Skip to main content

Malta_Missjunarja_March_2019

Page 1

NEWSPAPER POST MARZU 2019 SENA 87

b’risq il‑Missjoni

Maratona fuq it‑TV

IS‑SIBT 16 TA’ MARZU 2019 minn nofsinhar sa nofsillejl Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios

5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99

L‑Uffiċċju Missjunarju ta’ Għawdex li jinsab ir‑Rabat, ser ikun miftuħ biex jilqa’ d‑donazzjonijiet bejn it‑3pm u t‑8pm.

a in

(V0/1178)

d mm t Mgħaibgħu um

www.missio.org.mt bis‑sapport ta’:

Indja 2018

02 Fil‑Għaqda S‑Saħħa  04 Maratona Ta’ Tama  14 Kamra Biex Taqra  24 Il‑Kavallieri Ta’ Kolumbus għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Marzu 2019

Fil‑għaqda s‑saħħa

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm • Tel: 20330015 Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal

4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 13 Santa Infanzja 18 Maratona ta’ Tama 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Ħarsitna f’Wiċċ Ġesù 32 Riflessjoni Dwar il‑Milied 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Powster uffiċjali tal‑maratona #hopemissiofest. 2

J

ingħad li darba kien hemm raġel xiħ għakka li kien wasal fl‑aħħar ta’ ħajtu. Kien jinsab imnikket ħafna, mhux għax kien wasal biex imut, imma għax kien jara lis‑sitt uliedu subien jitlewmu bejniethom. Xtaq ħafna li qabel imut ikollu x‑xorti li jarahom jinħabbu u jiftiehmu bejniethom, speċjalment fejn jidħol in‑negozju li kienu ser jirtu mingħandu. Sa fl‑aħħar ġietu idea x’kellu jagħmel. Għalhekk, jum fost l‑oħrajn ġabarhom flimkien madwaru u bi tbissima ta’ tama u mħabba wriehom gozz qasab f ’rokna fil‑kamra. Beda mill‑kbir fosthom u talbu jaqsam qasba min‑nofs. Dan bla sforz ta’ xejn qasam il‑qasba. Il‑missier dar lejn uliedu l‑oħra, u wieħed wieħed talabhom jaqsmu qasba. Ilkoll dehru mifxulin, iżda għamlu kif talabhom ix‑xiħ. Il‑missier deher sodisfatt, iżda mbagħad qabad sitt qasbiet, rabathom flimkien u talab lil kull wieħed minn uliedu biex jaqsamhom. Minkejja l‑isforz li għamlu s‑sitt ulied, il‑qasab marbut flimkien baqa’ ma nqasamx. Kien hawn li l‑missier tahom


Marzu 2019

#

il‑lezzjoni li kienu jeħtieġu billi qalilhom: “Qasba waħedha hija dgħajfa u faċli tinqasam, kif rajtu intom stess, iżda meta l‑qasab kienu marbutin flimkien, dawn ħadd u xejn ma seta’ jaqsamhom u jeqridhom. Hekk intom, meta tkunu waħedkom faċli għal xi ħadd biex jeqridkom, iżda lkoll flimkien tkunu b’saħħitkom biex tegħlbu kull ostaklu u diffikultà li tiltaqgħu magħhom!” Ħsieb: Ħafna drabi aħna lkoll nippreferu naħdmu waħedna bla ma ninvolvu lil ħadd. Kultant ikun

għall‑aħjar, għax naħdmu għall‑kwiet bla ma ħadd jindaħlilna. Imma ħafna drabi nwebbsu rasna, u għalkemm ikollna bżonn l‑għajnuna, nibqgħu ma nitolbuhiex. Agħar minn hekk hu meta ħaddieħor jitlobna l‑għajnuna u ma nagħtuhilux. Ejjew mela nagħmlu sforz biex naħdmu flimkien f ’armonija, għall‑ġid tagħna nfusna u tal‑oħrajn. Fuq nota oħra: Kif ħafna minnkom jafu, matul dan ix‑xahar ser tiġi organizzata għar‑raba’ darba l‑maratona b’risq proġetti

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

fil‑missjoni li minnhom igawdu mhux biss individwi, imma komunitajiet sħaħ. Ejjew mela ningħaqdu lkoll flimkien biex niġbdu ħabel wieħed u nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna anqas ixxurtjati minna, li jgħixu f’artijiet tal‑missjoni. Kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira, hija apprezzata, għaliex kif jgħid il‑qawl Malti: Bil‑qatra l‑qatra timtela l‑ġarra! Aktar dettalji f’paġna 19. Grazzi.  3


