Skip to main content

Malta Missjunarja Novembru 2019

Page 1

NEWSPAPER POST NOVEMBRU 2019 SENA 88

02 Il‑Jum Dinji Tat‑Tjubija  08 Miraklu Ta’ Mħabba 24 Saċerdoti Ġodda  36 Torta Ta’ San Martin għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Novembru 2019

Il‑Jum Dinji Tat‑Tjubija

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 4 6 8 12 16 22 24 26 28 30 32 36 38 39

Editorjal Messaġġ mid‑Direttur Unjoni Missjunarja Propagazzjoni tal‑Fidi San Pietru Appostlu Santa Infanzja Qaddis tax‑Xahar Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha L-Isqof Mons. Mario Grech u l-Missjoni Riżultati tal‑Lotterija 2019 Il‑Padri Kristjani tad‑Deżert Ġita ma’ Missio Riċetta Tradizzjonali Kompetizzjoni u Ċajt Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Anzjana ferħana bit-tjubija tal-oħrajn.

2

I

l‑Jum Dinji tat‑Tjubija huwa osservanza internazzjonali li taħbat nhar it‑13 ta’ Novembru. Dan il‑jum kien introdott fl‑1998 mill‑Moviment Dinji tat‑Tjubija u huwa osservat f’ħafna pajjiżi, fosthom il‑Kanada, il‑Ġappun, l‑Awstralja, in‑Niġerja, l‑Italja, ir‑Renju Unit, l‑Indja u l‑Emirati Għarab Magħquda. Ħafna skejjel madwar id‑dinja issa qed jiċċelebraw il‑Jum Dinji tat‑Tjubija u qed jaħdmu ma’ NGOs lokali fuq diversi proġetti, fosthom il‑Proġett Kun Ġentili Mal‑Proxxmu fl‑Istati Uniti. Fl‑2012 fl‑Awstralja, sar avveniment għall‑ewwel darba fid‑Dar tal‑Gvern biex jiġi ċċelebrat dan il‑jum filwaqt li kienu mogħtija ‘Cool To Be Kind Awards’ lil diversi studenti tal‑primarja. L‑Awstraljani jiċċelebraw diversi avvenimenti f’dan il‑jum, fosthom It‑Tgħanniqa l‑Kbira u l‑għoti ta’ Kartolini tat‑Tjubija. Fil‑Kanada jiċċelebraw dan il‑jum b’Kunċert tat‑Tjubija u f’Singapor kull sena jagħtu mal‑45,000 fjura safra. Il‑Jum Dinji tat‑Tjubija huwa mħares sabiex jiġu enfasizzati l‑għemejjel tajbin fil‑komunità li tiffoka fuq il‑pożittiva u l‑għaqda komuni tat‑tjubija li torbotna flimkien. It‑tjubija hija parti fundamentali tal‑kundizzjoni umana li tgħaqqad


Novembru 2019

ir‑reliġjon, it‑tradizzjoni, il‑politika u s‑sess. Il‑Kartolini tat‑Tjubija hija attività kontinwa li tista’ tkun imgħoddija biex tirrikonoxxi att ta’ ġid u biex titlob li jsir att ta’ ġid. Qed isiru approċċi għan‑Nazzjonijiet Uniti mill‑ogħla korp globali, il‑Moviment Dinji tat‑Tjubija, biex il‑Jum Dinji tat‑Tjubija jkun rikonoxxut uffiċjalment u l‑membri tagħha b’mod unanimu jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ appoġġ għat‑Tjubija Dinjija. Tabilħaqq li din hija ġurnata li tħeġġeġ lill‑individwi biex jinjoraw il‑konfini, ir‑razza u r‑reliġjon u minflok juru tjubija mal‑proxxmu. Li kieku kulħadd jaħseb tajjeb, jitkellem it‑tajjeb u jagħmel il‑ġid, iċ‑ċrieki tat‑tjubija jikbru fid‑dinja. Dan il‑jum għandu jservi sabiex

ikun jum ta’ għotjiet fejn individwi, tfal, studenti u impjegati minn bosta negozji jingħaqdu bl‑iskop li jagħmlu att tajjeb lill‑oħrajn. Huwa importanti li jkollna ġurnata li fiha nirrikonoxxu nies mill‑isbaħ li huma ddedikati biex jagħmlu l‑ġid. Fl‑omelija tal‑Ħadd ta’ qabel il‑Jum Dinji tat‑Tjubija tal‑2015, Papa Franġisku kien qal: “Nibgħat ix‑xewqat tiegħi lill‑bosta gruppi ta’ voluntiera li ser jingħaqdu biex juru solidarjetà billi jagħmlu atti tajbin li jippromwovu soċjetà aħjar.” Xi ideat ta’ atti ta’ tjubija jinkludu: • Ħallas għall‑persuna warajk f ’xi kafeterija • Ħalli lil xi ħadd jimxi ’l quddiem fi kju

• Ixtri xi prodotti żejda mill‑ħanut tal‑merċa u agħtihom lil xi ħadd fil‑bżonn • Ixtri l‑fjuri lil xi ħadd ‑ ħaddiem tal‑posta, skrivan ta’ uffiċċju, xufier tal‑linja, eċċ... • Għin lil xi ħadd jibdel tajer baxx • Ċedi lil aktar karozzi fit‑traffiku • Ħalli noti anonimi b’messaġġi pożittivi biex isibhom ħaddieħor • Ikkumplimenta kollegi tax‑xogħol fuq ix‑xogħol tagħhom • Ibgħat messaġġ inkoraġġanti lil xi ħadd • Ħu l‑pasti fuq il‑post tax‑xogħol • Aħsel il‑karozza ta’ xi ħaddieħor • Agħti rigal lill‑ġirien ġodda u ppreżenta lilek innifsek 

JIEN. INT. AĦNA. FLIMKIEN. Programm dwar il‑missjoni bi produzzjoni ta’ Missio Malta.

Minn Ottubru fuq Radju Marija. Frekwenza: Malta 102.3FM / Għawdex 107.8FM.

Kull nhar ta’ Ħamis fil‑11am b'ripetizzjoni kull nhar ta' Sibt fin‑12:30am u kull nhar ta' Tnejn fis‑1:30pm.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

3


Novembru 2019

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Sejħa Li Nkunu Qaddisin

T

a’ kull sena, fil‑bidu tax‑xahar ta’ Novembru, aħna niċċelebraw il‑Festa Solenni tal‑Qaddisin Kollha. Il‑qaddisin mhumiex dawk biss li l‑Knisja tikkanonizza u tippreżentahom bħala mudell għalina biex nimxu fuq il‑passi tagħhom, iżda huma dawk kollha li wara li temmew il‑pellegrinaġġ tagħhom fuq din l‑art, waslu fid‑Dar tal‑Missier tagħna tas‑sema u qegħdin jaraw wiċċ Alla u jithennew bih għal dejjem. Alla, għalhekk 4

ħalaqna biex ilkoll, mingħajr eċċezzjoni ta’ ħadd, insiru qaddisin. Naħseb li għadna niftakru t‑tweġiba li konna nagħtu għall‑mistoqsija: “Għalfejn ħalqek Alla?” – “Alla ħalaqni biex nagħrfu, inħobbu u naqdih, u wara din il‑ħajja mmur ingawdih għal dejjem”. Dan għandu jimliena bil‑kuraġġ u ħadd m’għandu għax jaqta’ qalbu mis‑salvazzjoni tiegħu. Papa Franġisku, fl‑Eżortazzjoni Tiegħu ‘Ifirħu u Thennew’, li

ħareġ fid‑19 ta’ Marzu 2018, jagħmlilna lkoll sejħa speċjali għall‑qdusija. F’din is‑sejħa, il‑Papa qiegħed jirrepeti dak li qalilna l‑Mulej diversi drabi fl‑Evanġelju kif ukoll is‑sejħat li l‑Knisja, tul is‑sekli, ma waqfet qatt turina kif nistgħu nilqgħu u ngħixu din is‑sejħa. Ġesù għadu llum jgħidilna: “Kunu mela perfetti bħalma huwa perfett Missierkom li hu fis‑smewwiet” (Mt. 5:48). Din l‑istedina ta’ Ġesù hija miftuħa għal kulħadd: isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi, lajċi, anzjani, żgħażagħ u tfal. Kull min huwa mgħammed għandu din is‑sejħa li jkun qaddis. Il‑Papa, fl‑eżortazzjoni msemmija, ikompli jgħidilna: “Ilkoll imsejħin inkunu qaddisin billi ngħixu bi mħabba u kull wieħed minna joffri x‑xhieda tiegħu waqt li ta’ kuljum induru lejn Alla”.


KALENDARJU MISSJUNARJU 2020 (Jingħata b’XEJN bħala rigal lil kull abbonat ta’ Malta Missjunarja.) • Stampa b’tema missjunarja kull xahar KALENDARJU • Qaddis għal kull ġurnata • L‑intenzjoni missjunarja ta’ kull xahar Tista’ takkwista kopja minn Missio kif ukoll mill‑Ħanut Faith Hope & Charity Gift Shop li jinsabu f’Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta. NEWSPAPER POST

2020 Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

B’SMS ta’ €2.33 tkuntkun qed titma’ B’SMS ta’ €2.33 qed 7 t’itfal għal għal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.

Ħajja bħal din żgur li tkun mixtla mhux biss għaż‑żgħażagħ biex iwieġbu għas‑sejħa tal‑Mulej li jimxu warajh mill‑qrib, iżda wkoll tgħin biex tinħoloq klima li lkoll inħossu l‑bżonn biex naqsmu l‑esperjenza tagħna mal‑Mulej barra minn xtutna. 

B’SMS B’SMSta’ta’€6.99 €6.99tkun tkunqed qed tixtri l‑kotba għalgħal tifel tifel jew tifla tixtri l‑kotba jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika.

straordinarju l‑ħajja tagħna ta’ kuljum. Dan nistgħu nwettquh daqskemm aħna lesti li niftħu qalbna għall‑istess Spirtu ta’ Ġesù, li hu l‑għajn ta’ kull qdusija.

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

Fl‑Antik Testment, Alla, permezz ta’ Mosè, ta l‑għaxar kmandamenti, jew kif huma wkoll magħrufin bħala l‑għaxar kelmiet, lill‑poplu tiegħu biex iservuh ta’ gwida ħalli jsir poplu qaddis. Alla, permezz ta’ Ibnu, tana lilna llum l‑interpretazzjoni fil‑pożittiv ta’ dawn il‑kmandamenti. Ġesù, fid‑diskors tiegħu magħruf bħala d‑Diskors tal‑Muntanja (Mt. 5), tana programm ta’ ħajja bil‑għan li ngħixu b’mod

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Novembru 2019

50 ġrajja miktuba minn ħutna

missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni.

