NEWSPAPER POST SETTEMBRU 2020 SENA 89
18 ta' Ottubru 2020
Ġurnata Missjunarja
02 Aħseb F’Ħaddieħor 10 Ħidma Missjunarja Fil‑Gwatemala 14 Ma Ninsewx Lit‑Tfal Tal‑Jemen 26 Il‑Papa Jagħmel Sorpriża għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Settembru 2020
Aħseb f’Ħaddieħor Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 14 Santa Infanzja 18 Qaddis tax‑Xahar 22 Ktejjeb ta’ Kuraġġ u Tama 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Missjunarji Kbar 34 Il‑Padri Kristjani tad‑Deżert 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Żewġt ibniet mill‑komunità Indjana ta’ Rabari fl‑istat ta’ Gujarat fi stalla tal‑ħrief. 2
Ż
ewġ aħwa kienu jaħdmu flimkien fl‑għelieqi tal‑familja. Bertu kien miżżewweġ u kellu tlett itfal, filwaqt li Pawlu kien ġuvni u jgħix waħdu. Fi tmiem il‑ġurnata l‑aħwa kien jaqsmu kollox indaqs bejniethom qabel imorru lura f ’darhom. Kienu aħwa li jinġiebu ħafna u ta’ eżempju għall‑ġirien tagħhom u kull min kien jafhom. Jum fost l‑oħrajn, meta wasal lura d‑dar, Pawlu għaddielu ħsieb minn moħħu dwar ħuh Bertu: “Mhux sew li qed naqsmu kollox indaqs. Ħija Bertu għandu familja, filwaqt li jiena ngħix waħdi u m’għandix bżonn daqsu prodotti. Ħa mmur inpoġġilu żewġ xkejjer prodotti minn tiegħi mal‑ixkejjer tiegħu li għandu fil‑garaxx.” Bertu min‑naħa tiegħu għaddielu wkoll ħsieb dwar ħuh Pawlu. Dan tkellem ma’ martu Sina u qalilha: “Mhux sew li jien u ħija qed naqsmu kollox indaqs. Jien għandi lilek u lit‑tfal min jieħu ħsiebi la nixjieħ, imma Pawlu m’għandu lil ħadd min idur bih.” Martu qablet miegħu u qaltlu: “Sewwa qed tgħid Bert. Għax ma tmurx tpoġġilu
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
żewġ xkejjer prodotti minn tagħna fil‑garaxx tiegħu? Poġġihomlu ma’ tiegħu biex ma jindunax.” Ta’ kull filgħaxija, wara li jinfirdu l‑aħwa kienu joħorġu nkiss inkiss bil‑lejl u jagħtu xi ħaġa mill‑prodotti tagħhom lil xulxin. Baqgħu sejrin hekk għal żmien twil. Pawlu kien iħaffef riġlejh kemm jiflaħ li ma jmurx jarah ħuh għaliex ma xtaqx li dan iħossu obbligat lejh. Min‑naħa tiegħu Bertu kien jgħaddi minn taħt iċ‑ċint biex żgur ma jarahx ħuh mid‑dar u jħossu obbligat lejh. Għal snin twal iż‑żewġt irġiel dejjem kienu jkunu mħawdin għaliex ma setgħux jifhmu kif il‑qligħ mill‑prodotti tagħhom baqa’ dejjem l‑istess bħal qabel minkejja li t‑tnejn li huma kienu qed inaqqsu
minnhom. Sakemm darba waħda l‑aħwa ltaqgħu nofs triq. “Hawn x’int tagħmel barra f ’dan il‑ħin Bert?” “Jien kont ser nistaqsi l‑istess ħaġa lilek Pawl!” Fl‑aħħar, wara ħafna snin iż‑żewġ aħwa rrealizzaw x’kien qed jiġri u kemm dejjem kienu hemm għal xulxin. Telqu kollox minn idejhom u tgħannqu.
tal‑flus b’risq tant proġetti li jsiru sabiex jgħinu mhux biss individwu, imma komunitajiet sħaħ. “Għax jien kont bil‑ġuħ u tmajtuni, kont bil‑għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil‑ħabs u ġejtu żżuruni” (Mt. 25:35‑36).
Kemm hu sew li ma nkunux egoisti! Jekk inti taħseb f ’ħaddieħor, dejjem hemm xi ħaddieħor qed jaħseb fik. U jekk forsi mhux f ’din id‑dinja, żgur li l‑Mulej mhu ser jinsa’ qatt lil ħadd minn uliedu! Huma ħafna ħutna fil‑missjoni li jinsabu jbatu l‑ġuħ u l‑għatx, filwaqt li għandhom ħafna nuqqasijiet bażiċi. Tajjeb għalhekk, li l‑ewwel u qabel kollox, nitolbu għalihom u fejn nistgħu nagħtu xi ħaġa
Kien għalhekk li fis‑sena 1926 Papa Piju XI ddikjara l‑Ħadd ta’ qabel l‑aħħar ta’ Ottubru bħala l‑Ġurnata Missjunarja – jum ta’ talb għall‑missjonijiet. Aktar ’il quddiem ix‑xahar ta’ Ottubru ġie ddikjarat bħala x‑Xahar Missjunarju. Din is‑sena din il‑ġurnata ser taħbat nhar il‑Ħadd 18 ta’ Ottubru u t‑tema magħżula minn Papa Franġisku hija: “Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8)
Biex infiq għandi bżonn id‑demm.
Int tista’ tgħinni?
Grazzi mill‑qalb! 3
Settembru 2020
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
It‑Triq Lejn il‑Qdusija
K
ull min hu mgħammed huwa msejjaħ biex ikun qaddis. Alla jagħmel din is‑sejħa lil kulħadd indipendentement mill‑istat tiegħu/tagħha, jekk hux saċerdot jew reliġjuz, jekk hux miżżewweġ jew le, jekk hux għaref jew bla ebda skola. San Pawl, fl‑ittra lit‑Tessalonkin jgħallem b’mod mill‑iżjed ċar li: “Alla dan irid minnkom, il‑qdusija tagħkom.” (4:3) Il‑qdusija mhix xi ħaġa li n‑Nisrani jista’ jixtriha minn xi mkien, iżda hija don mogħti 4
mill‑Mulej Ġesù li permezz tal‑mewt u l‑qawmien tiegħu għamilna lkoll ħaġa waħda miegħu permezz tal‑ispirtu qaddis tiegħu. Għad hawn min jaħseb li dawk biss li nqatgħu mid‑dinja u ngħataw kompletament għat‑talb, qed jgħixu ħajja ta’ ċaħda jew mortifikazzjoni, li għandhom ċans kbir li jsiru qaddisin. Dan żgur li mhux il‑każ. Min għadu jaħseb dan, huwa żbaljat għal kollox. Il‑qaddis huwa dak li jħalli lil Alla jħobbu
u fl‑istess waqt jipprova jgħix ħajja ta’ mħabba f ’servizz għall‑oħrajn. Dak li jagħmel dan, ikun qiegħed jagħti xhieda ta’ ħajja tassew Nisranija mhux biss fl‑affarijiet il‑kbar, iżda fuq kollox fl‑affarijiet l‑aktar sempliċi u ordinarji tal‑ħajja ta’ kuljum. Fi kliem Santa Tereża ta’ KalKutta, il‑qaddis huwa dak li jgħix il‑ħajja ordinarja b’mod straordinarju. Int saċerdot jew reliġjuż? Għix il‑ħajja bil‑ferħ u kun ta’ servizz ma’ kull min tiltaqa’ miegħu. Int ġuvni jew xebba? Għin lil sħabek ta’ fuq ix‑xogħol u kun ta’ eżempju tajjeb għalihom. Int miżżewweġ jew miżżewġa? Ħu ħsieb lil martek/żewġek u lil uliedek mill‑aħjar li tista’. Int marid/a? Agħraf tgħaqqad it‑tbatija tiegħek ma’ dik ta’ Ġesù msallab għas‑salvazzjoni tad‑dinja u għall‑konverżjoni
Settembru 2020
B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.
Eżempji ta’ qaddisin minn kull stat tal‑ħajja: Papiet: San Ġwanni Pawlu II Isqfijiet: San Karlu Borromeo Tfal: San Franġisk u Santa Ġiaċinta Marto Żgħażagħ: Beatu Pier Giorgio Frasatti Mara tad‑dar: Santa Gianna Beretta Mola Lajk: San Juan Diego Koppja: San Louis Martin u martu Santa Zelie Guerin Re: San Enriku II tal‑Bavarja Reġina: Santa Eliżabetta tal‑Portugal Saċerdot: San Ġorġ Preca
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.
Ħadd m’għandu jaqta’ qalbu jew jibża’ jwieġeb għal din is‑sejħa tal‑Mulej. Il‑fatt stess li tixtieq tkun qaddis u tipprova kuljum issir Nisrani aħjar, huwa diġà pass tajjeb fit‑triq tal‑qdusija. Alla, b’din is‑sejħa, qiegħed isejħilna lkoll biex inkunu ferħanin, b’ferħ li Hu biss jaf jagħti. Jekk nifhmu dan, nibdew inħarsu lejn id‑dinja, lejn il‑familji tagħna, lejn il‑ġirien, lejn sħabna tax‑xogħol, b’mod għal kollox ġdid. Aħseb ftit, jekk it‑tifel tiegħek jiġi jkellmek u int tisimgħu avolja ma jkollokx aptit minħabba l‑għeja tal‑jum, jew xi ħadd ikun ser jibda jqasqas fuq ħaddieħor u int turih li m’intix tieħu gost, tkun qiegħed fit‑triq it‑tajba li
twassal għall‑qdusija. Ħadd ma jista’ jgħix waħdu f ’din it‑triq, iżda rridu nitgħallmu nimxuha flimkien fi ħdan il‑Knisja li l‑Mulej waqqaf biex tkompli l‑istess missjoni tiegħu fuq din l‑art. Inkunu ta’ sapport u għajnuna għal xulxin b’kelma tajba u ta’ kuraġġ, u fuq kollox bit‑talb tagħna għal xulxin.
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
tal‑midinbin. L‑importanti mhux l‑istat li tħaddan, imma li tipprova tgħix ħajja ta’ mħabba f ’għaqda mal‑Mulej u ma’ ħutek kollha.
