Skip to main content

Malta Missjunarja April 2020

Page 1

NEWSPAPER POST APRIL 2020 SENA 88

02 Il‑Leġġenda Tal‑Pitirross  04 Mhux Hawn .... Qam! 16 Omm Ta’ 50,000 Tifel U Tifla  24 Il‑Palazz Għall‑Foqra għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

April 2020

Il‑Leġġenda tal‑Pitirross

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 28 Ġita Ma’ Missio 30 Ġita Ma’ Missio 32 Il‑Padri Kristjani tad‑Deżert 34 Missio Tfal 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Vara tad‑Duluri f 'Bormla. 2

A

ktarx li ħafna minnkom ġieli semgħu l‑leġġenda ta’ kif il‑pitirross spiċċa b’sidru aħmar. Storja ħelwa li kienu jirrakkontaw lit‑tfal, aktarx meta joqrob Żmien ir‑Randan u Jum il‑Ġimgħa l‑Kbira. Għal dawk li ma jafuhiex jew jixtiequ jġeddu l‑memorja, il‑leġġenda tgħid xi ħaġa hekk: Ftit aktar minn elfejn sena ilu, fil‑belt tal‑Galilija kien hemm għasfur ċkejken li kienu għadhom kemm faqqsulu l‑frieħ. L‑għasfura talbet lill‑għasfur sabiex joħroġ ifittex xi ħaġa tal‑ikel għal dawn iċ‑ċkejknin tagħhom, għax tgħidx kemm kienu bil‑ġuħ! Bla tlaqliq, l‑għasfur ittajjar ’il barra mill‑bejt ifittex xi dud, filwaqt li l‑għasfura baqgħet fil‑bejta tieħu ħsieb liċ‑ċkejknin. L‑għasfur tar lejn l‑għelieqi tal‑madwar jgħarrex u jfittex. Beda jisma’ ħafna għajjat


April 2020

u storbju, ħares madwaru u fil‑bogħod lemaħ folla nies. Tgħid x’kienu qed jagħmlu dawk in‑nies kollha jimbuttaw lil xulxin? L‑għasfur qabditu l‑kurżità u tar lejn dik il‑folla kbira ta’ nies. Inħasad mhux ftit xħin lemaħ raġel iġorr salib kbir fuq spallejh. U kemm kien jidher batut! L‑għasfur baqa’ jittajjar fil‑viċin biex jara x’kien ser jiġri. Skanta kif minn daqs dawk nies ħadd ma kienet ġietu ħniena minn dak ir‑raġel u għenu jġorr dak is‑salib tqil. L‑għasfur xtaq ħafna jagħmel xi ħaġa għal dak ir‑raġel imsejken. Miskin, anke’ kuruna tax‑xewk kienu libbsulu f’rasu! Lemaħ xewka kważi dieħla f’għajnejh u pront l‑għasfur tar lejh u ġibed b’munqaru dik ix‑xewka kbira. Kif għamel dan, waqgħet fuq sider l‑għasfur qatra demm ħamra.

“Hekk aħjar miskin,” ħaseb bejnu u bejn ruħu l‑għasfur, “tal‑anqas issa jista’ jara fejn hu miexi.”

bħad‑demm. B’hekk dawn l‑għasafar ma baqgħux sempliċi, imma saru għasafar sbieħ ħafna.

Kuntent li għamel li seta’ mal‑imsejken raġel, l‑għasfur mar ikompli jfittex xi ikel għall‑frieħ tiegħu u ma damx ma tar lura lejn il‑bejta. Hekk kif wasal, l‑għasfura rat li kellu sidru mċappas bl‑aħmar. L‑għasfur irrakkonta l‑ġrajja kollha lil martu u lil uliedu. U minn dakinhar ’il quddiem sal‑lum il‑pitirrossi bdew jitwieldu b’sidirhom aħmar

Din hija biss leġġenda, imma minnha nitgħallmu li kull meta nkunu qalbna tajba u ngħinu lill‑oħrajn inkunu ppremjati bil‑kbir. Il‑pitirross għen lil Ġesù mill‑aħjar li seta’ bla ma stenna xejn lura. Hekk aħna wkoll għandna nagħmlu ma’ min hu fil‑bżonn u jeħtieġ l‑għajnuna; ngħinuh bla ma nistennew xejn lura mingħandu!

L‑Għid it‑Tajjeb lill‑qarrejja ta’ Malta Missjunarja u lill‑benefatturi kollha ta’ Missio. F’isem l‑istaff u l‑voluntiera kollha nawgurawlkom li Kristu Rxoxt jimla ’l qlubkom bil‑kompassjoni, bil‑ferħ, bl‑imħabba u bil‑paċi eterna.

3


April 2020

M

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Mhux Hawn ... Qam!

eta jmut xi membru tal‑familja jew xi ħadd viċin ħafna tagħna, hemm limitu sa fejn nistgħu nakkumpanjawh – il‑qabar. Il‑qabar huwa ostaklu hekk kbir li ma jħalliniex inkomplu ngħinu jew nieqfu ma’ dawk li ħabbewna u ħabbejna. Hekk ġralhom in‑nisa li marru filgħodu kmieni biex skond id‑drawwa ta’ dak iż‑żmien jidilku bil‑fwejjaħ il‑ġisem mejjet ta’ Ġesù. Huma u sejrin lejn il‑qabar fejn difnu

lil Ġesù bdew jinkwetaw kif ser iwettqu l‑ħsieb tagħhom minħabba l‑ġebla kbira li kienet tagħlaq id‑daħla tal‑qabar. Fil‑mixja tal‑ħajja tagħna kemm‑il darba sibna rwieħna quddiem ħajt, bla ma nafu kif qatt nistgħu nħottuh. Hekk li bil‑mod il‑mod nibdew nitilfu kull tama li nistgħu nirbħuh. “Għaliex qegħdin tfittxu lil Ġesù fost il‑mejtin, mhux hawn qam.” (Lq. 24:5) Dan il‑kliem tal‑anġlu bidel

Purċissjoni ta' Kristu Rxoxt fi Spanja. 4

għal kollox il‑ħajja ta’ dawk in‑nisa kif ukoll tal‑umanità kollha. Alla, bil‑qawmien ta’ Ġesù mill‑mewt, tana garanzija li tassew m’hemm


B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

F’dan iż‑żmien sabiħ tal‑Għid nistaqsu lilna nfusna x’inhi dik il‑ġebla li hemm bżonn inneħħi minn Saċerdot ibierek il‑Bajd tal‑Għid bl‑ilma ħajti? Importanti mbierek fl‑Ukrajna. li nagħrfu dan u nsejħu ’l din xejn li ma jistax isir (Lq. 1:37) il‑ġebla b’isimha. Ġesù Issa li Ġesù rebaħ il‑mewt, rxuxtat żgur li jgħinna u l‑akbar għadu antik tagħna, jagħtina l‑qawwa biex aħna m’hemm l‑ebda ostaklu, wkoll noħorġu rebbiħin. 

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

kbir kemm hu kbir, li ma jistax jintrebaħ. Dan jagħmlilna kuraġġ u jkabbarna fit‑tama li b’Ġesù Rxoxt magħna nistgħu nirbħu kulma qiegħed ifixkilna jew jaqtgħalna qalbna fil‑ħajja.

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

April 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


April 2020

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: April 2020 Intenzjoni ta’ talb universali

Il‑ħelsien mill‑vizzji. “Nitolbu sabiex dawk li huma mikluba b’xi vizzju jkunu megħjuna u jsibu min jismagħhom.”