Marzu 2019

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Maratona ta’ tama

I

x‑xahar ta’ Marzu huwa marbut mal‑Qaddis Patrijarka San Ġużepp. Dan għaliex fid‑19 ta’ dan ix‑xahar, il‑Knisja tiċċelebra b’sollennità l‑festa ta’ dan il‑qaddis kbir, li hu l‑missier putattiv ta’ Ġesù u padrun tal‑Knisja Universali. Ilkoll għandna x’nitgħallmu minn dan il‑qaddis. San Ġużepp, bħal Marija, sema’ l‑Kelma, laqagħha u għamilha. Minkejja li San Ġużepp ma fehemx u stagħġeb bil‑kbir xħin għaraf li l‑għarusa tiegħu kienet tqila, għamel dak kollu li qallu l‑anġlu tal‑Mulej (Mt. 1:18‑25). F’dawn l‑aħħar snin, dan ix‑xahar ta’ Marzu sar marbut ukoll 4

mal‑maratona organizzata minn Missio, jiġifieri minn dak li kien jissejjaħ Uffiċċju Missjunarju. Din il‑maratona ta’ ġbir ta’ fondi ser issir nhar is‑Sibt 16 ta’ Marzu, u tixxandar fuq l‑istazzjonijiet kollha tat‑televiżjoni bejn nofsinhar u nofsillejl. Għal darba oħra Missio qiegħed jappella għall‑qalb tassew ġeneruża tal‑poplu Malti u Għawdxi kollu. Din il‑ġenerożità ta’ wlied din il‑gżira, żgħira iva, imma b’qalb tassew kbira, hija saħansitra mfaħħra fil‑Kotba Mqaddsa. Fil‑Ktieb tal‑Atti tal‑Appostli nsibu li meta l‑Appostlu Missierna San Pawl kien ser jitlaq minn din il‑gżira, missirijietna għabbew fuq il‑ġifen dak kollu li kienu jeħtieġu (Atti 28:10). Għalfejn din is‑sejħa għall‑ġbir ta’ fondi? Ir‑raġuni hija sempliċi. Għad hawn miljuni ta’ nies fl‑artijiet imsejħa tal‑missjoni, li jeħtieġu l‑għajnuna tagħna. L‑isqfijiet tal‑knejjes li jinsabu f’dawn l‑artijiet għadhom jiddependu fuq l‑għotjiet tagħna biex jieħdu ħsieb is‑saċerdoti u l‑formazzjoni tas‑seminaristi, biex iżommu fi stat

tajjeb il‑knejjes u ċ‑ċentri tal‑katekiżmu, biex iwasslu l‑ilma nadif fl‑irħula, biex jilqgħu fl‑orfanatrofji t‑tfal u t‑trabi abbandunati, biex jipprovdu kliniċi u jattrezzawhom bil‑mediċini u b’infermiera li jieħdu ħsiebhom, u tant u tant proġetti li jservu u jgħinu


Marzu 2019

(ikompli f ’paġna 18)

B’SMS B’SMSta’ta’€6.99 €6.99tkun tkunqed qed tixtri l‑kotba għalgħal tifel tifel jew tifla tixtri l‑kotba jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkuntkun qed titma’ B’SMS ta’ €2.33 qed 7 t’itfal għal għal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.

Kif tistgħu tagħmlu d‑donazzjoni? Tistgħu jew

tiġu intom stess bl‑offerta tagħkom waqt il‑maratona fil‑‘WE Media Studios’, Ħal Qormi, jew iċċemplu fuq in‑numri murija dakinhar fuq l‑iskrins tat‑televiżjoni. Tistgħu wkoll tisponsorjaw xi proġett żgħir. Possibiltà oħra hi li tingħata offerta ‘on line’ fuq www.missio.org.mt Voluntiera minn Missio ser ikunu qed jiġbru l‑offerta tagħkom minn djarkom waqt il‑ħin tal‑maratona. F’ismi u f’isem dawk kollha li ser jibbenefikaw mill‑offerta ġeneruża tagħkom, ngħidilkom GRAZZI tassew mill‑qalb. Jalla l‑Mulej ipattilkom bil‑mija fil‑wieħed għall‑offerta tagħkom (Mt. 10:40‑2)! 

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

lil ħafna nies foqra. Kull qatra tgħodd. Alla jaf ibierek kull għotja żgħira kemm hi żgħira, bħalma għamel Ġesù meta bi ftit ħobż u bi ftit ħut tema eluf kbar ta’ nies (Ġw. 6:1‑15). Għalhekk qiegħed nappella lilek li qed taqra dan l‑artiklu sabiex tagħti minn dak li tista’. Wieħed mill‑mezzi ssuġġeriti għal dan iż‑żmien qaddis tar‑Randan hu proprju għajnuna lin‑nies fil‑bżonn. Ftakar li l‑karità qatt u qatt ma għamlet nies foqra, anzi tgħinna biex insibu ħniena u naqilgħu l‑maħfra ta’ dnubietna la nidhru quddiem Alla (Mt. 25).

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

#

5


Marzu 2019

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Marzu 2019 Sabiex il‑komunitajiet Kristjani, speċjalment dawk li huma ppersegwitati, iħossu li huma qrib ta’ Kristu u jkollhom id‑drittijiet tagħhom rispettati.

I

l‑Knisja ta’ Kristu sa mit‑twelid tagħha kienet mill‑ewwel ippersegwitata. Dan rajnieh fl‑istorja ta’ elfejn sena tal‑Knisja fejn rajna 6

miljuni ta’ Nsara jagħtu ħajjithom għal Kristu. Anke llum il‑Knisja ta’ Kristu għadha ppersegwitata. Għalhekk f ’dan it‑tielet xahar tas‑sena, ix‑xahar tar‑Randan u tal‑Għid li jfakkarna fil‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Kristu, niftakru wkoll f ’dawk l‑Insara ppersegwitati sabiex waqt li huma qegħdin jagħmlu ‘it‑triq tas‑salib’, iħossu li Kristu qiegħed tassew jerfa’ s‑salib magħhom. Dan rajnieh dan l‑aħħar f’ħutna l‑Insara fl‑Iraq u fis‑Sirja, li minkejja l‑persekuzzjoni ma qatgħux qalbhom li jkomplu jiċċelebraw l‑Ewkaristija għaliex il‑quddiesa hija

