NEWSPAPER POST OTTUBRU 2020 SENA 89
Jum Dinji Missjunarju – 18 ta’ Ottubru 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Jekk jogħġbok agħti mill‑qalb biex tgħinna nissapportjaw lin‑nies tal‑Ghana. Grazzi
04 Hawn Jien, Ibgħat Lili 14 Drawwiet Antiki Mhux Faċli Jintesew 26 Ittri Mill‑Missjoni 36 Jollof għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Ottubru 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm
Il‑Jum Dinji Missjunarju 18 ta’ Ottubru
Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Ottubru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 14 Santa Infanzja 18 Qaddis tax‑Xahar 22 Messaġġ mill-Assistent Direttur 24 Messaġġ mill‑Isqfijiet għall‑Ġurnata Missjunarja 26 Ittri mill‑Missjoni 32 Missjunarju Malti Jmut bil‑COVID‑19 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Powster uffiċjali tal‑Ġurnata Missjunarja 2020. 2
F
“
’din is‑sena mmarkata mit‑tbatija u l‑isfidi li ġabet magħha l‑pandemija ta’ COVID‑19, il‑mixja missjunarja tal‑Knisja tkompli fid‑dawl tal‑kelma li nsibu fir‑rakkont dwar is‑sejħa tal‑profeta Isaija: “Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8) Din hija tweġiba dejjem ġdida għal meta il‑Mulej jistaqsi: “Lil min nibgħat?” (ibid.) Din is‑sejħa ġejja mill‑qalb tal‑Mulej, mill‑ħniena tiegħu li fil‑kriżi dinjija ta’ bħalissa tisfida lill‑Knisja kif ukoll lill‑umanità. Iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ġurnata Missjunarja Dinjija hija okkażjoni biex mill‑ġdid nisħqu fuq kif it‑talb, ir‑riflessjoni u l‑għajnuna materjali tagħkom huma opportunità biex tieħdu sehem attiv fil‑missjoni ta’ Ġesù fil‑Knisja tiegħu. L‑għan tal‑ġbir li jsir waqt iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi tat‑Tielet Ħadd ta’ Ottubru, u li permezz tiegħu turu l‑imħabba tagħkom, huwa li jsostni l‑ħidma missjunarja li ssir f ’ismi mill‑Opri Missjunarji Pontifiċji (Missio) biex tingħata l‑għajnuna spiritwali u materjali lill‑popli u lill‑knejjes fid‑dinja kollha, għas‑salvazzjoni ta’ kulħadd,” Papa Franġisku fil‑messaġġ tiegħu għall‑Jum Dinji Missjunarju 2020. “La tibżax, għax miegħek jien ...” ‑ Isaija 41:10 Dan huwa l‑appell annwali tal‑Knisja
Ottubru 2020
“Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8)
ta’ Missio Malta għall‑Jum Dinji Missjunarju 2020. Din is‑sena aħna mistednin li nissieħbu mal‑Knisja fil‑Ghana, peress li dawn jipprovdu protezzjoni u żviluppi kontinwi ta’ tfal li huma vulnerabbli. F’konformità mat‑twemmin tradizzjonali, f ’partijiet tal‑Ghana, tfal imwielda b’diżabilità, jew li ommhom tmut waqt it‑twelid, huma meqjusa bħala ‘it‑tfal tal‑ispirtu’, u b’hekk huma fir‑riskju li jiġu mweġġgħa jew saħansistra jinqatlu. Il‑Knisja fil‑Ghana hija ddedikata biex tipproteġi lil dawn it‑tfal u teduka lill‑familji biex tiżgura li kull tifel u tifla jkollhom iċ‑ċans li jgħixu ħajja sħiħa. It‑tema tirrifletti l‑inċertezza li tfal li huma vulnerabbli jiffaċċjaw, u tikkonferma l‑imħabba u l‑preżenza t’Alla f ’ħajjithom anke fi żminijiet diffiċli jew iddisprati. Il‑proġetti u
x‑xogħlijiet appoġġati f ’dan l‑appell jixhdu l‑imħabba u l‑protezzjoni t’Alla fil‑kelma u l‑att. Swor Stan Mumuni tinsab fuq quddiem nett fil‑ħidma tal‑Knisja biex tilħaq lit‑tfal fil‑bżonn fil‑Ghana. Bħala d‑direttriċi tad‑Dar ta’ Nazaret għat‑Tfal ta’ Alla, fid‑djoċesi ta’ Yendi, Swor Stan taħdem bla heda biex tipprovdi edukazzjoni, kura tas‑saħħa u dar sigura għat‑tfal salvati minn sitwazzjonijiet ta’ theddida għal ħajjithom (ara storja f ’paġna 14). Id‑Dar ta’ Nazaret għat‑Tfal ta’ Alla hija fost il‑pijunieri f ’din il‑missjoni kruċjali. Ilkoll kemm aħna għandna l‑opportunità li nissieħbu personalment mal‑Knisja fil‑Ghana u noffru appoġġ għal din il‑ħidma essenzjali. Il‑fondi kollha miġbura ser imorru direttament għal
proġetti li jsalvaw il‑ħajja ta’ tfal fil‑bżonn. Il‑powster ta’ din is‑sena (ara l‑faċċata tar‑rivista) jinkludi lil Swor Stan Therese Mumuni flimkien mas‑subien tewmin John u Paul. Huma ġew salvati minn Swor Stan stess u ġew ipprovduti dar b’ħafna mħabba u bla perikli. L‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta 2020 jiffoka fuq il‑ħidma tal‑Knisja fil‑Ghana peress li dawn jipprovdu protezzjoni u żvilupp kontinwu ta’ tfal li huma vulnerabbli. “La tibżax, għax miegħek jien...” tfakkarna li aħna lkoll nibbenefikaw mill‑preżenza tal‑imħabba t’Alla f ’ħajjitna, u tirrifletti kif aħna, permezz tas‑sħubija tagħna mal‑Knisja fil‑Ghana nistgħu nkunu preżenti fil‑ħajjiet ta’ dawk iż‑żgħażagħ li jiġu minn post ta’ bżonn kbir.
Biex infiq għandi bżonn id‑demm.
Int tista’ tgħinni?
Grazzi mill‑qalb! 3
Ottubru 2020
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
“Hawn Jien, Ibgħat Lili”
F
il‑ktieb tal‑Profeta Isaija nsibu lil Alla jistaqsi: “Lil min se nibgħat? Min se jmurilna?” (6:8) Alla ried iwassal il‑kelma tiegħu lill‑poplu tas‑saltna ta’ Ġuda wara l‑mewt tas‑sultan Uziah. (2 Kron. 26:16‑23) Illum ukoll Alla għadu jrid ikellem lill‑bniedem. Imma min ser jaċċetta? Min lest li joffri lilu nnifsu għal din il‑missjoni? Il‑Profeta Isaija wieġeb għas‑sejħa t’Alla hekk li qal: “Hawn jien, ibgħat lili.” (6:8) U inti ser twieġeb? Ser taċċetta li tmur f ’isem Alla 4
tkellem lill‑bniedem tal‑lum li hu aljenat fuq ħafna ħwejjeġ? Quddiem din is‑sejħa t’Alla dejjem hemm it‑tentazzjoni li wieħed jibża’ jew jaqta’ qalbu, u għalhekk jaħseb li mhuwiex kapaċi jew jaħrab milli jwieġeb lil Alla bħalma għamel il‑Profeta Isaija. Xejn ġdid. Dawk kollha li Alla sejjaħ biex jafdalhom missjoni hekk ħasbu u hekk għamlu. Fil‑Ktieb tal‑Imħallfin insibu lil Alla jsejjaħ lil Barak permezz tal‑Profetessa Debora biex
jeħles lill‑poplu tiegħu minn idejn l‑għedewwa tiegħu. Dan beża’ jmur waħdu hekk li wieġeb lil Debora: “Jekk int tiġi miegħi, jiena mmur, jekk ma tiġix miegħi, ma mmurx.” (4:8) L‑istess ġralu Gidegħon li ħaseb li għax kien iż‑żgħir ma kienx kapaċi jaqdi l‑missjoni li Alla riedu jwettaq u wieġeb: “Ja sidi biex ser neħles lil Iżrael? Jien iż‑żgħir f ’dar missieri.” (Imħal. 6:15) Pietru ġarrab l‑istess esperjenza xħin sema’ lil Ġesu jistiednu biex jimxi warajh: “Tbiegħed minni Mulej, għaliex jiena raġel midneb.” (Lq. 5:8) Alla jafna, jaf li aħna lkoll dgħajfa u midinba, iżda minkejja dan, fatt li ħadd ma jista’ jiċħdu, Alla għandu fiduċja fina lkoll. Id‑dgħufija u d‑dnub tagħna m’għandhom qatt u qatt ikunu t’ostaklu għalina milli nwieġbu għas‑sejħa t’Alla.
Ottubru 2020
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.
Qegħdin fix‑xahar t’Ottubru, ix‑xahar li fih ser niċċelebraw il‑Ġurnata Missjunarja li ser taħbat nhar il‑Ħadd 18 tax‑xahar. Din il‑ġurnata għandha tfakkarna fid‑dmir u fir‑responsabbiltà kbira li
lkoll għandna bħala Nsara li nħabbru lil Kristu u nkunu xhieda tiegħu. Int min int, int fejn int, tista’ twieġeb għas‑sejħa t’Alla li tkun missjunarju. Tibżax, Alla qatt mhu ser iħallina waħedna. Huwa dejjem lest li: “Jgħinna fin‑nuqqas ta’ ħila tagħna bil‑qawwa tal‑Ispirtu tiegħu.” (Rom. 8:26) Alla, illum irid: “Jgħarraf l‑għana tal‑glorja tiegħu,” (Rum. 9:23) permezz tiegħek. Ser twieġeb?
