Skip to main content

Malta Missjunarja April 2021

Page 1

NEWSPAPER POST APRIL 2021 SENA 89

90

sena ħidma għall‑missjoni

MONS. ĠUŻEPP FENECH (1925‑2021) 08 Ġesù Qiegħed Fostna  16 Renovazzjoni Ta’ Tliet Laboratorji 24 90 Sena Ta’ Storja  28 Ittra Pastorali għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL

April 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm

Insellmu l‑Memorja ta’ Żewġ Monsinjuri Kbar

Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana

Mons. Ġużepp Fenech waqt udjenza mal‑Papa San Ġwanni Pawlu II.

Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 11 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Ittra Pastorali 32 Il‑Mixja Tagħna fid‑Deżert 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Mons. Ġużepp Fenech, Direttur ta’ Missio (Uffiċċju Missjunarju) bejn l‑1989 u l‑1999. 2

MONS. ĠUŻEPP FENECH (1925‑2021) it‑28 ta’ Frar li għadda tħabbret il‑mewt ta’ Mons. Ġużepp Fenech minn Ħal Lija, fl‑età ta’ 95 sena. Dun Ġużepp, kif kien magħruf ma’ ħafna, twieled fit‑12 t’Awwissu 1925 u laħaq qassis nhar il‑5 t’Awwissu 1951. Huwa kien Direttur ta’ Missio (Uffiċċju Missjunarju) bejn l‑1989 u l‑1998, wara ħidma ta’ kważi 30 sena fl‑istess uffiċċju. Dun Ġużepp ingħata l‑ħatra wara li Mons. Matthew Chircop għalaqlu ż‑żmien bħala direttur ta’ Missio. Huwa kien ukoll Direttur Djoċesan għal Malta għal 10 snin sħaħ. Wara huwa għamel żmien jagħti l‑kontribut tiegħu fir‑rivista Malta Missjunarja. Dun Ġużepp żgur li ser jibqa’ mfakkar għall‑ħidma tiegħu ta’ għarfien u mħabba lejn il‑missjoni, u għaż‑żelu u d‑dedikazzjoni li bihom qeda d‑dmirijiet tiegħu biex ġab ’il quddiem il‑ħidma missjunarja fost il‑poplu Malti u Għawdxi. 

F


April 2021

Ritratt: Kolleġġjata Bażilika u Proto‑Parroċċa ta' San Pawl, Rabat ‑ Malta.

f ’Malta. Dun Ġwann jibqa’ mfakkar għall‑kontribut li ta fl‑istorja ta’ Malta, bix‑xogħol tiegħu jkun imfittex għal referenzi u ispirazzjonijiet mill‑akkademiċi u skulari, sew lokali kif ukoll internazzjonali.

MONS. ĠWANN AZZOPARDI (1937–2021) id‑19 ta’ Frar li għadda, il‑Bażilika ta’ San Pawl fir‑Rabat, ħabbret il‑mewt tal‑Kanonku Mons. Ġwann Azzopardi, magħruf sempliċiment bħala Dun Ġwann, fl‑età ta’ 84 sena. Huwa kien il‑kuratur tal‑Mużew tal‑Katidral tal‑Imdina (1967‑2001) u tal‑Mużew Wignacourt fir‑Rabat (2013‑2021), li jinsab biswit il‑grotta ta’ San Pawl fir‑Rabat u li huwa stess huwa l‑fundatur. Kien ukoll Kanonku Onorarju tal‑Kapitlu tal‑Kolleġġjata ta’ San Pawl, għalliem fis‑Seminarju tal‑Arċisqof u ppubblika diversi kotba, fosthom ‘Melitensium Amor’ li kien ippubblikat kważi 20 sena ilu, fejn juri biċ‑ċar ir‑riċerka profonda li għamel fil‑ħajja ta’ Caravaggio, l‑Inkwiżizzjoni ta’ Malta u l‑Kult Pawlin

F

Ftit sigħat qabel ma miet, Dun Ġwann kiteb fuq il‑paġna tiegħu ta’ facebook hekk: “Imbarkajt fuq vjaġġ tant mistenni għal għand il‑Mulej. Jekk jogħġobkom itolbu sabiex nasal b’wiċċ il‑ġid.” L‑Arċisqof Mons.

Charles J. Scicluna ddeskriva lil Dun Ġwann bħala persuna umli u intelliġenti, qassis eżemplari u skular entużjast li ħaddan l‑istorja tagħna u għallimna nkunu kburin biha. Il‑funeral tiegħu sar fil‑Bażilika ta’ San Pawl nhar l‑20 ta’ Frar fl‑10am. Il‑quddiesa, ‘presente catavere’, tmexxiet mill‑Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. Il‑ġisem tiegħu kien għall‑qima tal‑pubbliku fil‑Bażilika stess qabel il‑funeral. 

Poeżija miktuba mill‑Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna lil Kan. Mons. Ġwann Azzopardi:

Lil Dun Ġwann Azzopardi (1937‑2021) Għallimtna ngħożżu l‑ġmiel tal‑għeruq tagħna, Li jinfdu l‑art moħbija qalb il‑kesħa, Għallimtna ngħannu l‑għanja b’qalb ħerqana, Li tofroq sfiqa minn ġol‑karti mkebba. Fittixt, stħarriġt, tkellimt, għallimt b’kull ħeġġa, Fil‑Grotta ta’ San Pawl tqanqalt bil‑ħniena, Il‑ħarsa ta’ għajnejk lil ħadd ma weġġgħat, Ħarist kull wirt bla regħba u bla ħjiena. Ħabbejt lil Alla f ’kelmtu u f ’kull bniedem, U qsamt bil‑ferħ id‑dehen u x‑xjenza tiegħek. Dak li kien skart, f ’idejk sar deheb imbierek, Dak li kien stkenn fid‑dlam irxoxta miegħek. Din l‑Art Ħanina troddok lill‑Feddej: Grazzi Dun Ġwann. Strieħ issa fil‑Mulej. 19 ta’ Frar, 2021  3


April 2021

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Mur Għand Ħuti u Għidilhom Li Ser Nitla’ Għand Missieri

Q

algħu l‑Mulej mill‑qabar u ma nafux fejn qegħduh!” (Ġw. 20:2). Hekk qalet Marija ta’ Magdala lil Pietru u lil sħabu. Din, flimkien ma’ xi nisa, marru filgħodu kmieni ħdejn il‑qabar fejn kienu difnu lil Ġesù biex, skond id‑drawwa ta’ dak iż‑żmien, jidilku bil‑fwejjaħ il‑ġisem mejjet ta’ Ġesù. Dawn inħasdu xħin waslu ħdejn il‑qabar u raw il‑blata mneħħija u l‑qabar vojt. Sa dakinhar kienu għadhom ma fehmux dak li Ġesù kien qalilhom għal aktar minn darba li kien “jeħtieġ li Bin il‑bniedem

ibati ħafna, jiċħduh ix‑xjuħ u l‑qassisin il‑kbar u l‑kittieba, joqtluh, u fit‑tielet jum iqum”. (Lq. 9:21) Id‑dixxipli tant ma fehmux dan il‑kliem li kienu għadhom mifxula u mbeżżgħa mill‑esperjenza qarsa li kienu għaddew minnha. Għaddew ’il fuq minn elfejn sena minn din il‑ġrajja li biddlet għal kollox il‑kors tal‑istorja tal‑umanità. Illum, jien, fejn qiegħed infittex lil dan Ġesù? Għadni nfittxu fejn qiegħdu l‑ġisem mejjet tiegħu jew qiegħed niftaħ qalbi għall‑ispirtu tiegħu għaliex nemmen bis‑sħiħ li Hu tassew ħaj?

Il‑ħajjin biss jitkellmu. Il‑mejtin ma jistgħu qatt jagħmlu dan. Ġesù, la hu ħaj, għadu jitkellem illum ukoll, iżda b’mod għal kollox differenti minn kif kien jitkellem meta kien għadu magħna hawn fuq wiċċ l‑art. Ġesù, qabel tela’ s‑sema, wegħedna li ser jibqa’ magħna sal‑aħħar taż‑żmien. (Mt. 28:20) Illum, Ġesù għadu magħna u għadu jitkellem permezz tal‑ispirtu tiegħu li huwa bagħat biex “jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom”. (Ġw. 14:26) Ġesù jitkellem permezz tal‑Kelma Tiegħu u permezz tal‑Knisja li huwa waqqaf biex tkompli l‑istess missjoni tiegħu. “Morru fid‑dinja kollha, xandru Kristu Rxoxt: Pittura tat‑Taljan Perugino (Pietro di Cristoforo Vannucci). l‑Evanġelju

4


B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.

Ġesù jkellimni biex lili jibgħatni ħalli nwasslu lill‑oħrajn, bħalma talab lil Marija ta’ Magdala dakinhar Affresk ta’ Fra Angelico bit‑titlu li qam mill‑mewt: ‘La Tmissnix’ , fil‑Kunvent ta' San Mark, f’Firenze l‑Italja. “Mur għand ħuti u għidilhom li lill‑ħolqien kollu; il‑Mulej se nitla’ għand Missieri u kien jaħdem magħhom u Missierkom, Alla tiegħi jwettaq il‑kelma bil‑mirakli u Alla tagħkom”. (Ġw. li kienu jsiru magħha”. 20:17) Illum il‑Mulej (Mk. 16:15‑20) Ġesù qiegħed jibgħatna lkoll biex għadu jitkellem permezz inwassluh lill‑familji tagħna, tal‑ġrajjiet li ngħaddu lil ħbiebna, lil sħabna ta’ minnhom u permezz ta’ fuq ix‑xogħol, fil‑ħwienet u tant nies li bil‑kelma u fit‑toroq. F’kelma waħda, bl‑eżempju tagħhom huma il‑Mulej iridna li nwassluh xhieda awtentika ta’ Ġesù. kull fejn inkunu u ma’ kull L‑importanti hu li jien irrid min niltaqgħu miegħu. 

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

il‑ħin kollu nitlob lill‑Ispirtu s‑Santu biex jiddisponini għall‑kelma tiegħu, u fl‑istess waqt jagħtini dehen biex nifhimha u l‑qawwa biex ngħixha.

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

April 2021

Jalla dan il-Għid iġiblek ħafna barkiet ta’ mħabba, ferħ, paċi u tama, li jibqgħu f ’qalbek għal dejjem. L-GĦID IT-TAJJEB! 5


April 2021

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: April 2021 Intenzjoni Universali Id‑Drittijiet Fundamentali

“Nitolbu għal dawk li jirriskjaw ħajjithom fil‑ġlieda għad‑drittijiet fundamentali taħt dittaturi, reġimi awtoritarji u anke f’demokraziji li jinsabu fi kriżi.”