l‑preżenza ta’ Kristu fosthom. Fis‑sena 2014, inqatlu madwar 165,000 Nisrani fid‑dinja. Fil‑15 ta’ Frar 2015, inqatlu bi qtugħ ir‑ras 21 Nisrani Eġizzjan sajjieda minn Kafr el‑Sheikh, fi Tripli l‑Libja. Qabel ma nqatlu dawn il‑martri Kopti, stqarrew l‑isem ta’ Ġesù Kristu. Iżda minkejja tant persekuzzjonijiet, l‑Insara fid‑dinja qegħdin jiżdiedu, bl‑ikbar żieda tkun fil‑kontinent tal‑Afrika, fil‑kontinent Amerikan u fl‑Asja. Is‑saċerdoti żdiedu fl‑Afrika u fl‑Asja. Tajjeb li nsemmu wkoll ir‑realtà sabiħa tal‑lajċi


Marzu 2019

missjunarji fid‑dinja li huma madwar 335,000. Ħafna mill‑ħidma tagħhom qiegħda fil‑kontinenti Amerikan u Afrikan. B’hekk jidhru sinjali pożittivi għall‑Knisja Kattolika li tgħodd popolazzjoni ta’ madwar 1.2 biljun. Dan minkejja li l‑Knisja għaddiet minn storja ta’ elfejn sena ta’ persekuzzjonijiet, imma żgur li s‑setgħat tal‑infern mhumiex ser jirbħuha, anzi l‑Knisja tkompli tikber aktar b’saħħitha bid‑demm imxerred tal‑martri. “La l‑Mulej miegħi, m’għandix għax nibza’; x’jista’ jagħmilli l‑bniedem?” (Salm 117).

“The seed of blood was scattered: there arose the harvest of the Church”. Santu Wistin jgħidilna wkoll li d‑demm tal‑martri huwa żerriegħa tal‑Insara ġodda: ‘Sanguis martyrum semen christianorum’, li hija ispirata mill‑frażi ta’ Quintus Septimus Florens Tertullianus (Tertulljanu) f ’Apologeticum. Tertulljanu jgħid ukoll li d‑demm tal‑martri huwa muftieħ għall‑ġenna. U f ’Apoloġija Numru 50, Tertulljanu jikteb: “Ergo vicimus, cum occidimur, denique evadimus, cum obducimur’, li tfisser: “Aħna nsaltnu meta

# MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019 joqtluna, aħna naħarbu meta jikkundannawna’. San Polikarpu, isqof ta’ Żmirna, fl‑ittra tiegħu lill‑Filippin jikteb li l‑martri huma eżempji tal‑imħabba vera. San Ġwann Krisostmu jgħid li l‑mewt tal‑martri hija r‑rebħa tal‑martri fejn il‑ġenna tilqagħhom bħala eroj tal‑battalja jew atleti famużi tat‑tiġrija. Ikompli jgħid li huma prova qawwija tal‑qawmien, li permezz tagħhom il‑Knisja, bħala l‑Ġisem ta’ Kristu, tissaħħaħ u li r‑relikwi tagħhom jiswew iktar mid‑deheb u l‑ħaġar prezzjuz (Apok 6:9). 

BAŻAR

a. Grazzi. ħ g im ġ l‑ fi a qar ġurnat im id ’ t a q q a d għu jagħtu t s ji li a r ie t nn ta’ volun o ż b a n d n a Għ

BA

I N O J S S I M ‑ L I Q S I R ’ B R ŻA

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN

Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


Marzu 2019

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN JAI PRAKASH

Christmas celebration in Kuditini

I

am happy to report to you our Christmas celebration with the poor people in Kuditini, diocese of Bellary in India. 8

Nearly a little over 100 people gathered around 4pm on the 24th December. Most of them were beggars, homeless, tent people and some shepherds from the neighbourhood. It was a joy for them all. The simple reason is that nobody ever recognises them in this community. Going out

of the way, inviting them and telling them that our Lord loves them, and sharing a meal with them on the occasion of Jesus’s birthday, was something great for them. It was really beyond their understanding. For me Christmas is a sheer sharing of joy and happiness


Marzu 2019

with the others, particularly with the less fortunate brothers and sisters of our community. I started the program at 6pm with a prayer. Then I explained the meaning of Christmas and the message of Christmas. Then we gratefully remembered all those who help in this community. Afterwards the Christmas Cake was cut by two small children singing Merry Christmas. Everybody sat down for food. In the first round nearly 60 people, and in the second round another 50 people ate dinner. Everybody enjoyed such a nice Biryani with Pachadi;

it was so delicious. And everyone got a piece of the Christmas Cake. They all went away very happy. It was a joy to see the smiles on the faces of these poor people. I was delighted to see them. After all, our Lord, Jesus Christ came for these people! I gratefully remember all those who helped to celebrate this Christmas with the less fortunate people of our community. The next day, 25th December in the evening, the diocese organised the inter‑faith Christmas gathering in Bellary City. I was asked to

# MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019 give a welcome speech for the dignitaries. It was a great program. I will celebrate the New Year at my mum’s place which is 500 km away from Bellary and then return to my mission. I hope you had a wonderful celebration at Christmas. Let me wish you all the very best in the coming new year 2019. Let all your dreams come true in the coming year. May God grant you good health, peace of mind and all the necessary graces for you all. With a grateful heart, so many good wishes, prayers and many blessings. 

INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK  Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk

 Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek  Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb

 Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9


Marzu 2019

SAN PIETRU APPOSTLU – DUN VICTOR AGIUS

Ħares lejh u ħabbu ..... U Joe mexa warajh.

Ritratt: Newsmalta

u laqtu l‑fatt li ħafna minn dawn il‑martri kienu tfal, li għalkemm kienu għadhom ma tgħammdux, kienu lesti li jagħtu ħajjithom għal Ġesù. Hemm nibtet f ’qalb Joe, ix‑xewqa li jgħix ma’ nies bħal dawn ‑ Afrikani, li għandhom fidi hekk sabiħa.

X

taqt naqsam magħkom mument sabiħ li kelli ma’ Dun Joe Pullicino sj, li ġie jarana fl‑uffiċċju Missjunarju (Missio) fi Triq il‑Merkanti l‑Belt. Ħassejt li Dun Joe huwa t‑tip ta’ missjunarju veru fil‑Knisja tal‑lum. Persuna li skopra lil Alla u li ħalla lil Alla jagħmillu l‑pjan ta’ ħajtu. Interessanti ħafna l‑istorja tiegħu; sempliċi, ġenwina u miftuħa, biex f ’kull mument ikun attent għal dak li Alla jrid minnu. Bħala tifel, Joe trabba f ’familja tipika Maltija li fl‑ambjent tagħha għenet 10

biex Joe jikber b’xewqa kbira li jsir jaf lil Alla fil‑ħajja tiegħu ta’ kuljum. Daħal il‑Mużew bħal ħafna tfal oħra u beda jħoss ix‑xewqa li jgħin lill‑oħrajn u li jkunu jafu aktar fuq Alla permezz tal‑istudju tal‑Iskrittura. Joe sar Soċju u beda jgħallem lill‑Aspiranti. Kien jgħallimhom kontinwament li Alla huwa mħabba għaliex kien persważ li dan għandu jkun il‑pedament tal‑fidi ta’ kull Nisrani. Imma Joe ħass li xtaq aktar mill‑ħajja tiegħu, u b’hekk daħal bħala student mal‑Ġiżwiti. Darba minnhom sema’ l‑istorja riċenti tal‑Martri tal‑Uganda,

Joe beda n‑novizzjat taħt id‑direzzjoni ta’ Dun Arthur Vella, u aktar tard taħt Dun Harry Formosa. Kienu żewġ studenti biss u kien żmien sabiħ fejn Joe beda jħoss li fl‑aħħar sab postu, li sab id‑dar tiegħu mal‑patrijiet l‑oħra tas‑Soċjetà ta’ Ġesù, u aktar u aktar ma’ Alla u ma’ Ġesù fit‑talb u fil‑komunità. Wara dan Joe studja l‑Filosofija fil‑Belġju u meta spiċċa l‑istudju fir‑‘regency’ tiegħu, mar it‑Tanżanija, jgħallem il‑‘physics’ u l‑‘chemistry’. Dan kien l‑ewwel kuntatt mal‑poplu Afrikan. Joe laqtitu ħafna l‑ħajja sempliċi ta’ dawn in‑nies, li anki jekk m’għandhomx ħafna kumditajiet, xorta huma nies kuntenti u b’fidi qawwija ħafna. Wara din l‑esperjenza sabiħa u sempliċi mal‑poplu Tanżaniż, Joe reġa’ lura


Marzu 2019

# lejn Ruma biex jispiċċa l‑istudju tat‑Teoloġija fil‑Gregorjana. Wara, mar is‑Sudan fejn kellu jistudja l‑Għarbi u żewġ djaletti tal‑post. Kienet sena tqila għax kien hemm nuqqas kbir ta’ ħafna affarijiet u s‑sitwazzjoni politika kienet diffiċli ħafna. Il‑preżenza moħbija tar‑ribelli kienet tant li kien ikollu joqgħod attent ħafna xi jgħid, anki waqt l‑omelija. Joe kien konxju ħafna tar‑riskju u l‑periklu li kien jinsab fih, imma kompla jemmen li dak li jibqa’ fil‑ħajja tal‑bniedem hu kemm ikun għamel ir‑rieda ta’ Alla. Dan għenu jħossu ħafna ‘at home’ f ’dik is‑sitwazzjoni. Però, ma damx wisq ma nqabad priġunier flimkien ma’ patri ieħor, u dam tliet xhur dejjem ‘on the run’ miexi fil‑foresti infestati bil‑malarja. Fl‑aħħar xahar tal‑priġunerija tiegħu, tant kien irqaq u sar debboli li kellhom iġorruh fuq streċer. Meta raw il‑kundizzjoni tiegħu ħassew li kien jaqblilhom iħallu lil Dun Joe fuq il‑fruntiera mal‑Kenja, fejn eventwalment kien meħlus fit‑13 ta’ Ottubru 1987. Fl‑aktar mumenti diffiċli, l‑aktar meta kellu deni għoli ħafna u ħaseb li kien ser imut, Dun Joe kien iħares lejn is‑sema bil‑lejl, jara is‑‘Southern Cross’

