NEWSPAPER POST OTTUBRU 2019 SENA 88
Jum Dinji Missjunarju – 20 ta’ Ottubru 2019 a in
L‑edukazzjoni:
md t m a Mgħ ibgħu um
il‑fejqan
ta’ nazzjon
Kemm huma sbieħ fuq il‑muntanji r‑riġlejn ta’ min iħabbar il‑ġid, ixandar is‑sliem, iħabbar ir‑risq u jxandar is‑salvazzjoni ... Isaija 52:7
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Jekk jogħġbok agħti mill‑qalb biex tgħinna nissapportjaw lin‑nies ta’ Myanmar. Grazzi 04 Ħajjitna Hija Missjoni 08 Benedittu XV – Papa Kbir 14 L‑Edukazzjoni F’Myanmar 34 Il‑Missjoni Tagħna Hi ... għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Ottubru 2019
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Ottubru: Ix‑Xahar Tal‑Missjoni
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 4 6 8 12 14 18 22 26 27 28 30 32 36 38 39
Editorjal Messaġġ mid‑Direttur Unjoni Missjunarja Propagazzjoni tal‑Fidi San Pietru Appostlu Santa Infanzja Qaddis tax‑Xahar Mesaġġ tal‑Papa Franġisku Messaġġ tal‑Arċisqof Scicluna Messaġġ tal‑Isqof Grech Fejn Marru l‑Flus? Ġita Ma’ Missio Fondazzjoni Nanniet Malta Riċetta Tradizzjonali Kompetizzjoni u Ċajt Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna
Ritratt tal‑faċċata: Powster uffiċjali tal‑Ġurnata Missjunarja 2019. 2
I
s‑Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċji, magħrufa f’ħafna pajjiżi bħala Missio, huwa l‑isem ta’ grupp ta’ soċjetajiet missjunarji Kattoliċi li jaqgħu taħt il‑ġurisdizzjoni tal‑Papa. Dawn l‑organizzazzjonijiet jinkludu s‑Soċjetà tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi, is‑Soċjetà ta’ San Pietru Appostlu, l‑Assoċjazzjoni tas‑Santa Infanzja u l‑Unjoni Missjunarja tas‑Saċerdoti u r‑Reliġjużi. Sa mis‑sena 1922, Missio kien u għadu l‑organizzazzjoni li toffri l‑appoġġ uffiċjali tal‑Knisja Kattolika lill‑missjonijiet barranin. Il‑Papa speċifikament jitlob lil Missio sabiex jgħin iwassal il‑messaġġi ta’ Kristu lid‑dinja, speċjalment f’pajjiżi fejn il‑Kristjaneżmu huwa ġdid, għadu fil‑bidu tiegħu u/ jew huwa fqir. Missio, b’aktar minn 120 uffiċċju madwar id‑dinja, jagħti kura u appoġġ lill‑knejjes li għadhom jibdew sakemm dawn ikunu kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Missio huwa l‑unika organizzazzjoni li tagħti appoġġ lil kull min jagħmel parti mill‑1,200 djoċesi missjunarja fid‑dinja. Missio jibqa’ ħaj permezz tal‑ġenerożità tal‑Kattoliċi u jilgħab parti kruċjali fil‑ġlieda kontra l‑faqar, il‑mard, l‑inġustizzji u l‑isfruttar.
Ottubru 2019
Ta’ kull sena x‑xahar ta’ Ottubru jkun kollu kemm hu ddedikat għall‑missjoni. Papa Franġisku ddikjara x‑xahar ta’ Ottubru ta’ din is‑sena biex ikun ix‑Xahar Straordinarju tal‑Missjoni. Dan għaliex din is‑sena taħbat il‑100 sena mit‑tagħlim ta’ Papa Benedittu XV dwar il‑missjoni. Ser ikun xahar speċjali ta’ talb u azzjoni, xahar li jsejħilna lkoll biex inġeddu l‑impenn missjunarju tagħna biex inxerrdu l‑Bxara t‑Tajba ta’ Ġesù Kristu mal‑proxxmu kollu. Għall‑erba’ ġimgħat ta’ Ottubru, Papa Franġisku approva erba’ temi: • Laqgħa personali ma’ Ġesù Kristu li jgħix fil‑Knisja Tiegħu
• Ix‑xhieda tal‑missjunarji qaddisin u martri • Formazzjoni biblika, kateketika, spiritwali u teoloġika missjunarja • Il‑karità missjunarja bħala impenn biex tissapportja l‑attività missjunarja tal‑Knisja u l‑komunitajiet li huma wisq fqar biex jissapportjaw lilhom infushom, permezz tal‑missjoni. Bħala tħejjija għax‑Xahar Straordinarju tal‑Missjoni, Missio ser ikun għas‑servizz tal‑Knisja sew f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex, biex jipprovdi kompetenza, materjal u sapport liż‑żewġ djoċesijiet sabiex jgħixu s‑sejħa li rċevew fil‑Magħmudija: li jaqsmu
RIEDA LI TAGĦTI
fil‑missjoni universali tal‑Knisja. Il‑kura tal‑Papa għall‑knejjes kollha hija espressa permezz tat‑talb u tas‑solidarjetà inkoraġġuti minn Missio. Permezz tal‑Kattoliċi Maltin u Għawdxin, Missio jippermetti li knejjes f’djoċesijiet missjunarji jilħqu l‑komunitajiet tagħhom bl‑imħabba u l‑kompassjoni ta’ Ġesù Kristu. Ejjew ilkoll ningħaqdu flimkien biex nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna anqas ixxurtjati minna li jgħixu f’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Kull talba u kull donazzjoni huma apprezzati, żgħar kemm huma żgħar. Għal aktar tagħrif żur il‑websajt www.missio.org.mt jew ċempel fuq 2123 6962.
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 3
Ottubru 2019
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
a in
Ħajjitna Hija Missjoni d m m ut a ħ Mg ibgħ um
F
il‑ftuħ tal‑ittra tiegħu għaċ‑ċentinarju tal‑promulgazzjoni tal‑Ittra Appostolika ‘Maximum Illud’ dwar l‑attività tal‑missjunarji fid‑dinja, Papa Franġisku jinnota li l‑isfida għax‑xogħol ta’ missjoni hija urġenti aktar minn qatt qabel. Ottubru 2019 jipprovdi opportunità sabiex terġa’ tibda b’ħeġġa mġedda t‑trasformazzjoni 4
missjunarja tal‑ħajja tal‑Knisja u tal‑attività pastorali. Kif ilu jingħad u jinkiteb, Papa Franġisku jixtieq li x‑xahar ta’ Ottubru, b’mod speċjali l‑Ġurnata Missjunarja, li din is‑sena ser tkun iċċelebrata nhar l‑20 ta’ Ottubru, ikun xahar tassew straordinarju. Ix‑xewqa tal‑Papa tista’ tkun realizzata bil‑ko‑operazzjoni biss tagħna lkoll.
Għalhekk qiegħed nitlobkom li matul ix‑xahar ta’ Ottubru toffru r‑rużarju, l‑adorazzjoni u oħrajn, b’intenzjoni missjunarja, biex jerġa’ jitqajjem l‑ispirtu missjunarju fost il‑poplu Malti u Għawdxi. Nitlobkom ukoll biex bħala poplu Nisrani tkunu ġenerużi fl‑offerta tagħkom, sabiex l‑Evanġelju jkompli jitwassal lill‑ġnus kollha, kemm bil‑kelma u kemm bil‑ħidma ta’ opri ta’ fejda għall‑istess popli. Parti mit‑tradizzjoni marbuta mal‑Ġurnata Missjunarja hija li jintbagħat l‑invilopp tal‑missjoni lil kull familja. Permezz ta’ dan l‑invilopp, qed nistednukom tkomplu tgħinu lit‑tfal ta’ Myanmar u lil tfal oħra f ’pajjiżi oħra li jinsabu f ’sitwazzjonijiet simili sabiex ikollhom edukazzjoni xierqa. Jekk jogħġbok sostnu l‑ġabra missjunarja tal‑Knisja
KALENDARJU MISSJUNARJU 2020 (Jingħata b’XEJN bħala rigal lil kull abbonat ta’ Malta Missjunarja.) • Stampa b’tema missjunarja kull xahar KALENDARJU • Qaddis għal kull ġurnata • L‑intenzjoni missjunarja ta’ kull xahar Tista’ takkwista kopja minn Missio kif ukoll mill‑Ħanut Faith Hope & Charity Gift Shop li jinsabu f’Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta. NEWSPAPER POST
2020 Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
B’SMS B’SMSta’ta’€6.99 €6.99tkun tkunqed qed tixtri l‑kotba għalgħal tifel tifel jew tifla tixtri l‑kotba jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkuntkun qed titma’ B’SMS ta’ €2.33 qed 7 t’itfal għal għal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.
Dan ix‑Xahar Missjunarju Straordinarju joffrilna
opportunità li nġeddu l‑isforzi tagħna biex nikbru fid‑dixxipulat mal‑Mulej. Mela ejjew naċċettaw din l‑istedina grazzjuża għax‑xahar ta’ Ottubru. Ejjew niffissaw għajnejna fuq Ġesù u nġeddu r‑relazzjoni personali tagħna miegħu. Ejjew inkomplu nibnu l‑fidi fuq tal‑antenati tagħna u ngħaqqdu l‑passi tagħna ma’ tagħhom hekk kif noħorġu fid‑dinja kollha nxandru l‑Bxara t‑Tajba.
sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99
Kattolika, filwaqt li nħeġġukom tinkludu d‑dettalji personali tagħkom sabiex inkunu nistgħu nirringrazzjawkom personalment għall‑appoġġ tagħkom. Id‑donazzjoni fl‑invilopp tista’ tasal billi jew tingħata lill‑‘helpers’ tal‑parroċċa tagħkom jew teħduha magħkom il‑knisja jew timpustawha direttament lil Missio Malta.
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
Ottubru 2019
50 ġrajja miktuba minn ħutna
missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni.
Ċempel fuq: 2123 6962/ 2033 0015 PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt
Prezz:
€ 12 5
Ottubru 2019
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Intenzjoni Missjunarja: Ottubru 2019 “Nitolbu sabiex in‑nifs tal‑Ispirtu s‑Santu jnissel ‘rebbiegħa’ missjunarja ġdida fi ħdan il‑Knisja.”