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
San Pawl jistqarr dan sewwa bħalma kiteb lill‑Korintin: “Dan it‑teżor qiegħed għandna f ’ġarar tal‑fuħħar, ħalli b’hekk jidher sewwa li l‑kobor ta’ din il‑qawwa ġej minn Alla u mhux minna.” (2 Kor. 4:7) San Pawl kompla jistqarr fl‑istess ittra, li meta talab lil Alla biex ineħħilu xewka li kienet qiegħda tfixklu ħafna fit‑twettiq tal‑missjoni tiegħu, sema’ lil Alla jgħidlu: “Biżżejjed għalik il‑grazzja tiegħi, għax il‑qawwa tiegħi tidher fl‑aqwa tagħha fejn hemm id‑dgħajjef.” (12:7)
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
#aħnagħadnahawn
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962 5
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Ottubru 2020
Intenzjoni Missjunarja: Ottubru 2020 Intenzjoni ta’ talb għall‑evanġelizzazzjoni
Il‑missjoni tal‑lajċi fil‑Knisja. “Nitolbu sabiex bil‑grazzja tal‑magħmudija, il‑lajċi fidili/ leali, l‑aktar in‑nisa, jibdew jipparteċipaw iżjed f’oqsma ta’ responsabbiltà fil‑Knisja.” 6
I
l‑Konċilju Vatikan II wera biċ‑ċar il‑ħsieb tas‑sehem kbir li jistgħu jagħtu l‑lajċi Nsara fil‑Knisja, kif naraw tajjeb fil‑Kostituzzjoni Dommatika dwar il‑Knisja, ‘Lumen Gentium’ u fil‑Kostituzzjoni Pastorali dwar il‑Knisja fid‑dinja tal‑lum, ‘Gaudium et Spes’. Fid‑digriet tal‑istess Konċilju dwar l‑Appostolat tal‑Lajċi ‘Apostolicam Actuosutatem’ fin‑numru 3, insibu din l‑importanza tal‑lajċi fil‑Knisja: “Il‑lajċi jiksbu d‑dmir u l‑jedd għall‑appostolat mill‑istess għaqda tagħhom ma’ Kristu li huwa r‑ras tal‑Ġisem.
Għaliex Kristu nnifsu jaħtarhom għall‑appostolat meta huma, permezz tal‑Magħmudija, isiru parti mill‑Ġisem Mistiku tiegħu u permezz tal‑Griżma jissaħħu bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu.” L‑istess linja ta’ tagħlim tal‑Knisja, insibuh fuq kollox fl‑Eżortazzjoni Appostolika Post‑Sinodali, ‘Christifideles Laici’ dwar il‑missjoni u l‑vokazzjoni tal‑lajċi fil‑Knisja u fid‑dinja tal‑1989, ta’ Papa San Ġwanni Pawlu II. Insibu wkoll l‑Istruzzjoni dwar il‑Kollaborazzjoni
Ottubru 2020
“Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8)
tal‑Fidili mhux Ordnati (tal‑Lajċi) fil‑Ministeru Sagru tas‑Saċerdoti tal‑15 ta’ Awwissu 1997, li tisħaq ħafna fuq din is‑sejħa tal‑lajċi fil‑Knisja, filwaqt li tgħid li din il‑kollaborazzjoni li titkellem minnha, ma tfissirx sostituzzjoni għall‑ministeru sagru tas‑saċerdoti. Il‑lajċi jistgħu verament jagħtu s‑sehem tagħhom fil‑Knisja fid‑diversi ministeri marbuta mal‑katekeżi, liturġija u djakonija. Hekk jikteb Papa San Ġwanni Pawlu II fl‑Eżortazzjoni Appostolika ‘Catechesi Tradendae’ dwar il‑Katekeżi fi Żminijietna fin‑numru 66, li jgħid: “Il‑ministeru tal‑katekisti huwa forma eminenti ta’ appostolat lajkali”. Dan il‑ministeru jiġbor fih il‑katekeżi dwar il‑Kelma t’Alla, kull forma t’istruzzjoni Kristjana u anke predikazzjoni waqt laqgħat jew konferenzi, kif ukoll
f ’liturġiji non‑ewkaristiċi. Ma ninsewx ukoll lil dawk li jħaddnu l‑ministeru tat‑talb fi gruppi jew f ’laqgħat ta’ formazzjoni
spiritwali jew jitolbu għall‑bżonnijiet spiritwali ta’ persuni, għall‑fejqan jew ikunu ta’ faraġ għal min għandu bżonn. Min
iħaddan ‘ministeru’ fil‑Knisja huwa msejjaħ sabiex ikun qaddej tal‑Knisja permezz tal‑ministeru li jingħata. Fil‑fatt il‑kelma ‘ministeru’ ġejja mil‑Latin ‘minus stare’, li tfisser ‘tkun inqas quddiem ħaddieħor’, jiġifieri li tkun ‘qaddej’. Anke l‑kelma Griega li tittraduċi dan il‑ħsieb ‑ ‘diakonia’, tfisser l‑istess, ‘qadi’ jew ‘servizz’. Kull ministeru fil‑Knisja jitlob fuq kollox spirtu ta’ għaqda, u spirtu ta’ servizz u karità. Huwa importanti wkoll li dawk li jħossu s‑sejħa li jwettqu xi ministeru, ikunu ppreparati sewwa għal din il‑missjoni u li jkunu tassew xhieda ta’ dan il‑ministeru li jwettqu fil‑komunità. Nitolbu wkoll biex nagħtu spazju għal aktar irgiel u nisa lajċi fil‑ħidma tal‑Knisja, fejn il‑ħsad huwa kbir imma l‑ħaddiema huma ftit.
BAŻAR
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7
Ottubru 2020
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
Nimxi Magħkom Lejn il‑Missier Is‑Seba’ Parti 5. L‑Ewkaristija “Għax la l‑ħobża hija waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed...” (1Kor. 10:17) Tqarbin! L‑Ewkaristija tqarrabna lejn Alla u tqarrabna lejn xulxin: hija s‑sagrament tal‑unità. Hija l‑forza li tgħaqqad lill‑Insara flimkien f ’parroċċa jew f ’komunità, u hija anki l‑mezz ta’ qdusija għall‑individwi. Il‑funzjoni komunitarja u l‑effett tal‑Ewkaristija jiffurmawna fil‑ġisem ta’ Kristu, il‑Knisja. L‑Ewkaristija hija r‑ruħ, il‑qalb fil‑ħajja tal‑Knisja. Waqt l‑aħħar Ċena, Ġesù mhux biss talab għall‑għaqda, imma meta tana l‑Ewkaristija, tana wkoll il‑mezz biex naslu għal dik l‑għaqda. Permezz tal‑Ewkaristija aħna lkoll insiru ħaġa waħda ma’ Ġesù u allura ma’ xulxin. Aħna nsiru Ġesù ieħor. Kull wieħed minna jista’ mhux biss jgħid: “Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu,” (Gal. 2:20), imma wkoll, aħna flimkien bħala ġisem ta’ Kristu 8
ittella’ l‑offerta tiegħek fuq l‑artal u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l‑offerta tiegħek hemmhekk quddiem l‑artal u mur l‑ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja tella’ l‑offerta tiegħek.” (Mt. 5:23‑24)
nistgħu ngħidu: “Ngħixu, imma mhux aħna, iżda jgħix fina Kristu.” L‑Iskrittura tgħidilna: “Jien hu l‑ħobż tal‑ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il‑ġuħ u min jemmen fija ma jkun qatt bil‑għatx.” (Ġw. 6:35) “Jiena hu l‑ħobż il‑ħaj li niżel mis‑sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il‑ħobż, jgħix għal dejjem. U l‑ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall‑ħajja tad‑dinja.” (Ġw. 6:51) “Mela jekk tkun qiegħed
“Bħalma l‑ġisem hu wieħed u fih ħafna membri, u l‑membri kollha tal‑ġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu.” (1Kor. 12:12) Ħsibijiet sbieħ minn xi qaddisin tal‑lum u tal‑imgħoddi: San Ġwanni Pawlu II: “L‑Ewkaristija tal‑Ħadd, li kull ġimgħa tiġborna madwar il‑mejda tal‑kelma u tal‑ħobż tal‑ħajja, hija l‑aktar duwa naturali għad‑dispersjoni. Hija l‑post priveleġġat fejn l‑għaqda u l‑komunjoni huma mistqarra u msaħħa bla waqfien. Minħabba dan il‑qsim tal‑Ewkaristija, Jum il‑Mulej isir ukoll Jum il‑Knisja, u hemm
Ottubru 2020
#aħnagħadnahawn
il‑Knisja, effettivament, teżerċita l‑irwol tagħha bħala sagrament tal‑għaqda.” (Novo Millenio Ineunte) Il‑Kardinal Francis Xavier Van Thuan: “Għall‑parti l‑kbira tan‑nies, il‑frażi li jgħid Ġesù: “Li wieħed jagħti ħajtu,” ma ssirx bit‑tixrid tad‑demm, imma sseħħ fil‑ħafna azzjonijiet żgħar ta’ kuljum, meta nkunu ta’ servizz għall‑oħrajn, u b’mod speċjali lejn dawk li għal raġuni jew oħra, inqisuhom ta’ livell ‘inqas’ minna. Li taqdi tfisser li ssir ‘Ewkaristija’ għall‑oħrajn, li nidentifikaw lilna nfusna magħhom, li nħossu l‑ferħ u d‑dwejjaq tagħhom, li nitgħallmu naħsbu bil‑moħħ tagħhom,
li nħossu bil‑qalb tagħhom, li ngħixu l‑ħajja tagħhom, li nimxu bil‑mokkasini tagħhom, kif jgħid proverbju tal‑Indjani tal‑Amerika ta’ Fuq.”
San Kriżostmu: “Aħna lkoll l‑istess ġisem wieħed. Għaliex x’inhu l‑ħobż? Il‑Ġisem ta’ Kristu. U x’insiru aħna li nieklu minnu? Il‑ġisem ta’ Kristu. Mhux ħafna iġsma, imma ġisem wieħed. Għax bħalma l‑ħobża li hija magħmula minn ħafna żbul tal‑qamħ hija ħobża waħda, u l‑ħafna qamħ ma jidhirx aktar, hekk
RIEDA LI TAGĦTI
ukoll jiġri lilna ma’ xulxin u ma’ Kristu.” San Albertu l‑Kbir: “Dan is‑sagrament ibiddilna fil‑ġisem ta’ Kristu, biex aħna nsiru għadam minn għadmu u partijiet minn ġismu.” L‑Ewkaristija hija għalhekk, l‑għajn tal‑vokazzjoni missjunarja. Kull meta niċċelebraw l‑Ewkaristija, fil‑mument tal‑konsagrazzjoni nisimgħu l‑kliem: “Ħudu u kulu, dan hu ġismi li jingħata għalikom, agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Fil‑qadi tagħna lejn l‑oħrajn, aħna ngħixu dan il‑kliem, insiru Ewkaristija. U għalhekk il‑qadi tagħna jsir servizz divin u Ġesù jasal fil‑qlub ta’ dawk li ngħaqdu.