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 11


Marzu 2019

SAN PIETRU APPOSTLU – DUN VICTOR AGIUS

fis‑sema u jiftakar fis‑Salm li jgħid: “Ibqa wieqaf sod quddiem il‑Mulej”, u hekk baqa’ dejjem sod u f ’serenità kbira. Dun Joe ġie għal xi żmien Malta biex jerga’ jieħu saħħtu. Meta rkupra, is‑superjuri tiegħu bagħtuh it‑Tanżanija, fejn dam sitt snin. Hemm hu kien jaħdem fid‑dar ta’ formazzjoni għan‑novizzi Ġiżwiti li kienu kollha Afrikani, imma minn pajjiżi u kulturi diversi. Dun Joe ried jgħinhom isiru familja waħda anki jekk kulturalment kienu tant diversi. Imma meta tibda tidra u tibda torbot xi ftit qalbek max‑xogħol li tkun qed tagħmel, il‑Mulej permezz tas‑superjuri, jitolbok mill‑ġdid tħalli kollox biex tibda xi ħaġa oħra. Din id‑darba Dun Joe ntbagħat fl‑Etjopja. Hawnhekk kien mitlub ikun ta’ servizz għall‑Knisja billi jaħdem bħala professur fl‑Istitut tat‑Teoloġija għal seminaristi Djoċesani u reliġjużi minn diversi kongregazzjonijiet reliġjużi. Dam f ’dan ix‑xogħol sitt snin u minn hemm mar fuq ‘sabbatical leave’ f ’Guelph, il‑Kanada fejn speċjalizza fuq id‑direzzjoni spiritwali fuq il‑bażi tal‑ispiritwalità Injazjana. Dan l‑istudju 12

serva biex reġa’ lura l‑Etjopja u fetaħ dar imsejħa ‘Galilee Centre of Spirituality’ għall‑Insara kollha peress li fl‑Etjopja hemm ħafna Ortodossi, Luterani, Insara Evanġeliċi u anke Kattoliċi. Personalment bqajt affaxxinat meta rrakkontali l‑ambjent li joffri dan il‑post u kemm min imur hemm jista jagħmel esperjenza ħolistika u jiskopri Kristjaneżmu aktar awtentiku u umanità aktar ġenwina. F’dan il‑post mhux is‑saċerdot biss hu l‑furmatur, imma anki min jaħdem bħala ġardinar jew kok fil‑kċina. L‑armonija u s‑sempliċità fid‑dar, fil‑ġnien u fir‑rapporti mal‑istaff li jaħdem f ’dan iċ‑ċentru, hu parti mill‑esperjenza li wieħed jakkwista. Iċ‑ċentru ta’ kollox huwa l‑kappella

fejn wieħed b’mod speċjali jagħmel l‑esperjenza intima ta’ Alla fit‑talb. B’interess kbir rajt u studjajt il‑pjanti tal‑espansjoni fil‑bini li Dun Joe jixtieq jagħmel. L‑ispiża hija kemxejn kbira, imma jiena żgur li b’mod jew ieħor il‑flus ser jaslu. Jiġi quddiem għajnejja l‑episodju taż‑żagħżugħ għani fil‑Vanġelu, li għax kien għani beża’ jimxi wara Ġesù, u kieku mexa warajh min jaf kemm kien isib għal mitt darba aktar dak li kieku ħalla warajh. Dun Joe, diġà jidher ċar ħafna li Ġesù ħares lejk u ħabbek. U kemm jidher aktar ċar li l‑mitt darba aktar jidher ukoll f ’ħajtek. Aħna miegħek u nirringrazzjaw lilek u lil Alla għall‑preżenza tiegħek fil‑Knisja tiegħu. 


SANTA INFANZJA – VIKKI

Marzu 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Kamra biex taqra

J

ohn Wood huwa l‑fundatur tal‑organizzazzjoni li tmexxi l‑proġett ‘Room to Read’. John minn dejjem kellu x‑xewqa li jagħmel xi ħaġa sabiex itejjeb il‑ħajja ta’ dawk inqas ixxurtjati minnu. Kien għalhekk li huwa telaq ix‑xogħol tiegħu

ta’ meniġer mal‑kumpanija ‘Microsoft’ sabiex ikun jista’ jwettaq din il‑ħolma. John jemmen li meta t‑tfal ikunu kapaċi jaqraw u jiktbu, huma jkunu f ’pożizzjoni aħjar sabiex jifhmu iżjed x’inhuma d‑drittijiet tagħhom u jkunu ppreparati biex jiddefendu lilhom infushom kontra kull tip ta’ abbuż, traffikar u skajvitù. Huwa nieda l‑proġett ‘Room to Read’ bil‑għan li jiġġieled kontra n‑nuqqas tal‑fatt li tfal li jgħixu f ’pajjiżi tat‑tielet

John Wood iqassam il‑kotba fuq dahar jak fin‑Nepal.

dinja m’għandhomx dritt għall‑edukazzjoni. Il‑proġett ‘Room to Read’ huwa mifrux madwar diversi pajjiżi, fosthom il‑Bangladexx, il‑Kambodja, l‑Indja, il‑Laos, in‑Nepal, l‑Afrika t’Isfel, is‑Sri Lanka, il‑Vjetnam, iż‑Żambja u t‑Tanżanija. Matul dawn l‑aħħar ħmistax‑il sena, John, flimkien mal‑organizzazzjoni li tmexxi l‑proġett ‘Room to Read’, bnew madwar elf u seba’ mitt skola u fetħu ’l fuq minn ħmistax‑il elf librerija fl‑iktar postijiet foqra madwar id‑dinja. Huma jaħdmu id f ’id mad‑dipartimenti tal‑edukazzjoni sabiex jiġu żviluppati metodi ġodda ta’ tagħlim. Barra minn hekk, l‑organizzazzjoni taħdem mill‑viċin ma’ artisti lokali sabiex jinkitbu u jiġu ppubblikati kotba ġodda 13


Marzu 2019

John Wood jaqra lit‑tfal Vjetnamiżi.