Ġ

esù nnifsu dejjem tkellem u ddefenda d‑drittijiet tal‑bniedem. Jiġu f’moħħi wkoll persuni bħal Santa Tereża ta’ Kalkutta, Martin

6

Luther King, Nelson Mandela u Mahatma Gandhi li ħadmu bla heda għall‑kawża ġusta tad‑drittijiet fundamentali tal‑bniedem. Persuni li ma beżgħux jagħmlu dan anke meta sfaw maqtula u msawta. Insemmu fuq kollox lill‑qaddis San Oscar Romero ta’ El Salvador, li kien jitkellem mingħajr ebda biża’ dwar id‑drittijiet tal‑bniedem, jiddefendi lill‑foqra, jitkellem kontra kull tip ta’ inġustizzja soċjali, vjolenza, qtil, korruzzjoni u fuq kollox kontra l‑gvern militari. Fil‑missjoni soċjali tiegħu huwa żgur kien ispirat mit‑tagħlim ta’ Papa San Pawlu VI, kemm permezz tal‑Enċiklika ‘Populorum Progressio’ tal‑1967, kif ukoll mis‑sinodu tal‑isqfijiet

tal‑1975 li kien sar f’Ruma. Il‑ħidma ta’ San Oscar Romero ġiet inkurunata bil‑kuruna tad‑demm tal‑martirju. Din il‑ġlieda sfortunatament għadha tkompli llum minkejja li ninsabu fis‑sena 2021, fejn naraw persuni mċaħħda mid‑dritt tal‑ħajja, mid‑dritt tal‑edukazzjoni, mid‑dritt tax‑xogħol u tal‑paga ġusta, mid‑dritt tal‑ħajja ekonomikament xierqa, mid‑dritt tar‑rifuġju u kenn, mid‑dritt tal‑fidi u mid‑dritt tal‑kura. Fuq kollox qegħdin naraw it‑traġedja maġenbna jew madwarna tal‑immigrazzjoni. Persuni li minħabba li d‑drittijiet tagħhom huma mċaħħda, persekuzzjoni, kunflitti, u


April 2021

theddid jew gwerer fil‑pajjiż tagħhom, jitolbu sabiex jidħlu f’xi pajjiż bħala refuġjati u jsibu kenn fil‑pajjiż li għandu jilqagħhom, u dan jagħmel parti mid‑Dikjarazzjoni Universali tad‑Drittijiet tal‑Bniedem. Ninsabu sfortunatament fl‑era tal‑migrazzjoni. Dan il‑fenomenu jirrifletti s‑sitwazzjonijiet ekonomiċi batuti u miżeri tal‑pajjiżi li jikkawżaw din l‑immigrazzjoni. Nagħlaq b’dak li qal Papa Franġisku dwar din it‑tema tad‑drittijiet fundamentali tal‑bniedem, b’silta mid‑diskors tiegħu lill‑Assemblea tal‑Ġudikanti Panamerikani dwar id‑drittijiet soċjali u d‑duttrina Franġiskana, li kien sar fl‑4 ta’ Ġunju tal‑2019: ‘L‑inġustizzja soċjali naturalizzata’, jew aħjar l‑inġustizzja soċjali meqjusa bħala xi ħaġa naturali, u għalhekk moħbija, li niftakru fiha u nagħrfuha biss meta ‘xi

wħud jagħmlu ftit ħoss fit‑triq’, tispiċċa biss l‑istorja tat‑tnikkir u tibqa’ għaddejja fis‑skiet. Ippermettuli ngħid li dan huwa wieħed mill‑akbar ostakli li jiltaqa’ miegħu l‑patt soċjali u li jdgħajjef is‑sistema demokratika. Biex is‑sistema politka‑ekonomika jkollha żvilupp san, teħtieġ garanzija li d‑demokrazija ma tkunx biss tal‑isem, imma tara li tkun imfassla b’azzjonijiet konkreti li jħarsu d‑dinjità tal‑abitanti kollha skont il‑loġika tal‑ġid komuni, b’appell għas‑solidarjetà u għażla preferenzjali favur il‑foqra (Enċ. Laudato Sì, nru. 158). Żgur li hemm bżonn ta’ integrità kbira biex dawn is‑sitwazzjonijiet jingħelbu. “Imberkin dawk li huma ppersegwitati minħabba l‑ġustizzja għax tagħhom hija s‑saltna tas‑smewwiet” (Mt. 5:10), kien jgħid Ġesù.

F’dan is‑sens, jien nifraħ li wieħed mill‑għanijiet ta’ din il‑laqgħa huwa l‑ħolqien ta’ Kumitat Permanenti Panamerikan ta’ Ġudikanti għad‑Drittijiet Soċjali, li fost l‑għanijiet tiegħu jimmira li jgħin lill‑maġistratura tegħleb is‑solitudni billi joffri appoġġ u assistenza reċiproka, sabiex jerġa’ jagħti ħajja lit‑tħaddim tal‑missjoni tagħkom. Il‑veru għerf ma jinkisibx b’sempliċi ħażna ta’ informazzjoni; dak ikun enċiklopediżmu; ġabra li tispiċċa biex tifga’ u tifxel, fi speċi ta’ kontaminazzjoni ambjentali, iżda bir‑riflessjoni, bid‑djalogu u l‑laqgħa ġeneruża bejn il‑persuni, b’dak il‑konfront adult u san li jgħin biex kulħadd jikber (Enċ. Laudato Sì nru. 47). “Ejjew fuq kollox inkomplu nitolbu, nieħdu ħsieb saħħitna u nitolbu lil Ġesù, Marija u Ġużeppi jeħilsuna minn din il‑pandemija.” 

BAŻAR

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


April 2021

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Nimxi Magħkom Lejn il‑Missier It‑Tlettax‑il Parti

10. ĠESÚ QIEGĦED F’NOFSNA “Għax fejn ikun hemm tnejn jew tlieta miġburin f ’ismi hemm inkun jiena f ’nofshom. (Mt. 20:18) Ġesù huwa preżenti fiżikament fl‑Ewkaristija. Huwa preżenti wkoll fil‑kelma tiegħu. Huwa preżenti f ’kull persuna, speċjalment fil‑foqra. Ġesù, imma huwa preżenti spiritwalment ukoll fostna nkunu fejn inkunu, sakemm inkunu qed ngħixu l‑kmandament il‑ġdid tiegħu 8

billi nħobbu lil xulxin u nkunu magħquda f ’ismu. Niftakru li Ġesù kien wegħedna li jibqa’ magħna, u kien qalilna: “Għaliex fejn tnejn jew tlieta huma miġbura f ’ismi, hemm jien f ’nofshom.” (Mt. 18:20) Ġesù ma jispeċifikax min huma dawn ‘it‑tnejn jew tlieta’. Jistgħu jkunu tnejn jew tliet persuni li għadhom kif nidmu għax kienu dinbu u li huma magħquda f ’ismu. Jistgħu jkunu tnejn jew aktar żgħażagħ jew wieħed xiħ u l‑ieħor tifel. U meta Ġesù huwa preżenti, anki jekk

spiritwalment, huwa Ġesù nnifsu preżenti magħna bl‑imħabba tiegħu taqbad ġo qlubna bħalma kienet fid‑dixxipli ta’ Għemmaws. Madankollu l‑preżenza tiegħu tintilef meta nieqfu nħobbu lil xulxin. Għall‑Insara hija ta’ importanza enormi li dejjem inżommu l‑preżenza ta’ Ġesù fostna billi nħobbu lil xulxin bħalma ħabbna hu. Nirriflettu: “U, ara, tnejn minnhom dakinhar kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, li


April 2021

kien bogħod minn Ġerusalemm sittin stadju, u kienu jitħaddtu bejniethom fuq dawn il‑ġrajja kollha. U kif kienu jitħaddtu u jistħarrġu, resaq lejhom Ġesù u beda miexi magħhom, imma għajnejhom kienu miżmumin li ma jagħrfuhx. Imma hu għab minn quddiemhom. U qalu wieħed lill‑ieħor: “Ma kinitx qalbna mixgħula fina, hu u jkellimna fit‑triq u jfissrilna l‑Kotba?” (Lq. 24:13‑32) “U, ara, jien magħkom sal‑aħħar tad‑dinja.” (Mt. 28:20)

Ritratt: www.focolare.org

Esperjenza sabiħa minn Chiara Lubich: Il‑Ħabib Inviżibbli. Dan ġara fl‑1944. Kien żmien il‑gwerra u kollox kien imġarraf bil‑bombi. Jiena u ħbiebi bdejna nifhmu li ma kienx ser jirnexxilna naslu biex inwettqu l‑ħolm li kull waħda minna kellha għal ħajjitha, bħal pereżempju li tiżżewweġ u tifforma familja (l‑għarus seta’ ma jiġix lura mill‑gwerra), jew li tispiċċa l‑istudji fl‑università (il‑gwerra kienet tpoġġi wisq diffikultajiet biex tistudja), u oħrajn. Fl‑entużjażmu ta’ żgħażagħ li konna, fittxejna ideal għall‑ħajja tagħna li ma jispiċċa qatt. Jiena fhimt li kien hemm ideal wieħed biss: Alla. Iddeċidejna li nagħmlu lil Alla l‑‘kollox’ ta’ ħajjitna. U huwa, fost il‑biża’ tal‑gwerra, li hija frott ta’ mibegħda, wera lilu nnifsu lilna għal dak

li hu: imħabba. Alla huwa mħabba. (1 Ġw. 4:16) Hekk kif bdejna nemmnu fih, fl‑imħabba tiegħu, bdejna naraw il‑preżenza tiegħu ta’ mħabba f ’kull sitwazzjoni li konna nsibu ruħna fiha. Bdejna nwieġbu għall‑imħabba tiegħu billi nagħmlu r‑rieda tiegħu u ngħixu il‑kliem tiegħu konkretament fil‑ħajja tagħna, speċjalment il‑kmandament li huwa sejjaħlu ‘ġdid’ u ‘tiegħu’: “Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin, li bħalma ħabbejtkom jien, tħobbu intom ukoll lil xulxin.” (Ġw. 13:34) Żgurajna lil xulxin li konna lesti nagħtu ħajjitna għal xulxin. Ippruvajna ngħixu hekk, u l‑ħajja tagħna nbidlet għal kollox. F’għaqda bejnietna skoprejna

Biex infiq għandi bżonn id‑demm.

Int tista’ tgħinni?

