belt Valletta Dun Victor Agius, Assistent Direttur ta’ Missio, li għandu aktar minn 40 sena esperjenza missjunarja 6:00pm – Quddiesa 6:30pm – Taħdita ta’ nofs siegħa 7:00pm – Te, kafè u ‘snack’
Għal aktar tagħrif jew jekk ser tattendi għall‑ewwel darba kkuntattja lil Dun Victor fuq 7923 6114. Grazzi. 29
Awwissu 2019
IL‑PADRI KRISTJANI TAD‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR
Min Kienu fil‑Governatorat ta’ Beheira fit‑Tramuntana tal‑Eġittu) sa mit‑3 Seklu WK. Wieħed jista’ jgħid li dan it‑tip ta’ eremitaġġ kif ukoll Monastiċiżmu bdieh l‑eremita Il‑Monasteru tas‑Sirjani ġewwa Antonius Wadi el Natrun. il‑Kbir li mar in it‑terminoloġija jew jgħix fid‑deżert fis‑sena 270 isem fil‑Kristjaneżmu WK u sar magħruf ukoll tirreferi għall‑għadd bħala fundatur u missier kbir ta’ eremiti, axxetiċi il‑Monastiċiżmu tad‑deżert. u Monaċi (irġiel u nisa) Sal‑mument li dan l‑eremita Kristjani li kienu jgħixu qaddis miet fis‑sena 356 WK fid‑deżert ta’ Wadi El eluf ta’ Monaċi (patrijiet u Natrun (Wied ta’ Natron, sorijiet) kienu miġbuda biex jew Skete, kif huwa magħruf jgħixu ħajja ta’ eremitaġġ normalment fil‑letteratura fuq l‑eżempju tiegħu. Tant Kristjana ‑ wied li jinsab kien kbir l‑għadd ta’ Monaċi li marru jgħixu fil‑qalba tad‑deżert li Atenasius ta’ Lixandra, il‑bijografu ta’ Antonius, kiteb li: “id‑deżert sar belt”.
D
Antonius il‑Kbir. 30
Għalkemm Pawlu l‑Ankorit (c.226/7 – c.341) huwa meqjus bħala l‑ewwel eremita Nisrani, li jingħad li għex waħdu fid‑deżert sa minn meta kellu sittax‑il sena sakemm miet fl‑età ta’ mija u tlettax‑il sena, imma kien Antonius il‑Kbir li nieda dan il‑moviment bikri ta’ eremiti
tad‑deżert. Dan il‑moviment kellu influwenza kbira fuq l‑iżvilupp tal‑Monastiċiżmu Kristjan u fuq il‑Kristjaneżmu nnifsu. Il‑komunitajiet Monastiċi tad‑deżert, li maż‑żmien bdew dejjem jikbru, b’mod informali saru mudell għall‑Monastiċiżmu Nisrani. It‑tradizzjoni Monastika tal‑Lvant fuq il‑Muntanja Athos u r‑Regula Monastika ta’ San Benedittu fil‑Punent kienu t‑tnejn influwenzati b’mod qawwi mit‑tradizzjonijiet li bdew dawn il‑Monaċi fid‑deżert. Il‑qawmien mill‑ġdid u t‑tiġdid Monastiku kollu taż‑Żminijiet tan‑Nofs ħares lejn dan il‑moviment kemm għall‑ispirazzjoni kif ukoll għall‑gwida. Ħafna mill‑ispiritwalità Nisranija tal‑Lvant, inkluż il‑moviment ‘Hesychasm’, li kien jikkonsisti fit‑tradizzjoni mistika ta’ talb kontemplattiv fil‑Knisja Ortodossa tal‑Lvant kellu l‑għeruq tiegħu fil‑prattiċi tal‑eremiti tad‑deżert. Skulari moderni jsostnu li anki it‑tiġdid reliġjuż tal‑Evanġeliċi Ġermaniżi u tal‑Pietisti Luterani fil‑Pennsylvania, kif ukoll il‑moviment ta’ ‘Devotio Moderna’ u t‑tiġdid Metodist fl‑Ingilterra huma
Awwissu 2019
Pawlu l‑Ankorit.