P
roprju l‑Papa ried li dan ix‑xahar ta’ Ottubru jkun xahar speċjali u partikolari b’rabta mal‑missjoni. Mill‑vjaggi li jagħmel il‑Papa kemm fl‑Italja u kemm fid‑dinja nindunaw kemm il‑Papa jixtieq ixerred dan l‑ispirtu missjunarju fil‑Knisja, għaliex il‑Knisja tikber 6
u tgħix permezz ta’ dan l‑ispirtu. Fuq kollox il‑Papa jistedinna sabiex nitolbu lill‑Ispirtu s‑Santu biex ixerred id‑doni tiegħu fuq il‑missjunarji u l‑ħaddiema kollha fl‑għalqa tal‑Mulej. Nitolbu verament f ’dan ix‑xahar, anke permezz tar‑rużarju, sabiex Marija, li hija mfawra bl‑ispirtu qaddis, tnebbaħ fil‑Knisja din ir‑rebbiegħa l‑ġdida ta’ evanġelizzazzjoni missjunarja mmexxija mill‑Ispirtu s‑Santu. Id‑doni li jagħti l‑Ispirtu s‑Santu huma mħabbra mill‑Profeta Isaija. Dawn huma: għerf, fehma, kunsill, qawwa, xjenza, pjetà u biża’ t’Alla. Is‑Salm 72 ukoll jitkellem
dwar dawn id‑doni. L‑għerf huwa d‑don biex nifhmu aħjar lil Alla. Il‑fehma biex nagħrfu t‑toroq t’Alla. Il‑kunsill biex nimxu tajjeb fit‑triq ta’ ħajjitna. Il‑qawwa biex inkunu b’saħħitna fit‑tiġrib u nifilħu nagħmlu dejjem it‑tajjeb. Ix‑xjenza biex nagħrfu dejjem aħjar il‑ħwejjeġ ta’ Alla. Il‑pjetà biex ikollna ħajja ta’ talb u ħajja tajba, u l‑biża’ t’Alla biex nagħmlu minn kollox dak li jogħġob biss lil Alla. San Pawl fl‑ittri tiegħu jħobb jitkellem ukoll mill‑frott tal‑Ispirtu t’Alla: “Hemm imbagħad diversi doni, imma wieħed hu l‑Ispirtu; hemm diversi ministeri, imma l‑istess wieħed hu l‑Mulej; hemm
Ottubru 2019
diversi ħidmiet, imma l‑istess Alla li jaħdem kollox f ’kulħadd. Lil wieħed tingħata r‑rivelazzjoni tal‑Ispirtu għall‑ġid ta’ kulħadd; lill‑ieħor kliem l‑għerf mill‑istess Spirtu; lill‑ieħor il‑kelma tas‑sapjenza mill‑istess Spirtu; lill‑ieħor il‑fidi mill‑istess Spirtu; lill‑ieħor
id‑don tal‑fejqan mill‑istess Spirtu; lill‑ieħor is‑setgħa tal‑mirakli, lill‑ieħor id‑don tal‑profezija; lill‑ieħor id‑don tal‑għażla tal‑ispirti; lill‑ieħor diversi ilsna; lill‑ieħor it‑tifsir tal‑ilsna. Dan kollu jaħdmu l‑istess Spirtu wieħed, li jqassam lil kull wieħed kif jogħġbu” (1 Kor 12:4‑1).
Ejjew mela nħallu lill‑Ispirtu s‑Santu jinżel fuqna ħalli jbiddilna, minn dgħajfa jagħmilna b’saħħitna, minn beżgħana jagħmilna kuraġġużi, minn midinbin jagħmilna qaddisin, ħalli l‑Knisja ta’ Kristu, Knisja tassew missjunarja tkompli tikber fid‑dinja.
Is‑Sibt 5 ta' Ottubru l‑voluntiera ta’ Missio Malta ser ikunu qed ibigħu Kannoli u Mqaret tradizzjonali Maltin fin‑naħa ta’ fuq ta’ Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta, quddiem il‑ħanut Faith, Hope & Charity.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
7
Ottubru 2019
K
Benedittu XV – Papa Kbir
bir? Anzi kien qasir u mhux tant grazzjuż! Kellu abbilità li jipprevedi l‑futur. Impressjonanti kif Alla jagħżel nies li b’għemilhom u bit‑tagħlim tagħhom jgħidulna ċar u tond dak li l‑Ispirtu s‑Santu jkun jixtieq minna li nagħmlu. Hemm qaddisin eċċezzjonali li l‑Ispirtu s‑Santu uża biex iġib riformi fil‑Knisja u fil‑Kelma tal‑Vanġelu li huma għexu sabiex tibqa’ ħajja matul is‑sekli ta’ warajhom għall‑ġid tal‑Knisja u tal‑umanità. Biżżejjed insemmu bħala eżempju lil San Franġisk t’Assisi u l‑faqar evanġeliku, u lil Sant’Injazju ta’ Lojola u l‑ubbidjenza evanġelika. Kontinwament l‑Ispirtu s‑Santu jagħżel persuni li permezz tagħhom il‑messaġġ tiegħu jaslilna ċar u tond. Il‑Papa hu wieħed minn dawn. Permezz tal‑Papa l‑Ispirtu s‑Santu, illum ukoll, imexxina u jurina kif għandna ngħixu. Hekk ġara mitt sena ilu fil‑persuna ta’ Papa Benedittu XV, u f ’Papa Franġisku, mitt sena wara, li qed jgħidilna biex anki llum nibqgħu ngħixu r‑riformi li dan il‑Papa semma fl‑Ittra Appostolika: Maximum Illud li huwa kiteb. 8
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
Il‑Kardinal Giacomo Paolo Giovanni Battista della Chiesa ġie elett Papa ftit ġranet biss wara li kienet bdiet l‑Ewwel Gwerra Dinjija. Kien ilu biss tliet xhur Kardinal u minħabba ż‑ żmien diffiċli li kemm id‑dinja kif wkoll il‑Knisja kienu għaddejjin minnu,
l‑inkoranizzazzjoni tiegħu ried li ssir fil‑Kappella Sistina u mhux kif kien isir is‑soltu fil‑Bażilika. Huwa ħa t‑titlu ta’ Benedittu XV. Kien iddeskriva dak iż‑żmien bħala mument li fih l‑Ewropa riedet tagħmel suwiċidju. Kien jispikka l‑individwaliżmu kemm
Ottubru 2019
tal‑individwi u wisq aktar tan‑nazzjonijiet. Kien hemm anti‑klerikaliżmu kbir fl‑Ewropa u l‑vuċi morali tal‑Knisja mhux biss kienet injorata imma l‑Knisja kienet ukoll akkużata li xxaqleb lejn pajjiż jew ieħor. Il‑Papa pprova jsemma’ leħen il‑Knisja u ssuġġerixxa pjan għall‑paċi. Mhux biss dan ġie injorat, imma l‑Franċiżi akkużaw lill‑Knisja li qed iżżomm mal‑Ġermanja, u l‑Ġermanja qalet li l‑Knisja kienet qed iżżomm ma’ Franza. Saħansitra l‑Italja bdiet tirreferi għall‑Papa bħala Maledetto XV. Kien żmien diffiċli wkoll fil‑Knisja. Kien beda jinħass il‑bżonn ta’ riformi
importanti u l‑Papa Piju X kien ħadha qatta bla ħabel kontra dawk li kienu qed jipproponu tibdil. Benedettu XV, li ġie elett wara Piju X, ipprova jikkalma lill‑Insara u jgħid li m’għandna nikkundannaw lil ħadd, imma nitkellmu u nisimgħu lil xulxin fi spirtu ta’ karità Nisranija. Il‑gwerra ġiebet din is‑sitwazzjoni għall‑agħar għaliex l‑Insara, influwenzati mill‑politika ta’ pajjiżhom, ħassewha diffiċli ħafna jħobbu lil ħuthom Insara minn pajjiżi fi gwerra magħhom u daħlu fi tnalja ta’ mibegħda lejn xulxin. Tant kienet serja s‑sitwazzjoni, li l‑ambaxxaturi kollha għall‑Vatikan marru
lura lejn pajjiżhom, u l‑Papa u l‑Kurja Rumana spiċċaw bħal priġunieri magħluqa ġol‑Vatikan. Il‑kumment tal‑Papa għal din is‑sitwazzjoni kien: “Noffru din it‑tbatija kollha għall‑paċi fid‑dinja”. Il‑Papa ma waqafx hemm, imma fetaħ uffiċċju ġdid biex jieħu ħsieb li jibgħat għajnuna finanzjarja lill‑priġunieri minn kull nazzjon li meta kienu jinħelsu lanqas biss kellhom flus biex iħallsu t‑trasport lura lejn darhom. Tant taw flus, li l‑Vatikan kien wasal qrib ħafna ta’ kollass finanzjarju. Meta l‑gwerra spiċċat, il‑Papa fehem li dik kienet biss paċi fuq il‑karta u l‑feriti ta’ mibegħda
KNISJA–FAMILJA–MISSJONI K–F–M
Meta: Fejn: Imexxi: Programm:
Laqgħat ta’ formazzjoni li jwassluna biex ngħixu aktar għall‑oħrajn milli għalina nfusna. Kull laqgħa jkollha viżjoni tal‑Knisja tal‑lum, filwaqt li nidħlu fil‑fond fuq punt importanti tal‑fidi tagħna. Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Uffiċċju ta’ Missio Malta, il‑Belt Valletta Dun Victor Agius, Assistent Direttur ta’ Missio, li għandu aktar minn 40 sena esperjenza missjunarja 6:00pm – Quddiesa 6:30pm – Taħdita ta’ nofs siegħa 7:00pm – Te, kafè u ‘snack’
Għal aktar tagħrif jew jekk ser tattendi għall‑ewwel darba kkuntattja lil Dun Victor fuq 7923 6114. Grazzi. 9
Ottubru 2019
bejn in‑nazzjonijiet kienu għadhom wisq friski. Kien f ’dan iż‑żmien meta s‑soċjetà kif ukoll il‑Knisja kienu tant fi bżonn ta’ tiġdid li l‑Papa, b’imħabba u ġenerożità kbira, kiteb l‑Ittra Appostolika Maximum Illud li fiha jgħid kif għandha ssir l‑attività missjunarja fil‑Knisja Universali. Meta taqra din l‑ittra, wieħed jinnota bi pjaċir kemm din l‑ittra hija tant attwali għalina wkoll. Punti li laqtuni ħafna kienu li l‑ewwelnett il‑Papa jibda b’dak il‑kmandament kbir (Maximum Illud) ta’
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