Grazzi mill‑qalb! 9


April 2021

ġenerożita’. Din l‑atmosfera u l‑effetti tagħha huma l‑frott tal‑ispirtu ta’ Ġesu’, li huwa l‑Ispirtu s‑Santu nnifsu. U l‑ispirtu ta’ Ġesù rxoxt f ’nofsna jagħmilna Ġesù, li jagħmilna nidhru mill‑oħrajn bħala l‑kontinwazzjoni tiegħu, il‑ġisem ta’ Kristu, il‑Knisja. Dawk li jibnu l‑għaqda permezz tal‑imħabba

Ritratt: Fotografia Felici, 1969.

l‑preżenza ta’ Ġesù f ’nofsna. Innutajna li ħajjitna għamlet qabża kbira ’l quddiem. Xi ħadd kien daħal fil‑grupp tagħna, ħabib inviżibbli, li tana sikurezza, ferħ liema bħalu, ħajja mimlija sens u dawl dejjiemi. Ġesù żamm il‑kelma tiegħu: “Fejn tnejn jew tlieta huma miġbura f ’ismi, hemm ninsab f ’nofshom.” (Mt. 18:20) Ġesù f ’nofsna huwa Ġesù! Mhix formula jew xi virtù. Le. Hawn, qiegħed, huwa persuna! Ma narawhx b’għajnejna, imma huwa jismagħna. Huwa jifli kull ħsieb tagħna, kull taħbita ta’ qalbna, kull deċiżjoni li nagħmlu f ’qalbna. Huwa preżenti! Ma nafx hux qiegħed hawn, hemm jew hawn. Nimmaġina li qiegħed fina lkoll u aħna mqartsin ġo fih. Imma huwa hawn, preżenti; persuna. Jekk aħna 700 ġo kamra, m’aħniex 700. Assolutament le! Aħna 701, għaliex huwa hawn f ’nofsna. Meta aħna magħqudin, aħna nħossu, naraw, aħna ngawdu l‑preżenza ta’ Ġesù. Ilkoll ingawdu l‑preżenza tiegħu, ilkoll insofru l‑assenza tiegħu. Hi paċi, ferħ, spirtu ta’ eroiżmu u tal‑akbar

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

10

reċiproka, ikunu qed jgħixu l‑mewt u l‑qawmien ta’ Kristu; ‘jesperjenzaw’ il‑ħajja tal‑irxuxtat, li qiegħed fihom permezz tal‑grazzja. Hekk huma jgħixu l‑ħajja li ma tispiċċax. Ġesù jgħid: “Kull min hu ħaj u jemmen fija, ma jmut qatt.” (Ġw. 11:26) Papa San Pawlu VI qal hekk: “Il‑fidili huma magħqudin fl‑imħabba, fil‑karità ta’

Kristu? Mela ċertament din hija parroċċa ħajja, hawn tinsab il‑vera Knisja, li għalhekk fiha nsibu fjuritura ta’ dak il‑fenomenu li maż‑żmien iżomm il‑preżenza ta’ Kristu fostna. Jew il‑fidili qegħdin flimkien sempliċement għax isimhom huwa mniżżel fir‑reġistru tal‑parroċċa jew miktub fil‑lista tal‑imgħammdin? Huma flimkien biss meta jiġu għall‑quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd, mingħajr ma jafu lil xulxin jew anki jimbuttaw lil xulxin biex joħorġu mill‑Knisja? Jekk huwa hekk, allura l‑Knisja ma tidhirx magħquda ħaġa waħda. Ftakru fil‑kliem solenni ta’ Kristu: “Jagħrfukom li intom dixxipli tiegħi, bħala segwaċi fidili u awtentiċi tiegħi, jekk tħobbu lil xulxin, jekk hemm sensazzjoni u affezzjoni kaloruża fostkom; jekk hemm simpatija vibranti għall‑oħrajn; mhux simpatija passiva, imma waħda li rriduha deliberament, u li nakkwistawha b’rieda sħiħa, b’dik il‑qawwa tal‑qalb li tiġġenera l‑preżenza ta’ Ġesù għax irridu nkunu magħquda fih u bih.” 


SAN PIETRU APPOSTLU – PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM

April 2021

Beata Sor Maria Gabriella Sagheddu

I

trappista li tat lil Alla dak kollu Ii kienet u Ii kellha.

mwielda f ’Dorgali, Sardegna, fl‑1914, Maria Sagheddu kienet turi wisq tajjeb it‑tip qawwi ta’ razza ta’ rgħajja li minnha kienet ġejja, sew f ’dawk li huma kwalitajiet pożittivi bħalma huma l‑fedeltà, is‑sens qawwi ta’ dmir, il‑karattru sod, is‑safa li ma ċċedi quddiem xejn, kif ukoll f ’dawk negattivi bħal ras iebsa, l‑awtonomija u ċertu ħjiel ta’ vjolenza. L‑aktar ħaġa li kienet tispikka fit‑tfulija u ż‑żgħożija tagħha kienet il‑karattru iebes tagħha tipiku ta’ niesha. Fl‑età ta’ 18‑il sena kellha laqgħa personali mal‑Mulej. Din il‑laqgħa, li ma nafux eżatt iċ‑ċirkustanzi tagħha, biddlitilha ħajjitha għal kollox u wasslitha biex tiddedika ruħha għat‑talb u għall‑prattika tar‑reliġjon li kienet tant imħawla f ’art twelidha u fil‑familja tagħha, kif ukoll biex tiddedika ruħha għall‑ħidmiet ta’ karità. Din il‑laqgħa wasslitha wkoll biex f ’qasir żmien tibdel il‑karattru diffiċli tagħha b’mod li ma tibqax tingħaraf. Hija nkitbet fil‑lista tat‑tfajliet tal‑Azzjoni Kattolika

fil‑parroċċa tagħha u saret katekista. Ta’ 21 sena ddeċidiet li tikkonsagra lilha nfisha kollha kemm hi lil Alla, u fuq parir tad‑direttur spiritwali tagħha, daħlet fil‑Monasteru tat‑Trappisti f ’Grottaferrata, qrib Ruma. Hemmhekk ħajjitha tidher

li kienet immarkata minn ftit elementi, imma tassew essenzjali. L‑ewwel waħda u l‑aktar li kienet tidher fiha, kienet is‑sens ta’ gratitudni għall‑ħniena li Alla għoġbu juri magħha meta sejħilha biex tkun kollha kemm hi tiegħu. Sor Maria Gabriella kienet tqis lilha nfisha bħall‑iben il‑ħali, bħala midinba li ġiet imsejħa lura

fid‑dar tal‑Missier, u ma kienet kapaċi tgħid xejn aktar ħlief ‘grazzi’ għas‑sejħa għall‑ħajja monastika, għad‑dar li issa kienet laqgħetha, għas‑superjuri tagħha, għal ħutha s‑sorijiet; għal kollox. L‑aktar kelma fuq xofftejha kienet: “Kemm hu kbir il‑Mulej!” It‑tieni ħaġa kienet ix‑xewqa tagħha li twieġeb għal din il‑grazzja bil‑qawwa u l‑imħabba kollha ta’ qalbha, b’mod li dak li kien beda fiha l‑Mulej jitwassal għall‑milja tiegħu. Dan kien jidher l‑ewwel fil‑biża’ tagħha li tiġi mibgħuta lura d‑dar u mbagħad fil‑ħeġġa tagħha li toffri lilha nfisha għal dejjem fil‑professjoni reliġjuża. Wara l‑professjoni tagħha ma kellha xejn aktar x’titlob ħlief li tgħidlu: “Mulej issa agħmel bija li trid int!” U hu nebbaħha li toffri ħajjitha għall‑Għaqda bejn l‑Insara, xi ħaġa li żgur ma ġietx minnha. Il‑ħsieb ġieha f ’moħħha meta, waqt il‑ġimgħa ta’ talb għall‑Għaqda bejn il‑Knejjes Insara, Dun Paul Couturier (1953), li sa mill‑1936 kien ilu jaħdem b’risq din il‑kawża, għamel sejħa għat‑talb u għall‑offerta spiritwali. Din is‑sejħa mill‑ewwel sabet art tajba 11


April 2021

fiha: “Inħoss li l‑Mulej dan qed jitlob minni”. Sor Maria Gabriella qatt ma kienet studjat il‑problema tal‑firda fost l‑Insara jew l‑istorja tal‑ekumeniżmu u fil‑fatt, ftit li xejn kienet taf dwar din il‑ħaġa. Hija kienet maħkuma biss mix‑xewqa li l‑bnedmin kollha jerġgħu lura lejn Alla u li s‑Saltna tiegħu tiddi fil‑qalb ta’ kull bniedem. Hija kienet diġà offriet ħajjitħa għal dan meta għażlet il‑ħajja umli u siekta ta’ Soru Trappista biċ‑ċaħdiet tagħha ta’ kuljum flimkien max‑xogħol iebes u t‑talb. Lid‑direttur spiritwali kienet kitbitlu b’sempliċità: “F’dak li għandu x’jaqsam miegħi, inħoss li diġà tajt dak kollu li stajt nagħti.” Forsi kien għalhekk li Alla ried jagħmel minnha sinjal li jidher ta’ din l‑għotja sħiha li huwa jitlob minn kull Nisrani. Ir‑rieda ċara li toffri ħajjitha rabtitha aktar ħaġa waħda ma’ Kristu, il‑Ħaruf li offra lilu nnifsu biex dawk li jemmnu fih ikunu ħaġa waħda bejniethom. “Missier, ħa jkunu ħaġa waħda!” Il‑meditazzjoni tagħha fuq l‑għaqda tal‑Knisja ssib l‑għeruq tagħha proprju fil‑Vanġelu ta’ San Ġwann, kapitli 17 sa 20, li fil‑ftit snin tal‑ħajja monastika tagħha, tant qrathom u reġgħet qrathom li l‑paġni tal‑Bibbja 12

SAN PIETRU APPOSTLU – PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM

tagħha sfaru u tmermru. Il‑marda qerrieda li ħakmitha fl‑età ta’ 23 sena, fil‑jum stess li fih offriet ħajjitha (sa dakinhar kienet tgawdi saħħa perfetta), wasslitha għall‑mewt wara ħmistax‑il xahar ta’ tbatija. Fit‑23 t’April 1939, l‑agunija twila tagħha ntemmet fl‑abbandun totali għar‑rieda tal‑Missier. Il‑Vanġelu ta’ dakinhar kien tar‑Ragħaj it‑Tajjeb u kien jgħid: “Ikun hemm merħla waħda u ragħaj wieħed!”