I

l‑pjaga tad‑droga hija realtà kerha mad‑dinja kollha. Kemm żgħażagħ

6

fil‑fjur ta’ ħajjithom tilfu ħajjithom għaliex saru skjavi u dipendenti fuq id‑droga! U hawnhekk nikkundannaw lil dawk kollha li jmexxu din l‑industrija qattiela sabiex iħaxxnu bwiethom minn fuq dahar persuni innoċenti. Huwa smat li madwar 520 miljun persuna nqatlu f’din il‑gwerra silenzjuża, iżda wisq traffikuża tad‑droga. Il‑Knisja minn dejjem għarfet li tkun qrib dawk kollha li għandhom din il‑problema fil‑ħajja tagħhom. Għalhekk għandna napprezzaw il‑ħidma tas‑saċerdoti u l‑lajċi

f ’pajjiżna fil‑ħidma ma’ dawn ħutna batuti sabiex jgħinuhom joħorġu mid‑dipendenzi varji tagħhom. B’hekk ikunu jistgħu mill‑ġdid joħorġu u jgħixu b’mod liberu l‑ħajja tagħhom. Irridu bħala Nsara ngħinu lil dawn ħutna sabiex ifittxu t‑terapija meħtieġa għaliex waħedhom ma jistgħu jagħmlu xejn. Fuq kollox irridu nitolbu u ngħinu lill‑familji ta’ dawn ħutna maħkumin mid‑droga, għaliex il‑pjaga tifni lilhom ukoll. Irridu nuru lill‑adolexxenti u liż‑żgħażagħ tagħna li


April 2020

għandhom ifittxu dejjem divertiment nadif u jkunu dejjem attenti sabiex jaħarbu minn dak kollu li jrid jisraq u joqtol lil ħajjithom. Napprezzaw ukoll il‑ħidma edukattiva fl‑iskejjel u l‑pastorali taż‑żgħażagħ li dejjem jinsistu fuq divertiment nadif u li jħares lejn is‑saħħa tal‑persuna tal‑bniedem. Il‑vizzju tad‑droga jwassal għal vizzjijiet oħra, bħalma huma s‑serq u l‑kriminalità, għaliex il‑ħażen iġib miegħu ħażen ikbar. Għalhekk f ’dan ix‑xahar, li fih qegħdin niċċelebraw l‑Għid Imqaddes, li Kristu rebaħ ’il‑mewt darba għal dejjem, ejjew inħarsu mela lejn Kristu għaliex huwa

tassew is‑soluzzjoni għal ħajjitna. Id‑droga twassal

BAŻAR

għall‑mewt, imma Kristu jwassal għall‑ħajja. 

Magħluq matul ix-xahar ta’ April.

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn fajjenza, oġġetti tal‑ħġieġ u kull tip ta’ tiżjin tad‑dar, f’kundizzjoni tajba, biex jinbiegħu fil‑bażar ta’ Missio Malta. F’każ ta’ ammont kbir niġu aħna stess niġbruhom minn djarkom. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Natasha fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. Kull għotja hija apprezzata. Grazzi ħafna mill‑qalb. 7


April 2020

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Nimxi Magħkom Lejn il‑Missier ……U Nixtieq Naqsam Magħkom …… L‑Ewwel Parti

M

eta dħalt is‑seminarju kien iż‑żmien meta kien għadu kif għalaq il‑Konċilju Vatikan II. Kont żagħżugħ mimli ferħ u entużjażmu għall‑ħajja. Qalb kbira mimlija mħabba, u bħal ħafna minn dawk tampari kont noħlom f’dinja ġdida magħquda fl‑imħabba. Dħalt is‑seminarju fuq il‑parir tad‑direttur spiritwali biex nifhem aħjar x’ried Alla minni. Niftakar li kelli xewqa kbira li nħobb lil Ġesù u ’l‑Knisja tiegħu billi nsir qassis. Mill‑ewwel deher li Ġesù riedni nifhem ċar u tond li l‑Knisja ma kinitx biss dik Maltija, imma l‑Knisja Universali. Mill‑ewwel kellimt lir‑rettur tas‑seminarju b’din ix‑xewqa tiegħi u hu b’għerf kbir qalli li jkun aħjar nistenna sakemm Alla jurini aktar biċ‑ċar xi jrid minni. Kont dejjem nibda s‑sena naħseb li għandi mmur f’pajjiż u nispiċċaha billi nifhem li Alla ma ridnix immur hemm, tant li fl‑aħħar tas‑snin tiegħi fis‑seminarju deherli li kien ċar li Alla, 8

wara kollox, ridni nibqa’ Malta. Illum nifhem aktar li Alla riedni nippurifika x‑xewqat tiegħi. F’mument minnhom kont bdejt naħseb li forsi Alla kien qed jurini li jridni nħalli s‑seminarju u nibda triq oħra, dik li nifforma familja. Kien f’dan il‑mument li bla ma kont naf iltqajt ma’ grupp ta’ saċerdoti u seminaristi li ġennewni bil‑ħajja tant sabiħa u ferrieħa li kienu qed jgħixu. Huma kienu jagħmlu parti mill‑Moviment tal‑Fokolari. F’dak ix‑xahar li għext magħhom ħassejtni qed ngħix fil‑ġenna u l‑idea li nitlaq mis‑seminarju taret mar‑riħ. Komplejt

ma’ xi wħud minn sħabi li kienu miegħi u komplejna nitgħallmu u ngħixu din l‑ispiritwalità semplici, sabiħa u konkreta li nisslet fina ħajja ġdida ta’ kif inħobbu lil Alla u ’l‑Knisja. Wara dan il‑pass ix‑xewqa tiegħi li mmur naħdem fil‑missjoni kibret, b’differenza li issa kont lest li mmur kull fejn Alla kien ser jurini. Kull post għalija kien tajjeb. Appena qaddist ħallejt Malta bil‑barka tal‑isqof, li fehem li Alla kien qed isejjaħli, u għal 45 sena servejt lill‑Knisja fl‑Italja, fil‑Filippini, fiċ‑Ċina, fil‑Kanada u f’dawn l‑aħħar sitt snin hawn f’Malta. Dak li għeni nimxi ’l quddiem


April 2020

Iż‑Żgħażagħ tal‑Lum

kienet l‑ispiritwalità li tgħallimt u għext fi ħdan il‑komunità tal‑Moviment tal‑Fokolari, uffiċjalment magħruf fil‑Knisja bħala Opera di Maria.

W

Nixtieq għal dawn ix‑xhur li ġejjin naqsam magħkom tnax‑il punt tal‑ispiritwalità li jien u ħafna minn sħabi qassisin qed ngħixu. Hemm pedagoġija sabiħa ta’ kif l‑ewwel punt iwassal għat‑tieni punt u hekk jibqa’ sejjer minn punt għall‑ieħor sal‑aħħar wieħed. U hekk niġu għall‑ewwel punt: L‑iskoperta li Alla huwa mħabba; li huwa l‑bażi tal‑ispiritwalità kollha. Fuq dan però nitkellmu fil‑ħarġa li jmiss. 

aħda mis‑sentenzi fil‑Vanġelu li tagħtini ħafna kuraġġ hija: “Għax fejn tnejn jew tlieta huma miġburin f ’ismi, hemm jiena fosthom”. Ġesù ma qalx tliet Insara jew Kattolċi, jew żgħar jew kbar. Huma min huma, sakemm huma miġbura f ’ismu, li tfisser fl‑imħabba tiegħu. Illum l‑Ispirtu s‑Santu qed iqajjem fil‑Knisja diversi movimenti ta’ lajċi li permezz tagħhom il‑Knisja qed issib tiġdid sabih u qaddis. U ż‑żgħażagh ma jonqsux li jagħmlu parti minnu. Ħsibt li nippreżentalkom tliet rakkonti qosra, imma

sbieħ, li jagħtu ħjiel ta’ kif qed jaħdem illum l‑Ispirtu s‑Santu fil‑Knisja u fl‑umanità. L‑ewwel rakkont jiġi mill‑Kroazja u jgħid hekk: “Jiena tlift lil missieri meta kelli sitt snin. Hu miet fil‑gwerra,” tgħid Ivona. “Kien żmien iebes f ’ħajti li ġagħalni ningħalaq fija nnifsi. Fl‑2003 iltqajt ma’ dan il‑grupp ta’ żgħażagħ li kienu jgħixu flimkien il‑Vanġelu u magħhom ħassejt ambjent ta’ mħabba u ferħ, u hekk sibt is‑saħħa biex niffaċċja kollox u nibda nħobb il‑ħajja anki meta

KNISJA–FAMILJA–MISSJONI K–F–M Meta: Fejn: Imexxi: Programm:

Laqgħat ta’ formazzjoni li jwassluna biex ngħixu aktar għall‑oħrajn milli għalina nfusna. Kull laqgħa jkollha viżjoni tal‑Knisja tal‑lum, filwaqt li nidħlu fil‑fond fuq punt importanti tal‑fidi tagħna. Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Uffiċċju ta’ Missio Malta, il‑Belt Valletta Dun Victor Agius, Assistent Direttur ta’ Missio, li għandu aktar minn 40 sena esperjenza missjunarja 6:00pm – Quddiesa  6:30pm – Taħdita ta’ nofs siegħa 7:00pm – Te, kafè u ‘snack’

Għal aktar tagħrif jew jekk ser tattendi għall‑ewwel darba kkuntattja lil Dun Victor fuq 7923 6114. Grazzi. 9


April 2020

kont insibha iebsa. Kien fil‑lejl tal‑Ewwel tas‑Sena, meta kelli 13‑il sena, li ħassni ħażin u spiċċajt l‑isptar. Waqt li kont nistenna r‑riżultati tat‑testijiet li għamluli, indunajt li ma jdejja kelli kuruna żgħira tar‑rużarju. Meta naħseb fiha issa, nemmen li kienet sinjal għalija minn Alla għal dak li kont se ngħaddi minnu. Ġejt dijanonizzata b’forma ta’ ‘emotional epilepsy’ li kienet konsegwenza tat‑trawma li sofrejt wara l‑mewt ta’ missieri. Bkejt għal żewġ iljieli sħaħ. Darba, waqt li kont qed ngħid ir‑rużarju filgħaxija, ħassejt li ma kontx waħdi f ’din it‑tbatija, li Ġesù kien jifhem it‑tbatija tiegħi. Deherli li bdejt nifhem x’kien ifisser il‑kliem li Chiara Lubich qalet rigward dak li Ġesù fuq 10