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962 5
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Settembru 2020
Intenzjoni Missjunarja: Settembru 2020 Intenzjoni ta’ talb universali
Rispett għar‑riżorsi tal‑pjaneta. “Nitolbu sabiex ir‑riżorsi tal‑pjaneta ma jkunux imħarbta u misruqa, imma jitqassmu b’mod ġust u rispettuż.” 6
F
’dan ix‑xahar nilqgħu din l‑intenzjoni tal‑Papa sabiex nitolbu għall‑pjaneta tad‑dinja tagħna. Nieħdu ħsiebha ħalli hija tkompli tkun d‑dar tagħna. Dan it‑tagħlim insibuh fuq kollox fl‑Enċiklika ta’ Papa Franġisku li tieħu isimha mill‑Kantiku tal‑Ħolqien jew l‑Għanja tal‑Ħlejjaq ta’ San Franġisk t’Assisi, fejn inisbu t‑talba tar‑ringrazzjament tiegħu lil Alla għall‑opra tal‑ħolqien: ‘Laudato si mio Signore’, ‘Tkun imfaħħar Mulej tiegħi’, li kien kiteb
fis‑sena 1225. Fin‑numru wieħed, l‑enċiklika tistedinna biex inħarsu lejn l‑opra tal‑ħolqien bħala oħtna u Alla l‑Ħallieq bħala l‑Missier tagħna lkoll. Għalhekk il‑Knisja qed tistieden lill‑bnedmin kollha sabiex iħarsu u jibżgħu għall‑ambjent ta’ madwarhom kif naraw fin‑numru tmienja, sabiex nagħrfu d‑dnubiet kontra l‑ħolqien. Din hija l‑preokkupazzjoni tal‑Papa, kif naraw fin‑numru dsatax: “Qed tinħass sensibiltà li
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
qed tiżdied dwar l‑ambjent u l‑kura tan‑natura u qed timmatura preokkupazzjoni sinċiera u doloruża għal dak li qed jiġri lill‑pjaneta tagħna”. Hekk sostna
Santa Marija 2002, kien dwar id‑dmir tal‑ħarsien tal‑ħolqien u tal‑ambjent:
tagħna u għalhekk ukoll il‑problemi enormi qegħdin jikkawżaw fuq il‑bniedem it‑tniġġiż tal‑ambjent, it‑tniġġiż mill‑industriji u l‑kultura tar‑rimi u tal‑iskart, u fuq kollox dak tossiku u velenuż, kif naraw fin‑numri għoxrin sa tnejn u għoxrin, u kif naqraw fin‑numru wieħed u għoxrin: “Id‑dinja,
l‑Patrijarka ta’ Kostantinopli tal‑Knisja Ortodossa, Bartilmew I: “Li l‑bnedmin jeqirdu d‑diversità bijoloġika, li l‑bnedmin jikkompromettu l‑integrità tal‑art u jġibu l‑bidla, li l‑bnedmin iniġġżu l‑ilmijiet, il‑ħamrija u l‑arja; dawn kollha huma dnubiet”.
Rigward dan Papa San Ġwanni Pawlu II kien jitkellem mill‑konverżjoni globali tal‑ekoloġija. Fil‑fatt Papa San Ġwanni Pawlu II, fl‑1 ta’ Jannar tal‑1990 f ’Jum il‑Paċi, kien tkellem dwar dan is‑suġġett ta’ paċi ma’ Alla l‑Ħallieq u paċi mal‑ħolqien kollu. Kif ukoll is‑suġġett tal‑Ittra Pastorali tal‑Isqfijiet Maltin fl‑okkażjoni tal‑Festa ta’
id‑dar tagħna, donnha qed tinbidel dejjem iżjed f’depożitu kbir ta’ żibel.” U “Fid‑dinja li qed ngħixu, illum iżjed mill‑bieraħ, din l‑imħabba tagħna lejn Alla u lejn il‑proxxmu rridu nuruha wkoll fil‑mod ta’ kemm u kif aħna napprezzaw u nieħdu ħsieb il‑ħolqien”.
Naraw fl‑Enċiklika tal‑Papa, eżattament is‑sitwazzjoni globali tad‑dinja li fiha jinsab jgħix il‑bniedem, dak kollu li qed jiġri lid‑dar komuni
BAŻAR
hawnhekk insemmu d‑dnub tal‑ħela speċjalment tal‑ikel. Kieku hawn tqassim aħjar tal‑ikel, kieku għandna inqas ġuħ fid‑dinja fejn tnejn minn kull tliet persuni fid‑dinja qegħdin jiġġieldu l‑faqar u biex ikollhom x’jieklu. Ejjew mela naħdmu wkoll għal iktar ġustizzja fid‑dinja ħalli ma jkunx hemm ħela u ħalli l‑ġid tad‑dinja jitqassam b’mod ugwali lill‑popli kollha.
Mega Sale kollox 50ċ
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7
Settembru 2020
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
Nimxi Magħkom Lejn il‑Missier Is‑Sitt Parti 4. Ħobbu lil xulxin “Dan hu l‑kmandament tiegħi: Li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd m’għandu mħabba akbar minn din li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.” (Ġw. 15: 12‑13) It‑tip ta’ mħabba li Ġesù jixtieq minna hija l‑imħabba lejn xulxin. Din hija mħabba li hi reċiproka; hija mħabba li mhux biss toħroġ lejn l‑oħrajn, imma terġa’ tingħata lura lilna wkoll. Ġesù qalilna: “Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri jekk ikollkom l‑imħabba bejnietkom”. (Ġw. 13:35) L‑imħabba bejnietna, allura hija element essenzjali tal‑ispiritwalità tal‑komunjoni. Ġesù wasal biex ikkmandana nħobbu lil xulxin: “Dan hu l‑kmandament tiegħi: Li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien”. (Ġw. 15:12) Aktar kmieni Ġesù kien qalilna: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek” (Mk. 12:31), imma waqt l‑aħħar ċena Ġesù jitlobna ħafna aktar minn hekk 8
u jgħidilna li l‑imħabba tagħna trid tkun lejn xulxin u li l‑miżura tal‑imħabba tagħna lejn xulxin għandha tkun dik ta’ kif ħabbna hu: “Bħalma nħobbkom jien”. Li tħobb bħalma Ġesù ħabbna mhix ħaġa tant faċli, peress li Ġesù ħabbna sa ma ta ħajtu għalina u sal‑punt li ħassu abbandunat minn Missieru. “Ħadd m’għandu mħabba akbar minn din: Li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu”. (Ġw. 15:13) “B’dan naslu biex nagħrfu x’inhi l‑imħabba: Li Ġesù Kristu ta ħajtu għalina. Aħna wkoll mela għandna nagħtu ħajjitna għall‑aħwa”. (1Ġw. 3:16) Waqt it‑Tieni Gwerra Dinija grupp żgħir ta’ tfajliet waqt
ħbit mill‑ajru kienu fix‑xelter u għad‑dawl ta’ xemgħa kienu qed jaqraw mill‑Vanġelu fuq il‑kmandament il‑ġdid ta’ Ġesù. Nisimgħu kif waħda minnhom, Chiara Lubich, tirrakkonta dan l‑episodju: Staqsejna lilna nfusna: “Hemm xi ħaġa li Ġesù jixtieqna nagħmlu, xi ħaġa li togħġbu b’mod speċjali biex jekk jiġri li jkollna nidhru quddiemu f’daqqa waħda, huwa jkun ferħan bina?” Il‑Vanġelu tana r‑risposta: Dan hu l‑kmandament tiegħi: “Ħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jiena”. (Ġw. 15:12) Konna nafu li Ġesù ħabbna sa ma miet għalina, allura riedna nkunu lesti li mmutu għal xulxin. Konna determinati li npoġġu bħala bażi ta’ ħajjitna kostantament l‑imħabba lejn xulxin fi kwalunkwe sitwazzjoni li l‑ħajja setgħet tqegħedna fiha. Qabel ma mmorru għall‑quddies jew nitqarbnu nistaqsu lilna nfusna: “Aħna lesti li mmutu għal xulxin?” L‑imħabba trid tiġi qabel kwalunkwe ħaġa oħra; qabel immorru l‑iskola,
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
qabel immorru x‑xogħol u qabel ma mmorru norqdu filgħaxija. Giuseppe M. Zanghi, filosfu Taljan jgħid: “Għal ħafna sekli l‑kmandament ta’ Ġesù ma tantx kien mifhum. Ċertament konna ngħidu li kellna nħobbu lil Alla u lill‑proxxmu, għax l‑imħabba lejn il‑proxxmu kienet bħala l‑‘prova’ li verament konna qed inħobbu lil Alla. Imma dan ma kienx dak li kellu f’moħħu Ġesù. Għalih, fil‑fatt, ma kienx biżżejjed li nħobbu lill‑oħrajn, hemm bżonn li nħobbu lil xulxin. Dik il‑kelma qasira ‘bħalma’ hija importanti ħafna. Ġesù ma jħallix lilna niddeċiedu l‑miżura tal‑imħabba; hu stess jagħtina l‑miżura. Qabel ma ssallab fuq is‑salib
hu qal: “Ħobbu lil xulxin ‘bħalma’ ħabbejtkom jiena.” Allura l‑imħabba reċiproka tagħna hija mħabba bla limitu. Ma tistax tgħid: “Issa biżżejjed, ilħaqt il‑limitu tal‑imħabba, ma nistax inħobb iżjed”, għaliex Ġesù ħabbna sal‑mument li miet għalina. Dan huwa dak li Ġesù jitlob minna, għaliex meta ngħixu hekk nibdew nifhmu aħjar lil Alla.” Dun Silvano Cola, psikologu jgħid: “Jekk Ġesù, qabel kollox, jitlob minna l‑imħabba reċiproka, dan għaliex dan huwa l‑ewwel valur u huwa l‑valur fundamentali għall‑ko‑eżistenza umana li ma hi xejn aktar ħlief riflessjoni tal‑ħajja t’Alla nnifsu fit‑Trinità, il‑mudell perfett għal ħajjitna.”
RIEDA LI TAGĦTI
Ma nistax nagħlaq dan il‑punt mingħajr ma nisħaq fuq l‑importanza li ngħixu din l‑imħabba lejn xulxin kull fejn ninsabu b’mod speċjali fil‑familji tagħna u fil‑Knisja. Kull bniedem ta’ kull nazzjon u ta’ kull reliġjon, tradizzjonali jew ultra modern, forsi mingħajr ma jaf, għandu nostalġija kbira f ’qalbu għall‑imħabba t’Alla. Dan jista’ jsibu l‑aktar fi Knisja fejn issib Insara li jħobbu lil xulxin b’mod li lesti anke li jagħtu ħajjithom għal xulxin. Bħalma l‑faqar li għex San Franġisk ġab bidla fil‑Knisja għall‑aħjar, hekk illum dan il‑kmandament ta’ Ġesù, jekk inpoġġuh fil‑prattika, ser iġib bidla kbira għall‑aħjar fil‑Knisja tal‑lum.