Imma x’għamlet Sor Maria Gabriella li kien daqshekk straordinarju? Xejn aktar ħlief li għexet il‑ħajja tagħha bħala Soru Trappista b’fedeltà sħiħa, billi tat lil Alla dak kollu li kienet u li kellha, xejn aktar u xejn inqas. Dak li l‑Knisja Ilum qed tippreżentalna bħala ġrajja ekumenika ta’ importanza universali hija ċ‑ċaħda ta’ din is‑soru

żagħżugħa ta’ 23 sena li, mingħajr ħafna storbju jew affarijiet straordinarji, imma tħeġġeġ bl‑imħabba ta’ Kristu, riedet tgħib għal kollox hi biex hu jkun kollox f ’kulħadd. Il‑messaġġ ta’ Sor Maria Gabriella għalina llum huwa li jekk aħna rridu nieħdu sehem f ’dan il‑moviment kbir b’risq l‑għaqda bejn l‑Insara, m’hemmx għalfejn wieħed ikun teologu jew jieħu xi inizjattivi kbar. L‑eżempju tagħha jgħallimna li dak li jgħodd hu li wiehed joffri lil Kristu dak il‑ftit li hu u li għandu: it‑talb, ix‑xewqa, il‑ħajja ta’ kuljum u li wieħed jibdel lilu nnifsu f ’ħobż ewkaristiku, offerta fl‑offerta. Dan x’ifisser b’mod konkret? Mhijiex kwistjoni ta’ entużjażmu tal‑mument, imma hija t‑triq umli ta’ min ma jfittixx aktar lilu nnifsu, imma li jingħata għall‑oħrajn: jgħin, ifarraġ u juri l‑valur tal‑oħrajn waqt li jfittex li jgħib hu. Hija l‑imħabba siekta u attiva ta’ min irid biss iħobb, u għalhekk m’għandu xejn aktar li jqisu tiegħu jew li jipprova jżommu għalih innifsu. Hija l‑ubbidjenza ħelwa u b’qalb sħiha, f ’kull ċirkostanza, anke f ’dawk l‑aktar iebsa u li tidher f ’min ma jpoġġi xejn qabel l‑imħabba ta’ Kristu u jixtieq biss iwettaq


April 2021

ir‑rieda tal‑Missier. Hija t‑talb li ma jħalli ’l ħadd barra, li ma jagħtix mistrieħ lil Alla, li jikber u jinfirex b’mod li jilħaq u jikkonsma l‑eżistenza kollha ta’ dak li jkun sabiex Alla jkun imsebbaħ u l‑bnedmin kollha jsalvaw. U dan kollu mingħajr il‑bżonn ta’ xi esperjenza mistika straordinarja jew ta’ xi ħaġa oħra li tiġbed l‑attenzjoni, kif turi din iż‑żagħżugħa Trappista li, min‑novizzjat sal‑aħħar agunija tagħha, qatt ma kellha ġurnata b’xi ‘kalma mhux tas‑soltu’. L‑offerta ta’ ħajjitha, li għamlet Sor Maria Gabriella, saru jafu biha ħutna l‑Anglikani sa minn qabel ma mietet u ġiet milqugħa tajjeb minn ħafna oħrajn li jħaddnu twemmin differenti. Il‑monasteru ċkejken tagħha kellu jiftaħ il‑bibien beraħ biex ikun jista’ jilqa’ fih għadd sabih ta’ vokazzjonijiet li ma jaqtgħux, u aktar minn hekk kellu jiftaħ qalbu għall‑grazzja u s‑sagrifiċċju li jwaqqaf djar ġodda. Hekk il‑ħabba tal‑qamħ li waqgħet fl‑art u mietet għadha tagħti l‑frott, u jibqgħu miftuħa t‑toroq misterjużi tal‑Mulej li jwasslu għal dik l‑għaqda li għaliha Hu talab fil‑lejl ta’ qabel miet. Kull wieħed minna huwa msejjaħ biex jagħti s‑sehem tiegħu. 

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


April 2021

7ta’ LULJU sal‑11ta’ LULJU Inżuru Alberobello, l‑Għerien ta’ Castellana, Polignano a Mare, Matera u Cisternino. L‑Erbgħa 7 ta’ Lulju Niltaqgħu l‑ajruport fid‑9:30am mnejn naslu fl‑ajruport ta’ Bari, Karol Wojtyla, fis‑12:50pm b’titjira diretta tar‑Ryanair. Bil‑kowċ naslu l‑lukanda fiċ‑ċentru tal‑belt. Jitqassmu l‑kmamar u niltaqgħu fir‑reception biex noħorġu dawra mal‑belt. Il‑belt‑port ta’ Bari li taf l‑oriġini tagħha lill‑immigrati Griegi ta’ 2,000 sena ilu, qiegħda fuq ix‑xifer tal‑Baħar Adrijatiku li jħares lejn il‑Greċja u fil‑preżent għandha popolazzjoni ta’ 320,000 ruħ. Fiha toroq twal sbieħ u organizzati, xogħol tal‑iżvilupp ta’ wara l‑1920, u fiha wkoll it‑toroq dojoq u jserrpu wirt tal‑iżvilupp antik taċ‑ċentru oriġinali tal‑belt. Ingawdu l‑mixja tul il‑Lungo Mare u inżuru l‑bażilika ta’ San Nikola, li hija binja ta’ 900 sena ilu, bl‑istatwa famuża ta’ San Nikola (tas‑Siġġiewi) u l‑kripta bil‑fdalijiet tiegħu. Passiġġata f ’Corso Emanuele, Corso Cavour, Via Sparano u Via Manzoni fid‑distrett tax‑xiri fejn nieqfu għal bibità qabel ma nerġgħu lura lejn il‑lukanda. Il‑Ħamis 8 ta’ Lulju Fid‑9:00am nitilqu mil‑lukanda lejn il‑belt ta’ Alberobello, belt li fiha dehra mhux tas‑soltu minħabba ċ‑ċentru tagħha mżejjen b’aktar minn elfejn dar mibnijin bis‑soqfa qishom koppli‑lembut u li jsejħulhom ‘Trulli’. Ambjent miżmum tajjeb u nadif u b’dehra ġdida li tagħtik pjaċir. Mhux

biss id‑djar, imma anke l‑knisja u ħafna ristoranti huma mibnijin fl‑istess għamla. Inżuru wkoll l‑Għerien ta’ Castellana, dehra naturali tal‑għaġeb li huma formazzjoni fil‑blat ta’ madwar 90 miljun sena ilu. Aħna u sejrin lura lejn Bari, inżuru belt żgħira sabiħa f ’xifer il‑baħar jisimha Polignano a Mare magħrufa l‑aktar għal Domenico Modugno li twieled hemm u li għandu monument sabiħ ikanta l‑Volare‑oh‑oh. Din il‑belt taf il‑bidu taghha madwar elf sena ilu fi żmien l‑Għarab u n‑Normanni. Ikollna ħin nagħmlu passiġġata u min irid jista’ jgħum.

Il‑Ġimgħa 9 ta’ Lulju Minn hawn lejn Matera, belt li ġiet magħżula fl‑2019 mill‑UNESCO bħala belt ta’ wirt dinji. Din ukoll hija belt li fiha s‑sorpriżi tagħha. Fl‑imgħoddi mhux bogħod ħafna kienet maqsuma f ’żewġ taqsimiet – fin‑naħa ta’ fuq kienu joqogħdu s‑sinjuri u fl‑għelieqi tal‑wied ta’ taħt il‑belt kien joqogħdu l‑bdiewa u l‑foqra. Il‑ġebla tal‑belt hija ġebla ratba ħafna u fiha n‑nies il‑foqra, ħaffru mijiet ta’ għerien u kmamar li kienu joqogħdu fihom. Ħaffru l‑knisja, il‑ħwienet u l‑għerien għall‑bhejjem. Belt qisha presepju li llum hija attrazzjoni turistika mill‑aqwa. Flimkien mal‑gwida nduru l‑parti prinċipali. Wara nżuru l‑inħawi ta’ Cisternino. Hawn

*€50 skont jekk tibbukja sal‑31 ta' Mejju 2021!

magħrufin għall‑‘bombette’ li huma dawriet irqaq ta’ laħam (vitella jew majjal) imremblin u mimlijin b’ħafna affarijiet differenti. Insibu wkoll ħwienet tal‑laħam li jsajrulek il‑biċċa laħam li tagħżel fil‑pront u tkun tista’ toqgħod tiekol fuq mejda barra l‑ħanut f ’waħda mit‑toroq dojoq ta’ dan ir‑raħal.

Is‑Sibt 10 ta’ Lulju Filgħodu ħin liberu. Kulħadd jista’ jmur jagħmel ix‑xiri jew jippassiġġa max‑xatt jew fiż‑żona storika tal‑belt. Nerġgħu niltaqgħu fis‑1:00pm biex inżuru l‑Kastell Svevo mibni mir‑Re Ruġġieru, in‑neputi tal‑Konti Ruġġieru li ħa lil Malta minn taħt l‑Għarab u qegħedha taħt il‑ħakma tan‑Normanni. Inżuru l‑Katidral ta’ San Sabino fejn nisimgħu l‑quddiesa li tiswa għall‑għada. Il‑Ħadd 11 ta’ Lulju Inqumu u nieħdu l‑kolazzjon biex nitilqu bil‑bagalji fit‑8:30am lejn iċ‑ċentru kummerċjali Mongolfiera Santa Caterina. F’12:00pm nitilqu lejn l‑ajruport ta’ Bari mnejn naslu lura Malta fl‑4:00pm mat‑titjira tar‑Ryanair. Prezz: €485* kull persuna f ’kamra ta’ 2 jinkludi: Titjira sa Bari u lura, trasport, lukandi tajbin inkluż il‑kolazzjon, gwida Maltija u l‑eskursjonijiet kollha skont il‑programm.

Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek ġo Sqallija? Kellimna, aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd. 14


April 2021

Kellimna issa biex tippjana s‑safra għas‑sajf li ġej b'moħħok mistrieħ li ser tiddeverti żgur bi prezzijiet għall‑but ta' kulħadd. Mit‑Tnejn 19 sat‑Tnejn 26 ta’ Lulju 2021 fil‑MAĊEDONJA

Pajjiż qrib tagħna, imma li għadna ma nafuhx. Il‑pajjiż tal‑maħbuba Madre Tereża. Il‑pajjiż li fih l‑ikbar numru ta’ qċaċet tal‑muntanji fid‑dinja. Il‑Maċedonja tan‑Nord. Inżuru: Skopje, Tetovo, Matka Canyon, Stobi, Ohrid, Kalista, Vevcani, Struga u l‑Kantini tal‑Indib ta’ Popova Kula. Bliet li fihom ħafna x’tara għax għandhom storja ta’ fdalijiet sa minn qabel il‑Griegi ta’ 3,000 sena ilu. Imma li issa aġġornaw rwieħhom ħalli jidħlu fl‑industrija tat‑turiżmu, saru destinazzjoni turistika importanti. Natura mill‑isbaħ b’muntanji, foresti, għadajjar u canyons pittoreski. Swieq u snajja’ tal‑post, u t‑togħma tal‑ikel u tal‑inbid lokali. Mill‑Ħadd 8 sal‑Ħadd 15 t’Awwissu 2021 fil‑ĠERMANJA

Tfal, Żgħażagħ u Kbar f’Safra ta’ Allegrija. Inkunu noqogħdu fl‑ibliet kbar u sbieħ ta’ Cologne u Dusseldorf. Immorru Dortmund fejn inżuru l‑grawnd tal‑futbol ta’ Borussia Dortmund u Cochem fejn nirkbu ‘chairlift’ għal għoli ta’ 155 metru. Inżuru ‘waterpark’ jismu Aqualand u ‘Theme Park’ li jismu Phantasialand, birreriji, kastelli u nesperjenzaw dawra fuq ix‑xmara storika Rhine. Ġungla, pagodi u ‘rollercoasters’, mill‑aqwa, iż‑‘zoo’ ta’ Cologne mimli annimali u għasafar donnhom minn dinja ta’ barra minn hawn. Safra ġdida mimlija bl‑ispirtu ta’ avventura u ta’ divertiment għalik u għal uliedek li fiha kulħadd jerġa’ jħossu żagħżugħ. Safra li togħġob kemm liż‑żgħar u kemm lill‑kbar. Mis‑Sibt 21 sas‑Sibt 28 t’Awwissu 2021 fl‑ISKOZJA