John Wood jaqra ma' studenti Nepaliżi.

John Wood jilgħab logħba tal‑ortografija ma’ student miż‑Żambja. 14

SANTA INFANZJA – VIKKI

b’diversi lingwi li huma tajbin sabiex dawn it‑tfal ikunu jistgħu jidentifikaw magħhom. Permezz ta’ dan il‑proġett, ġew ippubblikati aktar minn disa’ mitt ktieb għat‑tfal, filwaqt li aktar minn għaxar miljun ktieb ġew mogħtija lit‑tfal foqra li qatt qabel ma kellhom l‑opportunità li jaqraw. L‑iskejjel u l‑libreriji li jitmexxew minn dan il‑proġett ma fihomx biss kotba, iżda huma attrezzati wkoll b’aċċessorji oħra li jdawru dawn il‑binjiet f ’postitjiet favoriti mat‑tfal. L‑għamara, il‑klassijiet ikkuluriti u l‑logħob, huma fost l‑affarijiet li jattiraw lit‑tfal, filwaqt li jagħmluha aktar faċli sabiex l‑għalliema jwasslu l‑messaġġ tagħhom. Permezz ta’ dawn l‑inizjattivi, il‑proġett ‘Room to Read’ ta l‑opportunità għall‑edukazzjoni lil kważi disa’ miljun tifel u tifla madwar id‑dinja. Minħabba li f ’ċertu pajjiżi hemm it‑tendenza li l‑bniet ikunu mċaħħda mid‑dritt tal‑edukazzjoni aktar mis‑subien, f’xi postijiet il‑proġett ‘Room to Read’ jiffoka aktar fuq it‑tisħiħ tad‑dritt għall‑edukazzjoni għall‑bniet u t‑tfajliet. Bis‑saħħa ta’ John ’il fuq minn għoxrin elf tifla ngħataw l‑appoġġ neċessarju


Marzu 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

sabiex ikunu mħarrġa. Xi wħud minn dawn it‑tfajliet ingħataw ukoll boroż ta’ studju. Li kieku ma sabux l‑appoġġ tal‑proġett ‘Room to Read’ dawn il‑bniet kien ikollhom jitilqu l‑iskola sabiex joħorġu jaħdmu jew jiżżewġu. Fl‑2014, il‑fundatur ta’ ‘Room to Read’, John Wood, ġie onorat bil‑premju ‘World’s Children Prize’ għall‑ħidma tiegħu ta’ ’l fuq minn 15‑il sena favur id‑dritt tat‑tfal għall‑edukazzjoni.

John Wood iqassam il‑kotba fin‑Nepal.

Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 

Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:

€35 – rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola

€55 – mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġata

€66 – kors intensiv ta’

€102– magna tal‑ħjata

€200 – Xirja qamħ biex

tagħlim bażiku għal omm biex tgħin lil uliedha

u banketta għal tfajla sfruttata biex taqla’ x’tiekol

jinħema l‑ħobż għal tfal orfni fil‑Pakistan 15


Marzu 2019

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl

CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom. 16


Marzu 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Ġwanni 4:14

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

17


MARATONA TA’ TAMA

Marzu 2019

Babies should drink milk

E

mmanuel was born on 3rd September, 2018. His mother died when he was only a few weeks old and his father ran away, never to be heard of. Thank God Emmanuel has survived because his widowed grandmother, Mary Mubanga, who is 68 years old, is looking after him. Looking after Emmanuel has not been easy for his grandmother. Taking care of the daily needs of their household, which include food, decent shelter and clean water, are just 18

amongst the many struggles of their lives. To add insult to injury, young Emmanuel and his grandmother are living in a rented house which by far is not fit for human habitation.

Poor Emmanuel has never tasted milk; he drinks only orange juice and the water from boiled rice. Indeed life is a challenge for this poor family who live a daily struggle.

However, in her small way, the grandmother sustains little Emmanuel and herself by breaking stones which, if she is lucky enough, she later sells to customers involved in building houses. From the sales she buys food and other necessities for the house. This income is very small and not enough.