Ċempel fuq: 2123 6962/ 2033 0015 PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt

Prezz:

€ 12 5


UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Novembru 2019

Intenzjoni Missjunarja: Novembru 2019 “Nitolbu sabiex spirtu ta’ djalogu, laqgħa u rikonċiljazzjoni jitnissel fil‑Lvant Nofsani, fejn komunitajiet reliġjużi diversi jaqsmu ħajjithom flimkien. 6

S

ertinlanges, kittieb tas‑Seklu 19, kien kiteb li mis‑Seklu 15 qabel Kristu sas‑Seklu 19 wara Kristu kien hemm 3,130 sena ta’ gwerer u 227 sena biss ta’ paċi. Dan ifisser li għal kull sena ta’ paci kien hawn fid‑dinja erbatax‑il sena ta’ gwerra. Żgur li kull rokna tad‑dinja kienet affettwata sfortunatament minn mumenti ta’ tensjoni, ġlied u kunflitti. Ħadd ma jieħu pjaċir bil‑gwerra kif żgur Alla ma jiħux pjaċir

bil‑ġlied. Alla jixtieq li l‑bnedmin kollha jkunu magħqudin flimkien b’rieda tajba bejniethom. Ġesù proprju ġie fid‑dinja biex jagħtina din il‑paċi. Sfortutament il‑Lvant Nofsani kien maħkum matul l‑istorja tiegħu minn diversi ġlied u kunflitti, kif nistgħu naraw minn diversi testi storiċi u anke dawk Bibliċi. Alla, li juri lill‑poplu tiegħu t‑triq tal‑paċi, u l‑bniedem iwieġeb bit‑triq tal‑gwerra u tas‑sejf.


Novembru 2019

Għalhekk f’dan ix‑xahar ta’ Novembru, ix‑xahar tal‑erwieħ, inkomplu nitolbu fuq ix‑xewqa tal‑Papa sabiex ikun hemm il‑paċi u s‑sliem fil‑Lvant Nofsani fejn insibu wkoll ħafna postijiet

sagri marbuta mal‑Bibbja u mal‑ħajja tal‑Feddej tagħna Ġesù Kristu. Nitolbu sabiex id‑diversi komponenti reliġjużi li jgħixu flimkien f’dawn il‑postijiet, ma jibnux ħitan bejniethom li jifirduhom,

imma pjuttost pontijiet li jgħaqqduhom. Nitolbu ħalli dejjem jaslu għat‑triq ta’ djalogu u ta’ ftehim, li tkun tfisser rebħa għal kulhadd, għaliex bil‑ġlied u bil‑gwerra kulħadd huwa tellief. 

BAŻAR Sejħa għall‑voluntiera: Napprezzaw li min jista’ imqar darba fil‑ġimgħa, jagħti daqqa’ t’id fil‑bażar, jikkuntatjana. Grazzi.

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn fajjenża, oġġetti tal‑ħġieġ u kull tip ta’ tiżjin tad‑dar, f’kundizzjoni tajba, biex jinbiegħu fil‑bażar ta’ Missio Malta. F’każ ta’ ammont kbir niġu aħna stess niġbruhom minn djarkom. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Natasha fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. Kull għotja hija apprezzata. Grazzi ħafna mill‑qalb.

Ninħtieġu rigali u tiżjin tal‑Milied ġodda jew f’kundizzjoni tajba ħafna biex inbigħuhom fil‑bażar. Grazzi mill‑qalb.

7


Novembru 2019

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Miraklu Ta’ Mħabba

X

taqt inwasslilkom din il‑ġrajja hekk sabiħa li ġrat lil koppja żagħżugħa li nafhom personalment u li kont segwejthom minn meta kienu għadhom tfal. Il‑ferħ ta’ kull missjunarju huwa meta jara kif Alla jaħdem fin‑nies li magħhom kien għex u serva. Din l‑istorja qed inġibuha hekk kif ġiet irrakkontata minn din il‑koppja stess waqt laqgħa li kellhom fl‑Italja sentejn ilu ma’ grupp ta’ familji Nsara. Eugene: Jiena jisimni Eugene u din hija marti 8

Ann. Ilna miżżewġin għal dawn l‑aħħar disa’ snin u għandna żewġt itfal ‑ Erin ta’ seba’ snin u Anica ta’ ħames snin. Aħna mill‑Filippini u ilna sena ngħixu l‑Italja. Jiena naħdem bħala inġinier u qabel ġejt hawn kont naħdem ma’ kumpanija li tiġġenera l‑elettriku. Ann: Jiena kont iggradwajt fil‑I.T. u meta żżewwiġt kont naħdem f ’din l‑industrija. Nista’ ngħid li kelli karriera tajba u kont miexja ’l quddiem, tielgħa bil‑mod il‑mod lejn il‑quċċata tal‑karriera tiegħi. Kif

tistgħu timmaġinaw dan kien xogħol esiġenti ħafna u għalhekk wasalt f ’mument meta ħsibt li biex inħobb tabilħaqq lil Eugene u biex inwettaq ix‑xewqa tagħna li jkollna familja, kelli nagħżel bejn il‑familja u x‑xogħol tiegħi. Tkellimna ma’ xulxin fuq dan. Kien iż‑żmien meta fid‑dinja kienet bdiet il‑‘meltdown’ tal‑ekonomija. Kellna dubju jekk inkunux kapaċi nibnu familja b’salarju wieħed. Kien riskju kbir, imma ħassejna li kien Alla li kien qed jitlobna dan, u hekk għedna l‑‘iva’ tagħna b’fiduċja li Alla dejjem


Novembru 2019

se jieħu ħsiebna. Ħallejt il‑karriera tal‑I.T., li kont gawdejt għal għaxar snin, u sirt mara tad‑dar, filwaqt li Eugene sar l‑uniku wieħed biex jaħseb għalina. Ma domniex wisq li sibna ruħna eċċitati nistennew l‑ewwel tarbija. Twieldet Erin u kien mument ta’ eċċitament kbir għalina t‑tnejn. Imma l‑ferħ tagħna ma damx wisq. Ta’ ġimagħtejn it‑tarbija ma bdietx tiekol. Kien is‑6 ta’ Diċembru; ħadnieha l‑isptar u t‑tabib qalilna li t‑tifla kellha sepsis u meninġite, u li dan seta’ jkun fatali. Is‑7 ta’ Diċembru kienet ġurnata speċjali ħafna għalina. Bdejna l‑ġurnata billi flimkien ġeddidna l‑‘iva’ tagħna biex naċċettaw

dejjem dak li Alla jrid minna filwaqt li emminna li kulma jiġri f’ħajjitna kien parti mill‑imħabba kbira ta’ Alla għall‑familja tagħna. Kmieni ħafna dakinhar filgħodu t‑tabib kellimna u għarrafna li l‑infezzjoni dehret li kienet fi stadju avvanzat ħafna, u li Erin kienet tinsab f’kundizzjoni kritika ħafna. Dakinhar waranofsinhar, għammidnieha b’emerġenza fin‑Neonatal ICU. Eugene: L‑għada l‑polz ta’ Erin beda jonqos u sar dgħajjef ħafna. Wiċċha kien bla kulur u saret debboli ħafna, u għajnejha kienu ċassi bla ebda reazzjoni għad‑dawl. It‑tabib tana l‑parir li neħduha fi sptar aktar speċjalizzat li, bla dubju, kien ifisser spiża

enormi għalina. Bdejt ninkwieta għall‑ewwel li mhux ser inkunu kapaċi nħallsu l‑ispiża, imma Ann għenitni nagħmel qabża kbira fid‑dlam, u nemmen. Qbilna li nagħmlu dak kollu possibbli għal Erin u fuq il‑flus ninkwetaw wara. Dik il‑għodwa ħassejtha bi tqila naċċetta dak li kien qed jiġri lill‑familja tagħna u staqsejt lil Alla: “GĦALIEX?” Aktar tard fdajt kollox f’idejh u għedt ‘l‑iva’ tiegħi. Waqt li konna sejrin bl‑ambulanza lejn l‑isptar il‑ġdid, talbuni naqbad id Erin sabiex nistimulaha, u nkantalha t‑taqbila favorita tagħha għax il‑polz kien sar debboli ħafna. Kien diffiċli nifhem għaliex il‑familja tagħna kellha tgħaddi minn dan kollu. Imma bqajna

9


Novembru 2019

nemmnu li kien hemm raġuni għal kollox, anki jekk f’dak il‑mument ma stajniex nifhmu. Għal darba oħra Ann u jiena għedna l‑‘iva’ tagħna għar‑rieda tiegħu. Hekk kif wasalna l‑emerġenza rajna lil Erin imdawra b’ħafna makkinarju, tubi u labar ma’ ġisimha kollu. Bdew jaqbduha l‑aċċessjonijiet u nfqajna nibku hekk kif rajna dak kollu li kienet għaddejja minnu u kemm kienet gravi s‑sitwazzjoni. Ma stajtx naċċetta li t‑tarbija tagħna kellha tgħaddi minn dak kollu. Dakinhar kien it‑8 ta’ Diċembru, il‑festa tal‑Kunċizzjoni. Morna fil‑kappella tal‑isptar u fdajna lil bintna f’idejn ommna Marija. Ann: Bla tlaqliq ta’ xejn it‑tobba qalulna li l‑kundizzjoni ta’ Erin kienet kritika ħafna. L‑infezzjoni kienet diġà telgħet fil‑moħħ u kellha l‑meninġite. Qalulna wkoll li f’każi serji bħal dawn kien hemm żewġ possibiltajiet, jew li l‑pazjent ma jgħix jew li l‑pazjent jgħix b’diżabilità. Żgurawna li min‑naħa tagħhom huma kienu ser jagħmlu minn kollox u li aħna stajna biss nittamaw u nitolbu. Komplew b’ħafna testijiet għall‑ġurnata kollha 10

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

u rajna lil Erin imdawra minn magni, pajpijiet u labar f’idejha u f’saqajha, u trasfużjoni ta’ palatelets, plażma friska ffriżata u ċelluli ħomor tad‑demm. Fiha rajna x‑xbieha ta’ Ġesù żgħir li kien qiegħed jissammar u b’tant tbatija, anki jekk innoċenti. Bid‑dmugħ f’għajnejna ħassejna kemm Erin kienet

speċjali għal Ġesù li għażilha f’età hekk ċkejkna biex tkun vittma innoċenti bħalu fuq is‑salib. L‑unika ħaġa li stajna nagħmlu kienet li nibqgħu hemm maġenbha, bħal Marija taħt is‑salib. Eugene: Matul dan kollu Ann u jiena, emozzjonalment, għaddejna minn tbatija tremenda. Diversi drabi konna nħarsu lejn xulxin u niżguraw lil

xulxin mill‑imħabba u l‑għaqda tagħna ma’ xulxin. Bqajna nemmnu li dan kollu kien parti mid‑disinn ta’ mħabba li Alla kellu fuq it‑tarbija u l‑familja tagħna. Dak il‑lejl Ann u jiena staqsejna lilna nfusna konniex lesti għal kulma seta’ jiġri; il‑possibilità li t‑tifla nkunu rridu nieħdu ħsiebha bħala persuna b’diżabilità jew ukoll għall‑possibilità li tmut u hekk nitilfuha. Staqsejt lil Alla: “Qed titlobni li nagħtik anki l‑unika tifla li għandi?” Ann ftakret f’Abraham li baqa’ jittama anki meta kien mitlub joffri lil Iżakk. Ftakret ukoll f’Ġob li baqa’ fidil anki meta kien tilef kulma kellu u b’serenità qal: “Il‑Mulej jagħti u l‑Mulej jieħu”. Ma kienx faċli taċċetta dawn il‑possibiltajiet li baqgħalna, imma flimkien aċċettajna r‑rieda tal‑Mulej u rrealizzajna li f’dak il‑waqt Erin ma kinitx f’idejna, imma f’idejn Alla. Ann: Konna lesti għall‑agħar li seta’ jiġri. Bdew għaddejjin il‑ġranet u bdejna nagħmlu l‑qalb meta bdejna naraw lil Erin tirrispondi għat‑trattamenti li kienu qed jagħtuha. Wiċċha reġa’ beda jieħu l‑kulur u anki l‑ġilda tagħha bdiet tieħu r‑ruħ. Ukoll għajnejha ħadu