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

is‑salib fl‑abbandun tiegħu kien għadda minnu: “Dak li hu tiegħu hu tiegħi u xejn aktar. It‑tbatija universali hi tiegħu u allura irridha tiegħi wkoll. Kulma jweġġagħni hu tiegħi. Tiegħi t‑tbatija f ’qalb il‑persuna viċin tiegħi – dak hu l‑Ġesù tiegħi. Minn dak il‑mument ħajti mxiet ’l quddiem fil‑paċi u fil‑ferħ, u wisq aktar bdejt ngħixha ma’ Ġesù. Fil‑marda tiegħi ħassejt li Ġesù Abbandunat dawwalli kull mument ta’ dlam li ġie fuqi u żammli kumpanija waqt mumenti ta’ solitudni. Aċċettajt il‑marda tiegħi u ħassejtni maħbuba minnu.” It‑tieni rakkont huwa mingħand Żin: “Jiena Żin minn Myanmar u jiena Buddista. Attendejt laqgħa ta’ żgħażagħ Insara f ’Montet, l‑Iżvizzera. Meta ngħid

lin‑nies li jiena Buddista jistaqsuni kif jirnexxili ngħix ma’ żgħażagħ oħra li huma kollha Nsara. Għalija huwa faċli naċċetta li aħna bħala grupp għandna reliġjonijiet differenti. Ninduna biss li aħna differenti meta nitolbu jew meta huma jmorru l‑quddiesa. Il‑bqija aħna l‑istess; kollha aħwa li ngħixu fl‑istess dar. Aħna nħobbu lil xulxin skond il‑mod kif kull waħda minna tifhem l‑imħabba. Fil‑Buddiżmu l‑imħabba hija kompassjoni, li tkun edukat fl‑imġiba tiegħek u li tinsa lilek innifsek. Għall‑Insara l‑imħabba hija li tħobb lill‑proxxmu tiegħek, tħobb lill‑għadu tiegħek, inħobbu lil xulxin u nħobbu lil Ġesù fuq is‑salib. Waqt li ninnota d‑differenza fil‑mod kif nesprimu l‑imħabba, il‑fatt li


April 2020

nippruvaw inkunu mħabba bħala l‑għan prinċipali tagħna, naslu biex inħossuna magħqudin.” It‑tielet rakkont jgħid hekk: “Jiena Lilia Mayrleny minn Maya Kaqchikel, komunità etnika fil‑Gwatemala, oriġinalment mill‑poplu Patzun. Jiena ngħallem lit‑tfal iż‑żgħar b’żewġ lingwi, il‑Kaqchikel u l‑Ispanjol. Kaqchikel hija l‑lingwa tiegħi, pajjiżi huwa multi‑kulturali u għandu żewġ lingwi. Huwa multi‑kulturali għaliex hemm erba’ kulturi differenti: Maya, Garifuna, Xinka u Ladino, u aħna multi‑lingwali għaliex nitkellmu 22 lingwa Maya. Minn meta kont għadni tifla

żgħira kont bdejt niltaqa’ ma’ tfal oħra u konna nagħmlu parti mill‑Moviment GEN. Nipprova ngħix l‑ideal tal‑ghaqda fil‑ħajja tiegħi ta’ kuljum. Nistudja fl‑università grazzi għall‑ġenituri tiegħi li magħhom ngħix l‑istess spiritwalità, u huma jissapportjawni fl‑istudji tiegħi. Din għalija hija fortuna kbira, għaliex mhux in‑nisa kollha għandhom il‑possibiltà li jistudjaw minħabba l‑kultura tagħna li fiha n‑nisa ma jingħatawx tant importanza. Fil‑kultura Maya, temi bħall‑verità, ir‑‘rule of law’, l‑imħabba u r‑rispett huma għeżież ħafna. Ħafna drabi ħassejtni waħdi u b’ħafna mistoqsijiet mingħajr tweġiba. Imma

RIEDA LI TAGĦTI

meta nipprova ngħix il‑vanġelu ninduna li d‑dwejjaq u t‑tbatija, id‑diżappunti u d‑dubji, il‑fallimenti, sorpriżi li ma tistenniex u l‑provi kollha tal‑ħajja, li jinkludu saħansitra l‑qerq, huma kollha espressjonijiet ta’ Ġesù li sofra l‑abbandun fuq is‑salib. Kull darba li jirnexxili nagħrfu u nħobbu, kull sitwazzzjoni diffiċli tinbidel u l‑paċi tikber f ’qalbi.” 

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11


April 2020

SAN PIETRU APPOSTLU – MONS. VALENT BORG

Żjara fl‑Indja

F

tit tal‑ġimgħat ilu, żort għall‑ewwel darba diversi naħat tal‑Indja. L‑għan ta’ din iż‑żjara ma kienx li nara l‑kobor ta’ din l‑art jew is‑sbuħija li toffri flimkien mal‑kultura

12

tagħha, imma mort biex niltaqa’ ma’ wħud min‑nies tagħha u mas‑seminaristi, u sabiex nara wħud mill‑ħafna proġetti li saru bl‑għajnuna ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin.

Fl‑irħula li żort iltqajt ma’ ħafna nies tassew foqra li jgħammru fi djar (jekk tista’ ssejħilhom hekk) fejn l‑ispazju tagħhom kien ħafna iżgħar mill‑kċejjen jew kmamar tal‑banju tad‑djar tagħna. F’dan il‑ftit spazju jridu jagħmlu kollox: jieklu, jorqdu, isajru, eċċ ... Niftakar waħda tgħidli: “Aħna tassew foqra”. Imma minkejja dan il‑fatt, it‑tbissima li rajt fuq wiċċhom għad irrid naraha f’ħafna mill‑uċuħ li mdorri niltaqa’ magħhom ta’ kuljum. Barra dan, il‑ferħ li ħassejt meta kont magħhom, ftit li xejn ħassejtu meta żort


April 2020

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

xi nies li jgħammru f’djar bil‑wisq akbar u mgħammra b’ħafna kumditajiet.

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

L‑Indja hija art fejn hemm diversi reliġjonijiet: Ħindu, Insara, Musulmani u oħrajn. Imma minkejja d‑differenzi kbar ta’ bejniethom, f’ħafna rħula għarfu jgħixu fis‑sliem bejniethom. Niftakar f’Ħadd minnhom inawgurajt kappella fejn in‑nies ġiet bi ħġara. Ħadt gost nara n‑nies ta’

• Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24

• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5

• Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


April 2020

SAN PIETRU APPOSTLU – MONS. VALENT BORG

merħba kbira li żgur mhu ser ninsa qatt. Żort ukoll diversi isqfijiet li kollha fehmu u apprezzaw iż‑żjara li għamiltilhom, filwaqt li talbuni nirringrazzja lil ħafna benefatturi tal‑għajnuna essenzjali li jagħtu lis‑seminarji u lill‑knejjes tagħhom.

reliġjonijiet differenti jifirħu u jiċċelebraw flimkien. Kien tassew jum ta’ festa sew għan‑nies tar‑raħal kif ukoll għal ta’ madwar. Dawn in‑nies, għalkemm foqra, jgħallmuna li d‑differenzi ta’ bejnietna m’għandhomx ikunu ta’ xkiel biex ngħixu bħala aħwa, f’rispett lejn xulxin. Esperjenza sabiħa oħra kienet iż‑żjara li għamilt fis‑seminarji ta’ Trichy, Chennai u Cochin b’distanzi kbar bejniethom. Ħadt gost nara dawn is‑seminarji mimlija żgħażagħ jitħejjew biex għada pitgħada jkunu ordnati saċerdoti. Fis‑seminarju ta’ Chennai hemm madwar 243 seminarist, f’dak ta’ 14

Trichy hemm 140 u f’dak ta’ Cochin hemm madwar 160. Is‑superjuri kollha ta’ dawn is‑seminarji talbuni bil‑ħerqa biex insibilhom benefatturi li lesti jisponsorjaw lil dawn is‑seminaristi. Ilkoll nistgħu nifhmu l‑ispejjeż kbar involuti. Tawni

Nissuġġerixxi ħafna lil dawk li għandhom din ix‑xewqa li jagħmlu esperjenza missjunarja sabiex jiddeċiedu li jmorru għaliex żgur li tħalli marka pożittiva fuq ħajjithom. Bħalissa Missio qiegħed iħejji għaxar żgħażagħ sabiex fis‑sajf li ġej imorru jagħmlu esperjenza missjunarja fl‑Indja. Hemm il‑ħsieb li aktar ’il quddiem inkomplu b’laqgħat ta’ formazzjoni għal min jixtieq jagħmel esperjenza bħal din. Min huwa interessat jew jixtieq aktar informazzjoni jista’ jċempel fuq 2123 6962. 