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 9
Ottubru 2020
SAN PIETRU APPOSTLU – JOHN WILLIAMS (Kordinatur Uffiċċju Kleru)
Ordinazzjoni ta’ Saċerdoti Ġodda f’Hyderabad, l‑Indja
L‑Ordinazzjoni tad‑Djakni Ġodda.
D
in is‑sena, 2020, l‑ordinazzjonijiet ta’ seminaristi li ħadu l‑formazzjoni fis‑Seminarju Reġjonali ta’ San Ġwann l‑Evanġelista, f ’Hyderabad, l‑Indja saru f ’Ġunju u f ’Lulju. Kien hemm 16‑il seminarista minn tagħhom li ġew ordnati saċerdoti.
Minnhom, 11 kienu ġew sponsorjati minn benefatturi Maltin. Aħbar sabiħa tassew għalina ta’ Missio Malta, u aktar u aktar għall‑benefatturi tagħhom. Dawn is‑saċerdoti ġodda issa qed iservu lill‑poplu tagħhom f ’4 djoċesijiet differenti fir‑reġjun.
Is‑Seminarju Reġjonali ta' San Ġwann f'Hyderabad.
Il‑Katidral ta' San Ġwann f'Hyderabad. 10
‘St. John’s Regional Seminary’, fetaħ il‑bibien tiegħu fis‑27 ta’ Jannar,
1965. L‑oriġini tiegħu imorru lura ħafna snin. Fl‑1926, il‑Mill Hill Missionaries tal‑Irlanda, li kienu qed jaħdmu man‑nies li jitkellmu l‑lingwa Telugu, fetħu Seminarju Maġġuri fid‑Djoċesi ta’ Nellore biex jagħtu formazzjoni saċerdotali lill‑kandidati mir‑Reġjun ta’ Telugu. L‑ewwel rettur tas‑‘St. John’s Major Seminary’ kien Dun William Bouter, membru tal‑istess Ordni Missjunarju. Dun Bouter kien inħatar isqof ta’ Nellore fl‑1928. Taħt il‑gwida paterna tiegħu, is‑Seminarju Maġġuri kompla jikber u jiżviluppa, u fil‑bidu tas‑sittinijiet kien qed jilqa’ fih studenti mid‑djoċesijiet kollha tar‑Reġjun ta’ Telugu. Hawnhekk, il‑Mill Hill Missionaries, iddeċidew li jgħaddu t‑tmexxija tas‑seminarju f ’ idejn il‑Knisja Lokali. Fl‑1960, il‑Kunsill tal‑Isqfijiet tal‑Istat ta’ Andhra Pradesh, qablu li jittrasferixxu s‑Seminarju Maġġuri fil‑belt ta’ Hyderabad. Imbagħad, fl‑1964, il‑Kongregazzjoni
Ottubru 2020
“Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8)
Dehra li tidentifika mal‑belt ta’ Hyderabad hija dik tal‑Moskea ta’ Charminar, bl‑erba’ minaretti tagħha, wieħed f ’kull kantuniera, iserrħu fuq erba’ arkati ġganteski.
Mill‑Ħajja tas‑Seminarju ‑ 'Music Day'.
għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli tas‑Santa Sede, għolliet is‑seminarju għal‑livell ta’ Seminarju Reġjonali. Il‑binja u l‑faċilitajiet kollha tlestew fl‑istess sena taħt it‑tmexxija għaqlija tal‑Arċisqof Mark Gopu ta’ Hyderabad. L‑inawgurazzjoni tas‑Seminarju Reġjonali ta’ San Ġwann Evanġelista seħħet f ’Jannar tal‑1965. Il‑Mill Hill Missionaries, li mexxew is‑seminarju mill‑bidu tiegħu, mill‑1924 sal‑1960, komplew iservu fih sal‑1975, meta għaddew it‑tmexxija kompletament f ’idejn il‑Knisja Lokali.
Għandha popolazzjoni ta’ kważi 7 miljun ruħ. Hija ċentru ewlieni tal‑industrija tat‑teknoloġija tal‑kompjuters u mekka ta’ ristoranti u ħwienet tal‑ogħla klassi. Il‑Katidral tal‑Arċidjoċesi ta’ Hyderabad, li jidher fir‑ritratt, huwa ddedikat lil San Ġużepp.
Xi noti dwar Hyderabad: Hija l‑belt kapitali tal‑Istat ta’ Telangana, fin‑Nofsinhar tal‑Indja. Qabel kienet tissejjaħ Madras.
Il‑Moskea ta' Charminar
Hemm aktar seminarji fl‑Indja u anki fl‑Afrika, li għandna kuntatt magħhom u li għandhom seminaristi li qed jitħejjew biex isiru saċerdoti li ġew sponsorjati minn benefatturi Maltin. F’ħarġa oħra nitkellmu fuq ieħor minn dawn is‑seminarji fl‑artijiet tal‑missjoni. Tajjeb insemmu li l‑organizzazzjoni fi ħdan is‑Santa Sede, li taħseb għall‑formazzjoni ta’ saċerdoti u reliġjużi ġodda fl‑artijiet tal‑missjoni, tissejjaħ is‑Soċjetà ta’ San Pietru Appostlu. 11
Ottubru 2020
SAN PIETRU APPOSTLU – JOHN WILLIAMS (Kordinatur Uffiċċju Kleru)
Soċjetà Pontifiċja ta’ San Pietru Appostlu – Bidu u Żvilupp
Jeanne Bigard.
I
s‑Soċjetà ta’ San Pietru Appostlu kellha l‑bidu tagħha fi Franza fl‑1889. Dik il‑ħabta l‑Isqof Jules‑Alphonse Cousin, ta’ ċittadinanza Franċiża, li kien qed iservi bħala Vigarju Appostoliku ta’ Nagasaki fil‑Ġappun, ra kemm kien hemm bżonn li jiġu ffurmati saċerdoti, minn fost il‑popli tal‑artijiet tal‑missjoni, sabiex iwasslu l‑Evanġelju lil nieshom stess. Biex iseħħ dan, l‑Isqof Cousin għaraf il‑ħtieġa ta’ bini u manutenzjoni ta’ seminarji 12
fl‑artijiet tal‑missjoni. Sabiex jagħti bidu għal din il‑ħidma hekk ambizzjuża, huwa fittex l‑għajnuna ta’ waħda xebba jisimha Jeanne Bigard u ommha Stephanie, li kienu familja tat‑tajjeb min‑Normandija, fil‑Punent ta’ Franza. Meta missierha miet, Jeanne biegħet kulma kellha u offrietu għall‑ħidma missjunarja. Flimkien m’ommha, hija marret tgħix f ’appartament żgħir ta’ żewġ kmanar u ddedikat ħajjitha kollha biex torganizza talb għall‑missjoni u l‑ġbir ta’ fondi għall‑bini tas‑seminarju fil‑Ġappun. Jeanne Bigard bdiet tikkorrispondi bl‑ittri ma’ diversi missjunarji f ’inħawi differenti tad‑dinja. Hawn, hija bdiet tintebaħ u tħoss il‑ħtieġa li jiġu ffurmati gruppi ta’ nies li jissieħbu
magħha fil‑ħidma biex tinstab għajnuna finanzjarja u sostenn spiritwali biex jitwettqu proġetti oħrajn fl‑artijiet tal‑missjoni. Kien proprju minn dawn il‑gruppi li waqqfet is‑Sinjorina Bigard, li ġew iffurmati bejn is‑snin 1889 u 1896, li nħolqot għaqda li kellha aktar tard tiżviluppa u ssir is‑Soċjetà ta’ San Pietru Appostlu. Fl‑1894, Jeanne ppubblikat l‑ewwel Manifest tas‑Soċjetà indirizzat lill‑Insara kollha, fejn ħeġġithom jissieħbu fil‑ħidma missjunarja tal‑Knisja Universali. Fl‑1896, il‑Bord tad‑Diretturi tal‑Għaqda ltaqa’ għall‑ewwel darba u
Papa Ljun XIII.
Ottubru 2020
#aħnagħadnahawn
ġie stampat l‑ewwel fuljett ta’ propaganda missjunarja mis‑soċjetà.
Is‑Soċjetà ta’ San Pietru Appostlu twaqqfet uffiċjalment fis‑sena 1889, fil‑belt ta’ Caen fi Franza. L‑Uffiċċji tas‑Soċjetà ġew trasferiti f ’Pariġi fl‑1901, imbagħad fi Fribourg fl‑Iżvizzera u wara f ’Ruma, fejn għadhom sal‑lum. Permezz tal‑Enċiklika tiegħu ‘Ad Extrema Orientis’, Papa Ljun XIII irrikonoxxa l‑ħidma kbira tas‑soċjetà u rrikmandaha lill‑Knisja kollha. Imbagħad, nhar it‑3 ta’ Mejju 1922, Papa Piju XI għolla s‑Soċjetà ta’ San Pietru Appostlu, flimkien ma’ tliet organizzazzjonijiet missjunarji oħra eżistenti, jiġifieri s‑Soċjetà għall‑Propagazzjoni tal‑Fidi, is‑Santa Infanzja u l‑Unjoni Missjunarja tas‑Saċerdoti u r‑Reliġjużi, għal‑livell pontifiċju u l‑erba’ organizzazzjonijiet ingħaqdu taħt kappa waħda: is‑Soċjetajiet Pontifiċji Missjunarji.