Pajjiż li minnu nnifsu huwa attrazzjoni turistika. Naraw bliet, muntanji u bajjiet mill‑isbaħ. Inżuru l‑belt kapitali Edinburgh, Fort William u Glasgow, nattendu għat‑Tattoo bil‑Baned Militari u s‑suldati bil‑geżwira, u għall‑Festival tax‑Xifer. Naraw wirja kbira ta’ friefet qrib Edinburgh li hija attrazzjoni għal kollox differenti minn tas‑soltu. Nippruvaw infittxu l‑Loch Ness: il‑mostru tal‑għadira u naraw minn fejn għaddiet il‑ferrovija ta’ Harry Potter fil‑film. Malli toħroġ fil‑kampanja ssib ruħek bil‑muntanji madwarek kullimkien. Qegħdin fir‑Renju Unit, imma differenti mill‑Ingliżi għaliex jitkellmu b’aċċent u pronunzja diffiċli. Iridu l‑indipendenza mill‑Ingilterra u li jerġgħu jidħlu fis‑suq komuni. Għandhom l‑isterlina tagħhom. Pajjiż u poplu li jqanqlulek kurżità. Mis‑Sibt 4 sas‑Sibt 11 ta’ Settembru fil‑BULGARIJA

Għalkemm qiegħda fl‑Ewropa, il‑Bulgarija hija pajjiż eżotiku differenti mill‑oħrajn kollha. Toffrilna ħafna opportunitajiet bil‑varjetà li fiha. Se nżuru l‑kapitali Sofija, Veliko Tarnovo, Arbanassi, Varna, Albena, Golden Sands, Plovdiv u ħafna postijiet oħra. Mhux biss avventuri fil‑beraħ, imma toffrilna wkoll garanzija ta’ arti, storja u ambjent naturali li jsaħħrek, toffri bajjiet mill‑isbaħ, knejjes ta’ ġmiel u kull għamla ta’ sport. Inżuru tliet postijiet fuq il‑Baħar l‑Iswed: ir‑riserva naturali Cape Kalikara, il‑belt żgħira Balchik u u r‑riżort tal‑Golden Sands.

YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta. Tel: 2122 2040 / Mob: 7979 2040 info@ytc.com.mt • www.ytc.com.mt

15


April 2021

SANTA INFANZJA

Renovazzjoni ta’ Tliet Laboratorji

G

razzi għal donazzjoni sabiħa mibgħuta minn Missio Malta, wara l‑ġabra li saret f ’Lulju 2020 waqt il‑maratona HopeMissioFest, beda xogħol ta’ renovazzjoni fuq tliet laboratorji, tal‑kompjuters, tax‑xjenza u tal‑bijoloġija rispettivament, fl‑iskola tal‑bniet ‘Sacred Heart Girls High School’ f ’Chak, fil‑Pakistan. Ix‑xogħol sar minn Rafiq, li huwa elektrixin u mastrudaxxa tal‑affari tiegħu. Ix‑xogħol fuq il‑plakek u l‑arloġġ tad‑dawl tlesta filwaqt li l‑ħaddied ħadem fuq il‑qafas tal‑iskrivaniji u kif dawn kienu lesti, Rafiq waħħal l‑uċuh tal‑injam ħalli jitpoġġew il‑kompjuters fuqhom u kif ukoll biex jintużaw mill‑istudenti. Rafiq ħadem ukoll armarji tal‑injam biex jintrefgħu l‑affarijiet fihom u jkunu f ’post sigur. It‑tberik tal‑laboratorji sar nhar il‑Ġimgħa 19 ta’ Frar 2021 mill‑Isqof tad‑Djoċesi ta’ Faisalabad fil‑preżenza tas‑Sorijiet Dumnikani u wħud mill‑istudenti. Sor Francesca Farrugia O.P.

16


April 2021

CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 17


April 2021

Kappella Ġdida

I

l‑Kappella ta’ San Fabjan tappartjeni lis‑Santa Infanzja fil‑parroċċa ta’ Makunka fir‑raħal ta’ Mooka fiż‑Żambja. Hija waħda mill‑parroċċi l‑aktar attivi li tilqa’ bejn 500 u 700 Kattoliku, iżda minkejja dan, kappella permanenti fejn jiġi ċċelebrat l‑quddies tal‑Ħadd u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra, ma kellhiex. Grazzi għall‑koppja benefatturi Maltin, din il‑ħolma setgħet issir realtà. U minflok kappella mibnija mit‑tajn u l‑ħaxix, li dan l‑aħħar ma baqgħetx tintuża għaliex kienet perikoluża, beda l‑bini ta’ kappella kbira u soda. Minħabba l‑pandemija COVID‑19, ix‑xogħol kellu jieqaf għal xi żmien. Il‑parruċċani stess għenu billi naddfu l‑art fejn kienet ser tinbena l‑kappella kif ukoll għamlu l‑brikks. F’isem id‑Djoċesi ta’ Livingstone u l‑komunità ta’ San Fabjan f ’Mooka, nirringrazzjaw lill‑benefatturi li permezz ta’ Missio Malta għaddewlna l‑fondi biex din il‑kappella setgħet tibda tinbena. Għaliex mingħajr dan is‑sapport żgur li l‑ħolma ta’ dawn il‑parruċċani ma kenitx issir realtà. Jalla l‑Mulej iberikkom tal‑ġenerożità tagħkom. Tagħkom fi Kristu, Isqof Mons. Valentine Kalumba OMI

18


April 2021

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 19 Medikazzjoni għal ġimagħtejn fi kliniċi li jikkuraw mard serju

anzjan/a li ta’ kuljum iħabbtu d‑djar tas‑sorijiet għall‑ikel

€ 100 Tliet xhur skola

€ 140 Siġġu tar‑roti għal tifel

€ 2,000 Tħaffir u bini ta’

primarja u ikla kuljum lil tifel jew tifla foqra

jew tifla b’diżabilità

€ 50 Ikla sħuna għal 30

spiera għal ilma nadif biex jibbenefikaw komunitajiet sħaħ

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 19


April 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

20


April 2021

“Ix‑xmajjar ma jixorbux l‑ilma tagħhom stess, is‑siġar ma jiklux il‑frott tagħhom stess, ix‑xemx ma tiddix fuqha nfisha u l‑fjuri ma jfewħux għalihom stess. Li tgħix għall‑oħrajn hija regola tan‑natura. Aħna lkoll imwielda biex ngħinu lil xulxin. Iebsa kemm hi iebsa, il‑ħajja hija sabiħa meta nkunu kuntenti, imma tkun wisq aħjar meta l‑oħrajn huma ferħanin minħabba fina.” Papa Franġisku

21


April 2021

Ġ

Santa Ġuljana ta’ Cornillon

uljana kienet bint raħħala foqra, imma Nsara tassew. Twieldet fl‑1192 jew 1193 f’raħal imsejjaħ Retinnes, fl‑inħawi ta’ Liege fi Fjandra, parti mill‑Belġju tal‑lum. Ta’ ħames snin Ġuljana u oħtha ġarrbu l‑isfortuna kerha li tilfu lill‑ġenituri tagħhom. Xi qraba afdaw lilha u lil oħtha taħt it‑tmexxija tas‑Sorijiet Agostinjani ta’ Mont Cornillon, li kienu jieħdu ħsieb lill‑morda. Il‑bniet irċevew ħafna mħabba mingħand Sor Sapjenza li kienet tgħallimhom l‑iskola. Anjeże, oħt Ġuljana, mietet f’età żagħżugħa, filwaqt li Ġuljana, bil‑matmura ta’ għerf li rċeviet, għamlet progress kbir u qrat b’imħabba kbira l‑kitbiet ta’ Santu Wistin u San Bernard. Maż‑żmien ikkultivat żelu ta’ mħabba lejn il‑Verġni Mbierka, il‑Passjoni ta’ Ġesù u devozzjoni speċjali lejn is‑Santissimu Sagrament. Ġie assenjat lilha x‑xogħol li ddur bil‑morda li kellhom fl‑isptar u għexet b’mod erojku l‑virtujiet ta’ umiltà, ubbidjenza u penitenza. F’udjenza ġenerali li għamel Papa Emeritus Benedittu XVI nhar is‑17 ta’ Novembru 2010, tkellem hekk dwar 22

IL‑QADDISA TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

Santa Ġuljana u l‑imħabba tagħha lejn l‑Ewkaristija: “Ġuljana wriet sa mill‑bidu ġibda partikolari għall‑kontemplazzjoni; kellha sens profond tal‑preżenza ta’ Kristu, li kienet tħossu b’mod tassew qawwi fis‑Sagrament tal‑Ewkaristija, u spiss kienet tieqaf timmedita fuq il‑kliem ta’ Ġesù: “Ara, jiena magħkom dejjem sal‑aħħar taż‑żmien.” (Mt. 28:20) Fl‑età ta’ 16‑il sena, kellha l‑ewwel

viżjoni li mbagħad reġgħet ratha kemm‑il darba fil‑ħin tal‑adorazzjoni Ewkaristika. Rat il‑qamar kollu dija b’faxxa skura fin‑nofs. Il‑Mulej qalilha li l‑qamar kien simbolu tal‑ħajja tal‑Knisja fid‑dinja. Il‑faxxa skura kienet in‑nuqqas ta’ festa fiċ‑ċiklu liturġiku. Ġuljana kellha tħabbrek għat‑twaqqif tagħha; festa li fiha l‑fidili Nsara jimxu ’l quddiem fil‑prattika

tal‑virtujiet u jpattu għall‑offiżi lis‑Santissimu Sagrament. Naturalment, dan ma kienx kollu ward u żahar. Meta ġiet afdata lilha l‑kariga ta’ superjura, rat kif għamlet biex iddelegat persuni, biex fl‑umiltà kbira li kellha ma tidhirx li kienet hi li ħadmet biex twaqqaf il‑festa ta’ Korpus. Fl‑1263 il‑Papa kien jinsab f’Orvieto u nqalgħet ċirkostanza fejn saċerdot kien imħabbat minn tentazzjonijiet kbar dwar jekk fl‑Ostja tinsabx verament il‑preżenza reali ta’ Ġesù Ewkaristija. Jum fost l‑oħrajn, tbiddel f’demm ħaj l‑inbid li kien għadu kemm ikkonsagra, li wkoll rah jixtered fuq il‑korporal. Wara stħarriġ, il‑każ ġie approvat bħala awtentiku. Il‑Papa ħa dan is‑sinjal mis‑sema biex ixerred il‑festa ta’ Korpus għall‑Knisja kollha. Nies kattivi qalgħu bosta qlajjiet fuq Ġuljana, fosthom ta’ misapproprazzjoni ta’ fondi fil‑kunvent li kienet tmexxi, liema qlajjiet ma kinux minnhom. Għalhekk, il‑povra soru kellha ssofri fis‑skiet il‑ġiri minn kunvent għal ieħor sakemm tinqata’ l‑inkjesta li kienet għaddejja. Santa Ġuljana mietet tħares lejn l‑Ostja Mqaddsa nhar il‑5 t’April 1258. 