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 9
Settembru 2020
SAN PIETRU APPOSTLU – DUN ANTON GRECH
Ħidma Missjunarja fil‑Gwatemala
W
asalt il‑Gwatemala fl‑1997 fejn kienet għadha kemm spiċċat il‑Gwerra Ċivili; 36 sena ta’ ġlied li qasam pajjiż imsejjaħ ‘Il‑Ġnien tal‑Eden’; gwerra bejn l‑armata u l‑gwerilli li ħalliet mitejn elf ruħ mejta u ħafna ‘desaparecidos’ (qatt ma nstabu). Illum, 23
10
sena wara, għandi basket ta’ memorji u esperjenzi xi nġorr. Għaddejt minn tliet parroċċi differenti. Bdejt ma’ Dun Ġużepp Camilleri, fejn għadu jaħdem sal‑lum fi sptar kbir li bena, imbagħad għamilt ħdax‑il sena kappillan qalb il‑muntanji ta’ Jalapa, fejn ħdimt l‑iktar fil‑qasam tal‑edukazzjoni u ftaħna skola kbira ddedikata lil Madre Tereża li kont iltqajt u ħdimt magħha Ruma meta għalqet 80 sena. Din l‑iskola għadha toffri l‑ħidma
tagħha lil mijiet ta’ studenti sal‑lum. Fl‑2010 bdejt missjoni iktar impenjattiva f ’Iżabal, reġjun ta’ foresta tropikali kbira li jilqa’ ħafna mill‑Etniċi tal‑Mayas li marru jistaħbew hemm matul il‑Gwerra Ċivili. Iżabal hija żona ta’ kunflitti kbar minħabba l‑artijiet u l‑ħidma li ssir minn produtturi kbar tal‑banana, taż‑żejt u taż‑żejt tal‑palm. Il‑Knisja hawn hija l‑vuċi tal‑foqra u dawk li jbatu li huma meqjusa bħala skjavi ta’ kumpaniji kbar. Il‑parroċċa tiegħi hija waħda estiża ħafna. Minn sentejn ilu għandi l‑għajnuna ta’ qassis żagħżugħ (ikompli f 'paġna 12)
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
#AħnaGħadnaHawn
huwa l‑messaġġ ta' kampanja ta' kuxjenza u ġbir ta' fondi mnedija fuq il‑midja soċjali minn Missio Malta, li malajr saret karba internazzjonali għall‑Missjunarji Kattoliċi madwar id‑dinja. Tliet kelmiet sempliċi qed isaħħu l‑ħajja ta' wħud mill‑iktar komunitajiet vulnerabbli tad‑dinja, hekk kif qed jiffaċċjaw l‑impatti devastanti tal‑kriżi globali tal‑COVID‑19.
madwar id‑dinja sabiex iġib il‑milja tal‑ħajja lin‑nies kollha permezz ta' firxa ta' proġetti kruċjali. Huwa jopera f'aktar minn 160 pajjiż biex jappoġġja inizjattivi f'aktar minn elf djoċesi u reġjuni differenti.
"Tliet kelmiet – Aħna Għadna Hawn ‑ jikkostitwixxu messaġġ sempliċi b'impatt kbir. Dan qed jgħid li dawk l‑iktar fil‑bżonn għadhom qed jingħataw l‑aqwa appoġġ prattiku u pastorali waqt l‑emerġenza globali attwali."
Ftit tal‑ġimgħat ilu, Papa Franġisku stabbilixxa fond ta' emerġenza fi ħdan is‑Soċjetajiet Missjunarja ta’ Missio. Id‑dħul ikkontribwit għal dan il‑fond huwa ddestinat għall‑għajnuna ta' dawk in‑nies u komunitajiet li qed jintlaqtu traġikament Il‑kampanja #AħnaGħadnaHawn għandha mit‑tixrid tal‑COVID‑19. Il‑flus se jmorru l‑għan li tqajjem kuxjenza dwar il‑proġetti direttament lill‑pajjiżi fil‑missjoni permezz ta’ Missio Malta kemm globalment kif ta' strutturi u istituzzjonijiet tal‑Knisja. ukoll lokalment. L‑organizzazzjoni qed tmexxi wkoll appell għall‑fondi biex Permezz ta’ Missio, il‑Papa huwa tiżgura l‑ħidma essenzjali sabiex it‑tfal, kapaċi jsostni iktar minn 1,110 djoċesi li il‑komunitajiet u l‑mexxejja futuri tal‑Knisja jinsabu fil‑biċċa l‑kbira tagħhom fl‑Asja, jkunu jistgħu jkomplu. fl‑Afrika, fl‑Oċeanja u f’parti mir‑reġjun tal‑Amażonja. Sabiex tikkontribwixxi tista’ Missio Malta jaħdem ma' komunitajiet tagħmel ‘Bank Transfer’:
Missio Malta IBAN: MT94APSB770130000000 41474120039 Swift Code: APSBMTMT 11
Settembru 2020
mix‑Xagħra, Dun Mario Curmi, li daħal minn qalbu għall‑ħidma missjunarja. Ngħixu fil‑periferija ta’ żona urbana fil‑Port tal‑Atlantiku bl‑isfidi li ġġib magħha kull ħidma qrib port; vjolenza, qtil, droga, korruzzjoni u prostituzzjoni. Fl‑istess ħin inservu fil‑ġungla t’Iżabal fejn hemm 27 raħal mifrux qalb il‑muntaniji u li rridu nilħquhom tal‑inqas darba
12
SAN PIETRU APPOSTLU – DUN ANTON GRECH
fix‑xahar. Hemmhekk, mhux biss inqaddsu u namministraw is‑sagramenti, imma naraw ukoll il‑ħtiġijiet ta’ kull komunità u l‑isfidi li huma jħabbtu wiċċhom magħhom qalb il‑faqar u l‑primittività li jgħixu fiha. Lilna n‑nies tal‑post iħobbuna ħafna. Il‑vjaġġi lejn l‑irħula huma l‑iktar li jirrikjedu enerġija. Tagħmilha darba tkun esperjenza sabiħa għax wieħed jidħol f ’natura mill‑isbaħ, però għalina huwa x‑xogħol ta’ kuljum li jirrikjedi sforz, pjanifikazzjoni u mħabba pastorali kbira fejn hemm
bżonn stamina f ’dak li wieħed ikun qed jaqdi. Il‑klima tropikali ma tantx tgħin minħabba l‑ħafna sħana li tagħmel. Ix‑xita hija kostanti kif ukoll il‑mard li jġib miegħu n‑nemus. Dan kollu nagħmluh biex inwasslu lil Ġesù qalb dawk li huma bil‑għatx għalih. Kemm ilni f ’din iż‑żona, waqqafna diversi proġetti, fosthom grawnd imdaqqas li fl‑istess ħin huwa arena u nużawh għal attivitajiet kulturali. Dan huwa mfittex ħafna miż‑żgħażagħ tal‑lokal. Għandna wkoll stazzjon żghir tat‑televixin li qed ikun utli ħafna f ’dan iż‑żmien tal‑pandemija. Riċentement ftaħna dar għat‑tfajliet adoloxxenti li jkunu nqabdu tqal u spiċċaw barra mid‑dar minħabba raġuni jew oħra. Kollha huma opri soċjali li jitolbu ħafna ħidma u għajnuna kostanti. B’hekk irid ikollna laqgħat ma’ diversi persuni li anke b’mod volontarju jagħtuna l‑għajnuna. Il‑pandemija li hawnhekk laħqitna b’mod mill‑aktar kiefer, għadha għaddejja. Ħafna huma dawk li diġà ħallewna minħabba dan il‑vajrus. Nixtieq nieħu l‑okkażjoni biex l‑ewwel nett nirringrazzja lil Missio Malta u Missio Għawdex li dejjem joffru l‑għajnuna
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja: lilna l‑missjunarji Maltin u Għawdxin biex inkunu nistgħu nibqgħu naħdmu fiż‑żoni li għandna f ’idejna. Grazzi wkoll lil ħafna benefatturi li sikwit jgħinuna. Min‑naħa tagħna nitolbukom biex tiftakru fina fit‑talb tagħkom biex il‑ħidma tagħna nkomplu nwettquha b’ħafna fedeltà lejn dak li sejħilna
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:
warajH. Minn hawn aħna inwegħdukom it‑talb tagħna u jalla xi darba jitħajjar xi ħadd jiġi jagħmel esperjenza ta’ ftit jiem magħna meta tgħaddi din il‑pandemija, u jduq ftit mill‑ħidma li aħna nwettqu qalb l‑iktar foqra.
€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 13
SANTA INFANZJA
Settembru 2020
Ma Ninsewx lit‑Tfal tal‑Jemen
I
l‑Jemen hija l‑akbar kriżi umanitarja fid‑dinja b’popolazzjoni ta’ aktar minn 24 miljun ruħ li madwar 80 fil‑mija minnhom għandhom bżonn assistenza umanitarja, fosthom 12‑il miljun tifel u tifla, u 6 miljun mara. Sa minn meta eskala l‑kunflitt f ’Marzu tal‑2015, il‑pajjiż sar infern għat‑tfal biex jgħixu fih. Bit‑tixrid tal‑pandemija COVID‑19, il‑Jemen qed iħabbat wiċċu ma’ emerġenza wara l‑oħra. Is‑sanità u l‑ilma nadif huma nieqsa ħafna u nofs biss tal‑faċilitajiet tas‑saħħa qed jiffunzjonaw għalkemm b’nuqqas ta’ apparat bażiku bħal maskli u ingwanti. Dan minbarra nuqqas ta’ ossiġnu u provvisti essenzjali biex tiġi ttrattata l‑imxija. Ħafna ħaddiema tas‑saħħa la għandhom ilbies protettiv, la qed jirċievu pagi 14
u lanqas inċentivi, filwaqt li aktar minn 10 miljun tifel u tifla m’għandhomx aċċess għall‑kura tas‑saħħa bażika. It‑tfal qegħdin ikomplu jinqatlu jew imweġġgħa b’mod permanenti fil‑kunflitt, filwaqt li l‑ħsara u l‑għeluq tal‑iskejjel u l‑isptarijiet ħarbtu l‑aċċess għall‑edukazzjoni u s‑servizzi tas‑saħħa. Dan kollu ħalla lit‑tfal vulnerabbli aktar minn qatt qabel, filwaqt li qed jisirqilhom il‑futur tagħhom. Qabel il‑pandemija, madwar żewġ miljuni tfal ma kinux jattendu
skola, u issa li l‑iskejjel huma magħluqa, it‑total ilaħħaq għal kważi 8 miljuni. Huwa u jinxtered il‑vajrus, għexieren ta’ eluf ta’ tfal bdew jiżviluppaw malnutrizzjoni akuta li twassal għal mewt bikrija, bl‑aktar milquta huma tfal ta’ taħt il‑ħames snin. Il‑UNICEF bħalissa tinsab għaddejja b’ħidma kontinwa sabiex issalva l‑ħajjiet ta’ dawn it‑tfal, tgħinhom ikampaw bl‑impatt li qed iħalli fuqhom il‑kunflitt kif ukoll tgħinhom jiksbu
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
il‑kliem huwa tfakkira ta’ kif it‑tfal li jitwieldu f ’kunflitt huma tant vulnerabbli, it‑tfulija tagħhom misruqa u l‑futur tagħhom inċert. Il‑prevenzjoni ta’ ġenerazzjoni mitlufa tfisser li tipprovdi spazji siguri u li tappoġġja lil dawk li jieħdu ħsiebhom biex tgħin toħloq ‘buffer’ bejn dawn it‑tfal u l‑kaos ta’ madwarhom.