kollha ispirati mill‑Padri tad‑Deżert. Storja Bikrija Skont it‑tradizzjoni, madwar is‑sena 270 WK, wara li Antonius il‑Kbir sema’ prietka li fiha saret referenza għall‑Evanġelju ta’ San Mattew (Kap.19:21), fejn insibu lil Kristu jagħti parir lil żagħżugħ: “Jekk trid tkun perfett, mur biegħ il‑ġid li għandek, agħtih lill‑foqra, u jkollok teżor fis‑sema; imbagħad ejja imxi warajja”, Antonius ried isegwi dan il‑kliem ta’ Kristu u għaldaqstant ħalla kollox u mar jgħix ħajja
ta’ solitudni sħiħa fid‑deżert mogħtija kompletament għaċ‑ċaħda, talb u l‑kontemplazzjoni. Antonius għex fi żmien ta’ tranżizzjoni għall‑Kristjaneżmu. Fil‑fatt il‑persekuzzjoni tal‑Imperatur Ruman Dioklezjan fis‑sena 303, kienet l‑aħħar persekuzzjoni formali kbira kontra l‑Insara. Propju għaxar snin wara, il‑Kristjaneżmu sar legali fl‑Eġittu mill‑Imperatur Kostantinu I, li kien is‑suċċessur ta’ Dioklezjan. Dawk li telqu lejn id‑deżert biex jgħixu ħajja ta’ awsterità u talb iffurmaw hemmhekk komunità Kristjana fi żmien meta ma kienx hemm aktar riskju li tkun Nisrani. Għal Antonius din it‑tip ta’ ħajja ta’ solitudni u awsterità fid‑deżert kienet l‑ogħla forma ta’ sagrifiċċju, saħansitra daqs il‑martirju nnifsu. F’qasir
żmien Antonius kellu ħafna segwaċi li bħalu riedu jgħixu din l‑istess stil ta’ ħajja. Skont Atenasius, Antonius irċieva privileġġi speċjali mingħand Alla, fosthom li jfejjaq il‑morda. Maż‑żmien, l‑eżempju ta’ Antonius u eremiti oħra bħalu ġibdu ħafna segwaċi, li għexu waħedhom jew fi gruppi żgħar fid‑deżert. Huma għażlu axxetiżmu estrem u rrinunzjaw għall‑pjaċiri kollha tas‑sensi, ikel rikk u kull ħaġa oħra li setgħet tagħmilhom komdi. Minflok huma ffukaw l‑enerġiji kollha tagħhom fuq it‑talb, is‑sawm, il‑kant tas‑salmi, kontemplazzjoni u dixxerniment spiritwali, kif ukoll fl‑għemejjel ta’ karità lejn dawk fil‑bżonn, u li jżommu l‑għaqda u l‑imħabba lejn xulxin, filwaqt li l‑ħsieb u x‑xewqat tagħhom ikunu biss f ’Alla. (ikompli fil‑ħarġa li jmiss)
Clint La Rosa Mob: 7768 0026 Mimosa Street, G’Manġa
WELCOME AUTO DEALER
clintlarosa@hotmail.com www.welcomeautodealer.com
LOCAL ‑ UK ‑ AMERICAN IMPORTS 31
Awwissu 2019
ESPERJENZA MISSJUNARJA – JOANNA CACHIA
An unforgettable positive experience
However, I was greatly impressed by their perception towards life. Their smile was still shining on their face despite what they had been through. This home gave them the opportunity to live and feel accepted by others.
With some of the female residents of Dar‑ul‑Krishma.
T
ime flies, but looking back I realise how fast such an experience went by. I travelled to Pakistan in March 2019 to carry out voluntary work in ‘Dar ul‑Krishma’ (House of Wonders), a home for 105 adults with mental disabilities. This home is run by the Sisters of Charity of St. Jeanne Antide, and is located in the Christian village of Youhanabad, Lahore. I travelled with the aim to offer help, but looking back I have received more than I bargained for. During my days there I used to roll up my sleeves from the early morning to first treat the people working in the institution. They felt 32
Some patients living in the home suffer from physical disabilities and I had the opportunity to meet them and offer a helping hand. One of the most rewarding experiences was when I was allowed to help a patient with increased tone in her hands. As this patient could not open her hand it was
privileged to be treated by a physiotherapist. Following this, I used to go and visit a vast number of patients who resided at the home. They used to greet me with a lot of enthusiasm and always wanted me to dance and sing with them. Most of the patients were abandoned by their families because of their disability, and therefore they highly appreciated my visits. Moreover, they used to speak to me about their stories, most of which were very With some of the children in Faisalabad. heartbreaking.