Ġesù qabel tela’ s‑sema: “Morru fid‑dinja kollha u xandru l‑Bxara t‑Tajba lil kull kreatura”. Hawnhekk il‑Papa jfaħħar lil tant isqfijiet, ordnijiet reliġjużi u missjunarji li b’tant dedikazzjoni u kuraġġ ħadmu biex il‑fidi tasal anki sal‑aktar postijiet diffiċli u perikolużi. Bħala missier jinkoraġġixxi lil dawk li kienu jieħdu ħsieb lil dawk li kienu jaqgħu taħt ir‑responsabbiltà tagħhom biex ikunu għalihom bħala vera missirijiet li juru mħabba u attenzjoni kbira. Jgħid li s‑suċċess ta’ kull missjoni jiddependi minn din ix‑xhieda ta’ mħabba, il‑kmandament il‑ġdid ta’ Ġesù, l‑imħabba li twassal biex wieħed ikun lest li jagħti ħajtu għal ħbiebu. U allura jgħid il‑Papa, li għall‑veru ġid tal‑Knisja, jekk f ’territorju partikolari ordni reliġjuża tagħmel suċċess u tikber, tagħmel
tajjeb li titlob soċjetajiet missjunarji oħra jaqsmu magħhom dak it‑territorju. Il‑Papa jitlob biex fejn diversi familji reliġjużi jaħdmu f ’territorju kbir ta’ missjoni, perjodikament jiltaqgħu biex jaraw kif sejrin l‑affarijiet, jitgħallmu minn xulxin billi jaqsmu l‑esperjenzi tagħhom, u jgħinu lil xulxin fejn ikun hemm xi diffikultà, u hekk jagħtu eżempju tajjeb lil indiġeni li qed jiffurmaw irwieħhom biex isiru saċerdoti jew reliġjużi. Il‑Papa jgħid li wara li nkunu tajna formazzjoni tajba, inħallu lill‑indiġeni jieħdu f ’idejhom il‑missjoni, għaliex huma jafu l‑aħjar kif iwasslu l‑fidi lill‑popli tagħhom. Togħġobni ħafna meta l‑Papa jfakkar lill‑missjunarju li hu ħalla lil pajjiżu u lill‑familja tiegħu għas‑saltna t’Alla. Allura huwa importanti li l‑missjunarju jwassal il‑kultura tal‑Vanġelu u mhux dik ta’ pajjiżu. Dak
Missio Tfal ser ikun qed jipparteċipa f'Science In The City ‑ 27 ta' Settembru waqt l‑Art Festival u 5 ta' Ottubru waqt Notte Bianca / Fi Triq ir‑Repubblika, il‑Belt Valletta mis‑6pm sa 12am. Fuq l‑istend ser ikunu qed isiru diversi esperimenti tal‑ilma għal tfal ta' bejn il‑ 5 u t‑12‑il sena. 10
Ottubru 2019
il‑missjunarju li jaħdem biex iservi jagħmel ħiltu kollha biex jitgħallem mill‑aktar fis il‑lingwa tan‑nies li jaħdem magħhom biex ikun jista’ jwassal b’mod ċar u ħaj il‑ħajja tal‑Vanġelu u jmiss il‑qlub ta’ dawk li jaħdem magħhom. Meta xi ħadd ikellmek fuq Alla bil‑lingwa materna tiegħek huwa wisq differenti minn meta tisma’ l‑Kelma t’Alla b’lingwa stranġiera. Kif għedna, din l‑Ittra Appostolika nkitbet wara l‑gwerra meta l‑knejjes lokali fl‑Ewropa kienu għaddejjin minn ħafna diffikultajiet pastorali u anki finanzjarji. Il‑Papa jikteb fuq kemm għandna nibqgħu ġenerużi u nibagħtu l‑aħjar li għandna lil min hu fil‑bżonn. L‑aħjar seminaristi u saċerdoti, u għajnuniet finanzjarji għaliex Alla jħares lejn il‑qalb u jagħti lura mitt darba aktar, kemm f ’saċerdoti u reliġjużi
u kemm ukoll f ’beni materjali. Jinkoraġġixxi lill‑Insara kollha biex jitolbu dejjem għall‑missjunarji u biex ikabbru l‑imħabba missjunarja kemm hu possibbli. Għaddew mitt sena minn meta nkitbet din l‑ittra, u kif għedt inħoss li kien l‑Ispirtu s‑Santu li ddetta din l‑ittra lill‑Papa għax il‑Kelma t’Alla hi universali u dejjem attwali. Jekk inħarsu lejn id‑dinja u l‑Knisja li qed ngħixu fiha nħossu li dan il‑kliem tal‑Papa huwa addattat għalina biex nagħmlu l‑qalb u nieqfu nħarsu lejn id‑diffikultajiet tagħna b’mod uman, u nħallu l‑Ispirtu s‑Santu jmexxina permezz tal‑Knisja tiegħu. Papa Franġisku jinkoraġġina sabiex matul ix‑xahar ta’ Ottubru ta’ din is‑sena nirriflettu u nagħtu l‑parti tagħna għall‑missjoni. Ninkoraġġixxu liż‑zgħażagħ tagħna, lajċi, seminaristi,
saċerdoti u reliġjużi sabiex ma jibżgħux iwieġbu għal din is‑sejħa tal‑Ispirtu s‑Santu u jidħlu f’din l‑avventura divina li mhux biss tkun ta’ tant ġid għal eluf ta nies li jiltaqgħu magħhom, imma anki għalihom stess ħalli tiftħilhom orizzonti mill‑isbaħ f ’ħajjithom li qatt ma kienu jimmaġinaw.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. Nhar l‑4 ta' Ottubru, fuq il‑Fosos tal‑Furjana, ser jittella' r‑Radio Italia Live Concert bil‑kollaborazzjoni tal‑Malta Hotels & Restaurants Association, il‑Mediterranean Orchestra u kantanti oħra, li ser ikun 'live' fuq il‑palk prinċipali. Matul il‑festival ser ikun hemm stends tal‑ikel u artiġjanat. Missio ser ikun qed jipparteċipa bil‑preżenza ta' diversi persuni li jirrappreżentaw il‑kultura ta' pajjiżi missjunarji. 11
SAN PIETRU APPOSTLU
Ottubru 2019
L‑Edukazzjoni: Il‑Fejqan ta’ Nazzjon
L
‑appell tal‑Knisja Kattolika Missjunarja ta’ din is‑sena jenfasizza l‑ħidma importanti tal‑Missjoni Kattolika f ’Myanmar permezz ta’ programmi mmirati biex itejbu l‑edukazzjoni għat‑tfal, speċifikament permezz ta’ taħriġ għall‑għalliema u l‑implimentazzjoni ta’ edukazzjoni alternattiva kkonċentrata fuq it‑tfal tal‑pajjiż. It‑tema tal‑appell hija: ‘L‑Edukazzjoni: Il‑Fejqan Ta’ Nazzjon’. Din it‑tema tirrifletti l‑missjoni tagħna bħala Nsara biex nipprovdu l‑għodda u l‑appoġġ sabiex ngħinu lil dawk fil‑bżonn, u billi nagħmlu dan, inħabbru l‑paċi u nwasslu l‑Bxara t‑Tajba. 12
Meta ra l‑ħtieġa f ’pajjiżu għal edukazzjoni aktar b’saħħitha, il‑Kardinal Charles Maung Bo SDB, l‑ewwel Kardinal ta’ Myanmar, ta bidu għall‑programmi ta’ taħriġ għall‑għalliema u, bl‑appoġġ ta’ Sor Grace Chia IJs u l‑lajka missjunarja Jacinta Cardoza, waqqaf istitut ta’ taħriġ ewlieni, l‑Istitut Pyinya Sanyae tal‑Edukazzjoni (PSIE), f ’Yangon għaxar snin ilu. Illum, il‑Kardinal għadu u jibqa’ l‑kelliem ewlieni għar‑riformi tal‑edukazzjoni li għaddejjin bħalissa f ’Myanmar permezz ta’ programmi bħal dawk immexxija minn PSIE u l‑Kummissjoni Episkopali għall‑Edukazzjoni (ECE), u oħrajn li jgħinu biex itejbu u jibnu Myanmar aħjar permezz tal‑edukazzjoni.
Il‑programm PSIE jħarreġ għalliema aspiranti billi jrawwimhom bil‑ħiliet u bl‑għarfien sabiex ikunu jistgħu jdaħħlu metodoloġiji moderni u ċċentrati fuq it‑tfal għal żoni fil‑bżonn. Minkejja rata ta’ attendenza għolja għal tfal tal‑età primarja (90%), ir‑rata ta’ attendenza fl‑iskola sekondarja tinżel drastikament għal 58%. Dan iwassal għal inqas opportunitajiet għal adolexxenti żgħażagħ aktar tard fil‑ħajja. Bl‑appoġġ tiegħek fit‑taħriġ ta’ għalliema mħarrġa, l‑iskejjel madwar Myanmar jistgħu jkunu mgħammra aħjar biex jipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità li taffettwa l‑ħajja ta’ eluf ta’ studenti. Għalliema prospettivi tal‑PSIE li qed jitħarrġu huma jew mgħoddija mill‑istitut jew maħtura mill‑kappillan tagħhom biex jattendu ċ‑ċentru. It‑taħlita ta’ studenti tinkludi katekisti mħarrġa, lajċi u anke sorijiet reliġjużi u novizzi. Il‑programm PSIE jikkonsisti f ’erba’ snin ta’ taħriġ, li jinkludu sentejn taħriġ f ’ambjent ta’ skola fi stat differenti. Malli jiggradwaw, l‑għalliema jiġu
Ottubru 2019
stazzjonati fl‑iskejjel madwar il‑pajjiż fejn imbagħad ikunu jistgħu jsawru b’mod pożittiv l‑edukazzjoni tat‑tfal lokali. L‑Iskola San Ġwann f ’Hakha, fit‑Tramuntana muntanjuża ta’ Myanmar, hija waħda mill‑iskejjel li impjegat tliet għalliema li ggradwaw mill‑programm PSIE. Dawn l‑għalliema u tnejn oħra mill‑ECE, jieħdu ħsieb iktar minn 50 student li jvarjaw minn Kindergarten sal‑Ewwel Sena. It‑tweġiba mill‑ġenituri tat‑tfal li jattendu l‑iskola San Ġwann hija pożittiva ħafna. Huma kunfidenti li t‑tfal tagħhom qed jirċievu edukazzjoni u kura ta’ kwalità, u jistgħu jaraw kif uliedhom qed igawdu ambjent ta’ tagħlim interattiv. Il‑mexxejja tal‑iskola qed jittamaw li jespandu kull sena biex jipprovdu edukazzjoni ħolistika u ċċentrata fuq it‑tfal għal iktar studenti lokali permezz tal‑edukazzjoni primarja u sekondarja tagħhom. Din hija tabilħaqq rivoluzzjoni tal‑edukazzjoni f ’Myanmar, u llum għandek l‑opportunità li tfejjaq nazzjon permezz tal‑edukazzjoni billi tappoġġja din il‑ħidma permezz tal‑Appell tal‑Knisja Kattolika Missjunarja.