lura u jkomplu bit‑tfulija tagħhom. “Xi wħud mit‑tfal żgħar li naraw ikunu jirtogħdu bil‑biża’ mingħajr kontroll ta’ xejn u għal sigħat sħaħ. Dawn ma jorqdux u tista’ tisma’ t‑tnewwiħ li mhuwiex sod bħas‑soltu, iżda tnewwiħ dgħajjef imma profond. Oħrajn tant huma malnutriti u trawmatizzati li jinqatgħu emozzjonalment mid‑dinja u n‑nies ta’ madwarhom, u b’hekk jagħmluhom vojta u aktar impossibbli li jinteraġixxu mal‑familji tagħhom.” Dan huwa kif membru tal‑UNICEF iddeskriva s‑sitwazzjoni għat‑tfal u t‑trabi fil‑kura tagħhom f ’ċentru ta’ żvilupp tat‑tfulija fil‑Jemen. Dan
Aktar minn ħames snin ta’ kunflitt bl‑armi ġabu s‑servizzi pubbliċi essenzjali tal‑Jemen f ’xifer ta’ kollass. L‑ewwel li jħossu l‑effetti huma bla dubju dawk l‑iktar vulnerabbli, inklużi t‑trabi, li qed jikbru f ’ambjent ta’ stress tossiku. Il‑provvediment ta’ spazji siguri għall‑familji u t‑tfal żgħar tagħhom li jgħixu f ’kunflitt, fejn it‑tfal jistgħu jużaw il‑logħob u t‑tagħlim bikri bħala għodda,
għal uħud mit‑trawma li jkunu esperjenzaw, hija parti kruċjali tar‑rispons umanitarju tal‑UNICEF. Il‑UNICEF introduċiet kits ta’ żvilupp fit‑tfulija fiċ‑ċentri tagħha bħal kaxxi tat‑teżor ta’ attivitajiet li jistgħu jinkludu taħbil il‑moħħ, blokki tal‑bini, kotba u provvisti tal‑arti. Dawn iċ‑ċentri qed joffru spazju ta’ gost u normalità fil‑qalba ta’ kunflitt li qed jisraq lit‑tfal il‑futur tagħhom. Il‑UNICEF mhux biss qed taħdem mat‑tfal tal‑Jemen, imma wkoll f ’pajjiżi oħra ta’ kunflitt fosthom l‑Afganistan u l‑Istat tal‑Palestina. Skont il‑UNICEF, fis‑sena 2018 biss twieldu 29 miljun tarbija f ’żoni affettwati minn kunflitt madwar id‑dinja kollha.
15
SANTA INFANZJA
Settembru 2020
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€7 – tiġieġa għal familja
€30 – uniformi u materjal
€200 – trasport lejn l‑isptar
€2,500 – mutur għal
fil‑bżonn
€100 – mediċini u kura
lill‑morda permanenti fi djar ta’ ‘Home Made Care’
għal nisa tqal li jgħixu f’żoni remoti
tal‑iskola għal 6 itfal
katekist sabiex jilħaq nies f’żoni remoti
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 16
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT
(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25
u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 17
Settembru 2020
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
San Ġwann Kriżostmu
S
an Ġwann Kriżostmu twieled għall‑ħabta tas‑sena 349 f ’Antijokja tas‑Sirja. Huwa safa ltim minn missieru meta kien għadu żgħir u ommu Antusa nisslet fih fidi Nisranija profonda. Meta kiber ż‑żagħżugħ studja taħt l‑aqwa filosfi u għamel żmien ma’ xi eremiti f ’eremitaġġ fejn iddedika ruħu għall‑meditazzjonijiet tal‑evanġelji u l‑ittri ta’ San Pawl. Is‑snin tal‑eremitaġġ għenuh biex minn dak li rċieva mis‑snin tal‑meditazzjoni jgħaddih lil min hu sajjem fl‑Iskrittura Mqaddsa.
18
Ġwanni, għalkemm ta’ saħħa dgħajfa ħafna, kellu f ’ilsienu l‑elokwenza li ssaħħar lill‑folol bil‑kelma ispirata li tressaq lill‑proxxmu lejn Alla. Fil‑fatt, Ġwanni t’Antijokja ġie mlaqqam il‑Kriżostmu, jiġifieri ‘fomm tad‑deheb’. Il‑kontenut tal‑prietki tiegħu dejjem kien meħud mill‑Iskrittura Mqaddsa. Il‑prietki tiegħu kienu dejjem b’xi suġġett attwali, pereżempju sabiex il‑fqir imissu mill‑ġid tas‑sinjur. Is‑suġġetti li kien jagħżel kienu qegħdin idejqu lil xi wħud li l‑verità kienet toqroshom fil‑laħam il‑ħaj, u għalhekk għamel bosta għedewwa. Darba minnhom, fir‑Randan, Ġwanni għamel madwar 22 omelija bl‑iskop li jwassal għall‑konverżjoni u l‑penitenza. Fis‑sena 386, Ġwanni ġie ordnat presbiteru mill‑isqof Flavjan ta’ Antijokja. Bħala saċerdot huwa qeda b’żelu kbir l‑kmand tal‑Mulej biex iħares
il‑bżonnijiet ta’ dawk l‑aktar fil‑bżonn. Ġwanni laħaq Isqof ta’ Antijokja u kien bniedem ta’ sawm u ta’ flus minn butu biex jitmexxew ospizji għall‑morda u postijiet għall‑pellegrini. Huwa kiteb bosta talbiet għar‑rit tal‑Griżma tal‑morda u kkompila antifona. Il‑Papa Emeritus Benedittu XVI, fl‑udjenza ġenerali tad‑19 ta’ Settembru 2007, f ’għeluq is‑sittax‑il ċentinarju tal‑mewt tiegħu, innota kif San Ġwann Kriżostmu jipparaguna d‑diversi perijodi tal‑ħajja tal‑bniedem ma tant ibħra f ’oċean immens. L‑ewwel baħar, it‑tfulija, huwa fundamentali li f ’dan l‑ewwel perijodu tal‑ħajja jidħlu fil‑bniedem l‑orjentamenti l‑kbar li jagħtu l‑viżjoni xierqa tal‑ħajja. Imbagħad jiġi l‑baħar tal‑adoloxxenza, fejn l‑irjieħ qawwija jonfħu għaliex tikber il‑ġibda għall‑pjaċiri tas‑sensi. Jaslu mbagħad l‑għerusija u ż‑żwieġ. Wara tiġi l‑età tal‑persuna matura bl‑impenji tal‑familja. Meta titwieled l‑ewwel tarbija, din tgħaqqadhom aktar flimkien u t‑tlieta jiffurmaw familja; knisja żgħira.
Settembru 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 19
Settembru 2020
IL‑ĦAJJA TAL‑BNIEDEM Mhix twila ħajjitna Kull jum qed tiqsar Hekk għid kull filgħodu Xħin toħroġ mid‑dar. U aħseb ħa tara Iż‑żmien kif għaddej Bil‑ħeffa minn fuqek Bi nhar u bil‑lejl. Tkun tifel u tikber Malajr issir xiħ Bħal daħna ħajjitna Li tgħaddi mar‑riħ. Anonimu
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
20
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ä urnata Missjunarja
21
Settembru 2020
KTEJJEB TA’ KURAĠĠ U TAMA – DUN CHARLES BUTTIGIEG
‘Nafdaw f’Alla’
Għ
al darba oħra ktieb siewi li għandu jkun f’idejna f’dawn il‑ġranet speċjalment f’dan iż‑żmien ta’ sfida kbira tal‑pandemija; stampat fl-okkażjoni taċ‑ċentinarju mid‑dħul ta’ Dun Ġużepp Cauchi (1900‑1955) minn San Lawrenz fis‑Seminarju, u wkoll f’għeluq il‑125 sena mill‑wasla tal‑istatwa ta’ San Lawrenz fil‑Parroċċa ta’ San Lawrenz. Dun Ġużepp Cauchi, li kien saċerdot umli u ġust, għal żmien twil kien prokuratur tal‑knisja u tal‑festa ta’ San Lawrenz: “Imbagħad il‑ġusti jsiru jiddu bħax‑xemx fis‑Saltna ta’ Missierhom”. (Mtw. 13:43) Għalhekk il‑ktieb huwa stedina għalina
22
lkoll, b’mod partikolari għal dawk li għaddejjin minn xi mument mudlam u ta’ tbatija, illi għandhom dejjem jittamaw u jafdaw dejjem fil‑Mulej, għax min afda f’Alla qatt ma falla. Wara l‑Preżentazzjoni li tiddeskrivi t‑tema attwali tal‑ktieb, mill‑Kappillan ta’ San Lawrenz Dun Charles Sultana, u d‑Daħla mill‑awtur Angelo Xuereb, għandna 8 kapitli ta’ tagħlim meħud mill‑omeliji u mil‑laqgħat li kien jagħmel Dun Ġużepp innifsu. Dun Ġużepp Cauchi mill‑ewwel irid jgħidilna sabiex inpoġġu t‑tama tagħna fil‑Mulej. Din il‑fiduċja f’Alla l‑Imbierek jibniha fuq
il‑qawwa tal‑Kelma t’Alla li ddawwalna biex niskopru l‑kobor u l‑imħabba t’Alla speċjalment meta wieħed jaqra s‑Salmi: “Fik, Mulej, jien nistkenn; ma jkolli qatt għax nirgħex”. (Salm 31:1) Il‑qawwa tal‑messaġġ li jrid jagħtina Dun Ġużepp ikompli jissaħħaħ bit‑tagħlim tal‑għaref San Tumas minn Akwinu fejn jgħallem l‑umiltà li għandu jkollu l‑bniedem u jagħraf il‑bżonn t’Alla f’ħajtu: “Il‑perfezzjoni tal‑bniedem qiegħda filli jingħaqad ma’ Alla għal kollox”. Dun Ġużepp jurina wkoll kemm il‑ħajja tal‑Knisja tgħin lin‑Nisrani jimxi bħala dixxiplu ta’ Kristu, speċjalment fiż‑żmien qawwi
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
tar‑Randan, tal‑Ġimgħa Mqaddsa u permezz tat‑talb, tas‑sagrifiċċju u tal‑karità. Fuq kollox in‑Nisrani għandu jħalli lil Kristu sabiex ikun d‑dawl tiegħu u jsib l‑imħabba tal‑Omm tassew tiegħu f’Marija Immakulata. Insibu mbagħad katekeżi tassew sabiħa dwar is‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof u jsemmi diversi pariri siewja għall‑ħajja ta’ kuljum. Fl‑aħħar għandna t‑talba devota lil Dun Ġużepp Cauchi li aħna mħeġġin nitolbuha kuljum. Dan huwa l‑messaġġ li jrid jagħtina Dun Ġużepp Cauchi fil‑kitba tiegħu.