Novembru 2019

l‑ħajja u bdiet tiċċaqlaq aktar. Mill‑ultrasound ta’ moħħha deher li l‑moħħ kien normali u bla ebda ferita mill‑infezzjoni serja li kellha. Ir‑riżultati kollha li għamlulha kienu kollha negattivi u ma kien hemm l‑ebda traċċa ta’ abnormalità. It‑tobba u l‑infermiera kollha bdew isejħulha ‘a miracle baby’. Ġurnata wara ġurnata kompliet tiġi għall‑aħjar u tissaħħaħ. Rajna lil din il‑mara żgħira u kuraġġuża tagħna tiġġieled biex tgħix, u fil‑vjaġġ tagħna magħha rġajna tgħallimna x’inhuma l‑aktar affarijiet importanti fil‑ħajja tagħna li ħafna drabi neħduhom ‘for granted’. B’xi mod Erin għallmitna li x’aħna huwa ħafna aktar

importanti milli x’għandna jew x’nagħmlu. Għallmitna x’inhi fl‑aħħar mill‑aħħar il‑ħajja. Erin baqgħet l‑isptar għal 23 ġurnata. Tul dak iż‑żmien iċċelebrajna diversi festi: għeluq snini, meta Erin għalqet xahar u l‑ewwel Milied bħala familja ta’ tlieta. Imma jekk kien hemm xi ħaġa li kellna għax niċċelebraw u nkunu grati għaliha, kienet għall‑ħajja ġdida ta’ Erin. Morna lura d‑dar fid‑29 ta’ Diċembru fil‑ħin biex niċċelebraw is‑sena l‑ġdida. Matul l‑ewwel sena tagħha bqajna mmorru diversi drabi għal ‘check‑ups’ bir‑riżultati dejjem aktar tajbin.

Qabel ma għalqet sena għaddiet min‑‘neurological evaluation with flying colours’, ferm aktar minn dak li n‑newroloġista seta’ jimmaġina. Issa Erin għandha 7 snin b’ħajja mill‑isbaħ ma’ oħtha Anica li għandha kważi 5 snin. Bħal ġenituri oħra għandna l‑beżgħat tagħna fuq uliedna. Aħna diġà poġġejniehom f’idejn Alla, għax qabel kollox huma tiegħu. Nifhmu li bħala ġenituri aħna biss qaddejja u xogħolna hu li nakkumpanjaw lil dawn uliedna biex waqt li jikbru, ngħinuhom jiskopru l‑pjan sabiħ ta’ mħabba li Alla għandu għalihom. 

KNISJA–FAMILJA–MISSJONI K–F–M

Meta: Fejn: Imexxi: Programm:

Laqgħat ta’ formazzjoni li jwassluna biex ngħixu aktar għall‑oħrajn milli għalina nfusna. Kull laqgħa jkollha viżjoni tal‑Knisja tal‑lum, filwaqt li nidħlu fil‑fond fuq punt importanti tal‑fidi tagħna. Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Uffiċċju ta’ Missio Malta, il‑Belt Valletta Dun Victor Agius, Assistent Direttur ta’ Missio, li għandu aktar minn 40 sena esperjenza missjunarja 6:00pm – Quddiesa  6:30pm – Taħdita ta’ nofs siegħa 7:00pm – Te, kafè u ‘snack’

Għal aktar tagħrif jew jekk ser tattendi għall‑ewwel darba kkuntattja lil Dun Victor fuq 7923 6114. Grazzi. 11


Novembru 2019

SAN PIETRU APPOSTLU – VINCE GALEA

San Vinċenz Ferreri: Il‑Qaddis Tal‑Mirakli F’għeluq is‑600 sena minn mewtu

S

an Vinċenz twieled f ’Valencia fit‑23 ta’ Jannar 1350 minn familja reliġjuża ħafna u magħrufa għall‑karità li kienet tagħmel. Vinċenz kien mogħti għall‑istudju 12

sa minn meta kien għadu tifel, u barra minn hekk kien imħarreġ sew fit‑talb u fl‑għajnuna lill‑foqra. Huwa kien imur jitlob f ’diversi knejjes u kien isum nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’

Ġimgħa. Ta’ sbatax‑il sena ħaddan l‑Ordni Dumnikan fil‑kunvent ta’ belt twelidu u hemm studja tajjeb il‑ħajja ta’ San Duminku biex fuqha fassal ħajja mibnija fuq it‑talb, it‑taħriġ spiritwali u l‑umiltà. Fis‑6 ta’ Ottubru 1368 għamel il‑professjoni reliġjuża u wara kompla jistudja f ’Valencia, f ’Barċellona u f ’Lerida. F’Barċellona beda jgħallem il‑filosofija, iżda ma damx għax fl‑1376 mar Toloża biex ikompli l‑istudji għal sentejn oħra. Wara li ġie ordnat saċerdot mar lura Valencia fejn beda jgħallem it‑Teoloġija. Irċieva d‑dottorat mingħand il‑Kardinal Pietro de Luna, legat ta’ Papa Klement Vll. Fl‑1389, il‑Kapitlu Ġenerali tal‑Ordni żejnu bit‑titlu ta’ Predikatur Ġenerali. Kiteb il‑ktieb ‘Il‑Ħajja Spiritwali’ li jitfa’ dawl fuq il‑ħajja spiritwali tiegħu. Kompla jistudja l‑Ebrajk, l‑Iskrittura u t‑tagħlim ta’ San Tumas d’Aquino, u kien jieħu pjaċir jiltaqa’ ma’ studenti ta’ fehmiet filosofiċi u teoloġiċi differenti. Dan għenu sabiex jifhem il‑mentalitajiet differenti ta’ żmienu. San Vinċenz għex fi żmien


Novembru 2019

meta l‑Knisja kienet għaddejja minn mumenti diffiċli. Wara l‑mewt ta’ Girgor lX, fis‑27 ta’ Marzu 1378, inħatar Papa Urbanu Vl. Billi dan wera ħeġġa kbira għas‑sewwa u webbes rasu li jerġa’ jpoġġi lil Kristu bħala ċ‑ċentru tal‑Knisja, il‑kardinali ma qablux miegħu u nġabru f ’Fondi, u bl‑għajnuna tar‑Reġina ta’ Napli stqarrew li kienu għażlu lil Urbanu Vl għax kienu mġegħlin mill‑poplu ta’ Ruma. Għalhekk l‑għażla ma kinitx tgħodd u għażlu lil Klement Vll biex ikun Papa. Lil dan tal‑aħħar il‑poplu ma ridux u mar sab refuġju f ’Avignon fi Franza. San Vinċenz għamel minn kollox biex jerġa’ jġib l‑għaqda fi ħdan il‑Knisja, għax l‑Insara ma kinux jafu lil min kellhom iżommu bħala l‑veru Papa u lil min kellhom jobdu. Klement Vll ma damx ma miet u l‑istess kardinali għażlu minfloku lil Pietru de Luna li ħa l‑isem ta’ Benedittu Xlll. Fl‑1395 dan il‑Papa li kellu qima kbira lejn San Vinċenz, sejjaħlu ħdejh bħala konfessur u majjistru tal‑palazzi tiegħu. Għal tmintax‑il xahar qeda dan l‑uffiċċju b’impenn u ħila liema bħalha. San Vinċenz kien tal‑fehma li l‑għażla ta’ Benedittu Xlll kienet tiswa, imma fuq kollox għamel minn kollox

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


Novembru 2019

biex tispiċċa din il‑firda. San Vinċenz inkwieta ħafna u marad minħabba din il‑firda u kien wasal f ’xifer il‑mewt. Meta Papa Benedittu XIII mar jarah kien beda jirpilja sew, imma Vinċenz talbu jneħħih mill‑uffiċċji li kellu biex jagħti ruħu għall‑predikazzjoni. Għall‑ewwel m’aċċettax u offrielu karigi oħra, imma mbagħad ċeda u San Vinċenz reġa’ mar Valencia biex ixandar il‑kelma t’Alla fi Spanja. Għalih kien qed jobdi s‑sejħa diretta li għamillu Kristu meta deherlu f ’viżjoni flimkien ma’ San Franġisk u San Duminku. Dan ġara waqt li kien għaddej mill‑mard fit‑3 ta’ Ottubru 1398. Minn dakinhar ’il quddiem qatt ma ddubita aktar li l‑missjoni tiegħu kellha tkun il‑predikazzjoni. Inxteħet b’ruħu u ġismu għaliha, u bil‑prietki tiegħu mess il‑qlub ta’ bosta. Fejn kien jipprietka kienu jseħħu ħafna konverżjonijiet. Ipprietka fi Granada, f ’Aragona, f ’Salamanca, f ’Saint Baume u f ’Marsilja. Bejn l‑1406 u l‑1407 żar iċ‑ċentru ta’ Franza u fis‑sentejn ta’ wara mar lura Spanja. Bejn l‑1410 u l‑1413 kompla l‑missjoni 14

SAN PIETRU APPOSTLU – VINCE GALEA

tiegħu fl‑Italja ta’ Fuq, partikolarment f ’Savona, f ’Genova, f ’San Remo, f ’Piacenza u f ’Milan. Fl‑1410 miet is‑Sultan Martin ta’ Aragona. Bħalma jiġri ħafna drabi, qam l‑inkwiet dwar min se jiret il‑kuruna. Fl‑aħħar ftiehmu li jaħtru disa’ mħallfin u jiddeċiedu huma. Il‑belt ta’

Valencia għażlet lil Vinċenz u lil ħuh Bonifaċju bħala rappreżentanti tagħha. Wara taħditiet u votazzjoni ntgħażel Ferdinandu u Vinċenz ta l‑aħbar lill‑kbarat tal‑Knisja u tal‑Belt. Għalkemm il‑kwistjoni tas‑Saltna ta’ Aragona kienet spiċċat, il‑Knisja kienet għadha maqsuma fi tlieta. Tliet Papiet kienu

qed jippretendu s‑siġġu ta’ Pietru. Vinċenz talab lil Benedittu, li qabel tant kien ħadem miegħu, biex jitlaq ħalli ssir l‑għaqda, iżda Benedittu qatt ma ried iċedi. Fl‑1414 il‑Papa ta’ Ruma Girgor Xll, sejjaħ Konċilju f ’Kostanza u stieden lill‑Papiet l‑oħra jiddimettu. Benedittu żamm iebes minkejja li kien sar ftehim quddiem l‑Imperatur Sigismondu. Wara tant tentattivi, ir‑Re Ferdinandu sejjaħ lil San Vinċenz biex ikun imħallef f ’din il‑kwistjoni. Vinċenz ikkundanna r‑ras iebsa ta’ Benedittu u r‑re ġiegħel lil ibnu, werriet tat‑tron, jiffirma digriet li bih neħħa kull ubbidjenza lejn Benedittu. Vinċenz qara d‑digriet lill‑poplu u Benedittu tniżżel mis‑siġġu tal‑Papiet. Il‑firda spiċċat, u fl‑1417 Ottone Colonna ntgħażel Papa, li ħa l‑isem ta’ Martin V. Vinċenz qatta’ l‑aħħar sentejn ta’ ħajtu jipprietka fi Franza, f ’Nantes u f ’Vannes. Saħħtu bdiet sejra lura ħafna u ruħu ttajret lejn is‑sema fil‑5 ta’ April 1419, preċiżament sitt mitt sena ilu. Ġie kkanonizzat minn Papa Kallistu lll fid‑29 ta’ Ġunju 1455.