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 13
SANTA INFANZJA
Ottubru 2019
M
L‑Edukazzjoni f’Myanmar
inħabba nuqqas ta’ paċi f ’Myanmar, li jinsab fil‑Kontinent tal‑Asja, l‑iżvilupp u l‑edukazzjoni sofrew ħafna. Mingħajr edukazzjoni lit‑tfal, dan il‑pajjiż m’għandux futur. Madwar Myanmar, il‑Knisja qed toffri lin‑nies messaġġ ġdid ta’ tama billi qed tibni l‑iskejjel u tħarreġ nies bħala għalliema, speċjalment f ’żoni remoti u żvantaġġjati. Il‑Knisja tappoġġja lin‑nies billi l‑ewwel u qabel kollox qed twassal lin‑nies messaġġ pożittiv ‑ dak li tgħallimhom ikunu jafu li huma stmati. Fid‑Djoċesi ta’ Hakha, inbniet l‑Iskola San Ġwann. Kienu l‑Maltin u l‑Għawdxin li permezz ta’ Missio Malta għamlu l‑bini ta’ din l‑iskola possibbli, imma hemm ħafna aktar x’jista’ jinkiseb f ’Myanmar. Missio Malta huwa tabilħaqq is‑sinsla tal‑Iskola San Ġwann; fl‑ideat, fl‑għarfien, materjalment u tista’ tgħid f ’kollox. Dun Lucas, il‑Kanċillier tad‑Djoċesi ta’ Hakha, jiċċelebra l‑quddiesa ma’ ħafna komunitajiet remoti. Il‑konnessjoni tiegħu man‑nies hija importanti kemm spiritwalment, kif ukoll meta jaħdem biex 14
iġib edukazzjoni ġdida lil xi wħud mill‑komunitajiet żvantaġġjati f ’Myanmar. Il‑ħolma tiegħu hija li b’mod jew ieħor jinbidlu l‑modi ta’ tagħlim f ’Myanmar. Dan l‑approwċ ġdid għat‑tagħlim iċċentrat fuq it‑tfal, huwa f ’kuntrast qawwi mal‑metodi ta’ tagħlim użati fi skejjel oħra madwar Myanmar, fejn it‑tfal jimmemorizzaw il‑materjal bl‑amment mingħajr l‑għodda biex jaħsbu għalihom infushom. L‑għan huwa li t‑tagħlim ikun eċċitanti u li l‑istudenti jinżammu fl‑iskola bit‑tama li jitkisser iċ‑ċiklu tal‑faqar. Il‑Prinċipal, Theresa Htua Swe tispjega li fl‑Iskola San Ġwann qed jippruvaw jagħmlu differenza għaliex qed jiffukaw fuq l‑iżvilupp tat‑tfal. L‑istudenti qed jieħdu gost l‑iskola u huma
kapaċi jgħallmu lilhom infushom individwalment u kapaċi jmexxu lilhom infushom. Talb sempliċi u riflessjonijiet jiffurmaw parti minn dan l‑approwċ ħolistiku, filwaqt li l‑Knisja tissapportja l‑vjaġġ edukattiv ta’ kull tifel u tifla. Għalissa, l‑Iskola San Ġwann tilqa’ fiha studenti mill‑Kindergarten sal‑Ewwel Sena tal‑iskola biss. Għandhom bżonn l‑appoġġ kontinwu tagħna lkoll, mhux biss biex isostnu l‑programm attwali, iżda biex jespanduh sas‑snin sekondarji. Hekk kif il‑Knisja qiegħda tibni skejjel ġodda, hija wkoll qed tħarreġ għalliema ġodda. Fil‑qalba ta’ Yangon, l‑akbar belt ta’ Myanmar, hemm l‑Istitut tal‑Edukazzjoni Pyinya Sanyae, il‑mutur tat‑taħriġ tal‑għalliema
Ottubru 2019
a in
tal‑Knisja li jirċievi appoġġ qawwi permezz ta’ Missio Malta. L‑istitut s’issa ħarreġ aktar minn 140 għalliem li qed iservu fi tmien djoċesijiet madwar il‑pajjiż, l‑aktar f’postijiet remoti bħal Hakha. Dawn l‑istudenti jistudjaw b’sens ta’ tama li jistgħu jgħinu biex ifejqu n‑nazzjon permezz tal‑edukazzjoni. Mhux biss tama, imma l‑istudenti qed jissugraw
md t m Mgħaibgħu um
joħolmu ħolma impossibbli, imbagħad huma min‑naħa tagħhom imorru hemm barra u jagħmlu l‑istess ma’ tfal oħra. Il‑Knisja tittama li tħarreġ ħafna iktar għalliema, imma għandha bżonn l‑appoġġ tagħna l‑Maltin u l‑Għawdxin. Aħna ninkoraġġukom tissapportjaw dan ix‑xogħol importanti tal‑Knisja f’Myanmar u madwar id‑dinja kollha.
“Għeżież ħuti Maltin u Għawdxin, aħna nixtiequ nirringrazzjawkom u jekk jogħġobkom komplu ssapportjaw b’mod speċjali l‑edukazzjoni għat‑tfal foqra tagħna. Kunu ċerti li t‑tfal li jirċievu l‑għajnuna u n‑nies ta’ Myanmar ser ikunu qed jitolbu għalikom. Grazzi ħafna,” il‑Kardinal Charles Maung Bo S.D.B.
Ngħixu x‑Xahar Straordinarju Missjunarju Xi suġġerimenti Għandi 5 minuti ... • Tiċċaqlaqx. • Offri kulma għandek f ’qalbek lil Alla. • Itlob t‑talb ta’ EMM. • Ħu s‑salm responsorjali tal‑ġurnata f ’qalbek u itolbu matul il‑jum.
Għandi 10 minuti ... • Tiċċaqlaqx. • Offri kulma għandek f ’qalbek lil Alla. • Aqra l‑Evanġelju tal‑ġurnata jew tal‑Ħadd ta’ qabel, u ħalli kelma jew frażi tibqa’ miegħek matul il‑ġurnata. • Irrifletti fuq il‑kelma ‘missjoni’.
15
SANTA INFANZJA – VIKKI
Ottubru 2019
CHILD SPONSORSHIP
€150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni: €50 programm ta’ ġimgħa edukazzjoni sportiva għal tfal f’Myanmar €100 uniformijiet u kotba tal‑iskola għal studenti foqra għal sena skolastika sħiħa €300 ħlas ta’ sena skola sekondarja lil bniet foqra fil‑periklu li jingħataw għal żwieġ imġiegħel jew bħala ‘sex slaves’ €500 librerija fi skola primarja, inkluż bini, għamara u kotba €1,000 bini ta’ klassijiet fi skola f’Myanmar
L‑edukazzjoni: il‑fejqan ta’ nazzjon
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 16
• 51802064 ‑ €25
Ottubru 2019
L‑edukazzjoni: il‑fejqan
ta’ nazzjon
Programm għall‑Ġurnata Missjunarja: 20 ta' Ottubru 2019 • Quddiesa mxanndra diretta fuq TVM2 mill‑Parroċċa ta' San Gejtanu l‑Ħamrun ‑ 9:00am • Animazzjoni fil‑Parroċċa tas‑Sacro Cuor Tas‑Sliema matul Ottubru • Animazzjoni fl‑iskejjel kollha tal‑Istat u tal‑Knisja f'Malta u f'Għawdex matul Ottubru • Animazzjoni f'diversi knejjes f'Malta u Għawdex fi tmiem il‑ġimgħa tal‑Ġurnata Missjunarja (19 u 20 ta' Ottubru)
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
17
Ottubru 2019
QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
San Serafin O.F.M. CAP ta’ Montegranaro kienu kollha ta’ xejn għax l‑imsejken tfajjel beda jsofri swat minn ħuh.
S
erafin, imwieled Feliċ, f ’Montegranaro fir‑reġjun tal‑Italja Ċentrali madwar is‑sena 1540, kien it‑tieni wild minn erbgħa tal‑familja ta’ Gerolamo u Teodora Rapagnano. Gerolamo kien bennej u Serafin, sa minn età żgħira ntbagħat jirgħa xi merħliet biex jaqla’ xi ħaġa tal‑flus. Fil‑kampanja, fil‑preżenza biss ta’ xi nagħaġ ġie f ’kuntatt mas‑silenzju, it‑talb u l‑meditazzjoni. Meta miet missierhom, wieħed minn ħutu ħa f ’idejh it‑treġija tax‑xogħol tal‑bini u lil Serafin sejjaħlu biex jinżamm bħala sempliċi ħaddiem manwali. Imma l‑isforzi li għamel Serafin 18
Serafin beda jħoss ix‑xewqa li jiddedika ħajtu lil Alla bħala Padri tad‑Deżert. Għalhekk iddeċieda li jingħaqad mal‑komunità Kapuċċina f ’Tolentino. Fi kliemu stess jgħid: “Meta ħaddant il‑ħajja reliġjuża jiena kont fqir, mingħajr kapaċità fis‑sengħa u b’nuqqas fit‑talenti u l‑potenzjal. Bqajt bħalma kont, anki fil‑ministeri li kont naqdi fil‑kunvent, u dawn ikkawżawli bosta umiljazzjonijiet li Satana uża bħala opportunitajiet biex iħajjarni nħalli l‑ħajja reliġjuża u ninġabar f ’ħajja fid‑deżert. Jiena afdajt f ’Alla u talli sofrejt it‑tgħajjir u l‑insulti, Alla xerred kotra ta’ barkiet fuqi”. Waqt it‑talb, ħafna drabi Serafin kien ikun f ’estasi, tant li wieħed mill‑patrijiet li akkompanjawh fil‑pellegrinaġġ f ’Loreto fl‑1596, jgħid li hu għadda
14‑il siegħa kontinwi fit‑talb mingħajr biss ma ċċaqlaq. Meta jinqala’ xi diżgwid fost il‑familji, Serafin kien jitlob għall‑paċi biex jirrikonċiljaw rwieħhom. Ir‑reputazzjoni tal‑qdusija tiegħu xterdet sal‑Bavarja u Parma. Kien bniedem ta’ umiltà b’sens qawwi ta’ umoriżmu u b’għajnuna lejn ħaddieħor li ġarrab xi skrupli. L‑għajnuna kienet tiġi minn Ġesù Sagramentat, li quddiemu kien jgħaddi ħafna sigħat speċjalment matul il‑lejl fejn kien ikun ittantat ħafna fuq l‑Imqaddsa Purità. L‑aħħar ħmistax‑il sena ta’ ħajtu, Serafin għaddiehom fil‑Kunvent ta’ Ascoli Piceno u radd ruħu lill‑Mulej nhar it‑12 ta’ Ottubru 1604. Ġie kkanonizzat qaddis minn Papa Klement XIII fis‑16 ta’ Lulju 1767. Kien bniedem li fil‑faqar tiegħu u n‑nuqqas ta’ abbiltajiet, 46 sena qabel, daħal fin‑novizzjat tal‑Kapuċċini f ’Jesi u introduċa lilu nnifsu bil‑kliem profetiku: “M’għandi xejn ħlief salib u kuruna tar‑rużarju; b’dawn nittama li nkun ta’ benefiċċju għal ħuti l‑patrijiet u li nitqaddes!”