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 13
SANTA INFANZJA
Ottubru 2020
Drawwiet Antiki Mhux Faċli Jintesew
S
arah hija tifla ferriħija ta’ tnax‑il sena u għandha futur sabiħ quddiemha. Tħobb tilgħab ma’ sħabha, tgawdi u tistudja l‑Matematika, ix‑Xjenza, l‑Ingliż u r‑Reliġjon, u qiegħda minn tal‑ewwel fil‑klassi tagħha ta’ 35 student u studenta. Ftit iktar minn seba’ snin ilu, bħala tifla żgħira, il‑ħajja ta’ Sarah kienet miexja f ’direzzjoni inċerta. Sarah kienet 14
ittimbrata li hija saħħara u sfat akkużata b’mod inġust bil‑mewt ta’ ħmistax‑il persuna mil‑lokal fiż‑żmien li kienet tifla żgħira. It‑tifla ta’ erba’ snin kellha impediment biex titkellem, u xi wħud fil‑komunità kienu jemmnu li hija ‘wild tal‑ispirtu’ skond it‑twemmin tradizzjonali li jassoċja mġiba jew diżabilità anormali mal‑ispirti ħżiena. Uħud minn dawn il‑membri tal‑komunità, inkluża l‑familja stess ta’ Sarah, irrabjaw għaliha minħabba l‑inkapaċità jew in‑nuqqas ta’ rieda tagħha li titkellem, warrbuha u heddew li joqtluha. B’xorti tajba Swor Stan Mumuni u l‑Knisja lokali fil‑Ghana saru konxji tal‑periklu imminenti li Sarah kienet fih. Huma avviċinaw lill‑komunità u
Swor Stan iġġieldet, kważi fiżikament, biex issalva lil Sarah mill‑iktar destin terribbli, u biex tagħtiha ċans għal ħajja ġdida. Dar Nazaret għat‑Tfal ta’ Alla fid‑Djoċesi ta’ Yendi fil‑Ghana, hija kenn fejn tfal ta’ kull età huma maħbubin u kkurati mingħajr l‑ebda kundizzjoni. Swor Stan Therese Mumuni ddedikat dawn l‑aħħar għaxar snin sabiex tmexxi din id‑dar. Hija ssalva tfal l‑istess bħal Sarah li setgħu ġew mhedda jew jinsabu fil‑periklu mill‑familja jew mill‑komunità tagħhom stess. Bħalissa Swor Stan tieħu ħsieb iktar minn 60 tifel u tifla, li jvarjaw fl‑età minn ftit ġimgħat sa 18‑il sena. Hija tagħtihom sigurtà, ikliet nutrittivi, kura tas‑saħħa u edukazzjoni. Swor Stan tiżgura li t‑tfal jirċievu edukazzjoni ta’
Ottubru 2020
“Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8)
kwalità biex għada pitgħada jiksbu xogħol u jkunu kapaċi jmantnu lilhom infushom. Il‑ħolma tagħha hija li xi darba jmorru lura lejn il‑komunità tagħhom u juru kif l‑imħabba u l‑appoġġ tal‑Knisja tawhom is‑setgħa biex jiżviluppaw u jilħqu l‑għanijiet tagħhom. Dar Nazaret hija waħda mill‑ħafna inizjattivi kritiċi stabbiliti mill‑Knisja Kattolika fil‑Ghana sabiex issalva u ssostni l‑ħajja taż‑żgħażagħ l‑iktar vulnerabbli tal‑pajjiż. Mingħajr l‑isforzi bla heda ta’ Swor Stan, u missjunarji, reliġjużi u lajċi oħra madwar il‑pajjiż, ħafna tfal jitilfu dak kollu li għandha x’toffri l‑ħajja. Madankollu, is‑sopravivenza ta’ dawn
il‑programmi, u t‑tfal u ż‑żgħażagħ li jibbenefikaw tant minnhom, tiddependi ħafna fuq l‑appoġġ tagħna lkoll. Il‑Knisja u l‑gvern tal‑Ghana qed jagħmlu progress kbir fil‑programmi edukattivi f ’tentattiv biex ibiddlu dan it‑twemmin. Madankollu, kif jgħid l‑Isqof ta’ Yendi, Vincent Sowah
Boi‑Nai: “Drawwiet antiki mhux faċli jintesew.” Jekk l‑edukazzjoni dwar id‑diżabilità tilħaq aktar komunitajiet fil‑Ghana, b’xorti tajba huwa inqas probabbli li jerġgħu jseħħu stejjer bħal ta’ Sarah. Madankollu, it‑tfal b’diżabilità jkomplu jiffaċċjaw diskriminazzjoni, rifjut u nuqqas ta’ opportunità fil‑Ghana, u ħafna drabi ma jkollhom imkien u lil ħadd lejn min iduru. Biss, id‑diliġenza tal‑membri tal‑komunità lokali u bil‑fomm, iwasslu biex Swor Stan tintervjeni u ssalva tfal bla difiża jekk ikunu f ’periklu immedjat ta’ theddida għal ħajjithom. Sarah titkellem bil‑qalb dwar Swor Stan: “Inħobbha għaliex salvatli ħajti”. Jekk mhux għall‑ħidma li tagħti l‑ħajja ta’ Swor Stan, Sarah setgħet ma tkunx ħajja llum. 15
SANTA INFANZJA
Ottubru 2020
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€180 – saqqijiet għal tfal torox u muti f’dar f’pajjiż Afrikan
€30 – operazzjoni lil tifel jew
€100 – tliet xhur skola
adult biex ma jitlifx id‑dawl t’għajnejh
primarja u ikla kuljum lil tifel/ tifla fqir/a
€300 – bini ta’ klassi fi skola
€1,500 – bini ta’ ‘toilets’
fil‑missjoni
f’diversi skejjel fil‑missjoni
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 16
Ottubru 2020
#aħnagħadnahawn
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT
(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25
u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 17
Ottubru 2020
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
San Pawl tas‑Salib
I
mwieled nhar it‑3 ta’ Jannar 1694, fin‑naħa ta’ fuq tal‑Italja mill‑ġenituri Luca u Anna Maria Massari, Paolo Francesco Daneii kien it‑tieni minn sittax‑il wild li sitta minnhom baqgħu ħajjin u l‑oħrajn mietu fl‑infanzja tagħhom. Huwa rċieva l‑ewwel edukazzjoni tiegħu fil‑Lombardija kif ukoll l‑ewwel tagħlim ta’ katekiżmu. Ta’ dsatax‑il sena esperjenza konverżjoni wara li ġie influwenzat mill‑qari tat‑trattat tal‑Imħabba t’Alla ta’ San Franġisk De Sales u d‑direzzjoni li rċieva mill‑Ordni Kapuċċin. It‑Tifkira tal‑Passjoni ta’ Kristu ħalliet ukoll timbru qawwi fuqu. Ta’ 26 sena deher biċ‑ċar li Pawlu kellu sensiela ta’ esperjenzi ta’ talb u kien ċar biżżejjed li Alla qiegħed isejjaħlu biex jifforma komunità li tgħix ħajja evanġelika.
18
Artiklu tal‑Kan. N. Vella Apap fuq dan il‑qaddis jgħid: “Filgħodu fis‑sajf tal‑1720, wara li rċieva t‑tqarbina fil‑Knisja tal‑Kapuċċini ta’ Castellazzo, waqt li kien dieħel id‑dar, ħassu jiġi merfugħ minn Alla f ’ġabra għolja fejn nesa kollox u bi ħlewwa kbira interjuri. F’dan il‑ħin, fl‑ispirtu rajtni liebes l‑iswed b’salib abjad fuq sidri u taħt is‑salib kien hemm miktub l‑isem qaddis ta’ Ġesù b’ittri bojod. Kelli wkoll viżjoni tal‑Verġni biex tikkonvinċini għall‑ħajja reliġjuża. ‘Ibni,’ qaltlu, ‘ara kif jien imlibbsa bil‑luttu! Dan għall‑passjoni doloruża tal‑Għażiż Ibni. Hekk tajtek biex tilbes inti, u għandek twaqqaf Kongregazzjoni li għandhom jilbsu din il‑libsa, fejn isir luttu kontinwu għall‑passjoni u l‑mewt tal‑iben għażiż tiegħi”.
L‑ewwel isem għall‑kongregazzjoni l‑ġdida kien: ‘Il‑Fqar ta’ Ġesù” u aktar ’il quddiem ingħatat l‑isem tal‑‘Kongregazzjoni tal‑Passjoni ta’ Ġesù Kristu’, fil‑qosor il‑Passjonisti. San Pawl tas‑Salib ordna saċerdot nhar is‑7 ta’ Ġunju 1727. Pawlu stess kiteb ir‑regola tal‑komunità li jekk tagħsar il‑kontenut li fiha, issib ħajja ta’ solitudni, faqar u meditazzjoni fuq il‑passjoni ta’ Kristu. Regola iebsa li kellha tkun mitigata qabel ma ħadet l‑approvazzjoni. L‑imsieħba f ’din il‑kongregazzjoni ħadmu ta’ infermiera fi sptarijiet, flimkien ma’ servizz pastorali. Huma wkoll kkonvertew qattelin u ħallelin għall‑kelma persważiva tagħhom. Kellhom devozzjoni kbira lejn il‑Madonna, speċjalment taħt it‑titli tad‑Duluri u l‑Assunzjoni tagħha. Flimkien ma’ Madre Marija Kurċifissa, twaqqfu l‑Passjonisti nisa. Dan il‑qaddis miet nhar it‑18 ta’ Ottubru 1775. “Il‑Ħidma fl‑għalqa tal‑Mulej ma titlobx kliem elaborat u xewqat kbar, imma fervur u kuraġġ biex jintrebħu erwieħ għal Kristu,” San Pawl tas‑Salib.
Ottubru 2020
“Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8)
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 19
Ottubru 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
20
Ottubru 2020
#aħnagħadnahawn
“Jekk intom tħossu għax‑xogħol missjunarju li qed nagħmlu hawn, għinuna nkomplu b’din il‑ħidma li Alla sejħilna biex nagħmlu. Hemm ġranet li meta t‑tfal jibku, jien ukoll nibki magħhom. Allura, meta nara t‑tbissim tagħhom issa, jien ukoll nitbissem. Wasal iż‑żmien, jien qed nikber u nixjieħ u forsi mmut ukoll, iżda dawn it‑tfal għandhom bżonn lil xi ħadd biex ikompli din il‑missjoni, u nispera li jkunu huma stess in‑nies li se jgħinu lil xulxin,” Swor Stan Therese Mumuni, direttriċi ta’ Dar Nazaret għat‑Tfal ta’ Alla fid‑Djoċesi ta’ Yendi fil‑Ghana.