Novembru 2019

San Vinċenz mhux biss ta servizz kbir lill‑Knisja matul ħajtu, iżda l‑ġid li ħalla baqa’ jidher wara mewtu bħal ħabba tal‑qamħ li jsemmi Kristu fil‑parabbola. Kien bniedem umli ta’ talb u penitenza, u l‑eżempju tiegħu serva ta’ ġid mhux biss

għal ħafna reliġjużi, imma għal numru kbir ta’ Nsara. Il‑predikazzjoni tiegħu, bħal dik tal‑appostli, kienet imwettqa b’diversi mirakli. Madankollu, fuq l‑eżempju ta’ San Duminku, dejjem kien jitħejja spiritwalment qabel ma jipprietka,

permezz tat‑talb, tas‑sawm u tas‑sagrifiċċju. San Vinċenz għandu jservi ta’ mudell għalina biex nagħrfu li wkoll meta nagħmlu opri ta’ karità, dawn għandhom ikunu riżultat tat‑talb u l‑abbandun tagħna fi ħdan it‑Trinità Qaddisa. 

ABSEILING & ZIPLINE WEEKEND

IN AID OF THE MISSIONS

23rd November 09:00 till 24th November 17:00 at Mosta Bridge, Mosta Donation: €20 Abseiling + zipline ● €12 Abseiling or zipline zip line 100m • abseiling 43m

IN COLLABORATION

Book your adventure on: bookings.mostascouts.org Or call 79707924 https://www.facebook.com/abseilingmarathon/

WITH THE

MOSTA SCOUT GROUP

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Kunsill Lokali Mosta

VO/1178

Coffee Morning 16 ta' Diċembru 2019 fin-Nigret Night Club ir-Rabat

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

•Ħin: 9:30am 'il quddiem •Prezz: €10 jinkludi l-platt tal-ikel, te u kafè, 8 logħbiet tombla u spettaklu mill-isbaħ. •Trasport mill-pjazez kollha ta' Malta u lura €5. Postijiet limitati. Ċemplu biex tibbukjaw fuq 2123 6962. 15


SANTA INFANZJA – VIKKI

Novembru 2019

Le Għall‑Prostituzzjoni Iva Għall‑Edukazzjoni

S

ompop Jantraka twieled u trabba fit‑Tajlandja. Missieru abbanduna lill‑familja tiegħu meta Sompop kien għadu tifel ċkejken. Ommu kellha trabbi lis‑seba’ wliedha waħedha. Minħabba l‑faqar li Sompop u l‑familja tiegħu kienu jgħixu fih, Sompop kellu jibda jaħdem ta’ sitt snin. Huwa għamel diversi xogħlijiet iebsa u dejjem ħadem f ’kundizzjonijiet ħżiena. Sabiex ikollu l‑flus għall‑ikel u għall‑edukazzjoni, Sompop kellu jħaffer il‑bjar u l‑gandotti tal‑ilma, iqatta’ l‑blat fil‑minjieri, inaddaf l‑oqbra mill‑fdalijiet u l‑għadam ta’ dawk midfuna, u jiġbor l‑iskart 16

u ħmieġ ieħor mit‑toroq. Għalkemm l‑edukazzjoni minn dejjem kienet għal qalb Sompop, mhux l‑ewwel darba li għaddielu l‑ħsieb minn moħħu biex jieqaf mill‑iskola u jmur jaħdem ‘full‑time’. Bħala l‑ewwel wild tal‑familja, Sompop kien iħossu responsabbli tal‑familja tiegħu. Kellu bżonn il‑flus sabiex jgħin lil ommu trabbi lil ħutu. Jum fost l‑oħrajn waslet l‑iskola għalliema minn pajjiż ieħor. Minkejja li kienet ta’ età kbira, din l‑għalliema kienet tittratta lil Sompop u lil sħabu bi ħlewwa liema bħalha. Ma kinitx issawwat lill‑istudenti,

u kienet tgħallimhom b’dedikazzjoni u bi mħabba kbira. L‑attitudni ta’ din l‑għalliema qawwiet qalb Sompop u bis‑saħħa tagħha kompla l‑istudji tiegħu. Meta kien wasal iż‑żmien biex imur ġo skola barra r‑raħal, minħabba n‑nuqqas ta’ flus, Sompop dejjem fittex li jsib saqaf fuq rasu bl‑inqas flus possibbli. Huwa kien jorqod ġo postijiet mudlama, mimlija ħmieġ, ġrieden u iġsma ta’ nies mejta. L‑iktar ħaġa importanti għal Sompop ma kinitx il‑kumdità, iżda li jifdallu l‑flus fil‑but. Sabiex seta’ jħallas l‑ispejjeż għall‑istudji tiegħu u fl‑istess waqt ikollu biżżejjed flus x’jibgħat lil ommu, Sompop baqa’ dejjem jaħdem lejl u nhar. It‑tbatija kbira li għadda minnha t‑tfajjel wasslitu sabiex jibda jiġġieled favur id‑drittijiet tat‑tfal, fosthom id‑dritt li t‑tfal imorru l‑iskola, jiġifieri d‑dritt għal edukazzjoni xierqa, imqar jekk bażika. Sompop ħadem u mexxa wkoll kampanji kontra t‑traffikar tat‑tfal. Dak iż‑żmien, kull sena din il‑problema kienet qiegħda taffettwa eluf kbar ta’ tfal fix‑Xlokk tal‑Asja.


Novembru 2019

Sompop iggradwa fix‑xjenza politika mill‑Università ta’ Chiang Mai. Fl‑1988 beda jaħdem bħala riċerkatur għall‑Organizzazzjoni Internazzjonali tax‑Xogħol u ħadem ukoll bħala ġurnalist mal‑Ġappuniż Michiho Ingaki. Huma kienu jintervistaw tfajliet żgħar li kienu jaħdmu bħala prostituti f’burdelli f’Bangkok. Minħabba li fit‑Tajlandja l‑industrija tat‑traffikar tat‑tfajliet żgħar għall‑prostituzzjoni kienet dejjem qiegħda tikber u ħadd ma kien qiegħed jagħti kas, it‑turisti kienu jiġu minn madwar id‑dinja kollha sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi li kienu qed joffru dawn il‑burdelli fit‑Tajlandja. Din

ir‑realtà xxukkjat bi kbir lil Sompop. Dawn it‑tfajliet ma setgħux jaħarbu minn dan id‑destin kiefer li kien ħakimhom, għax min kien jipprova jaħrab kien jispiċċa kkastigat brutalment. Uħud minn dawn it‑tfajliet kienu japplikaw għal impjieg bħala ħassiela fil‑lukandi, iżda minflok kienu jispiċċaw jinqabdu fix‑xibka tal‑prostituzzjoni. Oħrajn kienu jiġu introdotti f’din l‑industrija mill‑ġenituri u l‑familjari tagħhom stess. It‑traffikar tat‑tfajliet kien sar industrija popolari u komuni ħafna, meqjusa bħala normali fit‑Tajlandja. Ħadd ma kien qiegħed jieħu din il‑problema bis‑serjetà. Għan‑nies tar‑raħal din kienet xi ħaġa ta’ kuljum u

xejn ma kien jimpurtahom mit‑tbatija li kienu għaddejjin minnha dawn it‑tfajliet żgħar. Meta Sompop issuġġerixxa li t‑tfajliet għandhom jibdew imorru l‑iskola, kulħadd daħak bih. Dan wassal lil Sompop biex jibda jmexxi kampanja kontra t‑traffikar tat‑tfajliet. Huwa pprova jikkonvinċi lill‑ġenituri ta’ 35 tfajla minn irħula differenti sabiex minflok jittraffikaw lil binthom, jibagħtuha l‑iskola. Minkejja li Sompop offra li jħallas l‑ispejjeż għall‑edukazzjoni, xorta waħda ma kinitx faċli biex jikkonvinċi lill‑ġenituri ta’ dawn it‑tfajliet. Dan għaliex l‑industrija tal‑prostituzzjoni u t‑traffikar tat‑tfajliet kienet tqallagħhom ħafna flus. Din il‑kampanja ħolqot diżgwid kbir bejn Sompop u t‑traffikanti. Sakemm ġabar il‑flus u għamel l‑arranġamenti kollha meħtieġa, 16‑il tfajla mill‑35 li kien irnexxielu jikkonvinċi, kienu laħqu ġew ittraffikati. Kien fadal biss 19‑il tfajla, ħafna minnhom jgħixu ’l bogħod wisq mill‑iskola u oħrajn kellhom bżonn protezzjoni kbira mit‑traffikanti li kienu interessati fihom, u minn familjari abbużivi. Il‑ħidma ta’ Sompop favur id‑drittijiet tat‑tfal 17


SANTA INFANZJA – VIKKI

Novembru 2019

wasslitu sabiex fl‑1989 fetaħ organizzazzjoni bl‑isem ta’ ‘The Daughters Education Programme’ (DEP). Sal‑lum il‑ġurnata DEP għenet eluf ta’ tfal foqra madwar ir‑reġjun ta’ Mekong it‑Tajlandja, Laos, Burma, il‑Kambodja, il‑Vjetnam u ċ‑Ċina, billi tathom edukazzjoni xierqa u protezzjoni minn kull tip ta’ vjolenza, abbuż u traffikar. Ħafna mit‑tfal li jgħin Sompop huma mwielda minn gruppi etniċi. Dawn in‑nies mhux biss jgħixu f’faqar kbir, iżda ħafna drabi jiġu wkoll ittrattati ħażin f’pajjiżhom. Minħabba li dawn il‑familji huma immigranti, ħafna drabi dawn it‑tfal ma jiġux irreġistrati mat‑twelid u għalhekk m’għandhomx ċittadinanza. B’riżultat ta’ dan dawn it‑tfal ma jkunux jistgħu jattendu l‑iskola u ma jkunux intitolati għad‑drittijiet bħal tfal oħra. Fl‑1992, Sompop ingħaqad m’organizzazzjoni ikbar bl‑isem ta’ ‘Development and Education Programme for Daughters and Communities’ (DEPDC). Din l‑organizzazzjoni tmexxi ċentri apposta fejn it‑tfal li jisfaw abbandunati jew abbużati jkunu jistgħu jsibu kenn. Dawn iċ‑ċentri jilqgħu ukoll tfajliet li jkunu nħelsu mill‑prostituzzjoni. 18