April 2020

Ittra mill‑Missjoni

Dear Mons. Valentino Borg, I hope you’re well and good. I’m Fr. Emanuele Ciccia, missionary priest of the Missionary Community of Villaregia. We met in September at your office in Mosta. If you remember, I came with Elisabetta, a sister of my Community. We came to Malta to improve our English before we leave for Ethiopia for a new missionary experience. In fact, we arrived in Ethiopia almost four months ago. We have been integrating in a Catholic community of few people. We are in the Apostolic Prefecture of Robe where, in a territory of 100,000 sq. km. there are just 0.03% Catholics served by 4 priests, 9 sisters and 1 lay missionary woman. They are missionaries who are spending their life for the first evangelisation! With Elisabetta, Mari Carmen and Teresa, now there are us to! Everything is new! The missionary task is so huge and we have a lot to learn. First of all, from the people who live here. Speaking of learning, we started our Oromo (ethnical language) classes on the 25th of December. Here December 25th is a work day: Christmas, in Ethiopia was celebrated on January 7th, according to the Orthodox calendar. I’m starting this experience believing in the great value of goodness that is offered and received among people, regardless of their religious or cultural belonging. Just 10 days ago, I received the photo of a receipt of a contribution for our starting mission in Ethiopia. It came from 6 Muslim refugees from West Africa, that we had welcomed in our community in Brescia, Italy for two years, and with whom I shared a lot. Pray for us. God bless your service in the Church! My best wishes for all the staff at your Missionary Office. Fr. Emanuele Ciccia 15


SANTA INFANZJA ‑ VIKKI

April 2020

Omm ta’ 50,000 Tifel u Tifla

W

ieħed minn kull ħamest itfal f ’Burundi huwa orfni. Burundi huwa wieħed mill‑iktar pajjiżi foqra tat‑Tielet Dinja u fih jgħixu madwar 700,000 tifel u tifla li l‑maġġoranza kbira tagħhom huma orfni. Fil‑fatt, erbgħa minn kull għaxart itfal qatt ma ġew irreġistrati mat‑twelid. Din tagħmilha iktar diffiċli għal dawn it‑tfal sabiex jirċievu l‑kura tas‑saħħa meħtieġa, sabiex imorru l‑iskola u sabiex jirtu xi propjetà mill‑familjari tagħhom. Spès Nihangaza twieldet Rusama fil‑provinċja ta’ Bururi f ’Burundi. Għandha erbat itfal u gradwata b’baċellerat fil‑kimika minn università fl‑Alġerija. 16

Minkejja li hija xjentista u għal żmien twil ħadmet bħala spiżjara, il‑ħidma soċjali minn dejjem kienet għall‑qalb Spès. Meta Spès Nihangaza u oħtha l‑kbira Caritas Habonimana kienu qed jikbru kienu mgħallma li għandhom dejjem jgħinu lill‑morda u lil min hu dgħajjef. Kien għalhekk li fl‑1992 ħassew il‑ħtieġa li jagħmlu xi ħaġa sabiex jgħinu lill‑batut. Jum fost l‑oħrajn waqt li kienu għaddejjin b’ħidmiethom jgħinu pazjenti morda fi sptar fil‑kapitali Bujumbura f ’Burundi, irrealizzaw li t‑tfal tal‑pazjenti wkoll kellhom bżonn l‑għajnuna.

Għalhekk, huma bdew ifittxu lit‑tfal li kienu tilfu lill‑ġenituri tagħhom minħabba l‑marda tal‑AIDS, u waqqfu l‑organizzazzjoni FVS, illum il‑ġurnata magħrufa aħjar bħala FVS Amade, sabiex jgħinu lil dawn it‑tfal. Fis‑sena 1993 faqqgħet gwerra ċivili. Dan il‑perijodu kompla ħeġġeġ lil Spès u l‑FVS sabiex jaħdmu


April 2020

iktar għall‑vittmi tal‑gwerra. Il‑qtil tal‑massa li seħħ matul il‑gwerra ċivili wassal sabiex ħafna tfal jispiċċaw orfni. Spès, flimkien mal‑organizzazzjoni FVS ħadmu lejl u nhar sabiex isibu djar ġodda lil ħafna minn dawn it‑tfal. Spès hija magħrufa aħjar bħala l‑omm ta’ 50,000 tifel u tifla. Dan għaliex, permezz tax‑xogħol tagħha, hija tat ħajja aħjar lil ħafna tfal. L‑organizzazzjoni FVS tmexxi skola fejn it‑tfal

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

proprju jgħixu fl‑istess bini tal‑iskola. Dan il‑bini twaqqaf sabiex iservi ta’ ċentru li jilqa’ fih lit‑tfal tat‑triq. Dan iċ‑ċentru ma jservix biss bħala skola, imma jservi wkoll bħala klinika li permezz tas‑servizzi li toffri tgħin lit‑tfal sabiex jingħataw il‑kura tas‑saħħa meħtieġa. Iċ‑ċentru jmexxi wkoll fond tal‑assigurazzjoni soċjali għall‑familji foqra. Barra minn hekk, FVS ħolqot sistema ta’ 1,700 grupp ta’ solidarjetà fejn ir‑raħħala jingħaqdu u

jagħtu donazzjonijiet li jintużaw għal self għall‑bidu ta’ negozji żgħar, għall‑kura tas‑saħħa, għall‑uniformijiet tal‑iskejjel u għal materjal tal‑iskejjel għat‑tfal. Il‑familji fqar igawdu wkoll minn dan il‑fond billi jingħataw l‑appoġġ neċessarju li jkollhom bżonn, filwaqt li lit‑tfal orfni joffrulhom l‑opportunità ta’ fostering u ċ‑ċans li jmorru l‑iskola. Spès ħolqot ukoll sistema ta’ gruppi ta’ protezzjoni tat‑tfal. Dawn il‑gruppi jgħinu lit‑tfal billi jaraw

€25 – 100 kuruna sempliċi

€55 – mogħża tal‑ħalib għal

€160 – ħobż kuljum għal

€1,500 – bini ta’ ‘toilets’

lin‑nies fil‑missjoni

€100 – mediċini u kura

lill‑morda permanenti fi djar ta’ ‘Home Made Care’

xahar sħiħ għal 100 tifel u tifla abbandunati jew orfni

familja żvantaġġata

f’diversi skejjel

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! 17


SANTA INFANZJA ‑ VIKKI

April 2020

li d‑drittijiet tagħhom ma jkunux miksura, u jipprovdu wkoll appoġġ legali u psikjatriku. Spès ma taħdimx biss favur id‑drittijiet tat‑tfal orfni, iżda taħdem ukoll sabiex ittejjeb il‑kundizzjonijiet tal‑għajxien tal‑voluntiera u tal‑membri tal‑gruppi li jagħmlu xogħol

volontarju mal‑orfni u ma’ tfal vulnerabbli oħra. Hija tisħaq li dawk kollha li b’xi mod jgħinu lil dawn it‑tfal, għandu jkollhom dħul tajjeb sabiex huma wkoll ikollhom ħajja aħjar.

Honorary Award’ fl‑2019. Spès ġiet onorata b’dan il‑premju għax‑xogħol li għamlet matul dawn l‑aħħar 25 sena sabiex tgħin lit‑tfal orfni u lit‑tfal l‑iktar vulnerabbli f ’Burundi.

Spès Nihangaza rċeviet il‑Premju ‘World’s Children’s

Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 

CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 18


April 2020

Ittra ta’ Ringrazzjament Dear Monsignor Valent, Receive cordial greetings from the PMS National Office in Nairobi. As we continue to thank you for the kindness you have extended to our children, I send you some pictures of Mahil who was admitted today to undergo the operation tomorrow at 1300 hours. In the picture you can see the white spot in Mahil’s eyes that will be removed tomorrow. On the other hand, Ivy underwent the operation and is recovering well. You can see her in the picture with the bandages still on. The families are so happy and indeed very grateful. Thank you, and extend our appreciation to our donors. Secondly, the hospital gave us a concession where the children receive medicine for free; so we ended with some money in our account, about €450. Kindly confirm if, with this money we are able to help a third child. Thank you and be blessed. Sincerely in Christ, Fr. Bonaventure Luchidio Pontifical Missionary Societies, Kenya National Director/National Executive Secretary

Mahil

Ivy

19


April 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

20


April 2020

“Ftakar li ħadd ma jirbaħ il‑battalja mingħajr it‑talb. L‑għażla f’idejk.” San Padre Piju

San Padre Piju (1887‑1968) twieled bħala Francesco Forgione f’Pietrelcina l‑Italja nhar il‑25 ta’ Mejju. Il‑ġenituri tiegħu kienu bdiewa u kellu ħuh akbar minnu u tliet ħutu bniet iżgħar. Kien patri tal‑Ordni tal‑Fraġiskani Minuri Kapuċċini, stigmatiku u mistiku. Huwa sar magħruf minħabba li kellu l‑istigmata għal ħafna snin minn ħajtu. Papa San Ġwanni Pawlu II ibbeatifikah fl‑1999 u ddikjarah qaddis fl‑2002. Is‑Santwarju ta’ San Padre Piju jinsab f’San Ġovanni Rotondo l‑Italja. Dan il‑qaddis huwa mfakkar nhar it‑23 ta’ Settembru, jum il‑mewt tiegħu. Huwa l‑patrun fost oħrajn, tal‑Italja, tal‑adoloxxenza, tal‑voluntiera tad‑difiża ċivili, u tal‑istress relief.