On behalf of this family we are seeking your assistance. Already, our Bishop Justin Mulenga has been helping them in a small way. We are positive that you will consider the plight of Emmanuel’s family. Brian and Maggie Diocese of Mpika, Zambia 


Marzu 2019

Maratona fuq it‑TV

b’risq il‑Missjoni

IS‑SIBT 16 TA’ MARZU 2019 minn nofsinhar sa nofsillejl

D

in hija r‑raba’ sena li Missio Malta qed jorganizza l‑maratona #hopemissiofest, li din is‑sena ser taħbat nhar is‑Sibt 16 ta’ Marzu. Matul is‑sena 2018, bil‑fondi miġbura mill‑maratona, mill‑Ġurnata Missjunarja u minn diversi attivitajiet oħra li jiġu organizzati matul is‑sena, Missio rnexxielu

Dawn huma ftit eżempji ta’ kif id‑donazzjoni tiegħek tista’ tgħin:

FORMAZZJONI

jisponsorja aktar minn 70 proġett. Dawn il‑proġetti huma mferrxin fil‑kontinenti kollha u jinkludu fost oħrajn, irziezet, skejjel, kliniċi u spieri. Permezz ta’ dawn il‑proġetti qed jibbenefikaw komunitajiet sħaħ u mhux individwi. Din is‑sena Missio ser jiffoka l‑għajnuna

5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99 tiegħu fi proġetti relatati mas‑saħħa u l‑edukazzjoni. Segwi l‑maratona fuq wieħed mill‑istazzjonijiet tat‑televiżjoni Maltin fejn tista’ tikseb aktar informazzjoni, tisma’ u tara stejjer bħal din t’hawn fuq, u fl‑istess ħin tagħti d‑donazzjoni tiegħek. Ċemplu, ċemplu, ċemplu!

IKEL

EDUKAZZJONI

KURA

ĦAJJA

ILMA NADIF

FIDI

Grazzi mill‑qalb.

19


Marzu 2019

George Bernard Shaw (1856‑1950), imwieled Dublin, l‑Irlanda, minn dexxendenti Ingliżi, kien drammaturgu, kritiku, polemiku u attivist politiku. Kiteb aktar minn 60 dramm, fosthom wieħed dwar Santa Ġovanna ta’ Arc. Shaw kien ilu s‑snin jinteressa ruħu fil‑ħajja tal‑qaddisa, iżda kiteb id‑dramm wara li Papa Benedittu XV iddikjaraha qaddisa, fl‑1920. Fis‑sena 1925 huwa rebaħ il‑Premju Nobel fil‑Letteratura. Ta’ min isemmi li Shaw kiteb il‑maġġoranza tax‑xogħlijiet tiegħu f’daqsxejn ta’ kamra tal‑injam fil‑ġnien tad‑dar tiegħu. Però din il‑kamra kienet speċjali għaliex kienet iddur dawra tond, skond kif Shaw kien ikun jixtieqha tħares.

20


Marzu 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

“Issa li tgħallimna ntiru fl‑ajru bħall‑għasafar u ngħumu fil‑baħar bħall‑ħut, jonqosna ħaġa waħda – li nitgħallmu ngħixu fid‑dinja bħala umani!” George Bernard Shaw

21


QADDISA TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

Marzu 2019

Santa Chiara ta’ Montefalco Soċja ta’ Kristu Msallab

C

hiara, it‑tieni wild ta’ Damiano u Giacoma, twieldet f’Montefalco fil‑provinċja ta’ Peruġja fl‑1268. Sa minn età bikrija bdiet turi xejra ta’ qdusija flimkien ma’ distakk mill‑affarijiet tad‑dinja. Ta’ 4 snin kienet maħtufa mill‑imħabba ta’ Alla u bdiet teżerċita ħajja ta’ talb u penitenzi. Ta’ 6 snin ingħaqdet ma’ oħtha Ġwanna fl‑eremitaġġ ta’ San Leonardo, liema 22

post tħallas minn missierha. Dawn kienu jgħixu bl‑elemożina, jagħmlu l‑penitenzi u jgħaddu ħafna mill‑ħin tagħhom jitolbu. It‑talb huwa telefonata lil Alla; tkellmu u jisimgħek. Bosta erwieħ, imqanqlin mill‑eżempju ta’ Chiara u Ġwanna, ingħaqdu magħhom biex jaddottaw dan l‑istil ta’ ħajja. Fl‑1290 Ġwanna tkellmet mal‑Isqof ta’ Spoleto biex jingħataw regola monastika waqt li bdew jgħixu f’monasteru. Din it‑talba ntlaqgħet u kellhom jibdew jgħixu r‑regola ta’ Santu Wistin. Il‑monasteru kien imsemmi għas‑Salib Imqaddes. Meta mietet Ġwanna, li kienet il‑Badessa, Chiara bdiet teżerċita dan l‑uffiċċju u l‑monastiċi sħabha kienu jaraw fiha mara ta’ eżempju li laħqet il‑quċċata tal‑perfezzjoni Nisranija. Chiara rċeviet mis‑sema bosta grazzji u doni, u kien ikollha ħafna

viżjonijiet. Kienet twieġeb u tħoll, bl‑għajnuna ta’ Alla, bosta problemi ta’ teologi, filosfi u letterati. Fl‑1294 Chiara kellha dehra minn Kristu jġorr salib kbir, filwaqt li qalilha: “Hawnhekk sibt post b’saħħtu fejn inħawwel dan is‑salib; jekk trid tkun dixxiplu tiegħi trid tlesti ruħek biex tmut fuq is‑salib.” Dan il‑kliem ta’ Ġesù għexitu u kienet mwaħħda mal‑Passjoni ta’ Ġesu. Il‑mewt għażiża tagħha ġrat fl‑età ta’ 40 sena, fl‑1308, fil‑Monasteru tas‑Salib Imqaddes. Dakinhar, wara l‑mewt tagħha, xħin fetħu qalbha, sabu dak li kienet bassret hi stess meta kienet ħajja: simboli tal‑passjoni magħmula mill‑istess laħam ta’ qalbha. Fil‑marrara sabu tliet globi f’għamla trijangulari tal‑istess piż u kulur, simbolu tat‑Trinità Qaddisa. Meta dawn is‑simboli ġew eżaminati minn esperti ċiviċi u reliġjużi, unanimament qablu li huma mirakolużi u li s‑sopranatural biss kellu sehem fihom. Il‑katavru tagħha qiegħed jistrieħ fil‑knisja tal‑monaċi Agostinjani f’Montefalco. 