21
Ottubru 2020
MESSAĠĠ GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2020 DUN VICTOR AGIUS
K
ull darba li niktbu messaġġ għall‑Ġurnata Missjunarja, huwa dejjem messaġġ ġdid. Ir‑raġuni hija
li aħna qed ngħixu dejjem il‑mument t’Alla t’issa, ta’ dan iż‑żmien, għalhekk huwa dejjem ġdid u qatt m’hu ripetizzjoni. L‑Ispirtu s‑Santu huwa dak li jagħmel ġdid kull mument. Huwa dejjem frisk u sabiħ u ma jiqdiem qatt. Kien hu li għall‑Knisja tal‑lum għażel lil Jorge Maria Bergoglio bħala Papa biex permezz tiegħu jmexxina u jdawwlilna t‑triq tal‑ħajja tagħna. Mit‑tgħalim, mil‑ġesti u mill‑istil ta’ ħajja li jgħix
Papa Franġisku, aħna naraw ċar li l‑Ispirtu s‑Santu jixtieqna ngħixu l‑Vanġelu ‘sine glossa’ (ref. Evangelii Gaudium 271). Jekk ngħixu l‑Vanġelu ‘straigth forward’, aħna nħossu fina dak il‑ferħ li missjunarju veru jħoss f ’qalbu. Meta l‑missjunarju huwa lest li jagħti ħajtu għall‑popli li jaħdem magħhom, mhux biss iqabbad in‑nar f ’qalbu, imma dan in‑nar jaqbad ukoll fi qlub in‑nies ta’ madwaru, anki jekk dawn ma jkunux għadhom saru Nsara. Il‑Vanġelu ‘sine glossa’ huwa l‑kejl tal‑fedeltà tal‑Knisja lejn Ġesù, għax il‑Knisja hija kif iridha
22
Ottubru 2020
“Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8)
Ġesù jekk issir eżempju ħaj ta’ umiltà u ta’ servizz lejn il‑bnedmin. San Franġisk t’Assisi, ikona tal‑Vanġelu ‘sine glossa’, fi żmienu u wisq aktar fi żmienna. L‑Ispirtu s‑Santu jurina li r‑radikaliżmu tal‑Vanġelu jwassalna għall‑vera libertà u sempliċità. Żewġ kwalitajiet li b’mod speċjali ż‑żgħażagħ kontinwament qed ifittxu f ’ħajjithom. Min daq dan ir‑radikaliżmu tal‑Vanġelu f ’ħajtu jismagħhom strambi ċerti espressjonijiet fil‑Knisja. Spiss nisimgħu, bħal: “Għax dejjem sar hekk”. L‑Ispirtu
s‑Santu jitlob minna konverżjoni ta’ kuljum u l‑kuraġġ li nbiddlu affarijiet li drajna ngħixu bihom, imma li mhumiex Vanġelu, għax ħafna drabi huma modi fini ta’ egoiżmu, vanità u
kburija li żgur mhumiex frott ta’ ħajja evanġelika ‘sine glossa’. Ommna Marija nitolbuk sabiex timxi dejjem magħna. Ammen.
KALENDARJU
2021 April 2021
lejn il‑pjagi tiegħi Tibżax tersaq bħal ta’ Ġesù huma għaliex il‑pjagi miftuħa fuq il‑qalb bibien u twieqi nixtieq nara l‑qalb t’Alla. Jekk jien dawn nittawwal minn t’Alla kif inhi, dawn il‑bibien. it‑twieqi u minn (Mill-omelija ta’
Mons. Arċisqof
28.04.2019)
Rigali b’differenza tiġġenera €55 - Mogħża lill-familja. dħul kontinwu
rg.mt www.missio.o IT-TNEJN
IL-ĦADD
L-ERBGĦA
IT-TLIETA
Jinsab għall‑bejgħ mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta għall‑prezz ta’ €2.
13
12
It‑tieni Ħadd tal‑Għid Divina) (Festa tal‑Ħniena
18
S. Ġulju I Papa
19
S. Ġwann Battista
S. Martinu I Papa
20
S. Pietru Gonzales
It‑tielet Ħadd tal‑Għid
25
S. Iljun IX Papa
26 Il‑Madonna
tal‑Bon Kunsill
Flimkien. Jien. Int. Aħna. (VO/1178)
S. Anjeże Segni
ta’ Montepulciano
Rigali b’diff erenza
ta’ Monfort
8
2 30
follow us Id‑dsatax‑il
15
S. Ewsebju
3
4
€500 - Bir jissup nadif u tajjeb plixxi ilma għax-xorb .
L-ERBGĦA
5
Bandes Sanchez Sależjan Martri
S. Ġwann Marija
is‑sena
10
S. Tereża Beneditta
16
It‑Tlugħ fis‑Sema
22
ta’ Marija
6
Id‑Dedikazzjoni tal‑Bażilika ta’ S. Marija Maggiore f’Ruma
Vianney Saċerdot
Fundamentali ttijiet li – Id‑Drittijiet fil‑ġlieda għad‑dri Intenzjoni Universa li jirriskjaw ħajjithom ji u anke Nitolbu għal dawk taħt dittaturi, reġimi awtoritar fundamentali li jinsabu fi kriżi. f’demokraziji Ħadd ta’ matul
IL-ĦAMIS
tas‑Salib
S. Lawrenz
17
11
Djaknu Martri
12
S. Kjara Reliġjuża
18
It‑Trasfigurazzjoni
7
S. Giovanna
19
tal‑Mulej
IS-SIBT
13
Franġiska de
S. Ponzjanu Papa u S. Ippolitu Saċerdot
Chantal
20
S. Gejtanu Reliġjuż
14 S. Massimilja
21
nu Marija Reliġjuż Martri Kolbe
S. Stiefnu tal‑Ungerij
a
23
S. Kjara ta’
24
Montefalco S. Elena Imperatriċi
25
26
S. Ġwann Eudes S. Bernard Abbati
27
Il‑wieħed u għoxrin ta’ matul is‑senaĦadd
29
IL-ĠIMGĦA
B. Franġisku
ta’ Verċelli
S. Piju V Papa
9
S. Katerina ta’ Siena
IT-TLIETA
S. Fidiel ta’ Sigmaringen
S. Ġorġ Martri
It‑tmintax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena
S. Luigi Grignion
S. Katerina Tekakwitha
Labre
IT-TNEJN
29
missiomalta
Ordnijiet ta’ 20 kopja jew aktar jitwasslu b’xejn.
IL-ĦADD
B. Gabriella Sagheddu
S. Anselmu
28
S. Żita
S. Benedittu Ġużeppi
S. Paternus Isqof
ww issio.org.24 22 w.m23 mt
Reliġjuż
21
27
17
16
15
Jiena d‑di elja, intom il‑friegħi. Min jiena fih dan jibqa’ fija u jagħmel ħafn frott, għax a min tistgħu tagħ għajri ma mlu xejn. (Ġw. 15:5)
S. Eżekjel
S. Marija ta’ Kleofa
S. Ġulja Billiart
de la Salle
14
1
Ir‑raba’ Ħadd tal‑Għid t) (Jum il‑Vokazzjonijie
Inħeġġukom tmexxu l‑kelma.
S. Ġuljana ta’ Cornillon
S. Vinċenz Ferrer
L‑Għid il‑Kbir
10
9
8
Awwissu 2021
Sibt il‑Għid
Il‑Ġimgħa l‑Kbira
Ħamis ix‑Xirka
11
3
2
1
7
6
5
4
IS-SIBT
IL-ĠIMGĦA
IL-ĦAMIS
S. Roża ta’
30
Lima
S. Bartilmew
Appostlu
31
S. Ġużepp Calasanz
S. Gebhard
ta’ Constance
Abbati
28
S. Piju X Papa
S. Monika S. Wistin Isqof
It‑tnejn u għoxrin Ħadd ta’ matul is‑sena
Jien. Int. Aħna.
(VO/1178)
B. Idelfonsu
Flimkien.
Schuster
S. Nikodemu u S. Ġuzeppi t’Arimatea
follow us
missiomalta
Intenzjoni Nitolbu għall‑K għall‑evanġelizza zzjoni – Il‑Knis l‑grazzja u nisja, sabiex hija tirċiev l‑qawwa għat‑t i mill‑Ispirtu ja iġdid tagħha s‑Sant nfisha fid‑daw u tal‑Evanġelju l .
23
Ottubru 2020
MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ARĊISQOF GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2020 Nixtieq nirringrazzja lill‑poplu Malti u Għawdxi tas‑solidarjetà li wera mal‑missjunarji tagħna. Il‑Papa Franġisku, fil‑messaġġ għall‑Ġurnata Missjunarja 2020, jitkellem dwar id‑disponibbilità anke f’dawn iċ‑ċirkustanzi diffiċli.
D
in is‑sena, milquta mill‑pandemija COVID‑19, kellna l‑opportunità naraw lil ħafna missjunarji Maltin u Għawdxin fil‑komunitajiet tagħhom jagħtu l‑assistenza possibbli u immaġinabbli lill‑popolazzjonijiet kbar milquta b’mod ħażin ħafna mill‑pandemija.
Waqt li aħna nifirħu li għandna soċjetà li turi solidarjetà qawwija, ejjew ma ninsew qatt niftakru f’pajjiżi oħrajn, f’komunitajiet Insara oħrajn, li forsi għaddejjin ukoll mhux biss minn mumenti diffiċli imma anke minn mumenti ta’ persekuzzjoni. Insellem lill‑missjunarji mhux biss Maltin u
Għawdxin imma lil dawk ta’ madwar id‑dinja kollha. Peress li l‑Papa jfakkarna b’insistenza li l‑Mulej jibgħatna madwar id‑dinja biex inkunu xhieda tiegħu, ma ninsewx li nistgħu nkunu xhieda tal‑Mulej u missjunarji anke fl‑ambjent fejn qegħdin. Nieħu l‑opportunità li nitlob lill‑komunitajiet Insara tagħna, lid‑djoċesijiet tagħna, biex inkomplu nsostnu l‑ħajja missjunarja tal‑Knisja. Ma ninsewx li aħna wkoll mibgħutin mill‑Mulej biex inkunu xhud tiegħu sa truf l‑artijiet kollha. Charles Jude Scicluna Arċisqof ta’ Malta
MESSAĠĠ TAL‑ISQOF TA’ GĦAWDEX GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2020
K
ull wieħed u kull waħda minna rċevejna r‑rigal sabiħ tal‑ħajja. Ħadd minna ma ddeċieda li jibda jgħix, imma lkoll sibna ruħna fil‑ħajja. Fl‑għeruq tal‑persuna
24
tagħna hemm l‑imħabba ta’ Alla li għamlitna, li żżommna fil‑ħajja u li se ddaħħalna fil‑ħajja ta’ dejjem. Għalhekk, biex il‑ħajja tagħna tkun tassew umana, jeħtieġ li
Ottubru 2020
#aħnagħadnahawn
din l‑imħabba li rċevejna nibqgħu ngħadduha lil xulxin u lill‑oħrajn. B’dan il‑mod, kull bniedem iduq minn din l‑imħabba u jista’ jkollu l‑hena. Jirrakkontaw li darba wieħed bidwi ħabbat il‑bieb tal‑kunvent tal‑belt fejn kien jgħix. Hekk kif il‑patri tal‑bieb fetaħlu, il‑bidwi għaddielu għanqud għeneb il‑ġmiel tiegħu, u qallu: “Dan għalik”. Il‑patri ħa l‑għanqud u l‑bidwi telaq lejn daru. Il‑patri tal‑bieb kien se jibda jiekol mill‑għanqud, imma ftakar li kien hemm patri xiħ, marid li kien ilu ħafna ma joħroġ u li kien iħobb ħafna l‑għeneb. Għalhekk qabad l‑għanqud u tah lill‑patri li kien marid. Il‑patri marid tgħidx kemm ħa gost bl‑għanqud! Imma kif kien ser jibda jiekol, ġieħ f ’rasu l‑patri servjent li kien jieħu ħsiebu u qal bejnu u bejn ruħu: “Kemm jieħu paċenzja bija miskin, u jien qatt ma nista’ nurih kemm napprezza. L‑għeneb jista’ jkun okkażjoni tajba biex b’xi mod nirringrazzjah.” Hekk għamel. Kif ġie l‑patri servjent biex jagħmillu l‑injezzjoni, il‑patri l‑marid bi tbissima fuq fommu, tah l‑għanqud tal‑għeneb.” Il‑patri servjent ħassu jemozzjona ruħu meta ra
dak il‑ġest ġeneruż tal‑patri anzjan. Feraħ ħafna bl‑għanqud tal‑għeneb, imma huwa wkoll meta kien se jibda jiekol ftakar li ftit qabel kellu xi jgħid mal‑gwardjan. Il‑patri servjent ħaseb bejnu u bejn ruħu li tkun ħaġa sabiħa li jirranġa mal‑patri gwardjan billi jmur u jagħtih l‑għanqud tal‑għeneb.