Ottubru 2019
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 19
Ottubru 2019
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
“Fid‑dinja kollha, ejjew inkunu fi stat ta’ missjoni permanenti. Dan il‑mandat missjunarju jolqotna personalment: Jiena wkoll missjoni, dejjem; inti wkoll missjoni, dejjem; kull raġel u mara mgħammdin huma wkoll missjoni. In‑nies li għandhom l‑imħabba qatt ma jibqgħu ma jagħmlu xejn: huma miġbudin ’il barra minnhom infushom; huma attirati u fl‑istess ħin jattiraw lill‑oħrajn ukoll; jagħtu lilhom infushom lil ħaddieħor u jibnu relazzjonijiet li jagħtu l‑ħajja. Fejn tidħol l‑imħabba ta’ Alla, ħadd mhuwa inutli jew insinifikanti. Kull wieħed u waħda minna aħna missjoni lejn id‑dinja, għaliex kull wieħed u waħda minna aħna l‑frott tal‑imħabba ta’ Alla.” Papa Franġisku
20
Ottubru 2019
21
Ottubru 2019
MESSAĠĠ TAL‑QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2019
Mgħammda u mibgħuta: il‑Knisja ta’ Kristu f’missjoni fid‑dinja
Għeżież ħuti, Għax‑xahar ta’ Ottubru 2019 tlabt lill‑Knisja kollha biex tgħix żmien straordinarju ta’ missjonarjetà biex infakkru ċ‑ċentinarju mill‑promulgazzjoni tal‑Ittra appostolika Maximum illud tal‑Papa Benedittu XV (30 ta’ Novembru 1919). Il‑viżjoni profetika tal‑proposta appostolika tiegħu kkonfermatli kemm għadu importanti llum ukoll li nġeddu l‑impenn missjunarju tal‑Knisja, nikkwalifikaw mill‑ġdid f’sens evanġeliku l‑missjoni tagħha li xxandar u li twassal lid‑dinja s‑salvazzjoni ta’ Ġesù Kristu, li miet u rxoxta. It‑titlu ta’ dan il‑messaġġ huwa ugwali għat‑tema tax‑xahar missjunarju ta’ Ottubru: Mgħammda u mibgħuta: il‑Knisja ta’ Kristu f ’missjoni fid‑dinja. Iċ‑ċelebrazzjoni ta’ dan ix‑xahar tgħinna qabelxejn insibu s‑sens missjunarju tar‑rabta tagħna fil‑fidi ma’ Ġesù Kristu, fidi li rċivejnieha b’xejn bħala don fil‑Magħmudija. L‑appartenenza filjali tagħna għal Alla qatt ma 22
hi att individwali imma dejjem wieħed ekkleżjali: mill‑komunjoni ma’ Alla, Missier u Iben u Spirtu s‑Santu, titnissel ħajja ġdida flimkien ma’ tant aħwa oħra. U din il‑ħajja divina mhijiex xi prodott biex inbigħu – aħna ma nagħmlux proselitiżmu – imma għana x’nagħtu, x’nikkomunikaw, xi nħabbru: dan hu s‑sens tal‑missjoni. B’xejn ħadnieh dan id‑don u b’xejn nagħtuh (ara Mt 10:8), bla ma nħallu lil ħadd barra. Alla jrid li l‑bnedmin kollha jsalvaw billi jaslu għall‑għarfien tal‑verità u għall‑esperjenza tal‑ħniena tiegħu grazzi għall‑Knisja, sagrament universali tas‑salvazzjoni (ara 1 Tim 2:4; 3:15; Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Kostituzzjoni dommatika Lumen gentium, 48). Il‑Knisja qiegħda f’missjoni fid‑dinja: il‑fidi f’Ġesù Kristu tagħtina d‑dimensjoni t‑tajba tal‑affarijiet kollha għax tgħinna naraw id‑dinja bl‑għajnejn u bil‑qalb ta’ Alla; it‑tama tiftħilna qalbna għall‑ixfqa eterni tal‑ħajja divina li fiha tabilħaqq nieħdu sehem; l‑imħabba,
li diġà nduqu minn qabel fis‑Sagramenti u fl‑imħabba tal‑aħwa, timbuttana sat‑trufijiet tal‑art (ara Mik 5:3; Mt 28:19; Atti 1:8; Rum 10:18). Knisja li toħroġ sat‑trufijiet l‑aktar imbiegħda tal‑art titlob konverżjoni missjunarja kostanti u permanenti. Kemm qaddisin, kemm nisa u rġiel ta’ fidi huma xhieda għalina, juruna kif dan il‑ftuħ bla limiti hu possibbli u prattikabbli, dan il‑ħruġ missjunarju hi spinta urġenti tal‑imħabba u tal‑loġika intrinsika tagħha ta’ don, ta’ sagrifiċċju u ta’ gratwità (ara 2 Kor 5:14‑21)! Min ixandar lil Alla għandu jkun bniedem ta’ Alla (ara Ittra appostolika Maximum illud). Dan hu mandat li jmissna mill‑qrib: jiena dejjem jien missjoni; int dejjem int missjoni; kull imgħammed hu missjoni. Min iħobb, jiċċaqlaq minn postu, iħossu mġiegħel joħroġ minnu nnifsu, hu miġbud u jiġbed lejh, jingħata lill‑oħrajn u jinseġ relazzjonijiet li jġibu l‑ħajja. Ħadd mhu inutli u insinifikanti għall‑imħabba ta’ Alla. Kull wieħed u waħda minna
Ottubru 2019
hu missjoni fid‑dinja għax hu frott tal‑imħabba ta’ Alla. Imqar jekk missieri u ommi ttradew l‑imħabba bil‑gidba, il‑mibegħda u l‑infedeltà, Alla qatt ma ġabar lura d‑don tal‑ħajja, għax hu minn dejjem ħaseb lil kull wieħed minn uliedu għall‑ħajja divina u eterna tiegħu (ara Efes 1:3‑6). Din il‑ħajja tingħatalna fil‑Magħmudija, li tagħtina l‑fidi f’Ġesù Kristu rebbieħ fuq id‑dnub u fuq il‑mewt, tnissilna mill‑ġdid fuq is‑sura u x‑xbieha ta’ Alla u ddaħħalna fil‑ġisem ta’ Kristu li hi l‑Knisja. F’dan is‑sens, il‑Magħmudija hi għalhekk tabilħaqq meħtieġa għas‑salvazzjoni għax tiggarantilna li aħna wlied, dejjem u kullimkien, qatt iltiema, barranin jew ilsiera, fid‑dar tal‑Missier. Dak li fin‑Nisrani hu realtà sagramentali – li jitwettaq fl‑Ewkaristija –, jibqa’ vokazzjoni u destin għal kull raġel u mara li jixtiequ l‑konverżjoni u s‑salvazzjoni. Fil‑fatt il‑Magħmudija hi wegħda mwettqa mid‑don divin li lill‑bniedem jagħmlu bin Alla. Aħna wlied tal‑ġenituri naturali tagħna, imma fil‑Magħmudija ngħatatilna l‑paternità oriġinarja u l‑maternità vera: ma jistax ikollu lil Alla bħala Missier min m’għandux
lill‑Knisja bħala Omm (ara San Ċiprijanu, L‑għaqda fil‑Knisja, 4). Hekk, fil‑paternità ta’ Alla u fil‑maternità tal‑Knisja għandha għeruqha l‑missjoni tagħna, għax fil‑Magħmudija intrinsikament hemm il‑mandat Paskwali ta’ Ġesù: Kif il‑Missier bagħat lili, jien ukoll nibgħatkom mimlijin bl‑Ispirtu s‑Santu għar‑rikonċiljazzjoni tad‑dinja (ara Ġw 20:19‑23; Mt 28:16‑20). In‑Nisrani hu dan il‑mibgħut, biex ħadd ma jibqa’ sajjem minn din l‑aħbar tas‑sejħa tiegħu biex ikun iben adottiv, miċ‑ċertezza tad‑dinjità personali tiegħu u tal‑valur intrinsiku ta’ kull ħajja umana mit‑tnissil sal‑mewt naturali tagħha. Is‑sekulariżmu li qed jinfirex b’tant qawwa, meta jagħmel rifjut pożittiv u kulturali tal‑paternità attiva ta’ Alla fl‑istorja tagħna, iċaħħadna minn kull fraternità universali awtentika li tesprimi ruħha fir‑rispett reċiproku tal‑ħajja ta’ kull persuna. Mingħajr Alla ta’ Ġesù Kristu, kull differenza tirriduċi ruħha għal theddida infernali u hekk tagħmel impossibbli kull laqgħa fraterna u għaqda għammiela bejn il‑bnedmin. Id‑destinazzjoni universali
tas‑salvazzjoni li offrielna Alla f ’Ġesù Kristu wasslet lil Benedittu XV biex jesiġi li jingħeleb kull għeluq nazzjonalistiku u etnoċentriku, kull taħlit tat‑tħabbira tal‑Vanġelu mal‑qawwiet kolonjali, mal‑interessi ekonomiċi u militari tagħhom. Fl‑Ittra appostolika tiegħu Maximum illud il‑Papa fakkar li l‑universalità divina tal‑missjoni tal‑Knisja tesiġi li wieħed joħroġ minn appartenenza esklussivista għal pajjiżu u għall‑grupp etniku tiegħu. Il‑ftuħ tal‑kultura u tal‑komunità għall‑karattru salvifiku ġdid ta’ Ġesù Kristu jitlob li jingħeleb kull għeluq etniku u ekkleżjali li ma jkunx f ’loku. Illum ukoll il‑Knisja għad għandha bżonn ta’ rġiel u nisa li, bil‑qawwa tal‑Magħmudija tagħhom, iwieġbu b’ġenerożità għas‑sejħa biex iħallu darhom, il‑familja tagħhom, art twelidhom, il‑lingwa tagħhom, il‑Knisja lokali tagħhom. Huma mibgħuta qalb il‑ġnus, fid‑dinja li għadha ma ġietx mibdula mis‑Sagramenti ta’ Ġesù Kristu u tal‑Knisja mqaddsa tiegħu. Huma jħabbru l‑Kelma ta’ Alla, jagħtu xhieda tal‑Vanġelu u jiċċelebraw il‑ħajja tal‑Ispirtu 23
Ottubru 2019
billi jsejħu għall‑konverżjoni, jgħammdu u joffru s‑salvazzjoni Nisranija b’rispett lejn il‑libertà personali ta’ kull bniedem, fi djalogu mal‑kulturi u r‑reliġjonijiet tal‑popli li għandhom huma mibgħuta. Hekk il‑missio ad gentes, dejjem meħtieġa għall‑Knisja, tikkontribwixxi b’mod fundamentali għall‑proċess permanenti ta’ konverżjoni tal‑Insara kollha. Il‑fidi fil‑Qawmien ta’ Ġesù, il‑mandat ekkleżjali li joħroġ mill‑Magħmudija, il‑ħruġ ġeografiku u kulturali minna nfusna u mid‑dar tagħna, il‑ħtieġa ta’ salvazzjoni mid‑dnub u l‑ħelsien mill‑ħażen personali u soċjali jesiġu l‑missjoni sal‑ibgħad truf tal‑art. Il‑koinċidenza providenzjali maċ‑ċelebrazzjoni tas‑Sinodu Speċjali fuq il‑Knejjes tal‑Amażonja twassalni biex nagħfas fuq kif il‑missjoni li fdalna Ġesù bid‑don tal‑Ispirtu tiegħu għadha attwali u meħtieġa anki għal dawk l‑artijiet u n‑nies li jgħixu fihom. Pentekoste mġedded jiftaħ beraħ il‑bibien tal‑Knisja biex l‑ebda kultura ma tibqa’ magħluqa fiha nfisha u l‑ebda poplu ma jibqa’ iżolat imma jinfetaħ 24
MESSAĠĠ TAL‑QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2019