Id‑DEPDC toffri wkoll programmi edukattivi u taħriġ dwar id‑drittijiet tal‑bniedem għall‑immigranti. Il‑ħidma persistenti ta’ Sompop wasslitu sabiex għamel ħafna għedewwa. Minkejja l‑ħafna theddid li kien jirċievi, Sompop ma qatax qalbu. Huwa kompla bil‑kampanja tiegħu kontra t‑traffikar tat‑tfal. Minbarra ċ‑ċentri, Sompop imexxi wkoll skejjel, djar għat‑tfal vulnerabbli, linja tat‑telefown għall‑għajnuna miftuħa 24 siegħa kuljum, radju u stazzjon tat‑televixin. Sompop sab ukoll oppożizzjoni mill‑gvern tat‑Tajlandja. Fl‑opinjoni tal‑gvern, Sompop kien qiegħed iħammeġ ir‑reputazzjoni tal‑pajjiż, għaliex kien qiegħed ixandar il‑kelma li t‑Tajlandja kienet qed tittraffika t‑tfal għall‑iskjavitù u l‑prostituzzjoni, u ġġiegħel it‑tfal jaħdmu.

beda l‑ħidma tiegħu, huwa xorta waħda għadu jsib oppożizzjoni. L‑ewwel 19‑il tfajla li Sompop għen, illum jaħdmu miegħu bħala mexxejja u għalliema fl‑iskejjel u fiċ‑ċentri tiegħu. Xi wħud mit‑tfajliet saħansitra waqqfu l‑proġetti tagħhom kontra t‑traffikar. Minkejja dan ix‑xogħol kollu, Sompop jemmen li għad fadal ħafna xi jsir. Sompop u sħabu mhux ser jieqfu jaħdmu. Sakemm il‑burdelli, it‑traffikar u l‑prostituzzjoni tat‑tfal jibqgħu jeżistu, allura jibqa’ jkun hemm ix‑xogħol xi jsir. Ma’ kull tfajla li Sompop u sħabu jsalvaw minn dan l‑abbuż, huma jkunu taw futur aħjar lil persuna umana. Sompop ingħata l‑Premju Onorarju Dinji għat‑Tfal fl‑2013 għall‑ġlieda tiegħu kontra t‑traffikar u l‑isfruttament tat‑tfal fl‑industrija tas‑sess u l‑prostituzzjoni, u xogħol ieħor sfurzat fuq it‑tfal.

Illum, kważi iktar minn tletin sena wara li Sompop

Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 


Novembru 2019

CHILD SPONSORSHIP

€150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni: €25 100 kuruna sempliċi lin‑nies fil‑missjoni

€50 ikla sħuna għal 30 anzjan li ta’ kuljum iħabbtu d‑djar tas‑sorijiet għall‑ikel €104 lavanja tal‑‘braille’ għal 40 tifel u tifla neqsin mid‑dawl €318 faxex u medikazzjoni għal 6 persuni bil‑lebbra għal sena sħiħa €8,000 bini ta’ kappella f’ismek jew xi ħadd għażiż għalik

L‑edukazzjoni: il‑fejqan ta’ nazzjon

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 19


Novembru 2019

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

“Il‑bniedem jiġi fid‑dinja mingħajr ma jkun jaf u joħroġ minnha bla ma jkun jaf.” San Ġorġ Preca

San Ġorġ Preca (1880 ‑ 1962) huwa l‑uniku qaddis Malti. Twieled il‑Belt Valletta u sar saċerdot fl‑1906. Mill‑ewwel iddedika ħajtu biex jgħallem liż‑żgħażagħ. Kien jgħallem il‑katekiżmu fejn ix‑xatt lil kulħadd, fosthom ħaddiema. Beda jlaqqa’ gruppi ta’ katekiżmu għall‑irġiel u fl‑1907 waqqaf moviment reliġjuż bl‑isem ta’ M.U.S.E.U.M. Dawn il‑laqgħat qajmu suspett fost il‑kleru u Dun Ġorġ, kif kien magħruf, kellu jagħlaq iċ‑ċentri ta’ tagħlim li kien fetaħ. Dawn ma damux ma reġgħu fetħu. Huwa ġie ddikjarat qaddis minn Papa Benedittu XVI fl‑2007. Il‑festa tiegħu niċċelebrawha fid‑9 ta’ Mejju. 20


Novembru 2019

21


Novembru 2019

QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

San Albert il‑Kbir ‑ Dumnikan

L

‑Ordni ta’ San Duminku, kif jgħid Patri Segueri S.J: “Mela l‑libreriji bil‑kotba u s‑sema b’qaddisin kbar”. San Robertu Bellarmino S.J qal: “Jien nixtieq nara f ’idejn ir‑reliġjużi kollha l‑ħajjiet tal‑qaddisin Dumnikani għax fihom isibu dak kollu li hu meħtieġ għall‑qdusija”. Wieħed mill‑akbar qaddisin fl‑ordni tal‑predikaturi huwa San Albert il‑Kbir. Albert twieled madwar is‑Sena 1200 fil‑Ġermanja. Kien wild in‑nobbiltà, imwieled f ’kastell u l‑familja 22

tiegħu kellha minn fejn tħallas għal edukazzjoni għolja. Aktarx Albert irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑Università ta’ Padova, fejn irċieva struzzjonijiet f ’kitbiet ta’ Aristotili. Aktar tard ingħaqad mad‑Dumnikani, li l‑ispiritwalità tagħhom kienet tolqtu ħafna. In‑novizzjat tiegħu għamlu f ’Cologne u studja t‑teoloġija tiegħu f ’Bologna. Affaxxinat bir‑relazzjoni bejn il‑fidi u x‑xjenza, Albert kien it‑tip ta’ student li jħobb jitgħallem. Fl‑1245 sar Majjistru tat‑Teoloġija u beda jgħallem s‑suġġett

imsemmi f ’Pariġi. Wieħed mill‑aktar studenti bravi li għaddew minn taħt t‑treġija għaqlija ta’ Albert, kien Tumas D’Akwinu. It‑tagħlim li Albert newwel lid‑Duttur Anġeliku kien ta’ preparazzjoni biex ’il quddiem Tumas jikteb kotba ta’ teoloġija ta’ fama li għadhom ikunu studjati sal‑ġurnata tal‑lum. Barra minn hekk, Albert għen lil Tumas biex jifhem li Alla tah id‑don tal‑intelliġenza biex iwieżen lil ħaddieħor fil‑fidi. Albert, flimkien ma’ erba’ mill‑aqwa studjużi Dumnikani ħejja r‑‘Ratio Studiorum’, li huma tfassil ta’ pjan għall‑Ordni tal‑Predikaturi. Albert għamel xi żmien Isqof ta’ Regensburg fil‑Ġermanja. Ipprietka fi kruċjati qaddisa, u bħal D’Akwinu kellu s‑Summa Teoloġika. Albert kien ukoll ħa sehem fil‑Konċilju ta’ Lyons. Huwa kiteb madwar 47 volum, li l‑kotra tagħhom huma meqjusa bħala l‑aqwa kitbiet tal‑Medjuevu. Il‑Papa Piju XI ddikjarah Duttur tal‑Knisja fl‑1931. San Albert huwa l‑mudell Nisrani tal‑istudenti li jattendu l‑Kulleġġ tal‑Belt li jġib ismu. 


Novembru 2019

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Novembru 2019

Ġiżwita Jinqatel fis‑Sudan

F

tit ġimgħat ilu, għall‑ħabta tas‑sagħtejn ta’ filgħodu, xi nies daħlu fir‑residenza li l‑Ġiżwiti għandhom f ’Cueibet fis‑Sudan t’Isfel. B’kollox fid‑dar kien hemm erba’ membri tal‑komunità li kienu reqdin. Dun Victor Luke Odhiambo, Ġiżwita Kenjan ta’ 62 sena safa maqtul. S’issa għadu mhux magħruf x’kien il‑mottiv wara dan il‑qtil kiesaħ u biered.

Dun Victor Luke ħadem fil‑Kenja bħala prinċipal ta’ kulleġġ fejn jitħarrġu l‑għalliema u bħala direttur ta’ ċentru għas‑subien f ’Nairobi. Kien ukoll il‑prinċipal tal‑Loyola High School f ’Dar

Es Salaam fit‑Tanżanija u wara mar is‑Sudan. Dun Victor Luke huwa l‑ewwel Ġiżwita li nqatel fis‑Sudan t’Isfel waqt il‑qadi ta’ dmirijietu fost il‑parruċċani tiegħu. Huwa kien magħruf fl‑Afrika tal‑Lvant kollha bħala l‑għalliem ta’ eluf ta’ studenti. Kien bniedem intelliġenti, kuraġġuż, kreattiv u fuq kollox dejjem emmen fil‑valur tal‑edukazzjoni. 

Saċerdoti Ġodda

S

kont statistika li ħarġet ta’ fejn l‑aktar li hemm saċerdoti ġodda, sar magħruf li l‑aktar pajjiżi li fihom qed jilħqu saċerdoti ġodda huma f ’Myanmar, fit‑Tajlandja,

fit‑Togo, fil‑Vjetnam u fil‑Bangladexx. L‑istatistika saret billi ngħaddu s‑saċerdoti li laħqu fis‑snin 2015, 2016 u 2017. Ġiet ikkunsidrata wkoll il‑popolazzjoni Kattolika ta’ kull pajjiż u sar magħruf li f’Myanmar hemm saċerdot ġdid għal kull 8,193 Kattoliku, fit‑Tajlandja hemm saċerdot ġdid għal kull 10,514‑il Kattoliku, fit‑Togo hemm

saċerdot ġdid għal kull 12,381 Kattoliku, fil‑Vjetnam hemm saċerdot ġdid għal kull 12,843 Kattoliku u fil‑Bangladexx hemm saċerdot ġdid għal kull 12,967 Kattoliku. F’din l‑istatistika Malta tinsab fit‑22 post b’saċerdot ġdid għal kull 24,353 Kattoliku. Fl‑aħħar post ġie l‑Belġju b’saċerdot ġdid għal kull 431,158 Kattoliku. 

Preżentazzjoni ta’ Pittura

I

l‑pittur John Caruana mix‑Xagħra Għawdex, ippreżenta pittura lil Nicolas u Carmela Sciberras mir‑Rabat Għawdex. Din il‑koppja huma benefatturi ta’ kappella li qed tinbena fil‑Malawi. Il‑pittura li turi lill‑Madonna 24

tal‑Karmnu fuq sfond tax‑Xlendi, intbagħtet fil‑Malawi biex titqiegħed fil‑kappella li għadha qed tinbena. Il‑preżentazzjoni saret fl‑uffiċċju ta’ Missio f ’Għawdex. 