April 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 23


April 2021

90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA

MALTA MISSJUNARJA – L‑1 PARTI Teżorier Nazzjonali tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji, ħajtu qattagħha jiġbor il‑fondi b’risq il‑ħidma missjunarja fil‑kontinent Afrikan u fl‑Indja; f’Awwissu 1983 kien żar dan il‑pajjiż biex jara b’għajnejh stess il‑ġid imwettaq mill‑għotjiet Maltin.

Dun Anton Xiberras

B

i tħejjija għaċ‑ċelebrazzjonijiet li ser jimmarkaw l‑anniversarju matul is‑sena 2022 f’għeluq id‑disgħin sena mill‑ewwel ħarġa tal‑perjodiku mensili Malta Missjunarja (MM), se nibda nagħtikom tagħrif dwar poeżiji Maltin u kitbiet oħrajn ta’ xeħta letterarja li bdew jidhru sa mill‑ewwel edizzjoni. Ma’ dan l‑anniversarju nixtieq inżid ukoll anniversarju ieħor – dak ta’ Dun Anton Xiberras (DAX) (1922‑2006), qassis‑poeta Naxxari, f’għeluq il‑mitt sena minn twelidu. Bħala membru tal‑Kunsill u 24

Għal ħafna snin DAX kien l‑editur ta’ MM fejn kiteb kull xorta ta’ buzzetti, djalogi, drammi, eleġiji, ħrejjef, leġġendi, novelli, poeżiji, rakkonti, skizzi u stejjer. Fost xogħlijietu, ‘Kalb ta’ Tfajjel’ aktarx li kien l‑ewwel rakkont tiegħu (sena VII, Ġunju

1939, nru 6, p. 155). Insibu żewġ rumanzi missjunarji: ‘Demm tal‑Martri’ (1941‑2) u ‘Il‑Wieħed u Ħamsin’ (1949‑51) (Empire Press, 1951), iddedikat lil Dun Anton Cilia (1910‑79), Direttur Nazzjonali tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji. Kien hu li żera’ fih l‑imħabba lejn il‑missjoni sa mill‑bidu nett li daħal is‑seminarju tal‑Furjana fl‑1934, b’Dun Anton Cilia jkun il‑prefett tiegħu. Hemmhekk sab li diġà kien jeżisti l‑moviment missjunarju fost l‑istudenti bl‑isem ta’ ‘Crociata Missionaria San Paolo’, imwaqqaf fl‑1928 bl‑inizjattiva tar‑Rettur Mons. Darmanin. Minnu nħareġ grupp ta’ seminaristi li wettqu ħidmiet importanti, fosthom il‑ħruġ ta’ MM f’Settembru 1932. Matul il‑kważi disgħin sena ħajja ta’ MM, il‑qarrejja adulti żgur li qraw in‑novelli ta’ Sciant [psewdonimu li DAX kien iħobb juża fix‑xogħlijiet bikrin tiegħu, magħmul mill‑ewwel tliet ittri t’ismu u kunjomu Sci(berras) + Ant(on)], ‘Ir‑Rakkont tax‑Xahar’, ‘Kulturi ta’ Popli’, ‘Dawra Durella’ jew ‘5 Minuti Intervall’. Lill‑qarrejja ż‑żgħar ukoll


April 2021

Leġġendi’ (2001); u ‘Stejjer, Stejjer, Stejjer’ (2003), b’għażla vasta ta’ stejjer minn mad‑dinja kollha.

Il‑qoxra tal‑ewwel Malta Missjunarja, Settembru 1932.

kien jiddedikalhom il‑paġna ‘Għat‑Tfal Tagħna’ minn Il‑Missjunarju Tagħkom; fiha kien idaħħal ukoll xi logħob u ċajt. Anki ż‑żgħażagħ kellhom ir‑rokna tagħhom f ’kitbietu. U għad li għal xi snin kien waqaf jikteb f ’MM, lejn l‑aħħar tas‑seklu li għadda u l‑bidu tal‑millennju l‑ġdid, kien irnexxielu joħroġ erba’ kotba bil‑leġġendi f ’forma ta’ proża u/jew poeżija bi spejjeż tal‑Opri Missjunarji

Pontifiċji f ’Malta: ‘It‑Tifel Misruq u Leġġendi Oħra’ (1992); ‘Aktar Leġġendi’ (1996); ‘Aktar u Aktar

MM [1932‑6]: Fir‑rivista nru 4 ta’ Diċembru 1932, insibu żewġ xogħlijiet letterarji mill‑pinna tal‑poeta nazzjonali Dun Karm Psaila (1871‑1961): ‘Milied u Missjoni’ (Sena I, Diċembru 1932, Nru 4, p. 89), sunett Petrarkan, datat 10 ta’ Diċembru, u ‘Qalb ta’ Missjonarju’ (Sena I, Marzu 1933, nru 7, p. 155), poeżija bi 15‑il strofa ottonarja u rima abċb, datata 25‑6 ta’ Frar 1933. Sunett ieħor fi stil Petrarkan – ‘Lill‑Missjunarju’ kitba ta’ M. Agius (Ħal Lija, Settembru 1933), deher f ’paġna 271 tar‑rivista nru 11 t’Awwissu‑Settembru. Bl‑istess isem insibu wkoll poeżija b’10 strofi

25


April 2021

endekasillabi ta’ Karm(enu) Vassallo (1913‑87) bid‑data tas‑7 ta’ Jannar (Sena II, Novembru 1933, nru 13, p. 11). Ta’ min jgħid hawnhekk li dan il‑poeta filosofu huwa l‑awtur ta’ ħafna poeżiji miġburin f ’ħames antoloġiji: ‘Nirien’ (1938); ‘Kwiekeb ta’ Qalbi’ (1944); ‘Ħamiem u Sriep’ (1959); ‘Tnemnim’ (1970) u ‘Bejn Qċaċet u Qigħan’ (1974). Ix‑xahar ta’ wara (Sena II, Diċembru 1933, nru 14, p. 39), dehret il‑poeżija ‘Milied ta’ Missjunarju’ tal‑poeta Għawdxi Ġorġ Pisani (1909‑1999). Fir‑rivisti 26

90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA

mensili ta’ Frar (nru 16) u Ottubru (nru 24) 1934 rispettivament, insibu ‘Nhar in‑Nawfraġju’ (p. 84), sunett Petrarkan ta’ Dun Karm, datat 15 ta’ Jannar, u ‘Tiftakar, Mà!’ (pp. 292‑3), poeżija tal‑ġiżwita Ġużè Delia S.J. (1900‑80) – magħruf għal‑leġġendi tiegħu f ’versi, maħduma s‑Siġġiewi, raħal twelidu, datata 15 ta’ Settembru. Poeżija oħra bi tmien strofi endekasillabi hija dik bl‑inizjali ta’ S.M. li ġġib l‑isem ta’ ‘Mons. G. De Piro’ (Sena III, Settembru 1935, nru 9, p. 213), miktuba fl‑okkażjoni t’għeluq

is‑sentejn mill‑mewt ta’ dan l‑appostlu tal‑missjoni, imfakkar l‑aktar għall‑opra kbira tiegħu bit‑twaqqif tas‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Sena wara, dehru tlieta oħrajn bit‑tema missjunarja: il‑poema ‘Missjunarju’ (Sena IV, Frar 1936, nru 2, pp. 29‑31) ta’ Dun Karm, miktuba lejlet il‑Milied; ‘Innu Missjunarju’ f ’forma ta’ djalogu bejn missjunarji u infidili, t’awtur anonimu (Sena IV, Ottubru 1936, nru 10, p. 239); u ‘Il‑Missjunarju’ (Sena IV, Diċembru 1936, nru 12, p. 267), sunett Petrarkan ta’ Mons. Gauci. 


April 2021

Missio Malta għadu kif nieda websajt ġdida. Fiha ssibu ħafna informazzjoni dwar il‑missjoni, il‑missjunarji, proġetti li twettqu u qed jitwettqu, animazzjoni missjunarja, attivitajiet u ħafna aktar.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

www.missio.org.mt

27


April 2021

ITTRA PASTORALI – MAQLUBA GĦALL‑MALTI MINN DUN VICTOR AGIUS

Il‑Mod Kif Ngħixu l‑Fidi u Nkunu Komunità Ma Jistax Jibqa’ l‑Istess. Noħolmu b’Komunitajiet Miftuħa, Umli u Mimlijin Tama. Għeżież, Dan l‑aħħar qamet diskussjoni fuq il‑quddies: għandna jew m’għandniex niftħu l‑knejjes għall‑quddies? Il‑ħajja attwali qed tgħidilna li għandna naħsbu fuq affarijiet ħafna aktar importanti: it‑tbatija ta’ min 28

tilef lil xi ħadd minn tal‑familja, u lanqas biss kellu ċ‑ċans isellimlu qabel ma miet; il‑weġgħa ta’ qalb ta’ min tilef ix‑xogħol u qiegħed jitqabad biex jirnexxilu jwassal sal‑aħħar tax‑xahar; il‑weġgħa ta’ min kellu jagħlaq il‑ħanut għal dan iż‑żmien kollu u ma jafx kif jew hux ser ikun possibbli

jerġa’ jiftħu; it‑tfal u ż‑żgħażagħ li ma setgħux imorru skola; il‑ġenituri li kellhom, b’ħafna sagrifiċċju, jieħdu ħsieb it‑tfal li baqgħu il‑ħin kollu d‑dar; kif tista’ tirpilja l‑ekonomija fost il‑faqar li tant żdied u kotor. Dawn huma d‑domandi li nħoss f ’qalbi u li fuqhom, bħala Knisja ta’ Pinerolo,


April 2021

hemm bżonn naħsbu x’nistgħu nagħmlu. Fuq dan jiddependi l‑futur tat‑territorju tagħna. Qed niddedika l‑ftit forzi li baqagħli għal dan (l‑isqof kien għadu kemm fieq mill‑COVID‑19), b’moħħi u b’qalbi kollha. Is‑sitwazzjoni hija serja ħafna: “Dan mhux sempliċement intopp li nqalgħalna!” Kemm nixtieq li l‑pandemija tispiċċa għada filgħodu u l‑kriżi ekonomika għada filgħaxija! Imma mhux ser ikun hekk. Il‑fatt hu li dan iż‑żmien ta’ pandemija u kriżi mhumiex sempliċement intopp. Ħafna jaħsbu: “Dan l‑intopp inqala’ fil‑bidu ta’ Marzu, u meta jgħaddi s‑soċjetà u l‑Knisja ser jerġgħu jmorru lura għal li kienu.” Le. Hija dagħwa, gidba, u ħrafa. Iż‑żmien qed jitkellem waħdu, qed ikellimna. Dan iż‑żmien qiegħed jgħajjat. Qed jitlobna ninbidlu. Is‑soċjetà li nġorru wara spallejna ma kinetx ‘l‑aħjar li soċjetà setgħet tkun’. Tiftakru t‑tgergir li konna tant imdorrijin nisimgħu sal‑aħħar ta’ Frar? Iva, issa huwa ż‑żmien li noħolmu b’xi ħaġa ġdida. Dik ta’ qabel kienet soċjetà mibnija fuq l‑individwaliżmu. Ilkoll konna tant żguri li nistgħu nimxu ’l quddiem mingħajr

ma nagħtu tant kas tar‑relazzjonijiet ta’ bejnietna. Ilkoll konna naħsbu li r‑relazzjonijiet kienu għażla biex insebbħu xi ftit lil ħajjitna. Ċirasa fuq il‑kejk, xi ħelwa fl‑aħħar tal‑ikla. F’dan iż‑żmien li konna iżolati, indunajna li r‑relazzjonijiet ta’ bejnietna jonqsuna daqs in‑nifs li nieħdu. Għaliex ir‑relazzjonijiet huma vitali, mhux sekondarji. Aħna, aħna r‑relazzjonijiet li nibnu ma’ xulxin. Dan ifisser li qed

tiskopri l‑komunità tal‑bnedmin, dak li huwa tant essenzjali, id‑don, il‑fiduċja f ’xulxin u r‑rispett lejn l‑ambjent.

Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa fuq il‑fidili tagħna. Mhux biżżejjed li nerġgħu mill‑ġdid namministraw is‑sagramenti biex naħsbu li solvejna kollox. “Mhux inneħħu l‑intopp”. Ma nistgħux immorru lura għall‑Knisja ta’ qabel. Jew nibdew inbiddlu l‑Knisja issa f ’dawn ix‑xhur jew il‑Knisja tibqa’ hekk kif kienet, għal għoxrin sena oħra. Jekk jogħġobkom ejjew nisimgħu b’attenzjoni kbira dak li ċ‑ċirkostanzi t’issa qed jgħidulna u dak li b’mod meraviljuż jgħidilna Papa Franġisku. Tiftakru dak li konna ngħidu sal‑aħħar ta’ Frar li għadda? F’kull laqgħa nerġgħu niskopru li konna nagħmlu konna l‑‘komunità’. L‑oħrajn, dejjem ingergru li n‑nies is‑soċjetà, huma l‑fortuna m’għadhiex tiġi tagħna u aħna nagħmlu parti għall‑quddies, it‑tfal ħajja minnha. It‑triq fejn tal‑katekiżmu ma jiġux aktar noqgħod, iż‑żona, ir‑raħal, għall‑quddies, iż‑żgħażagħ il‑belt, huma l‑komunità ma jiġux aktar il‑quddiesa. tiegħi: huma importanti daqs Tiftakru? U issa taħsbu li ser l‑arja li nieħdu n‑nifs biha, u insolvu kollox sempliċement jiena għandi nħossni parti billi mil‑ġdid nerġgħu minnha. Dan skoprejnieh, nibdew niċċelebraw issa nippruvaw ngħixuh. il‑quddies? Jiena nemmen Għalhekk, mhux intopp, fl‑importanza tal‑quddies. imma bidu ġdid. Twelid ta’ Meta niċċelebraha verament soċjetà differenti. Ma naħlux ‘nidħol’ fiha b’qalbi kollha, dan iċ‑ċans! Soċjetà li inħossni nitwieled mill‑ġdid, 29


April 2021

ITTRA PASTORALI – MAQLUBA GĦALL‑MALTI MINN DUN VICTOR AGIUS

iċċarġjat. Naf li hija ‘l‑quċċata u l‑għajn’ tal‑ħajja ta’ dawk li jemmnu. Jiena noħlom li jkolli l‑forza u nkun nista’ nippresedi l‑Ewkaristija. Imma ngħidilkom ċar u tond, li ma rridx aktar Knisja li tillimita ruħha biss biex tgħidilna x’għandna nagħmlu, x’għandna nemmnu u x’għandna niċċelebraw, filwaqt li ninsew nieħdu ħsieb nindukraw ir‑relazzjonijiet ta’ bejnietna u mal‑oħrajn. Għandna bżonn nerġgħu niskopru s‑sbuħija tar‑relazzjonijiet ta’ bejnietna, fost il‑katekisti, l‑animaturi, il‑kollaboraturi u l‑prattikanti. Għandna bżonn noħolqu fil‑parroċċi post fejn nieħdu gost niltaqgħu, fejn wieħed ikun jista’ jgħid: “Hawn huwa possibbli nsib il‑klima ta’ komunità, kemm hu sabiħ meta nkunu flimkien!” U mal‑oħrajn, ma’ dawk li ma jiġux il‑Knisja jew li tarahom 30

biss meta ‘għandhom bżonn quddiesa’ jew għal xi magħmudija jew funeral. Jiena noħlom b’Insara li jħobbu lil dawk li ma jiġux, l‑anjostiċi, l‑atei u lil dawk ta’ twemmin jew reliġjon differenti. Dan huwa l‑veru Nisrani. Noħlom b’Insara li ma jħossuhomx Insara sempliċement għax kull nhar ta’ Ħadd imorru għall‑quddies (ħaġa tajba), imma għax qed jippruvaw jiżviluppaw il‑ħajja spiritwali tagħhom bi żmien ta’ riflessjoni fuq il‑Kelma, b’mumenti ta’ silenzju, b’mumenti ta’ ferħ quddiem is‑sbuħija tal‑muntanji jew quddiem fjura, b’mumenti ta’ talb fil‑familja, quddiem stedina ġentili biex nieħdu kafè flimkien. Mhux Insara ‘devoti’ (bl‑attitudni: għalija nnifsi, fija nnifsi, astratt, idealista), imma nies li jemmnu f’Alla biex jgħixu ħajjithom u jkunu kapaċi

jemmnu, sew meta l‑affarijiet imorru tajjeb u sew meta jmorru ħażin. Mhux komunitajiet magħluqin fihom infushom jew fl‑organizzazzjoni tagħhom, imma komunitajiet miftuħa, umli u mimlija tama; komunitajiet li jimpressjonaw lill‑oħrajn b’dak li jappassjonahom u bil‑fiduċja. Mhux Knisja li tmur il‑Knisja, imma Knisja li tmur lejn kulħadd. Mimlija entużjażmu, passjoni, tama u ħlewwa. Nies hekk jerġgħu jġibu x‑xewqa li jmorru l‑Knisja. Li jmorru għall‑quddiesa biex jitrejqu. Inkella nkomplu naħlu l‑ikel li jrejjaqna; l‑ikel tal‑Ewkaristija. Gwaj għal min jaħli l‑ħobżna ta’ kuljum (hekk kienu jgħidulna n‑nanniet tagħna). Gwaj għal min jaħli il‑‘ħobż’ tal‑Ewkaristija. B’dan il‑ġuħ biss nistgħu niskopru l‑fortuna tal‑quddiesa. U b’dan il‑mod biss nistgħu neġgħu niskopru x‑xewqa li nsiru rigal għall‑oħrajn; għas‑soċjetà kollha tal‑umanità. Il‑mixja t‑tajba lil kulħadd. Flimkien. Qegħdin dejjem f’qalbi. B’imħabba u stima, + Mons. Derio Olivero Isqof ta’ Pinerolo, l‑Italja 


April 2021

Adopt a

Grandparent

Combat Loneliness POWERED BY

MALTA

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

www.adoptgrandparent.org POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 31


April 2021

IL‑MIXJA TAGĦNA FID‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR

Ir‑Raba’ Parti

I

ż‑Żmien tar‑Randan, tagħna fi Kristu. “Jekk ikkaratterizzat b’qari u Kristu ma qamx mill‑imwiet, meditazzjoni tal‑iskrittura, fiergħa hija l‑predikazzjoni talb u penitenza, sawm tagħna u fiergħa wkoll u karità lejn il‑proxxmu, il‑fidi tagħkom... u intom wasal biex jintemm biex għadkom fi dnubietkom.” nagħtu bidu għal Żmien (1 Kor. 15:14) Kristu qam l‑Għid, ikkaratterizzat minn mill‑mewt! Hallelujah. ferħ, radd il‑ħajr u tama Infaħħruk u inqimuk, Mulej spiritwali fil‑Mulej, espressi u Feddej tagħna. Fejn mar l‑aktar bil‑kelma Hallelujah Hu, aħna għad insegwu għax (bl‑Ebrajk: ‘hallalu‑yah’) aħna Tiegħu, nappartjenu li tfisser Ejjew infaħħru Lilu. Inħallu din il‑verità lill‑Mulej). Wara l‑40 jum tal‑Għid tmiss qalbna u tar‑Randan, li huwa wkoll ssir parti minna matul tħejjija spiritwali għall‑Għid, dan iż‑żmien u nippruvaw issa l‑Knisja tagħtina 50 nemmnu u nifhmu din jum ieħor (mill‑5 t’April il‑verità u xi tfisser għalina. sat‑22 ta’ Mejju, Lejlet Għid il‑Ħamsin). Dan iż‑Żmien tal‑Għid għandu jkun għalina okkażjoni mill‑aqwa biex nissaħħu dejjem aktar fil‑fidi tagħna fil‑qawmien ta’ Kristu mill‑mewt u f ’dan Per Crucem ad Lucem il‑Misteru Kbir, li huwa (Permezz tas‑salib għad‑dawl) l‑qofol tat‑twemmin kollu Matul il‑liturġija tal‑Vġili

32

tal‑Għid, isir it‑tberik tan‑nar il‑ġdid li minnu jinxtegħel il‑blandun, simbolu ta’ Kristu Rxoxt. Imbagħad mid‑dawl tiegħu jinxtegħlu x‑xemgħat tagħna lkoll. B’hekk, id‑dalma sħiħa fil‑knisja tgħib biex tagħti lok għal dawl sħiħ – id‑dawl li jibda u jiġi minn Kristu. Kristu nnifsu huwa d‑DAWL. “Jiena hu d‑dawl tad‑dinja, min jimxi warajja ma jimxix fid‑dlam, imma jkollu d‑dawl tal‑ħajja.” (Ġw. 8:12) Huwa għandu jiddi fina permezz tal‑fidi u l‑għemejjel tajba tagħna f ’ħajjitna. Id‑dawl tal‑fidi tagħna għandu jkun sinjal viżibbli ta’ dak li aħna tabilħaqq: xhieda tal‑verità tal‑qawmien ta’ Kristu u tfakkira tal‑qawmien tagħna lkoll mid‑dnub u mill‑mewt. Bħalma Kristu, imqanqal mill‑imħabba għalina


April 2021

l‑bnedmin, mit‑tbatija tal‑passjoni u l‑mewt tiegħu fuq is‑salib għadda għad‑dawl tal‑qawmien, għar‑rebħa tiegħu tal‑qawmien, hekk ukoll aħna bħala mgħammdin u dixxipli ta’ Kristu, għad irridu ngħaddu mit‑tbatijiet, sagrifiċċji, dubji u biżgħat f ’din il‑ħajja għad‑dawl ta’ dejjem fil‑ħajja ta’ dejjem. Id‑dawl tal‑imħabba ta’ Kristu jneħħi kull dlam tad‑dnub u ħtija minn ħajjitna. Aħna nafu issa li kull att ta’ mħabba, ħniena u tjubija lejn ħutna l‑bnedmin għandu tifsira eterna. Hija l‑fidi tagħna tal‑Għid li tippermettilna naraw dan, li naraw id‑dawl meta ħaddieħor forsi jara biss id‑dlam. Għalhekk aħna wkoll għandna nkunu Dawl li bih niggwidaw dejjem lil xulxin.