għall‑komunjoni universali tal‑fidi. Ħadd m’għandu jibqa’ magħluq fil‑jien tiegħu, fl‑awtoreferenzjalità tal‑appartenenza etnika u reliġjuża tiegħu. L‑Għid ta’ Kristu jfarrak il‑limiti dojoq ta’ dinjiet, reliġjonijiet u kulturi, u jsejħilhom jikbru f’rispett lejn id‑dinjità tal‑bniedem, lejn konverżjoni dejjem iżjed sħiħa għall‑Verità tal‑Mulej Irxoxt li jrodd lil kulħadd il‑ħajja vera. Dwar dan, jiġuni f’moħħi l‑kelmiet tal‑Papa Benedittu XVI fil‑ftuħ tal‑laqgħa tagħna tal‑Isqfijiet tal‑Amerika Latina f’Aparecida, fil‑Brażil, fl‑2007, kliem li nixtieq nerġa’ nġib hawn u nagħmlu tiegħi: “X’fissret għall‑pajjiżi tal‑Amerika Latina u tal‑Karribew l‑aċċettazzjoni tal‑fidi Nisranija? Għalihom fissret li għarfu u laqgħu lil Kristu, dak Alla li, mingħajr ma jafuh, missirijiethom kienu jfittxu fit‑tradizzjonijiet reliġjużi għonja tagħhom. Kristu kien il‑Feddej li għalih kienu jixxennqu fis‑skiet. Fissret ukoll li rċivew, bl‑ilmijiet tal‑Magħmudija, il‑ħajja divina li għamlithom ulied adottivi ta’ Alla; li rċivew, fuq kollox, l‑Ispirtu s‑Santu li ġie biex irodd frott ġdid lill‑kulturi tagħhom, isaffihom u
jkabbar il‑kotra ta’ żerriegħa li l‑Verb inkarnat kien qiegħed ġo fihom, u hekk jorjentahom lejn it‑toroq tal‑Vanġelu. […] Il‑Verb ta’ Alla, meta sar laħam f’Ġesù Kristu, sar ukoll storja u kultura. L‑utopja li terġa’ tingħata l‑ħajja lir‑reliġjonijiet Prekolombjani, u jiġu mifruda minn Kristu u mill‑Knisja universali, mhux progress tkun, imma rigress. Fir‑realtà, tkun pass lura lejn mument storiku ankrat fl‑imgħoddi” (Diskorsi fis‑Sessjoni inawgurali, 13 ta’ Mejju 2007: Insegnamenti III,1 856‑855 ,]2007[). Lil Marija l‑Omm tagħna nafdaw il‑missjoni tal‑Knisja. Magħquda ma’ Binha, sa mill‑Inkarnazzjoni l‑Verġni Mbierka ċċaqilqet minn postha, ħalliet għalkollox lil Ġesù jdaħħalha fil‑missjoni tiegħu, missjoni li f’riġlejn is‑salib saret ukoll il‑missjoni tagħha: li tikkollabora bħala Omm il‑Knisja biex tnissel fl‑Ispirtu u fil‑fidi wlied ġodda għal Alla. Nixtieq nagħlaq b’kelma qasira fuq l‑Opri Missjunarji Pontifiċji, li l‑Maximum illud kienet diġà pproponiet bħala għodda missjunarja. L‑OMP jesprimu s‑servizz tagħhom lill‑universalità
Ottubru 2019
Lill‑missjunarji rġiel u nisa u lil dawk kollha li b’kull mod jipparteċipaw, bil‑grazzja tal‑Magħmudija tagħhom, fil‑missjoni tal‑Knisja, nibgħat minn qalbi l‑barka tiegħi. Mill‑Vatikan, 9 ta’ Ġunju 2019, Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin
Il-Kumpanija Teatrali Dun Mikiel Xerri tippreżenta
DRAMM TA’ NINU BORG
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
a in
tal‑Knisja bħala xibka globali li tgħin lill‑Papa fl‑impenn missjunarju bit‑talb, li hu r‑ruħ tal‑missjoni, u l‑karità tal‑Insara mifruxa mad‑dinja kollha. L‑offerta tagħhom tgħin lill‑Papa fl‑evanġelizzazzjoni tal‑Knejjes partikulari (Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi), fil‑formazzjoni tal‑kleru lokali (Opra ta’ San Pietru Appostlu), fl‑edukazzjoni tal‑kuxjenza missjunarja tat‑tfal tad‑dinja kollha (Opra tas‑Sant’Infanzja) u fil‑formazzjoni missjunarja tal‑fidi tal‑Insara (Unjoni Missjunarja Pontifiċja). Waqt li nġedded l‑appoġġ tiegħi għal dawn l‑Opri, nawgura li x‑Xahar Missjunarju Straordinarju ta’ Ottubru 2019 jikkontribwixxi għat‑tiġdid tas‑servizz missjunarju tagħhom lill‑ministeru tiegħi.
d mm t Mgħaibgħu um
RAPPREŻENTAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL IL-ĠIMGĦA 25 T’OTTUBRU FL-10.00am
Sibna fuq
Biljetti għall-istudenti: Donazzjoni ta’ €2
RAPPREŻENTAZZJONI GĦALL-PUBLIKU ĠENERALI - IS-SIBT 26 T’OTTUBRU FIS-7.00pm Biljetti: Kbar Donazzjoni ta’ €8 / Tfal: Donazzjoni ta’ €5 Ċemplu fuq: 2033 0015/ 2123 6962 Post: Fis‑Sala tal‑Iskola Giovanni Curmi Higher Secondary Triq Ġdida fi Triq il‑Kbira, in‑Naxxar NXR 1971
Missio Malta jirringrazzja lil dan il‑grupp li ngħaqad magħhom sabiex iferraħ lill‑anzjani bil‑kant matul l‑animazzjonijiet fid‑djar tal‑anzjani u fiċ‑ċentri miftuħa f’Malta. Il‑Grupp Full Joy jiltaqa’ fl‑Oratorju tal‑Qalb ta’ Ġesù l‑Mosta kull nhar ta’ Tnejn. Mis‑ 5.45 sas-7.15 ta’ filgħaxija għal Kant ta’ Evangelizazzjoni. Mis‑7.30 sat-8.30 ta’ filgħaxija għal Adorazzjoni miftuħa għal kulħadd.
miġjub mit‑Taljan għall‑Malti minn Francesco Pio Attard
Jekk tixtieq tingħaqad magħhom ċempel lil Marthese fuq 99239931 jew 27411448. 25
Ottubru 2019
MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ARĊISQOF GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2019 għax titolbu jinfatam mill‑familja tiegħu, mill‑komunità reliġjuża jew mill‑parroċċa fejn ikun trabba u poġġa l‑għeruq, imma fl‑istess ħin tħaddnu ma’ komunitajiet u kulturi ġodda.
B
ħal kull sena, ix‑xahar ta’ Ottubru jfakkarna fil‑missjunarji li jaħdmu biex iwasslu l‑Kelma ta’ Ġesù u l‑qalb tiegħu mimlija ħniena f ’tant postijiet madwar id‑dinja. Il‑ħajja tal‑missjunarju mhijiex faċli. L-ewwelnett
Nixtieq nieħu din l‑opportunità permezz ta’ dan il‑messaġġ lil Missio Malta u lil dawk kollha involuti fl‑attivitajiet b’risq il‑missjonijiet, biex insellem lill‑missjunarji kollha inkluż dawk minn fostna l‑Maltin u l‑Għawdxin li telqu l‑gżejjer tagħna għall‑missjoni. Fl‑istess waqt nagħmel appell biex il‑poplu tagħna jkun ġeneruż ma’ Missio
Malta u l‑ħidma ta’ dawn il‑missjunarji mal‑ifqar fost il‑fqar. Fil‑bidu ta’ din is‑sena, Papa Franġisku rringrazzja lilna l‑Maltin u l‑Għawdxin tal‑ġenerożità tagħna. Il‑Papa jsegwi dak kollu li jsir madwar id‑dinja; fil‑qalb tiegħu għandu l‑missjunarji tagħna u aħna rridu ningħaqdu mal‑Papa f ’sens ta’ solidarjetà ma’ dawn ħutna li b’fidi u kuraġġ qegħdin jobdu l-Kelma ta’ Ġesù: “Morru fid‑dinja kollha, xandru l‑Bxara t-Tajba”. (Salm 116) Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta
JIEN. INT. AĦNA. FLIMKIEN. Programm dwar il‑missjoni bi produzzjoni ta’ Missio Malta.
Minn Ottubru fuq Radju Marija. Frekwenza: Malta 102.3FM / Għawdex 107.8FM. 26
Kull nhar ta’ Ħamis fil‑11am b'ripetizzjoni kull nhar ta' Sibt fin‑12:30am u kull nhar ta' Tnejn fis‑1:30pm.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Ottubru 2019
a in
MESSAĠĠ TAL‑ISQOF TA’ GĦAWDEX GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2019
d m m t Mgħaibgħu um
I
l‑parabbola tas‑Sultan li ried jagħmel ikla għal ibnu, fil‑verżjonijiet ta’ Mattew (22: 1‑14) u Luqa (14: 15‑24), minkejja d‑diffikultajiet fl‑interpretazzjoni, tfisser ix‑xewqa ta’ Alla li daru timtela. Id‑dar tal‑Mulej hija l‑preżenza tiegħu, l‑imħabba tiegħu li hu jixtieq jaqsam mal‑bnedmin kollha. Biex din id‑dar tikber u timtela hu jagħmel stedina lil kulħadd, saħansitra jibgħat lill‑qaddejja tiegħu ‘jġiegħlu’ n‑nies jidħlu, imma donnu hemm is‑sensazzjoni li dawk li se jwieġbu għal din is‑sejħa se jkunu l‑foqra, il‑magħtuba, l‑għomja u z‑zopop. Il‑kategoriji l‑oħra, għal xi raġuni jew oħra, iwarrbu din is‑sejħa. Id‑dar tas‑Sid timtela b’dawn in‑nies.
Dwar dan tkellem ukoll Papa Franġisku f ’ittra li fid‑29 ta’ Ġunju li għadda bagħat lill‑Isqfijiet tal‑Ġermanja. Jikteb dwar kif l‑identità Kristjana tikkonsisti f ’li wieħed jiskopri il‑preżenza ta’ Alla fit‑talb, fil‑penitenza, u fl‑adorazzjoni, u mbagħad jaqsam din il‑preżenza ma’ dawk li huma l‑iktar għatxana għaliha: “Li tkun Kristjan hu li tkun tagħmel parti mill‑Knisja tal‑beatitudnijiet, għal dawk li llum huma mberkin: il‑foqra, l‑imġewħin, dawk li qed jibku, dawk li huma vittmi tal‑mibegħda, insultati, esklużi”. Huwa fil‑‘ħruġ’ u fl‑istedina li ssir lil dawn in‑nies li l‑Knisja u l‑Kristjani jiskopru huma min huma.
fis‑sejħa li l‑Knisja għandha li timla d‑dar tal‑Missier billi xxerred il‑preżenza tiegħu mad‑dinja kollha. Imma wkoll li ma nistgħux inkunu Kristjani jekk ma niltaqgħux mal‑mistednin għall‑ikla tal‑Mulej: il‑foqra ta’ żmienna. Huwa għalhekk li l‑ħidma missjunarja u l‑ħidma umanitarja jmorru id f ’id.
Għalhekk, il‑Jum Dinji tal‑Missjonijiet huwa appuntament importanti ta’ kull sena għall‑Knisja kollha kemm hi. Jerġa’ jfakkarna
22 ta’ Lulju 2019 ‑ Festa ta’ Santa Marija Maddalena.
U għalhekk ukoll hija x‑xewqa tiegħi li tant ħidma umanitarja li ssir mill‑missjunarji tagħna bl‑għajnuna kbira tal‑poplu Malti u Għawdxi terġa’ tfakkarna bil‑bżonn li nkunu Knisja Missjunarja anki f ’pajjiżna, fil‑ħeġġa li nwasslu l‑preżenza ta’ Alla lil min l‑iktar li għandu bżonnha.