U hekk għamel. Il‑patri gwardjan mill‑ewwel fehem li l‑patri servjent xtaq jirranġa d‑diżgwid li kellhom bejniethom, u kuntent ħa l‑għanqud tal‑għeneb.Imma flok li kiel l‑għeneb, il‑patri gwardjan mar bl‑għanqud ħdejn il‑patri tal‑bieb. “Żgur li jieħu gost b’dan l‑għeneb, għax ikun jista’ jqassmu lit‑tfal meta jiġu
għall‑katekiżmu”, ħaseb il‑gwardjan. Din l‑istorja tiġri kull meta aħna naqsmu mal‑oħrajn, speċjalment ma’ min hu batut, ftit mill‑imħabba li nkunu rċevejna. Meta naħsbu fl‑oħrajn inkunu kuntenti aħna u nagħmlu kuntenti lil ħaddieħor. Aħna nilħqu l‑maturità umana u spiritwali tagħna meta naħsbu mhux biss fina nfusna, imma meta naħsbu fl‑oħrajn speċjalment f’dawk li huma fil‑bżonn. Żgur li bħali, tiltaqgħu ma’ ħafna nies fil‑ħajja. Ilkoll nistgħu ninnutaw li n‑nies li jkunu l‑aktar kuntenti huma dawk li kapaċi jagħtu minn dak li għandhom. Aħna u naqsmu minn dak li rċevejna, inkunu qed ngħinu nies oħra jkunu kuntenti huma wkoll. “Hawn jien, ibgħat lili”. Hekk qal lill‑Mulej il‑profeta Isaija. Hija r‑risposta li lkoll kemm aħna jeħtieġ nagħtu, biex inbiddlu d‑dinja xi ftit għall‑aħjar. Hija risposta li turina li aħna lkoll responsabbli ta’ xulxin. Dak li nistgħu nagħmlu jien u int, ma jista’ jagħmlu ħadd aktar; u jekk ma nagħmluhx, jibqa’ nieqes. Mons. Anton Teuma Isqof ta’ Għawdex 25
Ottubru 2020
ITTRI MILL‑MISSJONI – MONS. VALENT BORG
7th August, 2020 Dear Msgr. Valentino Borg, How are you? We hope and pray that you are safe during this pandemic period. We are fine in spite of the fast spreading of the pandemic. Trichy alone has five thousand cases and Tamil Nadu has more than 200 thousand infected persons. Of course a good number of them got healed. There are some known casualties too. The secretary of my priest friend, a close relative of my staff and also the dad of one of the seminarians of Focolare, too passed away recently. All died due to COVID‑19. Common people suffer due to unemployment and lack of financial resources. From Ilanthalir, we extended help every now and then as and when providence arrives. Recently we helped the families of our children and a few others, giving them food and sanitary materials, thanks to the support we received from the Focolare. Partial lockdown still continues. The staff of Ilanthalir come to the office only two or three days a week. I go to the parish to celebrate mass every Saturday for a restricted number of the faithful. We have some relaxed measures for churches and temples in rural areas to have services. Thank you for your mail supporting our project. We can prepare and send you a write up on the children who will be getting support from Missio Malta. We are happy and thankful that you will be publishing the letter in your monthly magazine ‘Malta Missjunarja’. We keep you and Missio Malta in our prayers. With kind regards, Fr. Susai Alangaram.
26
Ottubru 2020
“Hawn jien, ibgħat lili.� (Is. 6:8)
12th August, 2020 Dear Friends, Love and greetings from Fr. Susai Alangaram. I am a priest of the diocese of Tiruchirapalli, India working at the moment in a small rural parish and at the same time taking care of the children of Ilanthalir. Ilanthalir is a charitable organization working for the education and welfare of children from backward communities in rural areas. Most of these children we help remain at home with their parents so that they are not deprived of the family care and support. But some who are very poor and whose parents are migrant workers are kept in the Ilanthalir home. 90% of the children you sponsor are from the Ilanthalir home, and a few are from the House of Hope by sisters who closely collaborate with us. The economic condition of the families of these children is very poor. Some live in huts, some others are homeless and a few live in colonies meant for the poor and migrants. Due to their family situation and the nature of their jobs, they have to move constantly from one city to another. Some stay for months in different cities because of work. A few of them sell dolls and incense sticks in different towns and villages and have to leave their children at our homes for their education and safety. The children of the sponsorship program are very studious, intelligent and with great ambition. They aim at becoming teachers, nurses, police and engineers. Their dreams are big, but their financial resources are meagre. Almost all of them are first generation educated children. They need proper care, nutrition, coaching a conducive atmosphere for study which our homes provide sufficiently. They have high hopes that they could realize their dreams one day. They deserve to be helped by you and they will certainly achieve their goals with your generous support. The news that they are sponsored has made them extremely happy and they are thrilled to have you as their godparents. They express their gratitude to you and are eagerly waiting to hear from you and about you. We thank you for your kindness and generosity, and we and the children pray to God and Mother Mary to keep you in good health, peace and prosperity. With kind regards and prayers, Fr. Susai Alangaram.
27
Ottubru 2020
ITTRI MILL‑MISSJONI – MONS. VALENT BORG
31st May, 2020 Dear Msgr. Valent,
Greetings of Pentecost from Nairobi. Hope you are doing well, we are well although this pandemic is now taking toll on our lives and livelihoods. We have 1700+ cases. We have embarked on mass testing and so the numbers have increased. We are encountering local transmissions which is rife in the informal settlements. I wish to appreciate your kindness for sending me the stipends from Malta. I wish to acknowledge receipt of the transfer of €700 to celebrate 150 masses according to the intentions sent. I assure you of my commitment to celebrate the masses faithfully. Thank you and I remain sincerely in Christ, Fr. Bonaventure Luchidio PMS National Director Kenya
28
Ottubru 2020
#aħnagħadnahawn
13th August, 2020 Dear Msgr. Valent, Receive cordial greetings from Kenya. We are struggling here with the pandemic which is taking a big toll on us. So far in Kenya we have 27,425 confirmed cases, 13,867 have recovered and 438 deaths. In the last 24 hours 497 cases tested positive. Our cases are due to community transmission. However, the government relaxed the restrictions they imposed on churches allowing them to open and conduct services for the people. The maximum number is 100 people for in worship service for a maximum of 60 minutes with the regulations of distancing at 1.5m, hand washing and wearing of face mask. Business operations resumed and on 1st August 2020 international flights began. Nevertheless curfew is still on from 9.00pm to 4.00am. This is our situation so far. We hope by next week, churches will be allowed to operate with a larger congregation and for a longer period of time. Secondly, the children are doing well and have improved. But two have not been operated upon because of the pandemic and fear of going to hospital and contracting the disease. So we have put it on hold till October. On the other hand we appreciate you for the support you gave us. We were able to share with needy families in the slums of Nairobi from the stipends you gave me. I am still celebrating the masses that end in October. Our greatest need now is to help families affected with COVID‑19 get basic needs, because the people have lost their jobs and sources of income. It’s a dire situation here as people come seeking food. Any assistance in that line will be greatly appreciated. Moreover, the parishes are struggling because of the closures; it is difficult for them to run. One request, we have a child due for operation with hydrocephalus condition and needs a substantial amount. We wished with your permission we make a down‑payment of kes. 140,000 for him to be operated upon, as we raise the other money locally. I could not decide since the money was for eye operations. Thank you. This is our situation, I decided to keep silent for a short while because you had supported us greatly and could not come again to burden you with our concerns. Otherwise, I am glad that the marathon was a success and God is blessing the work of PMS in Malta. Monsignor, be assured of our daily prayers from our office and the children you have supported. God bless you as I remain, sincerely in Christ, Fr. Bonaventure Luchidio
29
Ottubru 2020
#AħnaGħadnaHawn
huwa l‑messaġġ ta' kampanja ta' kuxjenza u ġbir ta' fondi mnedija fuq il‑midja soċjali minn Missio Malta, li malajr saret karba internazzjonali għall‑Missjunarji Kattoliċi madwar id‑dinja. Tliet kelmiet sempliċi qed isaħħu l‑ħajja ta' wħud mill‑iktar komunitajiet vulnerabbli tad‑dinja, hekk kif qed jiffaċċjaw l‑impatti devastanti tal‑kriżi globali tal‑COVID‑19.
madwar id‑dinja sabiex iġib il‑milja tal‑ħajja lin‑nies kollha permezz ta' firxa ta' proġetti kruċjali. Huwa jopera f'aktar minn 160 pajjiż biex jappoġġja inizjattivi f'aktar minn elf djoċesi u reġjuni differenti.