Nifraħ lill‑ħabib tiegħi Angelo Xuereb li għal darba oħra ġabar b’reqqa u ħejja b’mod eċċellenti l‑materjal ta’ dan il‑ktieb. Prosit ukoll lill‑Kummissjoni ‘Tifkira Dun Ġużepp Cauchi’ li sa minn meta twaqqfet fl‑1985, permezz tas‑segretarju ħabrieki tagħha s‑Sur George Borg qiegħda tagħtina rigal tassew siewi mill‑kitbiet spiritwali u profondi ta’ dan is‑saċerdot qaddis li jagħtina tassew kuraġġ u tama f’dan iż‑żmien partikulari tal‑COVID‑19. Nissuġġerixxi li dan il‑ktieb għandu jinqara minn kulħadd sabiex nagħmlu tassew kuraġġ.
Il‑ktieb jiswa wkoll mitqlu deheb għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu mixja ta’ konverżjoni u ta’ fidi. Il‑meditazzjonijiet li fih huma siewja għall‑gruppi ta’ talb u laqgħat diversi fil‑parroċċi. Għalhekk titilfux din l‑okkażjoni unika biex tirċievu din l‑aħbar it‑tajba. Kull min irid jikseb kopja ta’ dan il‑ktieb huwa mitlub jikkuntattja lis‑Segretarju tal‑Kummissjoni ‘Tifkira Dun Ġużepp Cauchi’ permezz tal‑imejl georgevborg61@gmail.com jew billi jċempel: 2155 4181 jew 9988 2814.
KALENDARJU
2021
Missio Malta • Missio Tfal
Jinsab għall‑bejgħ mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta għall‑prezz ta’ €2. Inħeġġukom tmexxu l‑kelma. Ordnijiet ta’ 20 kopja jew aktar jitwasslu b’xejn. 23
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Settembru 2020
Caritas Lebanon Jieħdu Azzjoni
E
24
Splużjoni ta’ dan il‑kobor hija kriżi kbira kull meta sseħħ, iżda meta tidħol fin‑nofs ta’ pandemija iżżid l‑insigurtà. L‑imħażen qrib il‑blast li fihom kien jinħażen il‑qamħ, ħalla lil ħafna mħassbin dwar id‑disponibbiltà tal‑ikel fil‑pajjiż. Tagħmir iġeniku huwa wkoll essenzjali, mhux biss minħabba r‑riskju ta’ trasmissjoni ta’ COVID‑19, iżda aktar minħabba r‑riskju ta’ tossiċità fl‑arja min‑nitrat tal‑ammonju. Il‑Libanu ser ikollu bżonn
għajnuna internazzjonali kemm jista’ jkun malajr biex jgħinhom jgħaddu minn din il‑kriżi. Hekk kif il‑valutazzjonijiet tal‑ewwel bżonnijiet ikomplu, l‑appoġġ immedjat huwa meħtieġ bl‑iżgurar ta’ aċċess adegwat għall‑ikel u l‑provvisti mediċi. Caritas Libanu, bi sħab ma’ diversi organizzazzjonijiet tal‑Caritas madwar id‑dinja, qed jaġixxu malajr kemm jista’ jkun biex jiżgura li dawn il‑ħtiġijiet jiġu ssodisfatti. Caritas International ser toħroġ sejħa ta’ ‘Rispons Rapidu’ li tispjega l‑oġġetti essenzjali u l‑materjali meħtieġa biex tgħin fil‑proċess ta’ rkupru. Dak li ġara huwa lil hinn mil‑loġika u l‑immaġinazzjoni. In‑nies Libaniżi għadhom taħt xokk, jibku t‑telf ta’ dawk maħbubin u jitolbu għall‑midruba u nieqsa. Caritas Ewropa hija solidali ma’ Caritas Libanu u qed tappoġġa r‑rispons ta’ emerġenza fejn tista’. Ritratti: www.caritas.eu
żatt wara s‑sitta ta’ filgħaxija tat‑Tlieta 4 ta’ Awwissu, splużjoni kbira seħħet fil‑port ta’ Bejrut, il‑Libanu. Sakemm ħriġna għall‑istampar, il‑kawża tal‑isplużjoni kienet qed tiġi investigata u qed tkun marbuta ma’ 2,700 tunnellata ta’ nitrat tal‑ammonju li kien qed jinħażen f ’maħżen tal‑port. Il‑ħsarat kienu estensivi u devastanti, b’rapporti ta’ twieqi mkissra sa 24km ’il bogħod mill‑epiċentru tal‑isplużjoni. Il‑Ministru għall‑Informazzjoni tal‑Libanu ħabbar ġimagħtejn ta’ stat ta’ emerġenza. Hekk kif is‑servizzi ta’ emerġenza bdew iwarrbu t‑tifrik u l‑fdalijiet, l‑imwiet komplew jiżdiedu. Fil‑ħin tal‑kitba ’l fuq minn 200 persuna kienu rrappurtati mejta, għexieren mitlufin u eluf midruba. Il‑ħsara ħalliet aktar minn 250,000 persuna bla dar. Il‑Caritas fil‑Libanu immedjatament wieġbu,
biż‑żgħażagħ iżidu l‑volontarjat minn madwar il‑pajjiż kollu. Il‑voluntiera assistew fit‑tindif tal‑ġebel u l‑fdalijiet, u oħrajn ġabru u qassmu provvisti essenzjali lil dawk affettwati mid‑diżastru.
Settembru 2020
Jum il‑Konsagrazzjoni tal‑Isqof Teuma
Ritratt: netnews.com.mt
Mons. Isqof Mario Grech. Bi tħejjija ser tinżamm velja ta’ talb fuq iz‑zuntier tas‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna ta’ Pinu fl‑Għarb, nhar il‑Ġimgħa 11 ta’ Settembru fit‑8pm, li titkompla b’lejl ta’ adorazzjoni Ewkaristika fil‑Bażilika.
N
har il‑Ħadd 13 ta’ Settembru hija l‑ġurnata magħżula li fiha d‑disa’ isqof għad‑djoċesi t’Għawdex, Mons. Anton Teuma, ser ikun ikkonsagrat. L‑Ordinazzjoni Episkopali ser issir fil‑Katidral t’Għawdex u ser titmexxa mill‑Amministratur Appostoliku għal Għawdex
Il‑motto magħżul sabiex idawwal il‑ministeru episkopali tal‑Isqof Teuma huwa: “U baqa’ miexi magħhom,” (Lq. 24:15), b’referenza għall‑ġrajja tal‑laqgħa ta’ Ġesù maż‑żewġ dixxippli fi triqithom lejn Għemmaws. Dan il‑motto ser jagħmel ukoll parti mill‑istemma tiegħu. Dan il‑motto b’xi mod jikkumplimenta dak li l‑Isqof Grech kien għażel mill‑istess silta Evanġelika għall‑episkopat tiegħu: “Fil‑qsim tal‑ħobż.” Fi kliem
l‑Isqof Teuma: “Il‑Mulej Ġesù huwa l‑istess Alla magħmul bniedem li jieħu fuqu n‑natura umana biex isir wieħed minn fost ulied il‑bnedmin.” Bl‑għażla ta’ dan il‑motto, l‑Isqof Teuma jixtieq iwassal l‑‘aħbar tajba’ li Ġesù dejjem lest li jimxi mal‑bnedmin fl‑ispirtu tas‑smigħ, tal‑akkoljenza, tal‑komprensjoni, tal‑imħabba u tat‑tama tal‑ħelsien lil kull persuna, hi min hi. Dan jagħmlu b’empatija, akkumpanjament u entużjażmu.
F’isem id‑Diretturi Mons. Valent Borg u Dun Karm Portelli, l‑Assistent Direttur Dun Victor Agius, l‑istaff u l‑voluntiera kollha ta’ Missio Malta, mill‑ġdid nifirħu lil Mons. Anton Teuma għall‑ħatra ġdida tiegħu u nwegħduh li nżommuh fit‑talb tagħna. 25
Settembru 2020
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Il‑Papa Jagħmel Sorpriża
Ritratt: Vatican News
F
tit tal‑ġimgħat ilu Papa Franġisku ta sorpriża bil‑preżenza tiegħu lil
ħafna tfal li kienu qed jipparteċipaw fi skola tas‑sajf Estate Ragazzi sponsorjata
mill‑Vatikan. Il‑Papa, li tkellem fit‑tul ma’ ħafna mit‑tfal u saħansitra poġġa bilqiegħda magħhom, inkoraġġihom sabiex jagħmlu ħbieb ġodda u fost l‑oħrajn qalilhom: “Dawk in‑nies li jafu biss jieħdu gost waħedhom huma egoisti. Tridu tkunu flimkien ma’ sħabkom biex tieħdu pjaċir.” Qabel telaq, il‑Papa sellem lill‑persuni li qed imexxu l‑iskola u rringrazzjahom għax‑xogħol li qed jagħmlu.
Il‑Vapur Sptar Iżur l‑Amażonja
‘P
26
tal‑Amażonja. Fi kliem il‑Fra Franġiskan Joel Sousa: “Il‑vapur qed jagħmel mirakli kbar fil‑ħajjiet ta’ tant nies billi jagħtihom is‑saħħa u t‑tama.” Sa mill‑inawgurazzjoni tal‑vapur, f ’Lulju tas‑sena l‑oħra, l‑ekwipaġġ mediku, fosthom voluntiera u Patrijiet Franġiskani, wettqu 46,000 konsultazzjoni medika f ’dawn il‑komunitajiet. B’aktar minn 1.9 miljun każ, il‑Brażil huwa t‑tieni l‑aktar fin‑numru ta’ fatalitajiet konsegwenza tal‑imxija,
Ritratt: Catholic News
apa Franġisku’ huwa l‑isem ta’ vapur sptar imwaqqaf mill‑Fraternità ta’ San Franġisk t’Assisi flimkien mad‑djoċesi tal‑lokal u l‑gvern Brażiljan, li qed iwassal mediċini u bżonnijiet oħra mediċinali tul ix‑Xmara Amażon, lil ħafna komunitajiet rurali Brażiljani li qed jissieltu mal‑impatt li ħalliet warajha l‑imxija COVID‑19. Il‑Patrijiet Brażiljani ġew ispirati li joħolqu sptar jifflowtja wara li l‑Papa żar il‑klinika tagħhom fl‑2013 fil‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ, fejn inkoraġġixxa lill‑Patri Francisco Belotti jespandi x‑xogħol karitattiv tal‑ordni tiegħu fir‑reġjun
wara l‑Istati Uniti. Il‑Papa ta b’donazzjoni erba’ ventilaturi tal‑ossiġnu lill‑Brażil sabiex jiġu kkurati dawk milquta mill‑vajrus, li wieħed minnhom qed jintuża min‑nies Indiġeni, li minkejja li jgħixu iżolati, l‑imxija laħqithom xorta waħda.