Mario Grech Isqof ta’ Għawdex 27
Ottubru 2019
Fejn Marru l‑Flus Aktar minn €1,000,000 fi proġetti fl‑artijiet tal‑missjoni saru fis‑Sena 2018, fosthom: • Għajnuna f’boroż ta’ studju lil seminaristi/ novizzi li ġejjin minn familji fil‑bżonn • Għajnuna biex jinbnew kappelli f’żoni remoti fil‑missjoni kif ukoll ċentri pastorali fil‑komunità • Għajnuna lill‑orfanatrofji tat‑tfal kif ukoll dawk lill‑orfanatrofji bi tfal bi bżonnijiet speċjali • Għajnuna lill‑anzjani • Għajnuna għat‑tmexxija ta’ kliniċi, sptarijiet, interventi mediċi, tilqim u assistenza medika lill‑pazjenti morda bl‑AIDS • Tħaffir ta’ spieri, bjar u xiri ta’ tankijiet tal‑ilma
28
• Materjal edukattiv bħal kotba, pitazzi, uniformijiet u miżati sabiex tfal foqra jkunu jistgħu jmorru skola, kif ukoll ħlasijiet ta’ pagi lill‑għalliema • Għajnuna għat‑tmexxija ta’ diversi djoċesijiet fil‑missjoni • Ċentri biex jiffurmaw l‑edukazzjoni ta’ tfal li jiġġerrew fit‑toroq • Xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’kappelli, knejjes u ċentri pastorali
• Għajnuna lill‑familji foqra
Dan kien possibbli grazzi għall‑ġbir ta' fondi li sar matul l‑2018, fosthom fil‑Maratona ta' Tama, fil‑Ġurnata Missjunarja, f'attivitajiet oħra matul is‑sena u permezz ta' diversi donazzjonijiet mingħand benefatturi li għandhom il‑missjoni għal qalbhom. Għall‑iktar informazzjoni dwar proġetti ffinanzjati minn Missio żur il‑websajt: www.missio.org.mt
Ottubru 2019
29
Ottubru 2019
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Ġita ma’ Missio f’Berlin il‑Ġermanja u f’Wroclaw il‑Polonja mill‑4 sal‑10 ta’ Diċembru 2019 Inżuru l‑isbaħ Swieq tal‑Milied mimlijin bin‑nies li joħorġu fil‑pjazez ifittxu l‑kumpanija u l‑allegrija.
4t iljieli f’Berlin: belt kbira
bi storja u waħda mill‑ikbar bliet kapitali fid‑daqs mimlija ġonna, pjazez u monumenti. F’Berlin issib mat‑80 pjazza mżejna għall‑Milied u f’kull waħda jkun hemm gabbani armati li jbigħu ikel u xorb, pupi u ġugarelli, ħwejjeġ u rigali. Armati sbieħ bid‑dwal iteptpu u kkuluriti, bir‑riħa ta’ ħwawar imħallta max‑xorb sħun li jsaħħnek. 30
2t iljieli f’Wroclaw il‑Polonja:
għandha waħda mill‑ikbar u mill‑isbaħ pjazez fl‑Ewropa. Illum belt Pollakka, imma sa 60 sena ilu kienet belt Ġermaniża bl‑isem ta’ Breslau. Mibnija fuq numru ta’ gżejjer magħqudin ma’ xulxin b’pontijiet. Tkissret fil‑gwerra, imma reġgħet
inbniet b’mod sabiħ filwaqt li ħafna mill‑bini storiku ġie rrestawrat kif kien qabel. Fiha ċentri ta’ ħwienet kbar u ristoranti b’ħafna ħajja. Fuq palk fil‑pjazza, diversi artisti, żgħar u kbar, jagħmlu Kunċerti tal‑Milied, u fid‑9 ta’ Diċembru jkun hemm il‑parata tradizzjonali b’Santa Klaws li tispiċċa fuq il‑palk fil‑pjazza.
L‑Erbgħa 4 ta’ Diċembru
N
iltaqgħu l‑ajruport ta’ Malta fil‑04:15am, intiru lejn Berlin mar‑Ryanair FR 5229 (inkluża bagalja toqol 10 kili u qies 55cmx40cmx20cm) u naslu fid‑9am. Bil‑kowċ nibqgħu sejrin lejn
Ottubru 2019
il‑Lukanda IBIS Budget f’Alexander Platz u wara li nissetiljaw fil‑kmamar, noħorġu dawra maċ‑ċentru tal‑belt. Fil‑5:30pm immorru s‑Swieq tal‑Milied f’Alexa, fejn minbarra ambjent modern, issib ikel u xorb tradizzjonali, divertiment għaż‑żgħar u għall‑kbar, ‘roller coasters’, ‘bumping cars’ u r‑Rota l‑Kbira, u f’Alexander Platz fejn tistgħu tieklu fi pjazza attraenti fejn nixorbu tazza ‘gluhwein’ (inbid sħun bil‑ħwawar) filwaqt li ngawdu l‑atmosfera.
Il‑Ħamis 5 ta’ Diċembru
W
ara l‑kolazzjon, nitilqu mil‑lukanda fid‑9am biex niltaqgħu mal‑gwida li ddawwarna l‑postijiet interessanti u storiċi ta’ Berlin. Inżuru Unter den Linden, triq storika u principali, il‑Bieb ta’ Brandenburg, l‑Opera House Concerthaus, il‑Pjazza Alexander, it‑Torri tat‑TV, il‑Gżira tal‑Mużewijiet fejn hemm il‑Pergamon Museum u ċ‑Checkpoint Charlie, fejn hemm il‑banker li fih miet Hitler. Inżuru wkoll
suq f ’Gendarme, li jinsab fi pjazza mill‑isbaħ taħt il‑koppla tal‑Katidral, fejn issib prodotti maħdumin bl‑idejn u kor li jkanta kull filgħaxija.
fejn naslu waranofsinhar fil‑Lukanda B&B fiċ‑ċentru tal‑Belt. Wara li nissetiljaw fil‑kmamar immorru dawra flimkien fiċ‑ċentru mżejjen għall‑Milied.
Il‑Ġimgħa 6 ta’ Diċembru
It‑Tnejn 9 ta’ Diċembru
W
ara l‑kolazzjon immorru dawra fuq il‑lanċa max‑xmara Spree (extra). Waranofsinhar inżuru s‑Suq tal‑Milied tal‑Kunsill ta’ quddiem Rathaus, il‑bini aħmar quddiem il‑funtana ta’ Nettunu fejn hemm ‘ice rink’ u rota enormi li min jitla’ fuqha jara Berlin taħtu. Inżuru wkoll is‑swieq ta’ Nikolaiviertel fid‑distrett antik u kwiet f’ambjent sabiħ tas‑sajjieda max‑xmara Spree, u ta’ Charlottenburg, suq ta’ klassi fil‑pjazza tal‑palazz u fil‑ġonna tiegħu mżejnin kif jafu jżejnu l‑Ġermaniżi.
Is‑Sibt 7 ta’ Diċembru
W
ara l‑kolazzjon ikollna ħin liberu għax‑xiri u aktar tard inżuru s‑Swieq tal‑Milied ta’ Spandau ftit ’il barra minn Berlin, li għandu l‑ikbar suq, u ta’ Potsdamer Platz mimli b’bini mill‑aktar modern u mibdul f’ambjent tal‑Milied li jsaħħrek.
Il‑Ħadd 8 ta’ Diċembru
W
ara l‑kolazzjon inniżżlu l‑bagalji magħna, biex nitilqu bil‑kowċ lejn Wroclaw
W
ara l‑kolazzjon inżuru ċ‑ċentru tal‑ħwienet f’Dominkanska u wara nivvjaġġaw lejn Opole, belt‑port fuq ix‑xmara Oder għal ikla tajba flimkien. Wara lura lejn Wroclaw biex ingawdu s‑Suq tal‑Milied.
It‑Tlieta 10 ta’ Diċembru
W
ara l‑kolazzjon ikollna ħin liberu. Nitilqu mil‑lukanda fis‑1.30pm lejn l‑ajruport ta’ Wroclaw minn fejn mat‑titjira Ryanair FR 3462 naslu Malta fis‑6.40pm. PREZZ (jinkludi biljetti tal‑ajru u taxxi, lukanda ċentrali, kolazzjon kuljum, żjara sa Potsdam u żjara sa Opole, u gwida):
Kbar: € 560 Tfal sa 12‑il sena: € 500 Suppliment kamra waħdek: € 200 It-tfal li m’għalqux 4 snin: €300 (jekk jorqdu mal-ġenituri) Polza ta’ assigurazzjoni (insurance)
(sa 69 sena) € 22 (basic + excess) ‑ € 28 ( standard + excess) (minn 70 sa 80 sena) € 39 (basic + excess) € 50 (standard + excess)
Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukkja ċempel lil Natasha fuq 2033 0015/ 9988 5552. Postijiet limitati. 31
Ottubru 2019
Kif bdiet l‑idea ta’ Jum in‑Nanniet f’Malta fis‑sena 2013: 26 ta’ Lulju ‑ Festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, in‑nanniet tal‑Bambin ‑ Philip Chircop jiġi mnebbaħ mid‑diskors ta’ Papa Franġisku meta tkellem dwar it‑trobbija tiegħu ma’ nanntu waqt li kien qed jindirizza Forum taż‑Żgħażagħ fil‑Brażil. 23 ta’ Settembru ‑ Philip Chircop jiltaqa’ mal‑President George Abela u jitolbu Patroċinju Distint tiegħu. Immedjatament wara Philip waqqaf il‑Fondazzjoni Nanniet Malta (NGO V/O 0869). 20 ta’ Ottubru ‑ Jum in‑Nanniet jiġi ċċelebrat għall‑ewwel darba f ’Malta b’quddiesa fil‑Knisja tal‑Ħniena Divina fin‑Naxxar, li għaliha attenda l‑Onor. Speaker Dott. Anġlu Farrugia u folla numeruża. 20 ta’ Novembru ‑ Philip Chircop iwaqqaf sezzjoni f ’Għawdex u jiġi ċċelebrat Jum in‑Nanniet f ’Ta’ Sannat għall‑ewwel darba u li għadu 32
jiġi ċċelebrat ta’ kull sena. 20 ta’ Diċembru L‑Onor. Speaker jistieden lill‑Fondazzjoni għall‑ewwel seduta tal‑Parlament tan‑Nanniet li għadha tiġi organizzata f ’Settembru bħala appuntament annwali. 2014: 12 ta’ Marzu ‑ Philip iressaq mozzjoni fil‑Parlament permezz taż‑żewġ Whips sabiex it‑Tieni Ħadd ta’ Ottubru jiġi ddikjarat bħala Jum in‑Nanniet u jiġi ċċelebrat kull sena fill‑Gżejjer Maltin. Il‑Parlament Malti japprova l‑mozzjoni b’vot unanimu dakinhar stess. Ta’ kull sena f ’Jum in‑Nanniet issir quddiesa f ’diversi knejjes
madwar Malta b’xandira diretta fuq TVM2. F’Għawdex tiġi ċċelebrata s‑Sibt ta’ wara u mxandra minn Ta’ Pinu. Dawn l‑aħħar snin il‑quddiesa qed tiġi ċċelebrata u mxandra mill‑Palazz tal‑President, f ’San Anton. 26 ta’ Lulju ‑ Il‑Fondazzjoni tiċċelebra għall‑ewwel darba l‑Festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li saret appuntament annwali. 23 ta’ Settembru ‑ Jibda jiġi mfakkar Jum il‑Fondazzjoni ta’ kull sena b’Mixja u Rikba tan‑Nanniet fuq il‑muturi. 2018: 8 ta’ Diċembru – ll‑President Marie‑Louise Coleiro Preca inawgurat Monument tan‑Nanniet f ’San Anton. Il‑Core Team jiltaqa’ kull xahar biex jippjana l‑attivitajiet: • Ftuħ ta’ Ċentri tan‑Nanniet
Ottubru 2019
f ’kollaborazzjoni mal‑Kunsilli Lokali. • Laqgħat tan‑nanniet kull ġimgħa. • Attivitajiet soċjali u żjarat fid‑djar biex inferrħu lill‑anzjani. • “Befriending Programmes” biex nikkumbattu s‑solitudni u l‑abbandun. • Ħarġiet kulturali u edukattivi. • Ħarġiet għal Għawdex. • Safar u ‘cruises’ madwar l‑Ewropa. • ‘Dinner Dances’ u kolazzjonijiet. • Mixjiet u rikba bil‑muturi. • Parlament tan‑Nanniet. • Viżti tal‑Knejjes f ’Ħamis ix‑Xirka. • Lezzjonijiet tal‑‘Line Dancing’ u ‘Ballroom’. • Lezzjonijiet b’xejn tal‑kompjuter. • Wirjiet ta’ artiġjanat maħduma min‑nanniet u n‑neputijiet. • Jum in‑Nanniet u żjarat fl‑iskejjel. Programm Ottubru‑Diċembru 2019 Ottubru: Mill‑Ħamis 3 sal‑Ħadd 6: Catania Weekend Break f ’Siracusa Palazzolo Acreide. Il‑Ġimgħa 11: Dinner Dance fil‑Lukanda Victoria f ’Tas‑Sliema.