21


April 2020

IL‑QADDISA TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

Santa Ġulja Billiart

M

arija Roża Ġulja twieldet nhar it‑12 ta’ Lulju 1751 fir‑raħal ċkejken ta’ Cuvilly fi Franza. Kienet il‑ħames wild ta’ Franġisk Billiart u Marija Antonjetta De Braine. Sa mill‑ewwel snin taż‑żgħorija, Ġulja kkoperat mal‑grazzja t’Alla u ta’ 8 snin kienet diġà għalliema assidwa tal‑katekiżmu ta’ tfal oħra, fejn kienet tgħaddilhom dan it‑tagħlim b’imħabba kbira. Il‑ħerqa spiritwali li kellha Ġulja ġiegħlet lir‑ragħaj spiritwali ta’ Cuvilly Dun Dangicourt, biex jagħmel eċċezzjoni u jressaq lil din it‑tifla għall‑Ewwel Tqarbina fl‑età ta’ disa’ snin. Ħames snin wara għamlet il‑vot tal‑kastità. Il‑prova tal‑fidi ħabbtet u daħlet kmieni minn rajha fil‑familja ta’ Ġulja. Għalkemm familtha ma kinitx waħda sinjura, 22

bin‑naqra tan‑negozju ta’ ħwejjeġ u oġġetti żgħar flimkien mal‑ħidma fl‑għelieqi l‑familja kienet hienja u trankwilla. Imma l‑għira u l‑kalunji ġiegħlu lin‑negozju jbatti, u biex tagħqad darba fis‑satra tal‑lejl xi ħallelin serqu l‑aħjar merkanzija li kellhom. Il‑familja sfat ta’ fuqha senduqha, kellhom ibigħu l‑għelieqi u jmorru jaħdmu f ’ta’ ħaddieħor. Darba oħra fix‑xitwa tal‑1774, filwaqt li l‑familja kienet miġbura d‑dar, sar attentat ta’ qtil fuq missierha. Għas‑sistema nervuża ta’ Ġulja dan l‑inċident kien qawwi ħafna u bdiet tbati minn marda li ħallietha pparalizzata għal madwar 30 sena. Alla għażel lil Ġulja għat‑tbatija, imma ż‑żmien li għamlet fis‑sodda ma ħlitux. Xorta waħda għallmet il‑katekiżmu lit‑tfal u kienet tħit u tirrakkma bosta paramenti sagri.

Sor M. Ġustina Bonello o.s.b tgħid hekk fuq Ġulja: “Darba minnhom, nhar il‑Ġimgħa l‑Kbira, fil‑kmajra fejn kienet tinsab irtirata, deher quddiemha Kurċifiss kbir kollu dawl imdawwar minn kotra ta’ nies libsin libsa reliġjuża li qatt ma rat bħalha qabel. U Kristu qalilha: “Arahom l‑ulied li se nagħtik fl‑istitut li jkun immarkat mis‑Salib tiegħi.” Aktar ’il quddiem Ġulja waqqfet ordni tas‑Sorijiet ta’ Notre‑Dame ta’ Namur, u barra li nqalgħu xi benefatturi għonja biex isseħħ l‑opra, sofriet ħafna persekuzzjonijiet. Meta faqqgħet ir‑Rivoluzzjoni Franċiża batiet ħafna għaliex kellha tbiddel ħafna djar mwieżna min‑neputija tagħha. Fl‑1 ta’ Ġunju tal‑1804, wara novena f ’ġieħ il‑Qalb ta’ Ġesù, is‑saħħa mġedda reġgħet ntraddet lil Ġulja mirakolożament. Sor Bonello o.s.b tkompli tgħid: “Wara l‑fejqan mirakoluż tagħha mill‑paraliżi, dan il‑karattru sod u ta’ fehma sħiħa deher fl‑istrapazz taċ‑ċaqliq kontinwu minn post għal ieħor, u fil‑għotja bla ma taqta’ xejn ta’ maternità spiritwali. ‘Kemm hu tajjeb it‑twajjeb Alla!’, huwa l‑motto ppreferut tagħha li jitfa’ dawl kbir fuq ħajjitha kollha u jikxef is‑sigriet tal‑appostolat tagħha.” 


April 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

April 2020

Il‑Palazz għall‑Foqra Calasanziane li kienu jieħdu ħsieb ommijiet ‘single’. Meta tbattal minħabba li l‑ordni rreloka f ’post ieħor, kulħadd beda jistaqsi x’kien ser isir minn din il‑binja. Issa dan il‑palazz qed jilqa’ fih 50 persuna fqira filwaqt li jitma’ ħafna nies oħra. Din mhix l‑ewwel darba li Papa Franġisku implimenta miżuri prattiċi sabiex jgħin lill‑foqra. Dan il‑palazz, li jmiss ma’ Pjazza San Pietru, seta’ faċilment jinbidel f ’lukanda lussuża

P

alazz tad‑19‑il seklu li jinsab fil‑qalba tal‑Vatikan kien mibdul u rranġat biex jilqa’ fih lil dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom fuq ordni ta’ Papa Franġisku. Palazzo Migliori sa ftit taż‑żmien ilu kien okkupat minn ordni reliġjuża ta’ nisa msejħa

u jiġġenera dħul sinifikanti għall‑Vatikan. Il‑Kardinal Konrad Krajewski, li huwa l‑persuna inkarigata mill‑Papa biex tieħu ħsieb dan il‑proġett, qal li s‑16‑il kamra tas‑sodda huma attrezzati sabiex jilqgħu aktar nies fihom fil‑ġranet kesħin tax‑xitwa. Is‑sular t’isfel ser ikun qed jintuża biex joffri sapport soċjali lill‑okkupanti, fosthom lezzjonijiet tal‑qari u tal‑kompjuter, rikreazzjoni u pariri psikoloġiċi. Voluntiera li soltu jippreparaw l‑ikel għall‑foqra ser ikunu qed jużaw il‑palazz ukoll. Meta Papa Franġisku bierek il‑palazz, sejjaħ dan il‑post Il‑Palazz Għall‑Foqra. 

Għajnuna fil‑Kenja

24

Ritratt: www.difesapopolo.it

G

ħal aktar minn 20 sena, l‑Appostola Soċjali ta’ San Martin fil‑Kenja, ilha taħdem favur it‑tfal tat‑triq, persuni b’diżabilità u persuni li jabbużaw mid‑droga. Imwaqqfa fis‑sena 1999 minn Dun Gabriele Pipinato, qassis missjunarju Taljan, din l‑għaqda kienet immexxija minn Dun Mariano Dal Ponte, imma s‑sena l‑oħra ħadet f ’idejha t‑tmexxija l‑avukatessa u voluntiera Kenjana Irene Whamiti. B’kollox l‑għaqda għandha jaħdmu magħha 65 impjegat u 700 voluntier fi

tliet żoni fil‑Kenja: Baringo, Laikipia u Nyandarua. Kollox beda minn proġett għall‑persuni diżabbli, sakemm illum il‑ġurnata jingħataw għajnuna wkoll it‑tfal tat‑triq, persuni li jabbużaw mid‑droga u persuni morda bl‑HIV u l‑AIDS. L‑għaqda

taħdem ukoll favur il‑paċi u r‑rikonċiljazzjoni. L‑aktar proġett riċenti huwa ddedikat lill‑persuni b’diżabilità intelletwali. Fejn tidħol ħidma mat‑tfal tat‑triq, l‑għaqda tipprova tinvolvi lill‑familja kollha sabiex tara l‑bżonnijiet tagħha u f ’xi każijiet tipprova ssib ġenituri ‘foster’ għat‑tfal. L‑għaqda tkompli ssegwi lit‑tfal għal diversi snin. L‑Appostola Soċjali ta’ San Martin tgħin ukoll tfajliet vittmi ta’ vjolenza, u saħansitra għandha ċentru apposta għalihom.  ikompli f’paġna 26