Settembru 2020
Katidral fis‑Sirja Miftuħ mill‑Ġdid
I
l‑Katidral ta’ San Elija li jmur lura għas‑Seklu 19, fit‑Tramuntana ta’ Aleppo fis‑Sirja, li kien ibbumbardjat bil‑missili tal‑inqas tliet darbiet bejn l‑2012 u l‑2016, u sofra ħsarat estensivi meta l‑Ġiħadisti daħlu fil‑kwartieri Kristjani tal‑belt fl‑2013 matul disa’ snin ta’ gwerra bil‑għan li jeqirdu għal kollox l‑eżistenza Kristjana mill‑pajjiż, ġie rrestawrat u miftuħ mill‑ġdid ftit tal‑ġimgħat ilu. L‑Arċisqof Joseph Tobij qal li r‑restawr u l‑ftuħ mill‑ġdid tal‑Katidral għandhom tifsira kemm simbolika kif ukoll prattika. Huwa qal li: “Dan huwa sinjal ta’ tama u twelid mill‑ġdid, mhux
biss f ’sens materjali, imma għall‑komunità kollha minkejja l‑fatt li n‑numru ta’ Kristjani qed ikompli jonqos minħabba faqar estrem relatat mas‑sanzjonijiet imposti fuqhom u li dwarhom ma jistgħu jagħmlu xejn.” L‑arċisqof kompla jgħid li fost il‑ħafna diffikultajiet li ltaqgħu magħhom matul ir‑restawr tal‑katidral, kien hemm il‑ħsieb ta’ minn fejn ser jiġbru biżżejjed fondi u l‑bini mill‑ġdid tas‑saqaf oriġinali tal‑injam, għaliex ħadd min‑nies tal‑lokal ma kien jifhem f ’dan ix‑xogħol. Għalhekk kellu jitqabbad
grupp ta’ periti Taljani biex jiddisinjaw mill‑ġdid is‑saqaf. Li kieku mhux bis‑saħħa ta’ ħafna benefatturi, kieku l‑komunità Kristjana ma tistax terġa’ tinġabar u titlob flimkien wara tmien snin ta’ nuqqas. Huwa stmat li minn popolazzjoni Kristjana ta’ 180,000, issa wara l‑gwerra fadal biss 30,000 Kristjan.
Kunvent Jitlef 13‑il Soru
T
lettax‑il soru mill‑Kongregazzjoni tas‑Sorijitiet Feliċjani li kienu jgħixu f’kunvent Kattoliku Ruman f’Livonia, Michigan, fl‑Amerika ta’ Fuq, tilfu ħajjithom kawża
tal‑imxija COVID‑19. L‑etajiet tas‑sorijiet ivarjaw minn 66 sena sa 99 sena, li fosthom kien hemm għalliema, awtriċi u segretarja tas‑Segretarjat tal‑Vatikan tal‑Istat. Hekk kif ħarġet
din l‑aħbar, rapport ieħor ħabbar li minn tal‑anqas, fl‑istess stat kienu mietu dsatax‑il soru oħra bl‑istess vajrus. L‑istess rapport qal li: “Din hija l‑akbar telfa li qatt ġarrbet komunità ta’ reliġjużi nisa sa mill‑pandemija tal‑influwenza tas‑sena 1918.” Skont l‑Università Johns Hopkins, Michigan għandu t‑tlettax‑il aktar każ ta’ COVID‑19 mill‑istati kollha tal‑pajjiż, u s‑seba’ l‑aktar imwiet. 27
Settembru 2020
Direttur Ġdid għas‑Servizzi tal‑Kura tas‑Saħħa tal‑Vatikan
F
’Lulju li għadda, Papa Franġisku apponta lil Dott. Giovanni Battista Doglietto bħala d‑direttur il‑ġdid tas‑Servizzi tal‑Kura tas‑Saħħa tal‑Vatikan, il‑‘Fondo Assistenza Sanitaria’ (FAS). Il‑FAS tipprovdi servizzi ta’ saħħa lill‑impjegati tal‑Papa, u filwaqt li tagħti kas għas‑sostenibbiltà ekonomika, iżżomm lill‑persuna marida fiċ‑ċentru tal‑attenzjoni u ġġegħelha tħossha li qed tingħata l‑kura u t‑tenerezza li għandha bżonn. Bħal kull fondazzjoni fi ħdan l‑Istat tal‑Vatikan, il‑FAS għandha tkun xhud kredibbli tal‑Knisja u konkreta
fl‑espressjoni ta’ solidarjetà. Il‑FAS hija ffinanzjata minn kull ħaddiem tal‑Vatikan li jħallas ammont żgħir mill‑paga tiegħu f ’fond apposta. Mons. Luigi Mistò, il‑President tal‑FAS, qal li: “Ħafna ħaddiema qatt ma jimirdu, imma jħallsu xorta waħda. Oħrajn,
anqas ixxurtjati, jimirdu u f ’xi każijiet il‑kontijiet mediċi tagħhom huma għoljin ħafna. F’dan il‑każ, il‑kontribuzzjonijiet tal‑oħrajn, li jew ma jimirdu qatt jew jimirdu ftit, jintużaw għal dan il‑għan. Dan huwa eżempju ta’ solidarjetà.”
70 Sena mit‑Twaqqif tal‑Programm Afro‑Ingliż
B
it‑tema ‘Irrakkonta storja bħala għodda kontra tribulazzjonijiet razjali u soċjali fl‑Afrika’, 28
il‑programm Afro‑Ingliż fuq ir‑Radju tal‑Vatikan, iċċelebra s‑70 anniversarju mit‑twaqqif tiegħu. Kien
fl‑1950 li l‑lingwa Ingliża bdiet tixxandar fl‑Afrika permezz tar‑radju. Dun Paul Samasumo, kap tal‑programm, fisser l‑importanza ta’ dan il‑programm li huwa għodda ta’ komunikazzjoni utli b’mod speċjali fid‑dinja tal‑lum. Il‑konferenza u l‑attività ta’ dan l‑anniversarju kienu organizzati minn SIGNS Africa flimkien mas‑Servizz Afro‑Ingliż li jmexxi l‑programm.
Settembru 2020
Kampanja Ibgħat Tgħanniqa
I
d‑Diċasterju tal‑Vatikan għal‑Lajċi, Familja u Ħajja nieda kampanja ġdida sabiex iħeġġeġ liż‑żgħażagħ biex ‘jibagħtu tgħanniqa’ lill‑anzjani iżolati mill‑pandemija tal‑COVID‑19. Fi stqarrija tal‑istampa, id‑diċasterju qal li kien ispirat biex iniedi l‑kampanja msejħa ‘L‑anzjani huma n‑nanniet tiegħek’ mill‑kummenti ta’ Papa Franġisku wara l‑Anġelus ta’ Ħadd ta’ xi ġimgħat ilu. “Fil‑memorja tal‑Qaddisin Ġwakkin u Anna, in‑nanniet ta’ Ġesù, nixtieq nistieden liż‑żgħażagħ biex jagħmlu ġest ta’ sensittività lejn ix‑xjuħ, speċjalment dawk l‑iktar solitarji fid‑djar u residenzi, u dawk li ma rawx lill‑maħbubin tagħhom għal ħafna xhur,”qal il‑Papa wara t‑talb tal‑Anġelus. “Għeżież żgħażagħ, kull wieħed minn dawn l‑anzjani huma n‑nanniet tiegħek. Tħallihomx waħedhom. ... Huma l‑għeruq tiegħek,” kompla jgħid. Papa Franġisku ħeġġeġ liż‑żgħażagħ biex jużaw l‑‘inventività tal‑imħabba’ biex ‘jibagħtu tgħanniqa’ lil persuna anzjana fil‑komunità tagħhom billi jagħmlu telefonata jew sejħa
bil‑vidjow, jibagħtu nota, jew iżuruhom fejn il‑miżuri ta’ sigurtà jippermettu. Id‑diċasterju tal‑Vatikan qal li kien qed jistieden liż‑żgħażagħ madwar id‑dinja biex jagħmlu xi ħaġa li turi l‑ġid u l‑affezzjoni għall‑anzjani li jistgħu jħossuhom waħedhom. “F’dawn l‑aħħar xhur ħafna konferenzi, assoċjazzjonijiet u individwi episkopali kienu jużaw ‘l‑inventiva tal‑imħabba’ biex isibu modi kif iressqu l‑komunità ekkleżjali eqreb lejn l‑anzjani li huma waħedhom,” intqal fl‑istqarrija tal‑istampa. “Aħna rċevejna aħbarijiet ta’ kuntatti li saru permezz tat‑telefown, l‑internet u netwerks soċjali, u anke ta’ serenati lir‑residenti ta’ djar tal‑irtirar. Iż‑żgħażagħ għamlu dan biex jgħinu jtaffu s‑solitudni li qed iħossu ħafna nies li huma obbligati mill‑pandemija biex jibqgħu d‑dar jew jibqgħu ristretti fil‑faċilitajiet ta’ kura residenzjali. F’din il‑fażi tal‑kampanja, sabiex jiġu rrispettati r‑regolamenti tas‑saħħa fis‑seħħ f ’pajjiżi differenti, l‑istedina tagħna għaż‑żgħażagħ hija li nilħqu lill‑anzjani l‑aktar waħedhom fil‑viċinat jew fil‑parroċċa tagħhom u
jibagħtulhom tgħanniqa, skont talba tal‑Papa permezz ta’ telefonata, messaġġ bil‑vidjow jew billi tintbagħat immaġni.” “Kull meta jkun possibbli, jew kull meta l‑emerġenza tas‑saħħa tkun tippermetti, nistiednu liż‑żgħażagħ biex jagħmlu t‑tgħanniqa saħansitra aktar konkreta billi jżuru lill‑anzjani personalment.” Id‑diċasterju ħeġġeġ lill‑parteċipanti tal‑kampanja biex jużaw il‑hashtag tal‑midja soċjali #sendyourhug u qal li se jippromwovi l‑aktar karigi sinifikanti fuq il‑kont Twitter tagħha: @laityfamilylife. Waqt li kkwota mill‑prefazju tal‑Papa għall‑ktieb tal‑2018 ‘Qsim tal‑Għerf taż‑Żmien’, id‑diċasterju qal: “Nisperaw li din il‑kampanja tista’ tgħin biex tinkiseb ħolma espressa minn Papa Franġisku meta kiteb: “Hawn hu dak li nixtieq: dinja li tesperjenza abbundanza mġedda bejn żgħażagħ u kbar.” 29
Settembru 2020
MISSJUNARJI KBAR – MRO. MANOEL PIROTTA
Jean Joseph Marie Amiot
S
L‑Aħħar Ġiżwita Mużiċist fiċ‑Ċina
a mit‑twaqqif tagħha fl‑1540, is‑Soċjetà ta’ Ġesù kienet minn tal‑ewwel li firxet il‑missjoni evanġelika tagħha lejn l‑Orjent, partikolarment iċ‑Ċina, fejn dak iż‑żmien l‑ebda barrani ma seta’ jirfes ġo fiha. L‑ewwel tentattiv sar minn San Franġisk Saverju (1506‑52), iżda miet wara sena li kien ilu fuq il‑gżira Shangchuan qrib Hong Kong, u baqa’ qatt ma rifes iċ‑Ċina kontinentali. Il‑ħsieb kien li jiddaħħal bil‑moħbi fil‑pajjiż minn wieħed neguzjant Ċiniż li iżda spiċċa qatt ma tfaċċa. Snin wara, il‑Ġiżwiti reġgħu tawha għall‑ħidma missjunarja fiċ‑Ċina, li tmexxiet minn diversi persunaġġi, fosthom it‑Taljan Matteo Ricci (1552‑1610), magħdud bħala wieħed mill‑waqqafa tal‑Missjonijiet Ġiżwitiċi Ċiniżi. L‑għan tagħhom kien li jintroduċu x‑xjenza, is‑somom, l‑astronomija u l‑arti viżwali Oċċidentali lill‑Qorti Imperjali Ċiniż, filwaqt li jissoktaw bi djalogu siewi interkulturali u filosofiku mal‑iskulari Ċiniżi, b’mod partikolari mar‑rappreżentanti 30
tal‑Konfuċjaniżmu ‑ sistema ta’ ħsieb u mġiba mwielda proprju fiċ‑Ċina tal‑qedem. L‑influwenza tagħhom tant kienet kbira li membri tad‑delegazzjoni Ġiżwitika kienu jitqiesu bħala wħud mill‑konsulenti l‑aktar ivvalutati u fdati tal‑imperatur, hekk li kienu jokkupaw karigi prestiġjużi fi ħdan il‑gvern imperjali. B’dan il‑mod, ħafna Ċiniżi, fosthom dawk li qabel kienu skulari Konfuċjani, ikkonvertew għall‑Kristjaneżmu u laħqu saċerdoti u membri tas‑Soċjetà ta’ Ġesù. Sas‑sena 1800, ’il fuq minn 900 Ġiżwita, bejn Portugiżi u Franċiżi, ħadu sehem f ’din il‑kruċjata Ċiniża. Min‑naħa tiegħu, ir‑Re Franċiż Lwiġi XIV kien bagħat lejn iċ‑Ċina ħames Ġiżwiti bil‑għan li jnaqqsu l‑predomoninanza Portugiża. Il‑Ġiżwiti Franċiżi kellhom irwol wisq importanti fit‑tixrid ta’ informazzjoni dwar iċ‑Ċina fl‑Ewropa. Ħafna minnkom qajla smajtu bil‑Ġiżwita qassis Franċiż Jean Joseph Marie Amiot li ħajtu kienet ta’ importanza kbira u ċentrali fejn jidħlu studji Ċiniżi
Jean Joseph Marie Amiot.