Waqt Laqgħa tal‑‘Core Team’ ta’ Nanniet Malta.
Waqt Cruise f'San Pietruburgu, ir‑Russia ‑ Lulju 2019.
Il‑Ħadd 13: Jum in‑Nanniet fil‑Palazz tal‑President, San Anton. Fid‑9am quddiesa li tixxandar diretta fuq TVM2. Il‑Ħadd 20: Jum Dinji Missjunarju ‑ Maratona fuq TVM. Is‑Sibt 26: Jum in‑Nanniet f ’Għawdex. Ikla u żfin fir‑Ristorant Seashells ix‑Xlendi u quddiesa mxandra fuq TVM2 minn Ta’ Pinu.
Novembru: Tifkira għan‑nanniet li ħallewna ‑ Quddiesa u Buffet Breakfast. Diċembru: Il‑Ħadd 13 Jum ir‑Repubblika ‑ Dinner Dance tal‑Milied. Spettaklu b’artisti internazzjonali fin‑Nigret Night Club ir‑Rabat. Irriserva post: Ċempel: 21447304 / 21446568 / 79446568 / 99207043 jew ibgħat imejl fuq nanniet.malta@gmail.com 33
Ottubru 2019
#Il‑Missjoni Tagħna Hi ...
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
a in
VO/1178
md t m Mgħaibgħu um
P
apa Franġisku għażel ix‑xahar ta’ Ottubru 2019 biex jiċċelebra x‑‘Xahar Missjunarju Straordinarju’ sabiex ifakkar il‑100 sena anniversarju tal‑missjunarji.
F’dinja fejn:
• il‑faqar għadu kwistjoni dinjija, • 67 miljun tifel u tifla m’għandhomx edukazzjoni,
#Flimkien aħna wkoll missjoni Ingħaqad magħna f’katina dinjija ta’ messaġġi missjunarji u kliem ta’ intenzzjonijiet tajbin u ħu azzjoni. Kif? #Il-missjoni tagħna hi
...
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
#OurMission is..
.
Me. You. Us. Together.
d a in
• hawn differenzi razzjali, politiċi u ekonomiċi, m am ut Mgħ ibgħ um
• il‑bidla fil‑klima qed twassal għal degradazzjoni ambjentali u • hawn l‑individwaliżmu u l‑materjaliżmu
...tagħkom x’inhi?
...what’s yours?
#Il‑Missjoni Tagħna
• Niżżel il‑mudell minn www.missio.org.mt/emm jew agħmlu inti stess fuq karta.
• ... iġegħluna nemmnu li m’għandna xejn komuni bejnietna. Imma aħna naqsmu bejnietna l‑umanità u darna – ID‑DINJA!
• Ħu ritratt jew vidjow.
#Tama
• Innomina xi grupp ta’ persuni oħra sabiex jagħmlu l‑istess.
Flimkien nistgħu ningħaqdu u kull wieħed u waħda minna jista’ jxandar kliem u azzjonijiet ta’ mħabba, tama u unità, u nkunu ta’ spalla għal xulxin. 34
• Tellgħu fuq Facebook.
• Poġġu l‑intenzjoni missjunarja tagħkom fl‑azzjoni.
Ottubru 2019
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Ottubru 2019
‘CORDON BLEU’ MILL‑IŻVIZZERA
Metodu:
• Aqsam is‑sidriet minn nofs biex ikollok
erbgħa.
• Iftaħhom forma ta’ pokit. • Gerbeb romblu fuq xulxin dawra perżut u
slajs ġobon u poġġihom fis‑sidra.
• Agħlaq il‑qasma b’ żewġ ‘toothpicks’. • F’żewġ platti separati poġġi l‑bajda u l‑frak
tal‑ħobż.
• Ċappas s‑sidriet fil‑bajda d‑dawra kollha u
X’għandek bżonn (għal 4 persuni): • 2 sidriet sħaħ tat‑tiġieġ • 4 dawriet perżut tal‑koxxa jew bejken • 4 slajsis ġobon (mil‑liema tiggosta) jew mozzarella • Bajda mħabbta • Frak tal‑ħobż mitħun • Bott kbir polpa tat‑tadam • Ħwawar għal mat‑tiġieġ • Ftit bżar u melħ • Żejt taż‑żebbuġa • Ftit ‘toothpicks’
wara fil‑frak tal‑ħobż.
• F’taġen fond aqlihom fiż‑żejt fuq nar baxx
sa ma jiħmaru d‑dawra kollha.
• Itfa’ l‑polpa tat‑tadam, il‑bżar, il‑melħ u
l‑ħwawar.
• Għatti b’għatu u ħallih itektek sa ma ssir
is‑sidra.
• Żid ftit żgħira ilma jekk tarah qed jixxotta. • Jekk trid tista’ taqli basla fiż‑żejt qabel titfa’
s‑sidriet.
Guten Appetit! (L‑Ikla t‑Tajba)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Ottubru 2019
Get connected with the latest in phone technology Reasonable Prices, Services and Repairs, Excellent aftersales Service Your Satisfaction is Guaranteed
PHONE BOX Triq Tal‑Balal, San Gwann Contact Information: 21381666/ 79381666 info@phonebox.com.mt www.phonebox.com.mt
All Brands of Mobile Phones, Home Phones and Cordless Phones
37
KOMPETIZZJONI ‑ OTTUBRU 2019
Ottubru 2019
TISLIBA BIN‑NUMRI
Sib in‑numri kollha t’hawn taħt fil‑kaxxa l‑kbira. In‑numri jistgħu jkunu orizzontali mix‑xellug għal‑lemin jew vertikali, ’l isfel. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. 3
0
1
0
4
0
6
2
5
8
6
8
6
1
4
5
8
0
1
1
4
7
6
4
1
8
5
0
4
2
0
8
0
3
1
7
0
8
5
7
6
0
6
8
6
1
3
7
7
6
4
7
1
4
1
0
0
0
7
6
9
8
6
6
2
2
6
2
2
8
3
0
0
7
8
3
0
5
8
2
1
2
3
5
6
7
4
5
6
0
7
1
3
6
6
3
5
5
1
8
123
1603
5030
258
2262
6068
384
3010
6756
456
3551
7668
614
4577
8305
870
4764
9317
Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Awwissu 2019: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Abigail Marmarà Gafà minn Marsaxlokk. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
I
3 0 8 5 2 4 3 4 4 6 1 2 8 7 3 7 1 6 0 9 5 2 3 7 8 9 4 5 0 1 4 4 7 4 8 3 2 9 9 3 2 4 9 0 8 7 5 2 6 1 5
7 9 6 2 3 1 4 5 2 8 6 6 2 4 1 1 3 5 0 7 2 4 6 9 2 7 4
1 4 7 5 2 5 2 5 0 7 1 3 2 7 4 3 8 5 9 2 9 6 3 4 7 4 7 3 1 6 2 2 9 4 2 0 1 5 8 9 2 4 8 2
Nitbissmu ftit:
mpjegat darba qabad u ma marx għax‑xogħol. L‑għada l‑imgħallem bagħat għalih u qallu: “Int taħseb li hawn tista’ tagħmel li trid? Kif taqbad u ma tiġix għax‑xogħol?” “Skużani Sinjur, kont ma niflaħx u t‑telefown kien bil‑ħsara,” wieġeb l‑impjegat.
L‑għada l‑impjegat reġa’ ma marx għax‑xogħol u l‑pitgħada lanqas. Meta daħal lura x‑xogħol, l‑imgħallem reġa’ bagħat għalih u qallu: “Kif erġajt għamilt jumejn ma ġejtx u mank bgħatt risposta? Ma tafx li tista’ titkeċċa mix‑xogħol!?”
“Imissek bgħattli messaġġ bil‑mowbajl,” qallu l‑imgħallem. U mingħajr ma tah ċans iwieġeb qallu: “You may leave.”
“Skużani Sinjur, mhux int għedtli: ‘ju mej lif’ u jiena hekk għamilt, ħadt jumejn franki!”
38
Ottubru 2019
Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb
• Silvana Vella mill‑Gudja
• 18 ta’ Mejju 2019 Mary Borg minn Ħaż‑Żabbar • 03 ta’ Awwissu 2019 Maria Agius mill‑Mosta • 03 ta’ Awwissu 2019 Tessie Bartolo mill‑Mosta • 07 ta’ Awwissu 2019 Grezzju Gafà minn Ħal Qormi • 12 ta’ Awwissu 2019 Joseph Mizzi mill‑Mosta • 16 ta’ Awwissu 2019 Giovanni Vassallo minn Ħal Kirkop • 31 ta’ Awwissu 2019 John Formosa membru tas‑Soċjetà tal‑M.U.S.E.U.M. • 06 ta' Settembru 2019 Paċifika Deguara mill-Mosta Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
• Grazzi wkoll lil Ġorġa Bajada minn Ta’ Sannat, Paċifika Masini mir‑Rabat, Għawdex, Ewkaristika Piscopo minn San Lawrenz u Karmela Bajada mix‑Xagħra, li taw suf, ġersijiet u oġġetti għall‑bażar. Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Jekk int interessat, ċempel 21236962
Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com
39
Ottubru 2019
Well Crafted Well Priced
Cash For Gold
7, St John Square Valletta 8, Merchants str, Valletta
40