Awwissu 2019
catechism there. as my heart is filled with On the day I love and compassion for the went, a group of people I met. Even though children came the work I carried out was to the convent merely a drop in an ocean to learn a dance of needs, I am happy as I for an upcoming have experienced the joy concert. As soon of giving. The sisters and With the male residents as I arrived they people I met in Pakistan of Dar‑ul‑Krishma. immediately treated me with kindness realised that I and cared greatly for me. difficult for carers to keep her was a foreigner and wanted They served with a lot of hands clean and cut her nails. to meet me. After I greeted enthusiasm and even put The carers explained that them, I quickly organised my needs before theirs. This the patient tends to display a some games for them and allowed me to reflect on the challenging behaviour when spent time playing with them. importance of selflessness someone attempts to open I felt really pleased when I saw and I hope that I manage her hands. However, on the them so happy. These children to help others in the same day I met this patient she do not have the opportunity way. In the end I am sure was in a very good mood to play with expensive toys or that the memories I made in and allowed me to carry out smartphones. They play the these 15 days will stay with gentle passive movements simplest of games, yet they me for a very long time. I to her fingers and wrists. always carry a contagious pray and hope that God will The sisters and carers were smile. I was always taught give me the grace to work interested to learn the passive that simplicity is the key to with these people again. I movements and exercises so happiness and this experience encourage anyone thinking that they can continue to help has definitely proven it. about carrying out a similar this patient achieve more experience, to go ahead as it movement in her hands. The impact of this is one of the most rewarding experience in my life experiences one can do! The Sisters of Charity also Now that I help people in other places in am back in Pakistan, namely Shahdara, Malta living Faisalabad and Rawalpindi. my normal life, During my stay there, I had I am grateful the opportunity to visit that God has these places to witness the given me the missionary work done by opportunity the sisters in these areas. The to experience experience I cherish the most this episode is when I visited the children in my life. With the Sisters of Charity who serve in in Faisalabad. The sisters I feel richer Dar‑ul‑Krishma and Bertu Caruana. organise activities and teach than before 33
TA’ MIN JAĦSEB FUQHA! – NANCY CAMILLERI
Awwissu 2019
Ktieb fis‑sena!
K
ontu tafu li fl‑Italja, tifla jew tifel minn kull tnejn ma jaqrawx kotba? Familja minn kull għaxra m’għandhomx lanqas ktieb wieħed id‑dar! Ma taħsbux li dawn il‑figuri huma inkwetanti? Dan minħabba l‑fatt li mhux kull belt u raħal fl‑Italja għandhom librerija. Li jaqraw l‑iżjed huma l‑bniet li għandhom sitt snin. Il‑perċentwali ta’ bniet li jaqraw tal‑anqas ktieb fis‑sena huwa ta’ 47.1% u s‑subien 34.5%.
In‑numru ta’ kards tas‑SIM fid‑dinja qabeż mhux ftit in‑numru ta’ nies fid‑dinja. Fil‑fatt SIMs hawn mas‑7 biljuni u 8 mitt miljun; mat‑3 mitt miljun aktar mill‑popolazzjoni fid‑dinja. Veru li jekk toqgħod taħseb, il‑mowbajls u t‑tablets tferrxu ħafna fid‑dinja, u ħafna drabi hawn min għandu iktar minn mowbajl wieħed jew tablet waħda biex inwasslu l‑messaġġi u nikkomunikaw. Ma nafx intom kif taħsbuha, imma lilna din l‑aħbar tinkwetana ftit.
T
Q
att bsartu li fid‑dinja hawn iżjed kards tal‑mowbajls milli nies! 34
Robots gwidati bil‑ħsieb
M
Ħajja fuq mars?!
Ajjut... Ninsabu invażati mis‑sim!
Mars l‑ossiġnu jifforma mill‑azzjoni tad‑dawl fuq id‑dijossidju tal‑karbonju (carbon dioxide).