għall‑Ewropej. Kien hu li kiteb id‑‘Dictionnaire tatare‑mantchu‑français’ (1789) ‑ l‑ilsien tradizzjonali tal‑post tal‑Manchus, li xi darba kien wieħed mil‑lingwi uffiċjali tad‑dinastija Qing (1636‑1911). Illum il‑ġurnata, il‑maġġoranza tagħhom jitkellmu biċ‑Ċiniż Mandarin, il‑lingwa uffiċjali standard taċ‑Ċina. Kitbiet oħrajn t’Amiot insibuhom miġburin l‑aktar fil‑‘Mémoires concernant l’histoire, les sciences et les arts des Chinois u l‑Vie de Koung‑Tsée’. Amiot ta sehem importanti wkoll fil‑proġett Ġiżwita billi ppjanta l‑mappa tal‑imperu Ċiniż u rebaħ il‑fiduċja tal‑imperatur Qianlong (1711‑99). Imma forsi l‑aktar ħaġa importanti għalina hawnhekk hija l‑ġabra ta’ mużika Ċiniża:
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Dettall minn pittura li juri mużika tradizzjonali Ċiniża.
‘Mémoire sur la musique des Chinois’ (1779). Din tinkludi kemm dik sagra li titgħanna biċ‑Ċiniż Klassiku fil‑knejjes ta’ Pekin, kif ukoll dik profana eżegwita fis‑swali imperjali. Ix‑xogħol kien ġie ppubblikat fi Franza wara li ġie editjat minn Abbé Pierre Joseph Roussier, teoriku li jispjeċjalizza
Gongche.
fil‑mużika tal‑qedem u dik barranija. Amiot kien diġà qaleb għall‑Franċiż ktieb ieħor tas‑seklu 17 fuq il‑mużika – ‘Guyue jingjuan’ ta’ Li Guangdi, iżda għal xi raġuni qatt ma ġie ppubblikat u l‑manuskritt spiċċa ntilef. Il‑Ġiżwita missjunarju għaċ‑Ċina Jean Joseph Marie (8.2.1718 Toulon, Franza ‑ 9.10.1793 Pekin, Beijing tal‑lum) twieled minn Louis Amiot (1694‑1753), avukat irjali f ’din il‑belt marittima fin‑Nofsinhar ta’ Franza (1721‑53) u Marie‑Anne Serre. Kien il‑kbir fost għaxar aħwa, ħames subien u ħamest ibniet, ilkoll imwielda fl‑istess belt u mgħammdin fil‑parroċċa ta’ Sainte‑Marie.
Tnejn minn ħutu subien kienu mlaħħqin fi Provenza, filwaqt li oħtu Marguerite‑Claire (1727‑1821) kienet soru Ursolina f ’Toulon sa ma l‑kunvent għalaq fl‑1792. Mhux magħruf f ’liema żmien u għand min Amiot seta’ tgħallem jaqra, jikteb u jdoqq il‑mużika. Nafu biss li wara li ħa t‑tagħlim klassiku ta’ żmienu, f ’Settembru tal‑1737, daħal novizz mal‑Ġiżwiti f ’Avignon fejn għal għaxar snin għallem fil‑kulleġġi tagħhom. Disa’ snin wara, proprju fil‑21 ta’ Diċembru, ġie ordnat saċerdot minn idejn l‑Isqof Pierre François Hugon (1675‑1754). Grazzi għas‑sapport li kellu mingħand Henri Léonard Jean Baptiste Bertin (1720‑1792) bħala ministru kien affaxxinat bil‑kultura Ċiniża, tant li kien jibgħat studenti Ċiniżi Kattoliċi biex jistudjaw Franza, fejn ma tmiem l‑istudji tagħhom imorru lura pajjiżhom u jibdew jirċievu pensjoni 31
Settembru 2020
MISSJUNARJI KBAR – MRO. MANOEL PIROTTA
ta’ Jean‑Philippe Rameau (1683‑1764), kompożitur Franċiż ta’ żmien il‑Barokk, fuq l‑arpsikordju, tip ta’ klaviċembalu li għandu ħoss t’armonju u arpa.
Sheng.
mingħand ir‑Re Lwiġi XVI. Amiot intbagħat fuq missjoni ċ‑Ċina u wasal Macau għall‑ħabta tal‑1750, u aktar tard Beijing, u baqa’ jgħix il‑bqija ta’ ħajtu hemmhekk. Mal‑wasla tiegħu fiċ‑Ċina, Amiot għamel l‑erba’ voti solenni f ’Pekin fl‑1 ta’ Novembru 1754. Huwa kien l‑ewwel Ewropew li qatt esporta l‑istrumenti tal‑qasba mill‑Orjent għall‑Ewropa. Kif nafu, il‑mużika Ċiniża hija fost l‑eqdem fid‑dinja, mgħammra b’sistema mużikali nazzjonali li tinvolvi l‑aktar ħsejjes magħmulin mill‑injam u l‑qasab. Fost dawn insibu x‑Xeng, orgni tal‑ħalq bil‑qasab imqegħdin weqfin fuq kaxxa mbewqa u jindaqq permezz ta’ imbokkatura. Dan l‑istrument għandu ħafna mill‑ħoss tal‑armonika. Amiot ipprova jimpressjona wkoll il‑mandarini f ’Beijing billi daqq ‘Les sauvages’ 32
Amiot, studjuż tal‑mużika Ċiniża, kien ukoll kompożitur t’għadd ta’ bċejjeċ mużikali b’ħoss għalkollox Orjentali, fosthom is‑‘Suite for the full moon; Deux Divertissements Chinois’. Xogħlijiet oħrajn, bħalma hi l‑‘Messe des Jésuites de Pékin’, li bħala quddiesa fiha mhux anqas minn 24 silta, għandha taħlita ta’ mużika Ewropea u dik Orjentali. Fix‑xogħlijiet t’Amiot insibu li ħafna mill‑melodiji Ċiniżi tniżżlu fin‑notazzjoni mużikali kif nafuha aħna. B’hekk, dawk il‑mużiċisti Ewropej fiċ‑Ċina setgħu jdoqqu wkoll il‑mużika tal‑post. Ħafna mill‑mużika li nkitbet mill‑Ġiżwiti missjunarji kienet biex takkumpanja ċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑ewwel komunitajiet tagħhom fiċ‑Ċina. Amiot kien ukoll korrispondent tal‑‘Académie des Sciences’, traduttur uffiċjali tal‑ilsna Oċċidentali
għall‑imperatur Qianlong, is‑sitt wieħed tad‑dinastija Qing, u l‑mexxej spiritwali tal‑missjoni Franċiża f ’Pekin. Miet jumejn wara t‑tluq tal‑ewwel missjoni diplomatika Ingliża għaċ‑Ċina magħrufa bħala l‑‘British Macartney Embassy’ li isimha ħaditu mill‑mexxej tagħha Lord George Macartney (1737‑1806), l‑ewwel mibgħut Ingliż f ’dan il‑pajjiż Orjentali. B’kollox Amiot il‑missjunarju għamel 42 sena jgħix Pekin, fejn matulhom kien juża l‑isem Ċiniż ta’ Qiam Deming. Huwa jibqa’ magħruf l‑aktar bħala l‑persuna li l‑iżjed ikkontribwixxiet għall‑mużika Ċiniża u dik tal‑Punent. Aktar artikli mill‑istess awtur jinsabu fuq: https://www.um.edu.mt/library/oar/
Mużika tradizzjonali Ċiniża.
Settembru 2020
Adopt a
Grandparent
Combat Loneliness POWERED BY
MALTA
Make a new friend by adopting a grandparent.