"Tliet kelmiet – Aħna Għadna Hawn ‑ jikkostitwixxu messaġġ sempliċi b'impatt kbir. Dan qed jgħid li dawk l‑iktar fil‑bżonn għadhom qed jingħataw l‑aqwa appoġġ prattiku u pastorali waqt l‑emerġenza globali attwali."
Ftit tal‑ġimgħat ilu, Papa Franġisku stabbilixxa fond ta' emerġenza fi ħdan is‑Soċjetajiet Missjunarja ta’ Missio. Id‑dħul ikkontribwit għal dan il‑fond huwa ddestinat għall‑għajnuna ta' dawk in‑nies u komunitajiet li qed jintlaqtu traġikament Il‑kampanja #AħnaGħadnaHawn għandha mit‑tixrid tal‑COVID‑19. Il‑flus se jmorru l‑għan li tqajjem kuxjenza dwar il‑proġetti direttament lill‑pajjiżi fil‑missjoni permezz ta’ Missio Malta kemm globalment kif ta' strutturi u istituzzjonijiet tal‑Knisja. ukoll lokalment. L‑organizzazzjoni qed tmexxi wkoll appell għall‑fondi biex Permezz ta’ Missio, il‑Papa huwa tiżgura l‑ħidma essenzjali sabiex it‑tfal, kapaċi jsostni iktar minn 1,110 djoċesi li il‑komunitajiet u l‑mexxejja futuri tal‑Knisja jinsabu fil‑biċċa l‑kbira tagħhom fl‑Asja, jkunu jistgħu jkomplu. fl‑Afrika, fl‑Oċeanja u f’parti mir‑reġjun tal‑Amażonja. Sabiex tikkontribwixxi tista’ Missio Malta jaħdem ma' komunitajiet tagħmel ‘Bank Transfer’:
Missio Malta IBAN: MT94APSB770130000000 41474120039 Swift Code: APSBMTMT 30
Ottubru 2020
“Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8)
Adopt a
Grandparent
Combat Loneliness POWERED BY
MALTA
Make a new friend by adopting a grandparent.
Together we can combat loneliness. www.adoptgrandparent.org POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien. 31
Ottubru 2020
MISSJUNARJU MALTI JMUT BIL‑COVID‑19 PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM U PATRI GLEN ATTARD O.CARM
Insellmu l‑Memorja ta’ Patri Valerjan Mercieca O.Carm (1938‑2020) Karmelitan li għadda ħajtu jgħin il‑foqra fil‑missjoni
A
lfred Mercieca twieled Santa Venera fit‑23 ta’ April 1938, minn Anthony u Antonia Mercieca. Tgħammed tlett ijiem wara, fis‑26 ta’ April fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera. Attenda l‑iskola primarja tal‑Ħamrun u minn hemm irnexxielu jidħol fl‑Iskola Sekondarja 32
Mariano ‑ Apostolica li twaqqfet mill‑Provinċja Karmelitana Maltija fil‑Belt. Iżda fis‑sena 1952 l‑iskola ġiet trasferita għax‑Chateau Lonz f ’Santa Venera fejn ingħatat l‑isem ta’ Mount Carmel College, u Alfred issieħeb mal‑istudenti f ’din l‑iskola. Huwa kompla jissaħħaħ fil‑vokazzjoni
tiegħu għax kien midħla ħafna tal‑patrijiet. Wara li spiċċa mis‑sekondarja fis‑sena 1953, issieħeb bħala novizz nhar it‑23 ta’ Settembru 1954. Huwa għamel il‑vestizzjoni fil‑Kunvent tal‑Imdina fit‑3 ta’ Ottubru 1954. Kellu bħala Surmast lill‑Patri Pawl Gatt O.Carm, u għamel
Ottubru 2020
#aħnagħadnahawn
l‑ewwel professjoni tiegħu fid‑9 ta’ Ottubru 1955 flimkien ma’ tliet novizzi oħra, f ’idejn il‑Pirjol Provinċjali Patri Karm Vella O.Carm, u tawh l‑isem ta’ Valerjan. Wara l‑professjoni niżel fil‑Kunvent tal‑Balluta biex studja l‑Filosofija bejn l‑1955 u l‑1957, u t‑ Teoloġija bejn l‑1957 u l‑1961, fil‑Kulleġġ San Ċirillu. Għamel il‑Professjoni Solenni fis‑7 ta’ Mejju 1959 f’idejn il‑Pirjol Provinċjali Patri Karm Vella O.Carm fil‑knisja tal‑Balluta. Irċieva l‑Ordni Minuri bejn l‑1959 u l‑1960, u ordna saċerdot fis‑27 ta’ Mejju 1961 bit‑tqegħid tal‑idejn minn Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi flimkien ma’ Patri Karm Ferrante O.Carm li kienu l‑ewwel żewġ saċerdoti Karmelitani li ordnaw fil‑Bażilika tal‑Belt. Kien iħobb il‑ħidma mal‑fqar u ħass is‑sejħa missjunarja meta kien għadu student għax xorob l‑ispirtu missjunarju li l‑patrijiet kienu qegħdin ixerrdu mis‑snin tletin sal‑erbgħin. Tmien xhur biss wara l‑ordinazzjoni ħalla l‑Komunità tal‑Fgura u ta’ 24 sena ħalla Malta, u wasal fil‑Kunvent ta’ Tarija. Fis‑ sena 1964 mar f’belt oħra f’Tingo fil‑Provinċja
ta’ Arequipa, l‑Peru, fejn il‑patrjiet kienu waqqfu l‑ewwel missjoni fis‑sena 1949. Dam ftit xhur u mar Camana l‑Peru fejn dam sal‑1965. Wara telaq lura l‑Bolivja u dam sas‑sena 1979. Barra x‑xogħol pastorali wettaq diversi xogħlijiet oħra bil‑ħidma favur il‑fqar. Bejn l‑1967 u l‑1968 kien segretarju tal‑Università Kattolika San Pablo, u f’isem in‑Nunzju Appostoliku Carmine Rocco, kiteb lil diversi kumpaniji u nies tan‑negozju sabiex jitlob boroż ta’ studju għall‑ulied il‑ħaddiema fqar li kienu jaħdmu fil‑minjieri. Kien ukoll Kummissarju Provinċjali, Pirjol, Kappillan, Membru tal‑Kunsill Presbiterjali u tal‑Kunsill Djoċesan għal‑Lajċi, kif ukoll vigarju u konsulent tal‑Arċisqof Jorge Manrique Hurtado għall‑Pastorali. Fiż‑żmien id‑dittatur Hugo
Banzer, bejn l‑1971 u l‑1979, għadda minn żmien diffiċli fil‑pastorali għal tmien snin sħaħ minħabba li kellu spiji u kien segwit mill‑aġenti sigrieti u militari tal‑gvern, u saħansitra minn xi saċerdoti li kienu jappoġġaw lill‑Banzer. Madankollu, Patri Valerjan dejjem baqa’ qrib il‑foqra għax kien il‑koordinatur tal‑komunitajiet Ekkleżjali ‘di base’, li kienu jħaddnu it‑Teoloġija tal‑liberazzjoni. Sofra għeja fiżika u mentali li ħallew effett ħażin fuq saħħtu u kellu jinżel Malta fis‑sena 1979, wara sbatax‑il sena xogħol. Iżda qalbu baqgħet marbuta mal‑inġustizzja, mad‑diskriminazzjoni u ma’ vjolenza ħarxa fuq il‑fqar, u minħabba dan ix‑xokk kulturali ma’ setax jaddatta ruħu għall‑ambjent Malti. Fil‑ bidu tas‑snin tmenin għex fil‑komunitajiet ta’ Santa Venera, l‑Imdina u 33
Ottubru 2020
l‑Balluta. Fl‑aħħar tas‑sena 1985 reġa’ mar il‑missjoni, din id‑darba mal‑Patrijiet Karmelitani ta’ Recife fil‑ Provinċja ta’ Pernambuco, fejn kellu f ’idejh il‑formazzjoni tal‑istudenti. Hawnhekk Patri Valerjan kiteb u kkompona żewġ innijiet bil‑Portugiż li saru popolari ħafna fl‑Amerika Latina kollha u għadhom jitkantaw sal‑ġurnata tal‑lum. Qabel ma ħalla Malta kien ukoll il‑President tal‑Kummissjoni Provinċjali fil‑Beatifikazzjoni ta’ Titu Brandsma, fejn ħadem qatigħ biex ikun magħruf mal‑poplu Malti kollu matul is‑sena 1984. Wara l‑Brażil, fis‑sena 1987, Patri Valerjan ħadem ftit xhur mal‑Missjunarji Karmelitani fil‑Kolombja f ’Meddelin, taħt theddid serju għax flimkien ma’ saċerdoti oħrajn kien jeħodha qatta bla ħabel 34
MISSJUNARJU MALTI JMUT BIL‑COVID‑19 PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM U PATRI GLEN ATTARD O.CARM
kontra l‑inġustizzji soċjali. F’Lulju tal‑istess sena, l‑isqof ġdid ta’ La Paz, il‑Franġiskan Luis Sáinz Hinojosa, talbu biex jieħu f ’idejh il‑Komunitajiet Ekkleżjali ‘di base’ fejn baqa’ għal aktar minn 20 sena, sas‑sena 2006. Dawn kienu t‑tweġiba tal‑Knisja fl‑Amerika Latina għall‑għajxien ta’ fidi aktar evanġelika u kredibbli. Patri Valerjan ħa wkoll ħsieb il‑komunitijiet fid‑djoċesi ta’ La Paz, li kienet tgħodd ’il fuq minn żewġ miljun ruħ. F’dan l‑istess żmien beda jamministra fid‑djoċesi l‑ġdida ta’ El Alto b’popolazzjoni ta’ madwar nofs miljun ruħ. Reġgħu ħadu pussess tal‑knisja u l‑kunvent f’La Paz, li għamel xi żmien jitmexxa mid‑djoċesi. Patri Valerjan stinka ħafna biex ixerred id‑devozzjoni lejn
il‑Madonna ta’ Fatima. Għalhekk ħabbrek biex organizza l‑Parroċċa tal‑Karmelitani Maltin f’La Paz, li hija ddedikata lill‑Madonna ta’ Fatima. Ħa wkoll ħsieb ir‑restawr ta’ din il‑knisja, li hija Santwarju Nazzjonali, u stinka għall‑vokazzjonijiet Karmelitani. Bl‑inizjattiva tiegħu, il‑Provinċja Maltija Karmelitana kellha żewġ postulanti li kien is‑surmast tagħhom. Kien ukoll Direttur Spiritwali tas‑Sorijiet tar‑Ragħaj it‑Tajjeb kif ukoll għalliem fl‑Ispiritwalità fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fis‑Seminarju ta’ La Paz. Wara li saħħaħ il‑kunvent ta’ La Paz, billi rawwem fih reliġjużi Bolivjani, fis‑sena 2005 erħielha lejn Santa Cruz de la Sierra, belt popolata u industrijalizzata fil‑Bolivja, biex iniedi proġett ta’ dar oħra, iżda din il‑ħolma ma seħħitx minħabba nuqqas ta’ saħħa. Għalhekk, fis‑sena 2008 reġa’ ngħaqad mal‑komunità ta’ Tarija biex jirkupra saħħtu. F’dan iż‑żmien ħadem biex waqqaf komunità ta’ lajċi Karmelitani li jkunu jgħixu f’eremitaġġ fil‑periferija ta’ Tarija u jgħixu ħajja awto‑sostenibbli. Dan il‑proġett issejjaħ ‘Living with Dignity’ bil‑għan li l‑ewwel jiġbor flimkien