April 2020

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 25


April 2020

AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Appell mill‑Isqfijiet Messikani

L

‑isqfijiet Messikani qed jappellaw għar‑rispett lejn in‑nisa, għall‑promozzjoni tad‑dinjità tal‑mara, u għas‑salvagwardjar tal‑liberta’ u l‑integrità tagħhom. Dan wara li figuri uffiċjali juru li aktar minn 3,000 mara, fosthom tfal bniet, sfaw maqtula fis‑sena

2019. Skond xi attivisti din il‑figura hija bil‑wisq akbar. Il‑maġġoranza tal‑vittmi nqatlu mill‑irġiel jew l-imsieħba tagħhom. Dawn il‑femiċidji wasslu sabiex għexieren ta’ eluf ta’ nies niżlu fit‑toroq Messikani jipprotestaw biex il‑gvern jagħmel xi ħaġa ħalli

dan il‑qtil ikun imwaqqaf u n‑nisa vulnerabbli jkunu protetti. Riċentament, erbat ibniet, Ingrid, Fatima, Mayte u Karol, din tal‑aħħar kienet għadha tarbija, inqatlu brutalment għas‑sempliċi raġuni li huma nisa. L‑isqfijiet qalu li jinsabu maħsudin u mnikkta b’dawn il‑kriminalitajiet u appellaw lill‑Kristjani biex ma jibqgħux indifferenti quddiem dan kollu. L‑isqfijiet saħqu li fil‑pajjiż m’hemmx edukazzjoni tajba dwar il‑valur tal‑ħajja, speċjlament lejn in‑nisa u l‑bniet. Dan l‑appell mhuwiex l‑ewwel wieħed tax‑xorta tiegħu, għaliex l‑isqfijiet Kattoliċi Messikani ilhom snin twal jappellaw għall‑waqfien tal‑femiċidji. 

Qatluh Għax Uża Ilma minn Bir

S

aleem Masih, Kristjan ta’ 22 sena, safa msawwat u ttorturat b’ħadida taħraq nar wara li tella’ xi ilma minn bir sabiex jinħasel wara ġurnata xogħol fl‑għelieqi. Il‑ġuvni miet tlett ijiem wara fl‑isptar ta’ Lahore, f ’Punjab il‑Pakistan. Huwa kien akkużat li kkontamina l‑ilma tal‑bir li jinsab fir‑raħal ta’ Baguyana fid‑distrett ta’ Kasur. Dun Qaisar Feroz OFM Cap sostna li hemm bżonn urġenti li tinbidel din il‑mentalità u li 26

kulħadd għandu jkun stmat l‑istess, għaliex teżisti mibegħda kbira lejn dawk li mhumiex Musulmani. Dan il‑qtil juri li

l‑gvern u l‑istat m’għandhomx kontroll fuq diskriminazzjoni u persekuzzjoni minħabba l‑fidi. Sabir Michael, attivist favur id‑drittijiet tal‑bnedmin, f ’isem il‑komunità Kristjana qal li huma qed jitolbu ġustizzja għal Saleem Masih u qed isejħu għall‑arrest immedjat tal‑aggressuri, filwaqt li l‑każ għandu jitressaq quddiem qorti anti‑terrorista, għaliex dan huwa att ta’ terrur; in‑nies ma jistgħux jinqatlu għal att bħal dan li wettaq Saleem! 


April 2020

Bon Jovi Jerġa’ Jagħmilha

F

’Jannar li għadda, Jon Bon Jovi u martu Dorothea, fetħu uffiċjalment it‑tielet restorant tagħhom li huwa mmexxi mill‑voluntiera. JBJ Soul Kitchen fetaħ fl‑Università ta’ Rutgers fi Newark fl‑Istati Uniti. L‑għan ta’ dan ir‑restorant huwa li jgħin studenti li ma jaffordjawx jixtru x’jieklu, b’ikla ta’ tliet korsijiet, filwaqt li m’għandhomx għalfejn iħabblu

rashom biex iħallsu jekk ma jistgħux. Sabiex l‑istudenti li ma jaffordjawx iħallsu ma jkunux magħrufa minn dawk li jkunu qed iservu l‑ikel u minn studenti oħra, ir‑restorant juża s‑sistema ‘pay it forward’. Studenti, staff u membri oħra tal‑fakultà tal‑università huma mitluba jħallsu $12 jew aktar ta’ kull ikla sabiex ikopru l‑ispejjeż tal‑ikla tagħhom u ta’ oħrajn li ma jkunux jistgħu iħallsu. Kull voluntier fir‑restorant jibbenefika minn ikla b’xejn għalih jew għal xi ħaddieħor. Għaxar snin ilu Bon Jovi fetaħ l‑ewwel restorant tiegħu ta’ din ix‑xorta f’Red Bank, sabiex jgħin vittmi tal‑maltempata tar‑ramel Sandy, filwaqt li t‑tieni restorant infetaħ qrib

Toms River, fejn ukoll kien hemm vittmi li ntlaqtu ħażin minn din il‑maltempata tar‑ramel li għaddiet minn fuq New Jersey l‑Istati Uniti. Għan ieħor prinċipali ta’ dawn ir‑restoranti huwa li jġib qrib ta’ xulxin persuni mill‑istess ambjent, sabiex filwaqt li jieklu flimkien, jikkomunikaw ukoll bejniethom. Il‑koppja Jon u Dorothea jużaw flushom sabiex jgħinu lil dawk fil‑bżonn. Fis‑sena 2006 huma waqqfu l‑Fondazzjoni Jon Bon Jovi Soul li għenet ’il fuq minn 600 dar f’għaxar stati għal eluf ta’ nies, fosthom żgħażagħ u veterani. Il‑fondazzjoni kompliet testendi l‑missjoni tagħha billi tgħin lil dawk li ma jaffordjawx jixtru x’jieklu. 

Biex infieq għandi bżonn id-demm.

Int tista’ tgħinni?

Grazzi mill-qalb! 27


ĠITA MA’ MISSIO

April 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Fil‑Polonja tan‑Nord u fil‑Litwanja Mill‑Erbgħa 19 sal‑Ħamis 27 ta’ Awwissu 2020 Disat ijiem sħaħ b’titjira diretta mal‑linja tal‑ajru Ryan Air. Inżuru: Gdansk, Sopot,

Gdynia, Malbork Castle, Mikołajki, Vilnius, Siluva, Tytuvenai Monastery, The Hill of Crosses, Trakai u Kaunas.

pittoresk ħdejn għadira. Is‑Sibt 22 ta’ Awwissu:

Ġurnata libera. Kulħadd iżur dak li l‑aktar jinteressah.

It‑Tnejn 24 ta’ Awwissu: Il‑Ħadd 23 ta’ Awwissu:

L‑Erbgħa 19 ta’ Awwissu:

Niltaqgħu l‑ajruport ta’ Malta fit‑8:00am. Naslu Gdansk fil‑Polonja fis‑1:05 pm. Ikollna ‘city tour’ minn gwida tal‑post. Il‑Ħamis 20 ta’ Awwissu:

Eskursjoni ta’ ġurnata flimkien bil‑kowċ fl‑ibliet ta’ Sopot u ta’ Gydnia. Il‑Ġimgħa 21 ta’Awwissu:

Eskursjoni sa Mikołajki, raħal 28

komdu. Filgħaxija noħorġu flimkien fiċ‑ċentru ta’ Vilnius ħalli nibdew nambjentaw ruħna mal‑belt.

Nitilqu minn Gdansk lejn Vilnius; vjaġġ b’kowċ

‘City tour’ ta’ Vilnius minn gwida tal‑post. Naraw il‑parti l‑antika tal‑belt. Wara jkollna


April 2020

ħin liberu biex nieklu xi ħaġa u ‘sightseeing’ għal rasna.

personali. Titjira lejn Malta bir‑Ryan Air fil‑4:45 pm. Naslu Malta fis‑7:05 pm.