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Novembru 2019

Monsinjur Cefai Iżur Missio Għawdex

N

har l‑14 ta’ Awwissu 2019, l‑Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Giovanni Cefai, membru tas‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) għoġbu jżur l‑uffiċċju ta’ Missio f’Għawdex li jinsab fir‑Rabat. Fit‑3 ta’ April 2019 huwa nħatar isqof tal‑prelatura territorjali ta’ Santiago Apostol f ’Huancanè fil‑Peru. F’dan it‑territorju hemm għoxrin parroċċa fuq medda vasta ta’ 18,000 kilometru kwadru b’popolazzjoni ta’ 200,000 ruħ li 85% huma Kattoliċi. Preżenti bħalissa f’din il‑prelatura hemm biss 15‑il saċerdot. Monsinjur Cefai tkellem fuq il‑ħidma kbira li għandu quddiemu u semma wkoll xi proġetti li jixtieq li jwettaq bħala parti

Mons. Cefai ma’ Dun Karm Portelli.

mill‑missjoni tiegħu ta’ isqof ta’ din il‑prelatura. Wieħed mill‑proġetti tant għal qalbu u li jħoss li huwa importanti ħafna, huwa dak tal‑edukazzjoni. Jixtieq li jibni skola li tħaddan fiha mil‑livell tal‑kinder sal‑grad

Mons. Cefai ma’ Dun Renato Borg.

ta’ post‑sekondarju. Dan jagħmilha possibbli biex xi wħud mit‑tfal tal‑post ikunu jistgħu jibdew jirċievu edukazzjoni li tista’ tgħinhom jimxu ’l quddiem fit‑tagħlim u jkunu wkoll ta’ għajnuna għal pajjiżhom u għall‑Knisja. Semma wkoll kemm il‑poplu ta’ Malta u ta’ Għawdex huwa ġeneruż, u dan jista’ jixhdu huwa stess li ilu għal dawn l‑aħħar snin fil‑missjoni fil‑Peru. Monsinjur Cefai huwa fiduċjuż li l‑għajnuna tal‑poplu tagħna mhux ser tkun nieqsa. Il‑Kanonku Dun Karm Portelli, Direttur ta’ Missio f’Għawdex, tah donazzjoni ċkejkna flimkien ma’ xi intenzjonijiet ta’ quddies. Huwa ħa pjaċir ħafna u rringrazzja mill‑ġdid lill‑benefatturi kollha filwaqt li wegħedhom it‑talb tiegħu.  25


DUN RENATO BORG

Novembru 2019

L-Isqof Mons. Mario Grech u l-Missjoni

L

i wieħed jitkellem dwar l‑attenzjoni u l‑kura li kien jagħti l‑Isqof Mario Grech għall‑missjonijiet, tista’ tidher xi ħaġa ovvja, u li hekk għandu jkun. Fl‑aħħar mill‑aħħar, mhux kull mgħammed huwa missjoni? Kif qal Papa Franġisku fil‑messaġġ li tana fl‑okkażjoni ta’ dan ix‑Xahar Straordinarju ta’ Ottubru dwar il‑missjoni: “Jiena dejjem jien missjoni, int dejjem int missjoni; kull mgħammed huwa missjoni.” Iżda wieħed ma jistax ma jintebaħx li f ’dawn l‑erbatax‑il sena bħala isqof, Monsinjur Mario Grech wera biċ‑ċar li għandu ħafna għal qalbu l‑missjoni u wkoll il‑missjoni kienet ta’ ispirazzjoni fil‑ħidma tiegħu bħala Isqof Djoċesan. Solidali mal‑missjunarji u l‑isqfijiet Għawdxin f’ħidma fil‑missjoni. Fis‑sena 2010, meta l‑popolazzjoni ta’ Alagoas fil‑Brazil kienet intlaqtet minn għargħar, Mons. Grech kien ħareġ ċirkulari datata s‑26 ta’ Ġunju 2010 (11/2010), li fiha għamel appell ħerqan sabiex b’sens ta’ solidarjetà kemm mal‑poplu ta’ dan il‑post kif ukoll mal‑missjunarji Għawdxin li jaħdmu f ’dan il‑post, 26

L‑Isqof Grech fi żjara f’waħda mill‑parroċċi mmexxija mill‑missjunarji Għawdxin fil‑Peru. Jidher ukoll l‑Isqof Mons. Giovanni Cefai.

issir ġabra fil‑knejjes kollha tad‑djoċesi ħalli tintbagħat l‑għajnuna meħtieġa. Mhux hekk biss, iżda ssuġġerixxa: “li nagħmlu ‘sawma ta’ solidarjetà’, u dak li soltu nonfqu għal ikla waħda ngħadduh lil dawn ħutna tal‑Brażil”, filwaqt li ma naqasx milli jirrakkomanda biex: “insostnu bit‑talb lill‑missjunarji tagħna u lil dawk milquta minn dan id‑diżastru naturali”. Riċentament din is‑sena, fl‑okkażjoni tal‑ħatra ta’ Patri Giovanni Cefai bħala Isqof tal‑Prelatura ta’ Santiago Apostol de Huancane fil‑Peru, l‑Isqof Grech osserva li: “din in‑nomina hija frott tal‑imħabba ġeneruża li l‑poplu Għawdxi għandu lejn il‑missjoni”. Din l‑osservazzjoni hija tassew minnha għaliex il‑poplu

Għawdxi, u nistgħu ngħidu l‑istess għall‑poplu Malti, huwa ġeneruż ħafna, tant li anke popli oħra jibqgħu mistagħġba bil‑ġenerożità tal‑poplu tagħna. L‑isqof qal ukoll li din in‑nomina għandha: “tħeġġiġna biex inkebbsu fina l‑interess ġenwin fil‑Knisja missjunarja u nibqgħu nkunu solidali ma’ ħutna missjunarji” (ara Ċirkulari 66/2019). Impatt pożittiv fiż‑żjara li kien għamel fil‑Peru. Fl‑ittra pastorali li huwa kiteb minn Lima (Sena Marjana fid‑Djocesi, 21 ta’ Novembru 2018), fit‑tmiem iż‑żjara pastorali li għamel fil‑Peru, wieħed ma jistax ma jinnutax kemm kienet esperjenza pożittiva, għaliex kif jistqarr hu stess: “kienu ġranet sbieħ li mlewni b’ħafna


Novembru 2019

Ritratt:laikosblog.org

L‑Isqof Grech ma’ Mons. Miguel Olaortua Laspra, Isqof ta’ Iquitos, fil-Parroċċa ta’ San Martin de Porres, il-Peru.

ferħ u tama”. Dak li l‑iktar laqat lil Mons. Grech kien li minkejja l‑faqar li jeżisti, hemm Knisja mimlija ħajja u entużjażmu: “fuq kollox, rajt Knisja li għandha għal qalbha l‑foqra; hija Knisja li tagħmel differenza fil‑ħajja ta’ ħafna, speċjalment ma’ dawk li jkunu tilfu kull tama”. Din l‑esperjenza kkonfermatlu li huwa ragħaj ta’ Knisja missjunarja, kif ukoll li l‑missjunarji tagħna jserrħu fuq l‑appoġġ spiritwali u materjali ta’ bosta Għawdxin u Maltin. Mons. Grech osserva li r‑relazzjoni tagħna mal‑Knisja missjunarja mhix biss f’direzzjoni waħda, jiġifieri li fiha aħna nagħtu l‑għajnuna tagħna, iżda aħna nistgħu nirċievu ħafna minnha. Il‑Knisja fil‑missjoni tista’ tgħinna: “nerġgħu niskopru l‑freskezza tal‑fidi f’Ġesù Kristu u l‑qawwa tremenda tal‑Vanġelu tiegħu; tistimulana biex inkunu

Knisja li tagħti spazju lil‑lajċi u għalhekk inqas klerikali; tgħinna nsaffu r‑reliġjożità popolari; tispirana biex nieħdu b’aktar impenn il‑katekeżi tal‑kbar; hija xempju għalina ta’ kemm għandna nkunu qrib dawk li qegħdin fit‑trufijiet tas‑soċjetà, u tant ħwejjeġ oħra”. Apprezza l‑ħidma li ssir favur il‑missjoni Dan nistgħu nixhduh aħna bis‑sehem tiegħu li huwa ta lill‑Uffiċċju ta’ Missio kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Kien dejjem regolari biex jikteb jew iwassal il‑messaġġ tiegħu fl‑okkażjoni tal‑Ġurnata Missjunarja jew f’xi attivitajiet oħra, bħalma kienet il‑maratona ta’ Missio. Nistgħu ngħidu li dejjem laqa’ b’ferħ l‑istedina biex imexxi l‑quddiesa fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji Missjunarju, iżda dan l‑apprezzament

deher ukoll f’okkażjonijiet oħra fejn l‑isqof wera kemm japprezza lil dawk li jaħdmu għall‑missjonijiet, u lil dawk kollha li jappoġjawhom. Dan deher ċar fl‑omelija li Mons. Grech għamel fil‑funeral ta’ Mons. Ġorġ Grima li waqqaf il‑fondazzjoni ‘Ġesù fil‑Proxxmu’. Bħalma tafu, issa l‑Isqof Mario Grech m’għadux isqof ta’ Għawdex, iżda nħatar Pro‑Segretarju tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet. Aħna ta’ Missio, filwaqt li nirringrazzjawh tal‑ħidma tiegħu favur il‑missjoni, inwegħduh it‑talb tagħna fil‑ħidma ġdida li Papa Franġisku afdalu, li żgur li ser tkompli tagħmel minnu Raghaj tal‑Missjoni. Il‑fatt li l‑ewwel ħidma tiegħu kellha tkun marbuta mal‑missjoni, jiġifieri is‑Sinodu tal‑Amażonja, huwa sinjal taż‑żminijiet kemm għalih kif ukoll għalina.  27


Novembru 2019

Riżultati tal‑Lotterija 2019 Permit: MGA/NPG/162/2019

LOTTERIJA B’RISQ IL‑MISSJONI 2019

Data tat‑Tlugħ: 27 ta’ Settembru 2019 Ħu sehem f’din il‑lotterija billi tixtri l‑biljetti kollha u ibgħathom lil Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 sa mhux aktar tard mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Prezz ta’ folja sħiħa (25 biljett) €10 Ċekkijiet għandhom jiġu indirizzati lil Missio Malta.

(V0/1178)