aħt wiċċ il‑pjaneta Mars, hemm ilma salmastru li fih kwantità ta’ ossiġnu. Dan l‑ossiġnu jista’ jkun biżżejjed biex isostni forom ta’ ħajja. Skont ir‑rivista ‘Nature Geoscience’, l‑ossiġnu jista’ jsosstni l‑ħajja ta’ mikro‑organiżmi u sponoż. B’differenza għal dak li jiġri fid‑dinja tagħna, aħna nġibu l‑ossiġnu mill‑fotosinteżi, imma fuq il‑pjaneta
inn issa ’l quddiem ħsieb ser ikun biżżejjed biex immexxu r‑robots. Din ser tkun ta’ għajnuna kbira għal min hu immobbli jew min ma jkunx jista’ jitkellem. Tabiba żagħżugħa, Dott. Gloria Beraldo, mill‑università ta’ Padova, kitbet teżi fuq dan l‑argument. Sistema li tibbaża fuq elettrodi li jitqiegħdu fir‑ras ta’ min ikun qed jiggwida r‑robot. Dawn l‑elettrodi jikkoordinaw il‑movimenti u jagħtu possibbiltà lill‑persuna li taħseb f ’muviment u tkun tista’ tikkomunikah lis‑sistema. Sejba tajba, x’taħsbu?! Sors Piccolo Missionario – Marzu 2019
Awwissu 2019
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tista’ tagħti tagħti daqqa Int daqqa t’id. Missio t’id. Missio għandu għandu bżonn il‑voluntiera. bżonn il‑voluntiera. Jekk Jekk int interessat, int interessat, ċempel ċempel
21236962
AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK
Abbona issa fi Klabb Missio Tfal għal €5 biss fis‑sena. Mhux biss tkun qed tgħin lit‑tfal anqas ixxurtjati, imma wkoll tieħu pjaċir tiltaqa' ma' tfal ġodda. Niltaqgħu darba fix‑xahar biex flimkien nitgħallmu, norganizzaw xi attivitajiet, nagħmlu l‑krafts u ntellgħu xi drammi. Dan filwaqt li nitolbu għal tfal oħra madwar id‑dinja kollha. Ma' kull abbonament ta' sena tingħata 'discount card' li tissarraf f'diversi ħwienet popolari.
FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI KLABB MISSIO TFAL GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Klabb Missio Tfal, Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Awwissu 2019
POMIDOR DOLMASI (TADAM MIMLI) MINN AŻERBAJĠAN
Metodu:
• Aħsel it‑tadam, aqtgħalhom fuq u
naddafhom. Żomm il‑parti ta’ fuq għal aktar tard. • Uża l‑ġewwieni tat‑tadam biex tagħmel zalza ħamra. • Ġo skutella għaffeġ u ħallat sew flimkien
l‑ingredjenti kollha.
X’għandek bżonn (għal 4 persuni): • 10 tadamiet kbar • 8 sinniet tewm imqattgħin fin • 2 basliet imqattgħin irqiq ħafna • 110 grammi kkappuljat tal‑ħaruf • 115‑il gramma ross ismar maħsul • Tursin imqatta’ fin • 2 mgħaref ħabaq niexef • 2 mgħaref bżar iswed mitħun • Melħ għat‑togħma • Mgħarfa żejt taż‑żebbuġa għall‑qali • Jogart naturali jew b’togħma ta’ tewm
• B’mgħarfa imla 3 kwarti mit‑tadam u
għattihom bil‑parti ta’ fuq li kont qtajt qabel. • Ġo taġen fond ferrex iż‑żejt taż‑żebbuġ u
sajjar it‑tadam fiz‑zalza ħamra mmerrqa.
• Xħin iz‑zalza tiftaħ tagħli, għatti t‑taġen
u kompli sajjar fuq nar baxx għal madwar siegħa, sakemm isir il‑mili ta’ ġewwa. • Servi t‑tadam sħun mal‑jogart.
Nuş olsun! (L‑Ikla t‑Tajba!)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Awwissu 2019
Għandna bżonn fajjenża, oġġetti tal‑ħġieġ u kull tip ta’ tiżjin tad‑dar, f’kundizzjoni tajba, biex jinbiegħu fil‑bażar ta’ Missio Malta. F’każ ta’ ammont kbir niġu aħna stess niġbruhom minn djarkom. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Natasha fuq 2033 0015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. Kull għotja hija apprezzata. Grazzi ħafna mill‑qalb.
Debbie’s Baby Centre
Your one stop shop!