Together we can combat loneliness. www.adoptgrandparent.org POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien. 33
Settembru 2020
IL‑PADRI KRISTJANI TAD‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR
Il‑Ħdax‑il Parti X’jfisser “Il‑Ħarsien tal‑Qalb?” Li ngħassu lil qalbna, bil‑Grieg ‘nepsis’ (viġilanza), ifisser li noqogħdu attenti għal dak kollu li jkun qiegħed jiġri f ’qalbna u fil‑menti tagħna. Huwa metodu spiritwali u tal‑moħħ li l‑għan tiegħu hu li jeħles lill‑bniedem minn ħsibijiet ħżiena u passjonali. Jistedinna nosservaw il‑ħsibijiet li jippenetraw f ’ruħna u f ’qalbna, u li niddistingwu bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin. Evagrius jagħti dan il‑parir: “Ħu ħsieb tiegħek innifsek, kun il‑bewwieb u l‑għassies ta’ qalbek u tħalli l‑ebda ħsieb jidħol fil‑menti tiegħek mingħajr ma tiddubitah u teżaminah sew.”
Kif jirrimarka Dott. Xerri: “Il‑Padri jsostnu li ħsibijiet tajba u qaddisa jwasslu lill‑bniedem għal stat ta’ paċi, l‑oħrajn għal stat ta’ nkwiet.” Il‑mezz indispensabbli għall‑ħarsien tal‑qalb hu dak li bir‑reqqa kollha noqogħdu attenti għall‑ħsibijiet tagħna u niddixxernu bejn dawk li huma tajbin u jagħmlulna l‑ġid jew iġibulna l‑fejqan, u dawk li huma għalina sors ta’ distrazzjoni u ossessjoni. 34
L‑għan ewlieni huwa li niksbu ħelsien sħiħ – jiġifieri li jkollna l‑abbiltà li ma nħallux lilna nfusna nkunu maħkuma mill‑ħsibijiet tagħna stess, huma liema huma. Fi kliem ieħor, il‑bniedem għandu jkun padrun tiegħu nnifsu u ta’ ħsibijietu, u jkollu kontroll fuqhom u jagħżel bejn dawk li għandu jaċċetta u jiżviluppa fil‑menti tiegħu u dawk li għandu jwarrab u jeħles minnhom minnufih. Illum ix‑xjenzi ta’ konjizzjoni (il‑fakultà intellettiva li biha l‑bniedem jifhem u jagħraf ) jaqblu mad‑dijanjosi stabbiliti mill‑Padri tad‑Deżert f ’dak li għandu x’jaqsam mal‑mard tar‑ruħ, li f ’dan iż‑żmien qiegħed dejjem jiżdied b’pass imgħaġġel, flimkien mat‑terapiji li kienu diġà irrikkmandati madwar elfejn sena ilu. Huwa magħruf li
llum il‑ġurnata lkoll kemm aħna qed insofru minn għadd kbir u kontinwu ta’ sitwazzjonijiet u eżiġenzi li jeħtieġu l‑attenzjoni sħiħa, immedjata u kontinwa tagħna, u dan qed ixekkel u jiddisturba l‑menti u l‑ħajja interjuri tagħna. Dott. Xerri jagħti lista ta’ varjetà ta’ oqsma li fihom qed niġu stimulati iżżejjed, fosthom u b’mod speċjali l‑midja diġitali, l‑ikel, il‑ġid materjali, il‑flus, is‑sess, ix‑xogħol u d‑divertiment, id‑dehra kożmetika tagħna, is‑superfiċjalità, il‑kritika, eċċ... Skont Dott. Xerri aħna għandna bejn wieħed u ieħor madwar tliet jew erba’ deċizjonijiet li jeħtieġ li nieħdu kull sekonda mingħajr dewmien. Għaldaqstant, hija illużjoni li wieħed jistenna u jippretendi li jkun kapaċi li jkollu kontroll volontarju fuq id‑deċizjonijiet kollha tiegħu f ’kull ċirkustanza. “Sirna vittmi ta’ ‘hold‑up’ reali tal‑abbilitajiet u tal‑limiti tal‑attenzjoni tagħna,” jilmenta Xerri, “madanakollu l‑attenzjoni tagħna tiddetermina r‑relazzjoni tagħna mad‑dinja ta’ madwarna.”
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
It‑tradizzjoni Patristika u x‑xjenzi newroloġiċi jaqblu f ’din l‑analiżi li: li l‑bniedem jikseb mill‑ġdid kontroll tal‑attenzjoni tiegħu hija sfida fundamentali għas‑saħħa mentali tiegħu. Il‑Padri tad‑Deżert jirrikkmandaw li ngħassu fuq qalbna billi nagħmlu meditazzjoni konxja u nieħdu ħsieb nosservaw bir‑reqqa x’ikun qiegħed jiġri fina u madwarna. Il‑meditazzjoni, fis‑sens kontemporanju u mhux reliġjuż, tfisser li niftħu lilna nfusna għall‑esperjenzi u sitwazzjonijiet preżenti, b’attenzjoni għal dak kollu li nkunu għaddejjin minnu. Li ngħassu lil qalbna jfisser u jistedinna biex nibdlu l‑mod ta’ kif inkunu qed ngħixu fid‑dinja, u neħduha bħala drawwa jew atteġġjament kostanti ta’ moħħna li nagħmlu attenzjoni fuq
il‑ħsibijiet li jinfiltraw f ’ruħna u fil‑menti tagħna. Biex nagħlqu din is‑sensiela tajjeb inġibu silta mid‑diskors ta’ Papa Franġisku dwar it‑talb: “Il‑ħajja spiritwali hija mgħajxa u mogħtija n‑nutriment permezz tat‑talb u hija espressa esternament permezz tal‑missjoni. Ir‑respirazzjoni tal‑bniedem hija magħmula minn żewġ fażijiet: nifs ’il ġewwa u nifs ’il barra. Meta bit‑talb nieħdu nifs ’il ġewwa nkunu qed nirċievu l‑arja friska tal‑Ispirtu s‑Santu. Meta noħorġu din l‑arja ’l barra nkunu qed inħabbru lil Ġesù Kristu mqajjem mill‑mewt mill‑istess Spirtu. It‑Talba tal‑Qalb Bit‑tama f ’qalbhom, biex jiksbu l‑istat ta’ Hesychasm,
il‑Missirijiet u l‑Ommijiet Insara Eremiti tad‑Deżert ta’ spiss kienu jippruvaw jiżvojtaw jew ineħħu kull ħsieb mill‑qalb u mill‑menti tagħhom, u jgħidu talba ċkejkna magħrufa għalihom bħala t‑Talba tal‑Qalb ‑ It‑Talba ta’ Ġesù. Għalhekk, jekk trid għajnuna żgħira mill‑Padri Insara Ortodossi tad‑Deżert, biex tikkontrolla l‑ħsibijiet li jgħaddu minn moħħok, ipprova sib ħin filgħodu u għid din it‑talba qasira, imma qawwija u mimlija tifsir qabel ma l‑ħtigijiet u l‑eżiġenzi tal‑jum jieħdu kontroll ta’ qalbek u tal‑menti tiegħek: “Mulej, Ġesù Kristu, Iben Alla, ikollok ħniena minni, midneb.” (Ta’ min jgħid li l‑kelma ‘midneb’ ġiet miżjuda fis‑snin ta’ wara). (Tmiem is‑sensiela)
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Settembru 2020
ĠELAT SEMPLIĊI MILL‑MONGOLJA
Metodu:
X’għandek bżonn: • 450 millilitru krema doppja kiesħa • 400 millilitru ħalib tal‑bott magħqud kiesaħ • Kuċċarina essenza tal‑vanilja • 170 gramma frawli friski jew tal‑friża purè u msoffija • Uża frott ieħor tal‑gosti tiegħek minflok il‑frawli
• Ħawwad sew b’mikser il‑krema doppja sakemm titla’. • Żid il‑ħalib magħqud u kompli ħawwad sew sakemm it‑taħlita tiġi magħquda. • Żid il‑vanilja u l‑purè tal‑frawli u ħawwad sew flimkien. • Poġġi t‑taħlita f ’kontenitur li jingħalaq sew u poġġi fil‑friża minn tal‑inqas sitt sigħat. • Dejjem żomm il‑ġelat fil‑friża u kkunsmah fi żmien sitt ġimgħat. • Ipprova dan il‑ġelat b’tipi ta’ frott differenti tal‑gosti tiegħek.
Сайхан хооллоорой (L‑ikla t‑tajba)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9am u l‑4pm. Is‑Sibt bejn id‑9am u nofsinhar. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’ 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328
37
KOMPETIZZJONI ‑ SETTEMBRU 2020
Settembru 2020
KAXXA MAĠIKA
Meta tgħodd in‑numri f’kull kolonna u ringiela orizzontali, vertikali u djagonali fil‑kaxxa t’hawn taħt, l‑ammont jiġi dejjem l‑istess. Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri neqsin. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
Is‑somma hija 75.
25 15 10 45 Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Lulju 2020:
11
18
4
9
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Marthese Demanuele mill‑Marsa. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa.
8
5
15
14
17
12
10
3
6
7
13
16
Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
Nitbissmu ftit: Mara lil żewgha: “Rajthom dawn li għadhom kif ġew joqogħdu ħdejna?” Raġel: “Iva rajthom.” Mara: “Ġieli rajtu lir‑raġel, qabel imur għax‑xogħol, fuq l‑għatba tal‑bieb ta’ barra, jagħtiha bewsa!” Raġel: “Allura b’daqshekk?” Mara: “Għax ma tagħmilx bħalu int?” Raġel: “U issa jien bilkemm nafha, ser naqbad u mmur inbusha!?” 38
Ħaddiem mar fl‑uffiċċju tal‑imgħallem tiegħu u qallu: “Irridek iżżidni fil‑paga għax hemm żewġ kumpaniji oħra jiġru warajja.” Imgħallem: “Mhux sew li titlaqna wara li tajniek it‑taħriġ meħtieġ biex tagħmel xogħlok. Liema huma dawn iż‑żewġ kumpaniji li qed jiġru warajk u kemm offrewlek paga?” Ħaddiem: “Il‑kumpaniji tad‑dawl u l‑ilma, u tal‑mowbajl u l‑internet sinjur! Qed jiġru warajja biex inħallas il‑kontijiet li għandi b’lura!”
Settembru 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb
• Maria Cauchi minn San Lawrenz • Carmela Camilleri min‑Nadur • Michael Galea min‑Nadur • Maria Mintoff mill‑Għasri • Mons. Coronato Grima mir‑Rabat, Għawdex • 29 ta' Lulju 2020 Tarcisio Gauci mir-Rabat, Għawdex eks-voluntier fl-uffiċċju ta' Missio Għawdex Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Eżempji sbieħ
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Lawrence Camilleri – BOV Wealth Management, Santa Venera • Rita Bonello mill‑Ibraġ • Anthony Zahra mill‑Fgura Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
www.missio.org.mt Seg wi l‑esperjenzi u l‑av venturi ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin f l‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja.
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.
Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut. 39
Settembru 2020
Jum Dinji Missjunarju – 18 ta’ Ottubru 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Jekk jogħġbok agħti mill‑qalb biex tgħinna nissapportjaw lin‑nies tal‑Ghana . Grazzi MISSIO (UFFIĊĊJU MISSJUNARJU) Tel: 2123 6962 www.missio.org.mt 40