It‑Tlieta 25 ta’ Awwissu:

Ġurnata barra Vilnius fejn naraw The Hill of Crosses ‑ simbolu kulturali u reliġjuż fil‑Litwanja fejn hemm ’il fuq minn 100,000 salib. F’Siluva nżuru s‑Santwarju tal‑Verġni Marija u naraw il‑monasteru msejjaħ Tytuvenai Monastery. L‑Erbgħa 26 ta’ Awwissu:

Bil‑kowċ immorru lejn l‑ibliet sbieħ u storiċi ta’ Trakai u Kaunas. Il‑Ħamis 27 ta’ Awwissu:

Wara l‑kolazzjon ikollna ħin liberu biex induru waħedna u naraw xi postijiet ta’ interess

Prezz kull persuna:

1. F’kamra ta’ 3 persuni: €945.00 2. F’kamra ta’ 2 persuni: €995.00 3. F’kamra ta’ persuna: €1195.00 Min irid 8 ikliet, waħda kull filgħaxija fil‑lukandi, iħallas €170 ekstra. Wara April il‑prezz jogħla b’€50 minħabba t‑titjiriet. Aħseb biex tħallas issa depożitu ta’ €300. Prezz jinkludi: Titjiriet,

taksi tal‑ajruport, transfers

u eskursjonijiet skond il‑programm, bagalja ta’ 20 kilo u basket. Lukanda f ’Gdansk 4 Star ‑ Scandic Hotel u lukanda f ’Vilnius 4 star ‑ Novotel City Centre, ‘buffet breakfast’, ‘city tours’ bil‑gwida f ’Gdansk u f ’Vilnius, u tour leader. Għal aktar tagħrif jew biex tibbukkja ċempel lil Dun Frans 99841355 jew lil Stella Cini 79302345. 29


ĠITA MA’ MISSIO

April 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

EJJEW MAGĦNA OBERAMMERGAU B’titjira diretta mal‑linja tal‑ajru Air Malta lejn Munich fil‑Ġermanja. • Inżuru MUNICH fil‑Ġermanja, il‑kapitali tal‑Bavarja, belt storika u sabiħa. • Inżuru OBERAMMERGAU għad‑dramm tal‑Passjoni ta’ Kristu magħruf mad‑dinja kollha, li kull darba jarawh nofs miljun ruħ f ’aktar minn 100 wirja. Dan id‑dramm, li jieħu 5 sigħat, hu maqsum f ’żewġ partijiet u ilu jsir bħala wegħda kull 10 snin għal aktar minn 300 sena. Jinħadem bi professjonalità kbira, b’kori u vestwarji mill‑aktar storiċi.

30

• Inżuru BERCHTESGADEN fejn naraw il‑minjieri tal‑melħ; esperjenza allegra minħabba l‑kostum li nilbsu u ż‑żurżieqa li niżżerżqu. Nirkbu ferrovija u ngħaddu minn fuq għadira li tinsab taħt l‑art. • Inżuru l‑famuża Eagle’s Nest, il‑post mogħti lil Hitler bħala villeġġjatura, mibni fuq muntanja li tiddomina lil Berchtesgaden f ’Salzburg, u l‑ibliet u l‑irħula kollha tal‑madwar. • Inżuru KÖNIGSEE, għadira qisha fjord li tinsab fil‑Park Naturali Bavarjan. Din hija l‑aktar għadira nadifa fil‑Ġermanja; ngħaddu bil‑‘ferry’ minn bejn il‑muntanji u nisimgħu d‑daqq tal‑kurunetta jidwi mal‑ġnubijiet.

• Inżuru SALZBURG fl‑Awstrija, il‑belt tal‑film ‘The Sound of Music’. Salzburg hija waħda mill‑aktar bliet eleganti tal‑Awstrija bi ħwienet żgħar u toroq dojoq, u b’pontijiet b’dehriet sbieħ fuq ix‑xmara. Hawn issib ukoll id‑dar tat‑twelid ta’ Mozart, is‑suq il‑qadim, il‑mużew tal‑istorja naturali u diversi pjazez u pontijiet mill‑isbaħ. Staqsuna għall‑programm dettaljat. Ċemplu lil Natasha Farrugia fuq 21236962.


April 2020

St. Mary’s Bakery ...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702

Nick’s Agricultural Supplies All you need for agriculture

Jonathan Callus tel: 21465869 mob: 79296399 Mons Mikiel Azzopardi Str., Siġġiewi www.nickagriculture.com nickagriculture@hotmail.com

MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267  Email:mariannastationery@gmail.com

PRINTING  BINDING  LAMINATION  TOYS  HABERDASHERY  HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm 31


April 2020

IL‑PADRI KRISTJANI TAD‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR

Is‑Sitt Parti

Abba Elias: X’jista’ jagħmel id‑dnub fejn hemm l‑indiema u l‑penitenza? U xi sservi l‑imħabba fejn hemm il‑kburija, is‑suppervja tal‑qalb u n‑nuqqas ta’ tama f ’Alla?  Osserva l‑ħsibijiet tiegħek u oqgħod attent għal dak li hemm f ’qalbek u fl‑ispirtu tiegħek, filwaqt li ftakar dejjem li x‑xitan jipprova jdaħħallek ideat f ’moħħok biex jikkorrompik billi jġiegħlek taħseb kontinwament fid‑dnubiet u l‑ħtijiet tiegħek tal‑imgħoddi u jġiegħlek tiddubita wkoll mill‑ħniena u l‑maħfra ta’ Alla, u li tagħmel x’tagħmel għalik m’hemmx maħfra u li Alla mhu se jaħfirlek qatt, u li inti diġà kkundannat għat‑telfien ta’ dejjem. B’hekk inti titlef kull tama fil‑Ħniena ta’ Alla u fis‑salvazzjoni ta’ ruħek, u għalhekk 32

twarrab kull ħsieb u xewqa għall‑indiema u l‑maħfra ta’ Alla. Taqa’ fid‑disperazzjoni, u titlef kull għan li tgħix ħajja tajba skond ir‑rieda ta’ Alla. Din hija n‑nasba tax‑xitan! Ftakar biss fil‑ħniena bla qies ta’ Alla u li hu ħalqek għax iħobbok u jrid li jsalvak.

San Kosmas Aitolos: It‑talb jissejjaħ virtù, imma fir‑realtà hu omm il‑virtujiet kollha; għax iwellidhom permezz tal‑għaqda tagħhom ma’ Kristu. Abba Doulas, dixxiplu ta’ Abba Bessarion: Jirrakkonta din il‑ġrajja: “Darba waqt li konna mexjin ma’ xatt il‑baħar qabadni l‑għatx u għedt lil Abba Bessarion: “Abba, għandi l‑għatx.” Huwa qal talba, imbagħad qalli: “Ixrob ftit

ilma mill‑baħar.” Jiena xrobt u sibt li l‑ilma kien ħelu, tajjeb għax‑xorb. Għaldaqstant wara li xrobt, imlejt il‑kus tiegħi tal‑ġild għax bżajt li jerġa’ jaqbadni l‑għatx aktar tard. Meta ra hekk l‑anzjan staqsieni għaliex se nġorr l‑ilma miegħi. Għedtlu: “Aħfirli, għax nibża’ li jerġa’ jaqbadni l‑għatx aktar tard.” Imbagħad huwa qalli: “Alla qiegħed hawn, Alla jinsab kullimkien.”

Abba Agathon: Inqis li l‑ebda ħidma oħra mhi daqstant diffiċli daqskemm huwa t‑talb. Meta nkunu lesti biex nitolbu, l‑għedewwa spiritwali tagħna jindaħlu. Huma jifhmu li huwa biss billi jagħmluha diffiċli li nitolbu li jistgħu jagħmlulna l‑ħsara. It‑taqbida tagħna waqt it‑talb tibqa’ sakemm immutu.  Waqt it‑talb il‑bniedem jeħtieġlu jissielet sal‑aħħar


April 2020

nifs ta’ ħajtu. Jekk ma nsibux it‑talb diffiċli forsi għaliex inkunu fir‑realtà, għadna lanqas biss bdejna nitolbu.

Abba Cyrus ta’ Alexandra: Ma nistgħux nagħmlu li t‑tentazzjonijiet jgħibu, imma nistgħu nitqabdu kontrihom. Abba Pastor: Tiġġudikax adulteru għax tkun qed tikser il‑Liġi ta’ Alla bħalu, għax dak li qallek:

“Tikkommettix adulterju”, qallek ukoll, “Tiġġudika qatt lill‑proxxmu tiegħek ”.

Abba Iżakk tas‑Sirja: Kif inhu impossibbli li tibni bastiment mingħajr imsiemer, daqstant ieħor huwa impossibbli li tikseb is‑salvazzjoni ta’ ruħek mingħajr umiltà.

 Qabel ma tibda l‑gwerra, fittex xi alleat, qabel ma timrad fittex it‑tabib, u qabel ħwejjeġ gravi jiġu fuqek itlob, u fil‑mument tat‑tribulazzjonijiet tiegħek inti se ssib lill‑Mulej u huwa se jisma’ żgur it‑talb tiegħek.

Abba San Efrajin mis‑Sirja: Imbierek dak li jitlob bil‑ħeġġa, għaliex ix‑xitan qatt ma jersaq lejh.  (ikompli fil‑ħarġa li jmiss)

Għandna bżonn il‑pjanti biex inbigħuhom waqt il‑Fiera ta' San Girgor b'risq proġetti fil‑missjoni. Kull min jista' jgħin, jekk jogħġbu jċempel lil Natasha Farrugia fuq 2123 6962. Grazzi ħafna mill‑qalb.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

33


April 2020

MISSIO TFAL – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

The Rosary of the Unborn twelve weeks of pregnancy, and in cases where the pregnant woman’s life or health is at risk, or in the case of a fatal foetal abnormality.