Permit: MGA/NPG/162/2019

Ġwanni 4:14

LOTTERY IN AID OF THE MISSIONS ‑ www.missio.org.mt

● L‑1 Premju – Air‑Conditioner mingħand Bajada New Energy – Francis Camilleri miż‑Żejtun – xxxx 4478 ● It‑2 Premju – Malta Sailing Day Experience għal 2 persuni – Isabelle Bongailas – xxxx 9366 ● It‑3 Premju – Island Yacht Charter Sailing Day għal 2 persuni – Anna Meli minn Ħal Tarxien – xxxx 5170 ● Ir‑4 Premju – Malta Charters Sailing Day għal 2 persuni – Godwin Mifsud mill‑Gżira – xxxx 9400 ● Il‑5 Premju – Weekend Break għal 2 persuni mingħand AX Holdings – M.L. Attard minn San Pawl il‑Baħar – xxxx 7092 ● Is‑6 Premju – 2 iljieli B&B għal 2 persuni fis‑Solana Hotel – Justin Grech – xxxx 2559 ● Is‑7 Premju – 2 iljieli għal 2 persuni fil‑Qawra Palace Hotel ‑ Lina Deguara mill‑Imġarr – xxxx 6183 ● It‑8 Premju – 2 iljieli għal 2 persuni fil‑Qawra Palace Hotel – Natalie Ellul – xxxx 0253 ● Id‑9 Premju – Weekend Break fil‑Pergola Hotel – Claire Rizzo minn Paceville – xxxx 7377 ● L‑10 Premju – Lejla għal 2 persuni fil‑Corinthia Marina Hotel – Pauline Muscat – xxxx 0777 ● Il‑11‑il Premju – Microwave Oven mingħand Ventura – Susanna Grech miż‑Żejtun – xxxx 3704 ● It‑12‑il Premju ‑ Furla Bag – Roberta Borg Parnis – xxxx 291 ● It‑13‑il Premju – Ikla għal 2 persuni fl‑Oceana tal‑Hilton Hotel – R. De Giovanni – xxxx 2862 ● L‑14‑il Premju – Furla Bag ‑ Edward P. Tagliaferro – xxxx 7497 ● Il‑15‑il Premju – Vowċer ta’ ġojjellerija mingħand Rays Jewellery – A. Spiteri – xxxx 6781 ● Is‑16‑il Premju – Furla Wallet – J. Giordimaina – xxxx 5566 ● Is‑17‑il Premju – Vowċer ta’ €100 mingħand Mosta Jewellery – Pauline Muscat – xxxx 0777 ● It‑18‑il Premju – Hamper mingħand Dical – Phyllis Frendo – xxxx 4869 ● Id‑19‑il Premju – Choker mingħand Malta Gold Market, Buffet għal 2 persuni mingħand Excelsior Hotel u 4 vowċers ta’ €10‑il wieħed mingħand Tal‑Kaptan – Edgar Izzo minn Tas‑Sliema – xxxx 6654 ● L‑20 Premju – Choker mingħand Malta Gold Market, Buffet għal 2 persuni mingħand Excelsior Hotel u 4 vowċers ta’ €10‑il wieħed mingħand Tal‑Kaptan – R. Borg – xxxx 8167 ● Il‑21 Premju – Choker mingħand Malta Gold Market, Ikla għal 2 persuni mingħand Ta’ Kriss u 4 vowċers ta’ €10‑il wieħed mingħand Tal‑Kaptan – David Dingli – xxxx 3651 ● It‑22 Premju – Ikla, inkluż ix‑xorb għal 2 persuni mingħand Ta’ Kriss, Vowċer ta’ €30 mingħand Jessica Muscat Hair Salon u 4 vowċers ta’ €10‑il wieħed mingħand Tal‑Kaptan – Reno Sammut – xxxx 2072 ● It‑23 Premju – Ikla għal 2 persuni fis‑Seabank Hotel, Vowċer ta’ €25 mingħand Jewel Box u Pizza għal 2 persuni mingħand Mr Fritz Restaurant – Carmen Vella – xxxx 0286 ● L‑24 Premju – Platt għaġin għal 2 persuni mingħand Roots Restaurant, Vowċer ta’ €25 mingħand Jewel Box, Vowċer ta’ 4 pizza mingħand Reflections u Dinner Set mingħand JB Stores – Angolina Xerri – xxxx 8122 ● L‑25 Premju – Ikla għal 2 persuni mingħand Bobbyland, Pizza għal 2 persuni mingħand Skuna Restaurant u 2 Dinner Sets mingħand JB Stores – Jennifer Mifsud – xxxx 9152 28


Novembru 2019

DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com

384, Żabbar Road, Il‑Fgura, Malta. Tel: 2180 2130 Open: 9:00am ‑ 12:30pm, 4:00pm ‑ 7:00pm

www.raysjewellerymalta.com

Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918 29


Novembru 2019

W

IL‑PADRI KRISTJANI TAD‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR

It‑Tielet Parti

ara li tajna ftit tagħrif dwar dawn l‑eremiti rġiel u nisa li ddedikaw ħajjithom fit‑talb u s‑sawm fl‑għerejjex, għerien u għoljiet tad‑deżert tal‑Eġittu, is‑Sirja, il‑Mesopotamja u l‑Palestina, bejn it‑3 u s‑7 Sekli W.K., xieraq li ngħidu xi ħaġa dwar ħidmithom. Fost ħwejjeġ oħra, dawn kienu l‑aktar jagħtu pariri u direzzjonijiet spiritwali lill‑Insara u nies oħra li kienu jżuruhom. Ħafna minn dawn il‑pariri kienu jingħataw l‑aktar bil‑fomm, imma ġieli wkoll bil‑kitba. ‘Apophthegmata Patrum’ (Kelmet il‑Padri) huwa ġabra kbira ta’ għerf u tagħlim ta’ dawn il‑Monaċi rġiel (Abbas) u nisa (Ammas) tad‑deżert.

fil‑bżonn?” Huwa sema’ leħen iwieġbu: “Antonius, żomm l‑attenzjoni tiegħek fuqek innifsek; dawn il‑ħwejjeġ huma fil‑ġudizzju ta’ Alla u mhux ta’ vantaġġ għalik li tkun taf xi ħaġa dwarhom.”

Dawn li ġejjin huma ftit minnhom:

Amma Theodora: Dwar il‑qawmien tagħna mill‑imwiet kitbet: “Bħala wegħda, bħala eżempju u bħala prototip għandna lil dak li miet għalina u reġa’ qam: Kristu, Alla tagħna.” Ejjew nagħmlu ħilitna kollha biex nidħlu mill‑bieb id‑dejjaq, għax hekk kif is‑siġar jekk ma jkunux wieqfa qabel il‑maltempata tax‑xitwa ma jistgħux jagħtu frott, hekk ukoll huwa biss permezz tal‑bosta provi u

San Anton Abbati: Darba qagħad jaħseb fil‑fond dwar il‑ġudizzji ta’ Alla u staqsa: “Mulej, kif inhuma li xi wħud imutu meta jkunu għadhom żgħar, filwaqt li oħrajn jaslu sa xjuħija estrema? Għaliex hemm dawk li huma fqar u dawk sinjuri? Għaliex l‑irġiel ħżiena jirnexxu waqt li t‑twajbin huma l‑uniċi 30

Abba Xanthias: Il‑ħalliel kien fuq is‑salib u kien iġġustifikat permezz ta’ kelma waħda, u Ġuda li kien magħdud fin‑numru tal‑Appostli tilef ix‑xogħol kollu f ’lejl wieħed u niżel mill‑ġenna għall‑infern. Għalhekk, ħalli ħadd ma jiftaħar bix‑xogħlijiet tajbin tiegħu, għax dawk kollha li jafdaw fihom infushom jaqgħu. Il‑kelb hu aħjar minni għax għandu wkoll l‑imħabba, imma ma jgħaddix ġudizzji.

tentazzjonijiet li aħna nistgħu nirtu s‑Saltna tas‑Sema. La l‑axxetika, la x‑xogħol iebes u lanqas it‑tbatija kbira ma jistgħu jsalvaw lill‑bniedem daqskemm tista’ l‑umiltà vera tal‑qalb. Hija l‑umiltà li tbeżża’ wisq lix‑xitan u jaħrab minnha.

Abba Poemen: Il‑bidu tal‑ħażen hu n‑nuqqas ta’ attenzjoni fuqna nfusna. Il‑ħażen ma jistax ikeċċi l‑ħażen. Jekk xi ħadd għamillek id‑deni agħmillu l‑ġid, u l‑ġid tiegħek jeqred il‑ħażen tiegħu. Abba Zeno: Jekk raġel irid li Alla jisma’ t‑talb tiegħu, allura qabel ma jitlob għal xi ħaġa oħra, anki għal ruħu stess, meta jifrex idejh lejn Alla, jeħtieġlu li jitlob b’qalbu kollha għall‑għedewwa tiegħu. Permezz ta’ din l‑azzjoni Alla


Novembru 2019

jisma’ dak kollu li jitlob. Abba Zosina: Mhux li wieħed jipposjedi xi ħaġa li huwa ħażin, imma li qalbu tkun marbuta magħha.

kollha. Aħna poġġejna l‑piż il‑ħafif fuq naħa waħda; dak li nakkużaw lilna nfusna, u tgħabbejna b’piż itqal fuq in‑naħa l‑oħra; dak li niġġustifikaw lilna nfusna.

Abba Tithoes: It‑triq tal‑umiltà hi din: awto‑kontroll, talb u li taħseb li int inferjuri għall‑kreaturi oħra. Abba Ġakbu: Hekk kif lampa ddawwal kamra mudlama hekk il‑biżà t’Alla li tippenetra fil‑qalb tal‑bniedem, iddawlu u tgħallmu l‑virtujiet kollha u l‑Kmandamenti t’Alla. Abba Ġwanni n‑Nanu: L‑umiltà u l‑biżà ta’ Alla huma fuq il‑virtujiet l‑oħra

jifrex idejh lejn Alla u jgħidlu: “Mulej, kif trid inti, u kif taf inti; ħniena.” U jekk il‑konflitt jikber jgħidlu: “Mulej, għin!” Alla jaf sewwa dak li għandna bżonn, u hu jurina l‑ħniena tiegħu. Abba Isidor il‑Qassis: Jekk issum regolarment, m’għandekx timtela bi kburija, imma jekk qed tintefaħ wisq bil‑kburija minħabba f ’hekk, allura aħjar tiekol il‑laħam.

Abba Makarius il‑Kbir: Meta wieħed jitlob m’għandux bżonn li jagħmel diskorsi twal, hu biżżejjed

RIEDA LI TAGĦTI

Abba Isidor ta’ Pelusia: Il‑għoli tal‑umiltà huwa kbir u daqstant ieħor huwa fond it‑tifħir. Nagħtik parir li żżomm ma’ tal‑ewwel u ma taqax f ’dak tat‑tieni.  (ikompli fil‑ħarġa li jmiss)

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 31


Novembru 2019

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Ġita ma’ Missio f’Berlin il‑Ġermanja u f’Wroclaw il‑Polonja mill‑4 sal‑10 ta’ Diċembru 2019 Inżuru l‑isbaħ Swieq tal‑Milied mimlijin bin‑nies li joħorġu fil‑pjazez ifittxu l‑kumpanija u l‑allegrija.

4t iljieli f’Berlin: belt kbira

bi storja u waħda mill‑ikbar bliet kapitali fid‑daqs mimlija ġonna, pjazez u monumenti. F’Berlin issib mat‑80 pjazza mżejna għall‑Milied u f’kull waħda jkun hemm gabbani armati li jbigħu ikel u xorb, pupi u ġugarelli, ħwejjeġ u rigali. Armati sbieħ bid‑dwal iteptpu u kkuluriti, bir‑riħa ta’ ħwawar imħallta max‑xorb sħun li jsaħħnek. 32

2t iljieli f’Wroclaw il‑Polonja:

għandha waħda mill‑ikbar u mill‑isbaħ pjazez fl‑Ewropa. Illum belt Pollakka, imma sa 60 sena ilu kienet belt Ġermaniża bl‑isem ta’ Breslau. Mibnija fuq numru ta’ gżejjer magħqudin ma’ xulxin b’pontijiet. Tkissret fil‑gwerra, imma reġgħet

inbniet b’mod sabiħ filwaqt li ħafna mill‑bini storiku ġie rrestawrat kif kien qabel. Fiha ċentri ta’ ħwienet kbar u ristoranti b’ħafna ħajja. Fuq palk fil‑pjazza, diversi artisti, żgħar u kbar, jagħmlu Kunċerti tal‑Milied, u fid‑9 ta’ Diċembru jkun hemm il‑parata tradizzjonali b’Santa Klaws li tispiċċa fuq il‑palk fil‑pjazza.