Ottubru 2020
“Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8)
persuni mwarrba mis‑soċjetà u joffrilhom biċċa art fil‑kampanja biex ikunu jistgħu jkabbru l‑ikel meħtieġ, u t‑tieni li jrawwem fihom valuri Nsara ta’ solidarjetà u għaqda intima ma’ Alla skont il‑ħajja spiritwali Karmelitana. Meta ġie Malta stinka biex jiġbor il‑flus għal dan il‑proġett. Fis‑sena 2011 xtara biċċa art madwar 10km ’il barra minn Tarija, biex jibni d‑dar il‑ġdida u jsir jaf lir‑raħħala tal‑viċin. Fis‑sena 2013, Patri Valerjan niżel Malta, u wara xahrejn talab li jmur fid‑djoċesi ta’ Karonga fil‑Malawi. Bil‑permess tal‑Provinċjal Patri Michael Farrugia O.Carm., tella’ miegħu ħwejjeġ u oġġetti sagri biex jitqassmu fil‑Malawi. Fl‑2015 reġa’ ġie Malta u għamel
talba oħra biex jissieħeb f’Tucumán, fl‑Arġentina, iżda dam biss ftit xhur għax marad. Iżda fis‑sajf tas‑sena 2019 għamel talba oħra biex imur il‑Perù fil‑Prelatura tal‑Isqof Giovanni Cefai MSSP ta’ Santiago Apóstol de Huancané. Ħadem għal ftit xhur fid‑distrett ta’ Putina Punco, qrib il‑foqra fiż‑żmien tal‑COVID‑19. Huwa għadda għall‑ħajja ta’ dejjem fl‑età ta’ 82 sena, nhar is‑Sibt l‑1ta’ Awwissu 2020, fil‑11pm. Il‑quddiesa tal‑funeral saritlu mill‑Isqof Cefai u ndifen fit‑3 ta’ Awwissu fiċ‑Ċimiterju La Capilla ta’ Juliaca. Hawn Malta saret quddiesa għal ruħu fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Balluta li tmexxiet mill‑Provinċjal Patri Joseph Saliba O.Carm., waqt li niseġ l‑omelija l‑Pirjol Patri Charles Mallia O.Carm.
Talba li Patri Valerjan kiteb lill‑Madonna ta’ Fatima li tant kien devot tagħha: Kewkba tal‑evanġelizzazzjoni ġdida, għinna nkunu dawl fix‑xhieda tagħna tal‑komunjoni, tas‑servizz, tal‑fidi mħeġġa u ġeneruża, tal‑ġustizzja u tal‑imħabba lejn il‑foqra, biex il‑ferħ tal‑Vanġelu jasal sa truf l‑art u l‑ebda periferija ma tisfa mċaħħda mid‑dawl tiegħu. Omm il‑Vanġelu ħaj, għajn ta’ ferħ għaċ‑ċkejknin, itlob għalina. Ammen. Alleluja.
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Ottubru 2020
JOLLOF (ROSS) MILL‑GHANA
Metodu: • Ġo taġen kbir saħħan iż‑żejt u aqli ċ‑ċanġa sa ma ssir. • Żid il‑basal u ħawwad sa ma jiħmaru. X’għandek bżonn: • 2 basliet kbar imqattgħa rqiq • 25 gramma purè tat‑tadam • 3 mgħaref żejt • 200 gramma ħxejjex tal‑friża mħallta • 400 gramma ċanga mqattgħa f ’dadi • 5 kikkri ross • 2 sinniet tewm midrusin • Dada taċ‑ċanga • Ġinġer imdaqqas midrus • 410 grammi tadam imqatta’ • Niskata melħ • Ilma
• Żid il‑purè, it‑tadam u d‑dada, u ħalli jsir fuq nar baxx għal madwar 10 minuti. • Żid it‑tewm, il‑ġinġer, il‑ħxejjex u l‑melħ, u ħalli jsir għal 5 minuti. • Laħlaħ ir‑ross u żidu mat‑taħlita. Ħawwad sew u żid ilma biżżejjed li jgħatti r‑ross, imma mhux li tgħerrqu. • Sajjar fuq nar baxx, ħawwad ta’ spiss u ħu ħsieb li ma jeħilx mal‑qiegħ tat‑taġen. • Servi ma’ insalata friska xħin tkun ċerta li r‑ross sar sew.
BON APPETIT (L‑ikla t‑tajba)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Ottubru 2020
#aħnagħadnahawn
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9am u l‑4pm. Is‑Sibt bejn id‑9am u nofsinhar. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’ 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328
37
KOMPETIZZJONI ‑ OTTUBRU 2020
Ottubru 2020
KAXXA MAĠIKA
Meta tgħodd in‑numri f’kull kolonna u ringiela orizzontali, vertikali u djagonali fil‑kaxxa t’hawn taħt, l‑ammont jiġi dejjem l‑istess. Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri neqsin. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
Is‑somma hija 300
100 120 20 Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Awwissu 2020: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Stephania Baldacchno mill‑Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
Nitbissmu ftit:
Kien hemm bejjiegħ tal‑fjuri li mar għand il‑barbier. Wara l‑qatgħa xagħar, dan talbu l‑kont, imma l‑barbier wieġbu: “Ma nistax naċċetta flus mingħandek għaliex din il‑ġimgħa qed nagħti servizz lill‑komunità.” Il‑bejjiegħ tal‑fjuri feraħ ħafna. L‑għada meta l‑barbier mar jiftaħ il‑ħanut, sab jistennewh kartolina ta’ ringrazzjament u tużżana ward mill‑isbaħ. Aktar tard, dulċier mar jaqta’ xagħru u wara li talbu l‑kont, 38
42
7
56
49
35
21
14
63
28
il‑barbier wieġbu: “Ma nistax naċċetta flus mingħandek għaliex din il‑ġimgħa qed nagħti servizz lill‑komunità.” Id‑dulċier feraħ ħafna. L‑għada meta l‑barbier mar jiftaħ il‑ħanut, sab jistennewh kartolina ta’ ringrazzjament u tużżana pasti mill‑itjeb. Aktar tard, Membru Parlamentari mar jaqta’ xagħru u wara li talbu l‑kont, il‑barbier wieġbu: “Ma nistax naċċetta flus mingħandek għaliex din il‑ġimgħa qed nagħti servizz lill‑komunità.” Il‑Membru Parlamentari feraħ ħafna. L‑għada meta l‑barbier mar jiftaħ il‑ħanut, sab jistennewh tużżana Membri Parlamentari fil‑kju lesti biex jaqtgħu xagħarhom b’xejn!
Ottubru 2020
“Hawn jien, ibgħat lili.” (Is. 6:8)
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb
Eżempji sbieħ
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • 12 ta’ April 2020 Doris Mifsud mill‑Mosta • 17 ta’ Awwissu 2020 Joseph Zammit mill‑Marsa • 25 ta’ Awwissu 2020 Alfred Said min‑Nadur • Awwissu 2020 Mary Abdilla mill‑Awstralja • 10 ta’ Settembru 2020 Ġużeppi Ciappara min-Naxxar Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
www.missio.org.mt
• Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas‑Sliema • Annunzjata Cassar minn San Lawrenz • Sorijiet ta’ Madre Tereża, Bormla • Polly Valletta u nies oħra minn Bormla • Silvana Vella mill‑Gudja • Ronald Puglisevich minn San Vinċenz de Paul, Ħal Luqa Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna. Grazzi mill‑qalb lil dawn it‑tliet benefatturi miż‑Żejtun li taw donazzjoni b’risq il‑missjoni:
• Barbetta Bakery ‑ €500 • Victor Ghana ‑ €200
Missio Malta • Missio Tfal
• Stephanie Photographer ‑ €100
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess. 39
Ottubru 2020
Ġabra tal‑Ġurnata Missjunarja 2019
M
issio jixtieq jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor għin u/jew ta donazzjoni sabiex inġabret is‑somma sabiħa ta’ €306,215. L‑appoġġ ta’ kull individwu għall‑appell tas‑sena l‑oħra, iffukat fuq Mjanmar, ippermetta lill‑Iskola ta’ San Ġwann f’Hakha tlesti l‑ewwel bini tal‑klassijiet u tibda l‑kostruzzjoni fit‑tieni bini. Dan ippermetta sabiex aktar studenti jattendu l‑iskola u lill‑istudenti attwali biex ikomplu fi gradi ogħla. Permezz ta’ edukazzjoni ta’ kwalità, dawn it‑tfal se jkollhom iċ‑ċans għal futur sabiħ. Barra minn hekk, ingħatat għajnuna wkoll lill‑Istitut tal‑Edukazzjoni Pyinya Sanyae f’Yangon, fejn aktar żgħażagħ inkitbu f’korsijiet biex isiru għalliema mgħammra b’tekniki ta’ tagħlim ta’ kwalità ffukati fuq it‑tfal. Għalhekk qed inħħeġġuk sabiex din is‑sena wkoll tagħti l‑għajnuna tiegħek b’risq dar ta’ tfal fid‑djoċesi ta’ Yendi fil‑Ghana. Swor Stan Mumuni, direttriċi ta’ Dar Nazaret għat‑Tfal ta’ Alla, issalva tfal imwielda b’xi difett li jkunu mċaħħda mill‑familji u l‑komunitajiet tagħhom, fejn jiġu msawta u saħansitra xi wħud maqtula.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
40