A

few weeks ago, a Pro‑Life Irish couple, Carmen and Declan Waters, addressed a group of Form 5 students at St. Margaret College Secondary School, Verdala Cospicua. The Irish couple was invited to school by our teacher Martin Azzopardi s.d.c. to hold a talk in class about the sacred value of human life from its very beginning until its end. Carmen Waters said that when abortion was introduced in Ireland, it was shocking seeing Irish women playing drums and celebrating in favour of abortion. In fact, after a bitter referendum campaign, the amendment of the 34

constitution of Ireland was passed by 67% voting in favour of abortion to 33% voting against. Then on the 25th May 2018, a referendum was passed by a similar margin to remove the constitutional ban on abortion and was signed as law on the 18th September 2018. Nowadays abortion in Ireland is permitted during the first

Declan added, quoting Pope Saint John Paul II: “A nation that kills its own children is a nation without a future” ( June 1997). Throughout his pontificate, Pope Saint John Paul II was always outspoken on life issues and he rarely lost an opportunity to speak out against abortion. In 2004 the Pope canonised Gianna Beretta Molla, who died of cancer in 1962 after refusing life‑saving treatment that would have required the termination of her pregnancy. Carmen insisted saying that: “Every birth is innocent and God has a plan


April 2020

for it”. So she encouraged students to leave sex for after marriage and build a married life on the sacrament of matrimony. Then Declan said that if we Christians want to live a happy life we must learn to abide by moral standards and live by the Ten Commandments. Some years ago, Carmen and Declan Waters founded the Rosary of the Unborn at St.

Margaret College, and since then students attending Religion lessons still pass on the rosary beads from one student to another reciting one Hail Mary prayer in their hearts to end abortion around the world. The Irish couple were so happy to see that the rosary of the unborn is still practised at St. Margaret College. Teacher Martin Azzopardi s.d.c. said: “Educating our students

in a pro‑life spirit is part of our holistic approach in education and this helps to build a generation of people with more love and respect for every living creature.” Special thanks go to Declan and Carmen Waters for offering this pro‑life talk and experience to us. Ra iza Scic l una and Ow e n Bon e llo

Ejja ngħaqad magħna, tibqax waħdek. Ħu din l‑okkażjoni ta’ darba f’ġimgħa li ġġiblek ħafna ferħ f’qalbek. Il‑Grupp Full Joy jiltaqa’ fl‑Oratorju tal‑Qalb ta’ Ġesù l‑Mosta kull nhar ta’ Tnejn. Mis‑ 5.45 sas‑7.15 ta’ filgħaxija għal Kant ta’ Evangelizazzjoni. Mis‑7.30 sat‑8.30 ta’ filgħaxija għal Adorazzjoni miftuħa għal kulħadd. Jekk tixtieq tingħaqad magħhom ċempel lil Marthese fuq 99239931 jew 27411448.

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

April 2020

LAŻANJA TAL‑ĦUT MILL‑ALASKA

• 2 mgħaref kunserva • Bott kbir polpa tat‑tadam • Mgħarfa nagħniegħ • Mgħarfa ħabaq Metodu: 1. Qatta’ l‑qarabagħli roti roti u għallihom nofs sajran mad‑dada tal‑ħaxix. X’għandek bżonn: • Madwar 4 biċċiet filits tal‑ħut • 8 qarabagħliet żgħar (żukkini) • Nofs dada tal‑ħaxix • Basla mdaqqsa • Nofs bżaru aħmar • Nofs bżaru isfar • Nofs bżaru oranġjo • Nofs bżaru aħdar • Nofs brunġiela żgħira • 250 gramma faqqiegħ • 2 mgħaref żebbuġ imqatta’ • 2 mgħaref kappar

2. Qatta’ l‑basla, il‑brunġiel u l‑bżar u ixwih ‘stir fry’. 3. Żid mat‑taħlita l‑polpa, il‑kunserva, il‑faqqiegħ, iż‑żebbuġ, il‑kappar, in‑nagħniegħ u l‑ħabaq. 4. Sajjar fuq nar baxx u jekk ikun hemm bżonn, żid ftit ilma minn tal‑qarabagħli. 5. Ġo dixx tal‑forn fond, ifrex ir‑roti tal‑qarabagħli mal‑qiegħ kollu. 6. Poġġi l‑filits tal‑ħut u t‑taħlita taz‑zalza fil‑wiċċ. 7. Sajjar f’forn moderat sa ma’ jsir il‑ħut.

ENJOY YOUR MEAL!

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


April 2020

37


KOMPETIZZJONI ‑ APRIL 2020

April 2020

KAXXA MAĠIKA

Meta tgħodd in‑numri f’kull kolonna u ringiela orizzontali, vertikali u djagonali fil‑kaxxa t’hawn taħt, l‑ammont jiġi dejjem l‑istess. Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri neqsin. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

13

Is‑somma hija 50.

20

18

6 10 14 16 12

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Frar 2020: Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Robert Scicluna mill‑Ibraġ. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.

48 6

9 39

15 33 30 24 27 21 18 36 12 42 45 3

Nitbissmu ftit:

M

arta rikbet taksi mill‑ajruport għad‑dar. M’għaddiex wisq ħin li ma militx ’il quddiem u messet kemm kemm spallet ix‑xufier sabiex tkellmu. Dan inħasad waħda u tajba, tant li bil‑ħasda skidja, dar dawra tond u għal daqsxejn ma ħabatx ma’ ħajt. Xħin il‑mara u x‑xufier irkupraw mill‑qatgħa li kienu ħadu, Marta qaltlu: “Skużani Sinjur, imma bilkemm messejtek!”

38

“Iva veru, Sinjura,” weġibha x‑xufier, “imma għandek tkun taf li ilni għal dawn l‑aħħar 30 sena nsuq karozza tal‑mejtin, u din hija l‑ewwel ġurnata tiegħi f’dan ix‑xogħol bħala xufier ta' taksi!”


April 2020

Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

• 26 ta’ Novembru 2019 Mary Bone mill‑Ħamrun • 15 ta’ Jannar 2020 Katie Saydon miż‑Żurrieq • 28 ta’ Jannar 2020 Ġuża Abdilla miż‑Żurrieq • 28 ta’ Jannar 2020 Anġolina Cachia minn Ħal Safi • 29 ta' Jannar 2020 Sor Victoria Agius minn Ħal Kirkop • 10 ta' Frar 2020 Marija Bartolo mill‑Mosta • 13 ta’ Frar 2020 Lina Buttigieg mill‑Marsa

• John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Silvana Vella mill‑Gudja • Il‑familja Spiteri, Kolina u nies oħra minn Ħal Għaxaq • Agnes Darmanin • Joseph u Mary Cauchi • Janice Scicluna mill‑Mosta Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 14 ta’ Frar 2020 Catherine Grixti miż‑Żurrieq • 16 ta’ Frar 2020 Carmena Camilleri mill‑Marsa • 04 ta' Marzu 2020 Carmela Bugeja mill‑Imsida • Mary Borg mill‑Mosta Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Avviż:

Kull tielet Ħadd tax‑xahar fil‑11am qed issir quddiesa bl‑Ispanjol għal dawk li jitkellmu b’din il‑lingwa u huma residenti Malta, fil‑Kappella tal‑Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir‑Rabat fi Triq Emmanuele Vitale, minn Patri Vincente Magro MSSP. Mob. 9957 4264 Kull nhar ta’ Ħadd fit‑8pm qed issir quddiesa bl‑Urdu fil‑Kappella ta’ ħdejn il‑grawnd ta’ San Ġużepp f ’Santa Venera għall‑Pakistani li huma residenti Malta, minn Patri Bernard Mangion MSSP. Mob. 7742 6927 ‑ Parking fl‑istess grawnd.

Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem i ż d a l i ji m le w k b ’a m m i r a z z j o n i għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut. 39


April 2020

You Name It. We Bake It! Fresh Made Cakes, Doughnuts & More Chocolates & Ice‑Cream Extensive Choice Of Food

Large Variety Of Bread Baked Fresh Daily Large Variety Of Daily Fresh Fruit & Vegetables Also Available: • Gluten‑Free Foods • Ready‑Packed Produce Including Cheese & Ham, • Milk, Frozen Foods & Pasta • Spirits, Wines & Soft Drinks • Detergents & More.

EL PANADERO

www.elpanaderomalta.com Tel: 27 424 386 Triq il‑Pitkali, Attard ATD 2216 E: elpanaderomalta@hotmail.com

Opening Hours: Monday to Sunday From 5:00am to 9:00pm Open also on Public Holidays

Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com

40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja April 2020 by Missio Malta - Issuu