Sole agents of
Our Lady of Sorrows Street, Zejtun Telephone: 27694815 or 27803270 Mobile: 99809825 E‑mail: dbc@onvol.net Website: www.debbiesbabycentre.net
REUBEN’S AUTO DEALER Best Quality Cars & Properties Reuben Azzopardi Director 9, Joe Sciberras Street, Ħamrun
Mob: 7947 3113 37
KOMPETIZZJONI ‑ AWWISSU 2019
Awwissu 2019
TISLIBA BIN‑NUMRI
Imla t‑tisliba bin‑numri t’hawn taħt skont fejn suppost. Tnejn min‑numri huma lesti biex jgħinuk tibda. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
3 DIGITS
8 2 7 4 3 8
182
5 0 7
620
4 DIGITS 2598
5 DIGITS
6 DIGITS
7481
23471
46128
152694
308
621
2965
7615
24963 52733
160952
374
729
3299
8945
25974
53875
347316
455
766
5071
9278
27048 84130
827438
482
824
5479
9420
32471
914752
493
906
6391
87526
34623 93428
507
Ħu nota tal‑indirizz il‑ġdid fejn tibgħat il‑kompetizzjoni. Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Ġunju 2019: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Mary Anne Fenech min‑Naxxar. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
R
8 2 4 2 3 1 0 7 5 1 6 2 8 2 3 8 1 8 3 2 5 4 8 3 1 4 9 1 3 2 6 5
6 8 3 3 4 9 0 7 5 6 5 9 4 6 0 7 7 2 8 4 0 1 9 0 5 4 3 7 3 4 6
Nitbissmu ftit:
aġel kien qed jiekol f’restorant u fil‑brodu sab dubbiena. Allura sejjaħ lill‑wejter u qallu: “Wejter, fil‑brodu għandi dubbiena.” Qabeż il‑wejter u qallu: “Int kemm se tħallas tal‑brodu, sinjur?” “Ewro,” qallu r‑raġel. “Allura b’Ewro x’tistenna brodu ta’ xi barri jew?”
38
1 3 7 2 8 1 4 4 7 9 6 2 5 5 5 9 9 8 4 2 2 0 7 2 7 5 1 6 3 4 8 3 2 6 7 2 6 5 7 1 3 5
L
‑għarus resaq lejn l‑għarusa tiegħu u qalilha: “Mary, jien lest biex immut ħamsin darba għalik.” “U m’hemmx għalfejn,” weġbitu l‑għarusa, “jekk tmut darba biss inkun kuntenta!”
2 6 1 1 8 5 2 4 7
Awwissu 2019
Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • KPA LTD ‑ Marsa
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb
• Marija u Ġużeppi Micallef mill‑Ħamrun • 15 ta' Marzu 2019 Saviour Saliba miż‑Żurrieq
Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
• 21 ta’ Mejju 2019 Elen Mallia miż‑Żurrieq • 03 ta’ Ġunju 2019 Josephine Camilleri miż‑Żurrieq • 16 ta' Ġunju 2019 John Sciberras minn San Ġwann • 20 ta’ Ġunju 2019 Elisa Buhagiar mill‑Imtarfa Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Avviż:
Kull tielet Ħadd tax‑xahar fil‑11am qed issir quddiesa bl‑Ispanjol għal dawk li jitkellmu b’din il‑lingwa u huma residenti Malta, fil‑Kappella tal‑Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir‑Rabat fi Triq Emmanuele Vitale, minn Patri Vincente Magro MSSP. Mob. 9957 4264 Kull nhar ta’ Ħadd fit‑8pm qed issir quddiesa bl‑Urdu fil‑Kappella ta’ ħdejn il‑grawnd ta’ San Ġużepp f ’Santa Venera għall‑Pakistani li huma residenti Malta, minn Patri Bernard Mangion MSSP. Mob. 7742 6927 ‑ Parking fl‑istess grawnd.
Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
www.missio.org.mt 39
Awwissu 2019
La nikber nixtieq insir.....
pulizija
inferm
iera
għalliem
a
-Man
Spider
L‑edukazzjoni tagħti s‑setgħa lit‑tfal sabiex iħarsu lejn futur aħjar.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Tel: 2123 6962 • E-Mail:info@missio.org.mt • w w w.missio.org.mt 40
a in
Missio jemmen li l‑użu tas‑saħħa tal‑edukazzjoni tittrasforma l‑ħajja tat‑tfal, tnaqqas il‑faqar u ġġib ’il quddiem il‑kundizzjonijiet tal‑għajxien fost il‑komunitajiet. Permezz tal‑programm Missio Child Sponsorship, bi €12.50 fix‑xahar, inti tista’ tibda tagħti lil tifel jew tifla li jgħixu fil‑faqar, edukazzjoni għal ħajjithom.
d mmut a ħ Mg ibgħ um