Il‑vjaġġ fid‑deżert spiritwali tagħna Iżda, b’daqshekk il‑mixja tagħna fid‑deżert spiritwali tagħna f ’qalbna u f ’ruħna ma jfissirx li tintemm jew li laħqet id‑destinazzjoni tagħha, għax din il‑mixja għandha tibqa’ għaddejja

sal‑aħħar nifs ta’ ħajjitna, anzi għandha tilħaq qawwa, rieda u entużjażmu akbar. Madanakollu, ġieli telqa u bruda spiritwali jaffettwaw l‑menti u r‑ruħ tagħna fil‑ħsibijiet, l‑emozzjonijiet u l‑imġiba tagħna f ’ħajjitna u fir‑relazzjonijiet tagħna mal‑oħrajn. Aħna nistgħu wkoll nħossu dipressjoni spiritwali u nsibuha diffiċli biex insibu l‑ferħ tagħna fil‑Mulej. Assoċjati mal‑mixja tagħna fid‑deżert spiritwali ġieli jkun hemm ukoll sentimenti ta’ dwejjaq, rabja, dubji u nuqqas ta’ fidi u tama f ’Alla. Nibdew naqtgħu qalbna u wkoll nintelqu spiritwalment, u nonqsu milli nitolbu u nwettqu d‑dmirijiet reliġjużi tagħna. Alla jippermettilna li nidħlu fi żmien ta’ deżert ta’ prova u tentazzjonijiet, u forsi wkoll inħossuna abbandunati minnu. Anki Kristu nnifsu għadda minn żmien bħal dan. Hawnhekk Satana jipprova jġegħelna niddubitaw minn dak kollu li aħna nafu u nemmnu dwar l‑imħabba t’Alla u l‑pjan tas‑salvazzjoni tiegħu għalina. Iżda aħna għandna jkollna dejjem tama f ’Alla u li Hu mhu ser jabbandunana QATT. Li nkunu kapaċi li naċċettaw il‑fallimenti tagħna u nħallu lil Alla jaħdem fina billi jkollna fiduċja li Hu jaf x’inhu

jagħmel u x’inhu verament tajjeb għalina.

Id‑don tal‑maħfra t’Alla Alla jara kull wieħed u waħda minna bħala persuni għeżież wisq għaliH. Huwa jaf l‑imgħoddi u n‑nuqqasijiet tagħna. Aktar minn hekk, huwa lest li jneħħi l‑miżerji u joffrilna fejqan u maħfra għal kull dnub u nuqqas tagħna, basta nkunu niedma tabilħaqq minnhom u nistqarruhom fil‑qrar. Il‑maħfra t’Alla hija akbar minn kull dnub li wettaqna. L‑ebda dnub tagħna, kbir kemm hu kbir, qatt mhu se jirbaħ fuq il‑maħfra t’Alla. Minflok li nħossuna abbandunati, għandna nħossuna għeżież għal Alla, kif tabilħaqq aħna. Meta nirċievu ir‑rigal tal‑maħfra t’Alla, niskopru li aħna ġejna magħżula individwalment minn Alla għal relazzjoni ta’ mħabba miegħu li ma tintemm qatt. Dan iwassalna għal mod ġdid ta’ għajxien fejn aħna nħossuna apprezzati minnu. Jeħtieġ nemmnu li Alla jara lilna u l‑bżonnijiet kollha tagħna, u jgħinna f ’kull mument ta’ ħajjitna.  33


April 2021

TV Marathon in aid

of the Missions

Grazzi €441,843 Missio jixtieq jirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, u lil kull min ta sehmu biex din il-maratona, li ssir darba f’sena, tilħaq l-għan tagħha.

Grazzi mill-qalb. Jien. Int. Aħna. Flimkien. 34

VO/1178


April 2021

Programm li jixxandar kull nhar ta' Tnejn fl‑10pm b'ripetizzjoni s‑Sibt fit‑3:30pm fuq NET TV.

Il‑15‑il programmi ser jittellgħu wkoll fuq il‑kanal ta' youtube u l‑pjattaforma tal‑midja soċjali. Individwi u personalitajiet minn sfondi differenti tal‑ħajja jiġu intervistati u introdotti lill‑udjenza tat‑TV bil‑għan li jaqsmu l‑esperjenza kollha tagħhom fil‑missjoni; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ ta' esperjenza attwali li għamlu barra mill‑pajjiż, kif ukoll

il‑konsegwenza ladarba l‑individwu jkun lura d‑dar. L‑intervista ta’ 50 minuta ddur ukoll madwar il‑kwalitajiet u l‑karatteristiċi tal‑mistednin, allura t‑telespettaturi huma assigurati bi programm divertenti u ta' għarfien! Taħlita ta' mistednin, minn personalitajiet tat‑TV sa membri tal‑Knisja u żgħażagħ! Għal aktar tagħrif sibuna fuq il‑paġna ta' Facebook!

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

April 2021

LAMINGTONS TAĊ‑ĊIKKULATA MILL‑AWSTRALJA

X’għandek bżonn: Għall‑ispanġ

• 57 gramma butir bla melħ imdewweb • 180 millilitru ħalib • 2 kuċċarini essenza tal‑vanilja • 4 bajdiet kbar • 2 bajdiet oħra (l‑abjad biss) • 225 gramma dqiq plejn • 35 gramma ‘cornflour’ • 2 kuċċarini ‘baking powder’ • Ponta melħ • 200 gramma zokkor Biex iżżejjen

• 400 gramma ‘icing sugar’ • 50 gramma kokotina (mhux ħelwa) • 125 gramma misħun jagħli • 200 gramma ‘desiccated coconut’ fin

Metodu: •Saħħan il‑forn fuq sħana moderata u iksi landa tal‑kejkijiet tawwalija bil‑karti strazzi. •Għarbel flimkien id‑dqiq, il‑‘baking powder’, il‑cornflour u l‑melħ, u ħawwad sew flimkien. •Ġo skutella oħra ħawwad flimkien il‑butir imdewweb u l‑ħalib, u żid l‑essenza tal‑vanilja. •Ġo blender ħawwad sew flimkien il‑bajd u l‑abjad tal‑bajd sakemm jiġu ragħwa. •Itfa’ ftit ftit iz‑zokkor mal‑bajd filwaqt li tkompli tħawwad bil‑mod. •Żid it‑taħlita tad‑dqiq ftit ftit u wara żid it‑taħlita tal‑ħalib bil‑mod sa ma kollox jitħallat flimkien. •Ifrex it‑taħlita fil‑landa u tektikha bil‑mod mal‑bank tal‑kċina ħalli jitilqu l‑bżieżaq. •Aħmi fil‑forn għal madwar 20 minuta; huwa importanti li ma tiftaħx il‑bieba tal‑forn qabel u li lanqas taħmih iżżejjed. •Ħallih jibred u wara ttrasferih għal fuq gradilja. Xħin jibred għal kollox aqtgħu f ’kaxxi ndaqs. •Sadanittant ħawwad sew flimkien l‑‘icing sugar’, il‑kokotina u l‑ilma jagħli fi skutella fonda. •Ġo skutella oħra poġġi l‑‘coconut’ u pprepara dixx ċatt miksi bil‑karti strazzi. •B’żewġ frieket bill waħda mill‑biċċiet tal‑kejk fit‑taħlita taċ‑ċikkulata u ara li tinkessa kollha, ħalliha tqattar ftit u billha fil‑‘coconut’ sakemm tinkesa d‑dawra kollha. •Irrepeti bil‑biċċiet kollha tal‑kejk u ħallihom jinxfu sew.

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


April 2021

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9.00am u l‑5.00pm. Is‑Sibt bejn id‑9.00am u s‑1.00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’ 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328

37


KOMPETIZZJONI ‑ APRIL 2021

April 2021

LOGĦBA BIN‑NUMRI Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri b’tali mod li t‑tliet sommiet vertikali u t‑tliet sommiet orizzontali jaqblu man‑numri tat‑truf. Waħda minnhom hija lesta biex tgħinek. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

3 + 5 ÷ 4 = 2 x + + + + = 21 x ‑ x + + = 12 = = = 21 4 20

Isem u Kunjom: __________________________________________________________________________________ Indirizz:_________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: ________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Frar 2021: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Silvana Vella mill‑Gudja. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

4 + 3 + 8 = 15 + x ÷ 5 + 7 x 2 = 24 ‑ ‑ ÷ 6 + 9 ‑ 1 = 14 = = = 3 12 4

Nitbissmu ftit: Wieħed raġel sinjur xtara villa. Ġimgħa wara li daħal fiha, irċieva bukkett fjuri u kartolina bil‑kliem: “Strieħ fil‑paċi eterna, ħabib.” Irrabjat ċempel lill‑ħanut tal‑fjuri mnejn kien ġej il‑bukkett u tgħidx kemm bagħtu jsaqqi l‑ħass tal‑Marsa! Wara li ċċekkja, il‑florista talbu skuża ġenwina: “Għandek raġun sinjur, niskuża ruħi miegħek. L‑inkwiet tiegħi hu li l‑familja ta’ xi ħadd li għadu kif miet irċeviet bukkett u kartolina bil‑kliem: “Nispera li l‑post il‑ġdid jogħġbok. Jalla tgawdih mal‑familja tiegħek!” 38

Luċija: Nannu, jekk tagħtini €5 ngħidlek min jorqod man‑nanna meta inti ma tkunx hawn!” Nannu: Ħa €20 u fittex għidli min! Luċija: JIEN!


April 2021

Eżempji sbieħ

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 15 ta’ Jannar 2021 Mary Livori • 11 ta’ Frar 2020 Theresa Galea minn Ħal Għargħur • 17 ta’ Frar 2021 Emanuel Bugeja minn San Ġiljan • 26 ta' Frar 2021 Rodianne Farrugia minn Bormla • 1 ta’ Marzu 2021 Nenu Debattista mill‑Marsa Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Janice Scicluna mill‑Mosta • Silvana Vella mill‑Gudja. Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni.

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.

Missio Malta • Missio Tfal

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 39


April 2021

Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com

Services Ltd. COMPUTERISED 4 WHEEL ALIGNMENT

A.N.G. BORG LTD. COFFEE DEALERS

Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm Factory/Shop: Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta Tel: (00356) 2137 1626 E‑mail: gb864@go.net.mt Web: www.kafeborg.com facebook: Kafe Borg 40

Christian Meli Mobile: + 356 7966 0487 35, Valletta Road, Qormi, QRM 3616 Tel: + 356 2149 7051 E‑mail: vrt@melivrt.com Web‑site: www.melivrt.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja April 2021 by Missio Malta - Issuu