L‑Erbgħa 4 ta’ Diċembru

N

iltaqgħu l‑ajruport ta’ Malta fil‑04:15am, intiru lejn Berlin mar‑Ryanair FR 5229 (inkluża bagalja toqol 10 kili u qies 55cmx40cmx20cm) u naslu fid‑9am. Bil‑kowċ nibqgħu sejrin lejn


Novembru 2019

il‑Lukanda IBIS Budget f’Alexander Platz u wara li nissetiljaw fil‑kmamar, noħorġu dawra maċ‑ċentru tal‑belt. Fil‑5:30pm immorru s‑Swieq tal‑Milied f’Alexa, fejn minbarra ambjent modern, issib ikel u xorb tradizzjonali, divertiment għaż‑żgħar u għall‑kbar, ‘roller coasters’, ‘bumping cars’ u r‑Rota l‑Kbira, u f’Alexander Platz fejn tistgħu tieklu fi pjazza attraenti fejn nixorbu tazza ‘gluhwein’ (inbid sħun bil‑ħwawar) filwaqt li ngawdu l‑atmosfera.

Il‑Ħamis 5 ta’ Diċembru

W

ara l‑kolazzjon, nitilqu mil‑lukanda fid‑9am biex niltaqgħu mal‑gwida li ddawwarna l‑postijiet interessanti u storiċi ta’ Berlin. Inżuru Unter den Linden, triq storika u principali, il‑Bieb ta’ Brandenburg, l‑Opera House Concerthaus, il‑Pjazza Alexander, it‑Torri tat‑TV, il‑Gżira tal‑Mużewijiet fejn hemm il‑Pergamon Museum u ċ‑Checkpoint Charlie, fejn hemm il‑banker li fih miet Hitler. Inżuru wkoll

suq f ’Gendarme, li jinsab fi pjazza mill‑isbaħ taħt il‑koppla tal‑Katidral, fejn issib prodotti maħdumin bl‑idejn u kor li jkanta kull filgħaxija.

fejn naslu waranofsinhar fil‑Lukanda B&B fiċ‑ċentru tal‑Belt. Wara li nissetiljaw fil‑kmamar immorru dawra flimkien fiċ‑ċentru mżejjen għall‑Milied.

Il‑Ġimgħa 6 ta’ Diċembru

It‑Tnejn 9 ta’ Diċembru

W

ara l‑kolazzjon immorru dawra fuq il‑lanċa max‑xmara Spree (extra). Waranofsinhar inżuru s‑Suq tal‑Milied tal‑Kunsill ta’ quddiem Rathaus, il‑bini aħmar quddiem il‑funtana ta’ Nettunu fejn hemm ‘ice rink’ u rota enormi li min jitla’ fuqha jara Berlin taħtu. Inżuru wkoll is‑swieq ta’ Nikolaiviertel fid‑distrett antik u kwiet f’ambjent sabiħ tas‑sajjieda max‑xmara Spree, u ta’ Charlottenburg, suq ta’ klassi fil‑pjazza tal‑palazz u fil‑ġonna tiegħu mżejnin kif jafu jżejnu l‑Ġermaniżi.

Is‑Sibt 7 ta’ Diċembru

W

ara l‑kolazzjon ikollna ħin liberu għax‑xiri u aktar tard inżuru s‑Swieq tal‑Milied ta’ Spandau ftit ’il barra minn Berlin, li għandu l‑ikbar suq, u ta’ Potsdamer Platz mimli b’bini mill‑aktar modern u mibdul f’ambjent tal‑Milied li jsaħħrek.

Il‑Ħadd 8 ta’ Diċembru

W

ara l‑kolazzjon inniżżlu l‑bagalji magħna, biex nitilqu bil‑kowċ lejn Wroclaw

W

ara l‑kolazzjon inżuru ċ‑ċentru tal‑ħwienet f’Dominkanska u wara nivvjaġġaw lejn Opole, belt‑port fuq ix‑xmara Oder għal ikla tajba flimkien. Wara lura lejn Wroclaw biex ingawdu s‑Suq tal‑Milied.

It‑Tlieta 10 ta’ Diċembru

W

ara l‑kolazzjon ikollna ħin liberu. Nitilqu mil‑lukanda fis‑1.30pm lejn l‑ajruport ta’ Wroclaw minn fejn mat‑titjira Ryanair FR 3462 naslu Malta fis‑6.40pm. PREZZ (jinkludi biljetti tal‑ajru u taxxi, lukanda ċentrali, kolazzjon kuljum, żjara sa Potsdam u żjara sa Opole, u gwida):

Kbar: € 560 Tfal sa 12‑il sena: € 500 Suppliment kamra waħdek: € 200 It‑tfal li m’għalqux 4 snin: €300 (jekk jorqdu mal‑ġenituri) Polza ta’ assigurazzjoni (insurance)

(sa 69 sena) € 22 (basic + excess) ‑ € 28 ( standard + excess) (minn 70 sa 80 sena) € 39 (basic + excess) € 50 (standard + excess)

Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukkja ċempel lil Natasha fuq 2033 0015/ 9988 5552. Postijiet limitati. 33


Novembru 2019

34


Novembru 2019

Missio jirringrazzja lill‑voluntiera kollha li waqt in‑Notte Bianca għamlu u biegħu l‑kannoli. Bħal kull sena din l‑attività kienet suċċess bis‑saħħa tagħhom ilkoll.

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Novembru 2019

TORTA TA’ SAN MARTIN MINN MALTA

Metodu: 1. Kisser f ’biċċiet żgħar il‑ġewż u l‑ġellewż, u aqta’ f ’biċċiet żgħar it‑tamal u t‑tin. 2. Xarrab it‑tamal għal madwar siegħa f ’ilma fietel. 3. Idlek landa/dixx tal‑forn bil‑butir imdewweb u saħħan il‑forn. X’għandek bżonn: • 200 gramma dqiq ‘self‑raising’ mgħarbul • 2 bajdiet imħabbta • 300 gramma ġewż imqaxxar • 200 gramma ġellewż imqaxxar • 400 gramma tamal • 150 gramma tin niexef • 150 gramma passolina • kuċċarina essenza tal‑vanilja • nofs kuċċarina trab tal‑kannella • qoxra maħkuka u l‑meraq ta’ 2 larinġiet ta’ Malta • lewż biex iżżejjen il‑wiċċ • 300 millilitru luminata bajda

4. Ħallat flimkien it‑tamal (bla ilma), il‑ġewż, il‑ġellewż, it‑tin, il‑passolina, il‑kannella, u l‑qoxra u l‑meraq tal‑larinġ, u ħawwad b’mgħarfa tal‑injam. 5. Żid il‑luminata, il‑bajd u l‑vanilja u erġa’ ħawwad sew. 6. Itfa’ ftit ftit id‑dqiq u kompli ħawwad. 7. Poġġi t‑taħlita fil‑landa/dixx u żejjen il‑wiċċ bil‑lewż. 8. Aħmi fil‑forn fuq nar baxx sakemm jiħmar il‑wiċċ (jekk tuża forn bil‑fann aħjar). 9. Dejjem iċċekkja li t‑torta tkun saret qabel toħroġha mill‑forn.

L‑Ikla t‑Tajba

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


Novembru 2019

...for that perfect Christmas gift, visit us 7 Merchants Street, Valletta • 21234328 Faith Hope & Charity 37


KOMPETIZZJONI ‑ NOVEMBRU 2019

Novembru 2019

TISLIBA BIN‑NUMRI

Sib in-numri kollha t’hawn taħt fil-kaxxa l-kbira. In-numri jistgħu jkunu orizzontali mix-xellug għal-lemin jew vertikali, ’l isfel. Ibgħat il-kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l-indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il-Mosta. L-ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil-polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill-ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil-Belt Valletta. 7

7

1

4

3

2

2

5

1

5

2

4

8

0

1

8

3

3

9

0

5

4

8

7

4

5

3

6

7

4

2

6

6

9

6

3

7

8

8

7

4

1

7

3

8

7

0

9

8

0

2

8

1

4

2

2

2

5

5

7

7

6

7

2

0

0

2

0

3

5

2

0

5

3

5

8

0

1

3

2

1

5

6

3

7

2

5

5

0

8

9

7

2

2

6

0

4

0

7

5

1432

4075

7075

1738

4801

7934

1978

5242

8013

2002

5637

8537

2337

6057

9501

3307

6717

9722

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal-Kompetizzjoni ta’ Settembru 2019: Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni hija Sabrina Vella minn San Ġiljan. Grazzi lil kull min bagħtilna t-tweġibiet. Prosit lir-rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil-posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il-kupun.

D

6

4

5

0

0

1

8

8

2

8

6

4

5

6

2

1

5

8

0

5

8

3

4

4

7

4

6

6

2

5

6

7

3

2

3

3

1

8

2

1

5

1

5

6

6

8

7

6

3

4

0

2

2

3

4

3

1

1

2

2

8

1

1

6

8

1

0

3

1

9

7

1

5

2

2

1

3

5

3

0

7

1

8

0

3

6

0

7

3

1

1

0

2

3

5

0

6

0

Nitbissmu ftit:

arba wieħed kappillan ta’ parroċċa kbira ddeċieda li jibda jieħu ġurnata fil‑ġimgħa ‘off’ biex jistrieħ u fl‑istess ħin jimmedita fuq ir‑responsabbiltà kbira li kellu fuq spallejh. B’hekk ikollu aktar saħħa u enerġija sabiex imexxi kif kien mistenni minnu. Mara, li ma tantx niżlitilha tajjeb din l‑azzjoni, darba sabet lill‑kappillan

38

7 4

u bit‑tama li ddawwarlu fehmtu qaltlu: “Sur Kappillan mela ma tafx li d‑dimonju ma jiħux ġranet ‘off’?” Pront il‑kappillan weġibha: “Dażgur li naf. Huwa għalhekk li qed nieħu ġurnata ‘off’, biex ma nsirx dimonju!”


Novembru 2019

Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Leonard Agius minn Ħal Kirkop • Silvana Vella mill‑Gudja

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

• 28 ta’ Ġunju 2019 Carmelo Attard min‑Naxxar

• Lawrence Camilleri o.b.o. BOV Wealth Management

Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 20 ta’ Settembru 2019 Maurice De Gaetano minn Ħal Balzan • Settembru 2019 Anthony Busuttil minn Ħal Safi • 06 ta’ Ottubru 2019 Pawlu Agius minn Ħal Tarxien Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem. Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Jekk int interessat, ċempel 21236962

Avviż:

Kull tielet Ħadd tax‑xahar fil‑11am qed issir quddiesa bl‑Ispanjol għal dawk li jitkellmu b’din il‑lingwa u huma residenti Malta, fil‑Kappella tal‑Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir‑Rabat fi Triq Emmanuele Vitale, minn Patri Vincente Magro MSSP. Mob. 9957 4264

Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

Kull nhar ta’ Ħadd fit‑8pm qed issir quddiesa bl‑Urdu fil‑Kappella ta’ ħdejn il‑grawnd ta’ San Ġużepp f ’Santa Venera għall‑Pakistani li huma residenti Malta, minn Patri Bernard Mangion MSSP. Mob. 7742 6927 ‑ Parking fl‑istess grawnd. 39


Novembru 2019

Services provided: Chauffeur-drive service Car rental Leasing Wedding service Executive VIP service All cars are fully air-conditioned and with uniformed drivers. 185, Annibale Preca Street, Lija. Telephone: 21442530 / 21447564 Mobile: 99424098 / 99884049 Website: www.percius.com Email: info@percius.com

Lorem Elementary Science F 40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Novembru 2019 by Missio Malta - Issuu