Marzu 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Marzu 2019

Marċ għall‑ħajja

Ritratt: Wikipedia

Għ

al dawn l‑aħħar 13‑il sena, ta’ kull sena f’Pariġi jiġi organizzat il‑Marċ Għall‑Ħajja (March Pour La Vie). Din is‑sena dan sar nhar

l‑20 ta’ Jannar u attendew għalih dawk kollha li qed ifittxu li jagħmlu pressjoni fuq leġislaturi biex jgħaddu liġijiet favur it‑tarbija fil‑ġuf. Din is‑sena l‑marċ ser jiffoka fuq id‑difiża oġġettiva kuxjenzjuża. Sfortunatament, l‑attakki fuq il‑ħajja jestendu aktar mill‑fruntieri Franċiżi

u Ewropej. Għalhekk Franza, bħal ħafna pajjiżi oħra li qed iħabbtu wiċċhom mal‑espansjoni ta’ leġislazzjonijiet fuq l‑abort, qed jorganizzaw marċijiet favur il‑ħajja. Ta’ min isemmi li fis‑sena 2018, l‑Arġentina rrifjutaw l‑abort, filwaqt li l‑Irlanda llegalizzawh. Bħalma l‑anġlu Gabrijel qal lil Marija meta ħabbrilha li kien ser ikollha iben: “La tibżax”, hekk aħna rridu nibqgħu – sodi f ’dak li nemmnu. 

Il‑Kavallieri ta’ Kolumbus

L

‑għaqda karitattiva l‑Kavallieri ta’ Kolumbus, għadha kif tat l‑1,000 magna tal‑‘ultrasound’. Il‑programm li għaddejjin bih il‑membri tal‑għaqda, ra l‑bidu tiegħu fl‑2009, u għandu l‑għan ewlieni li jagħti b’donazzjoni dawn il‑magni lil diversi ċentri tat‑tqala fl‑Istati Uniti, fosthom f’Puerto Rico, fil‑Brażil, fil‑Perù u fil‑Ġamajka. Il‑bini ta’ kultura favur il‑ħajja jeħtiġilha li aħna lkoll nitħabtu għal trattament ġust favur it‑tarbija fil‑ġuf u fl‑istess ħin nuru kompassjoni ma’ nisa li qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi fit‑tqala. Dan il‑programm qed isalva mijiet ta’ ħajjiet. 24

Il‑Kavallier Suprem Carl Anderson qal li minkejja dan hu akkwist, għad fadal ħafna xi jsir biex jiġu megħjuna u salvati eluf ta’ trabi vulnerabbli li għadhom ma tweldux. Lauren, tfajla li bbenefikat mill‑għotja ta’ ‘ultrasound’ fiċ‑ċentru tas‑saħħa tar‑raħal tagħha, qalet li meta saret taf li hija tqila ma kenitx taf x’ser taqbad tagħmel u x’deċiżjoni kellha tieħu dwar it‑tarbija. Iżda meta rat lil bintha fuq l‑iskrin tal‑magna u semgħet qalbha tħabbat, ħasset imħabba lejn it‑tarbija u ħassitha ċerta li kellha twellidha u tkun ommha. Illum, sentejn wara li kellha t‑tifla, Lauren qiegħda tistudja

u taħdem biex bintha jkollha ħajja tajba. Lauren temmet tgħid li ħadd m’għandu jibża’ jitlob l‑għajnuna. Kull magna tiswa madwar $30,000. L‑għaqda tixtri dawn il‑magni wara li tkun ġabret il‑flus minn attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi. Qabel ma’ ċentru jingħata waħda minn dawn il‑magni, l‑għaqda tkun ivverifikat sew il‑fatti kollha, speċjalment jekk iċ‑ċentru jilqax ħaddiema, voluntiera u klijenti Kattoliċi.  ikompli f’paġna 26


Marzu 2019

CHOICE The Curtain Emporium Marthese Mifsud Director 822, St Joseph High Street Ħamrun ‑ ĦMR1018 Tel: 2745 2315 Mob: 2745 2315

Where you and your home matter most

chyc.choice@hotmail.com www.chyc.com.mt Facebook: ChycChoice

Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com

25


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Marzu 2019

Mgħaref isalvaw il‑ħajjiet

Ħ

afna drabi l‑vittmi ta’ żwieġ sfurzat fir‑Renju Unit jibżgħu jitkellmu u jkunu ser iħallu l‑pajjiż bla ma jgħidu xejn dwar il‑ħolma kerha li jkunu qed jgħixu għax jibżgħu li tiġihom agħar. Iżda xi nies sabu soluzzjoni għal dan kollu – mgħarfa tal‑metall! Dawk vittmi ta’ żwieġ sfurzat jgħaddu mill‑ajruport b’mgħarfa tal‑metall moħbija fil‑ħwejjeġ ta’ taħt tagħhom. L‑uffiċjali tas‑sigurtà soċjali, li huma mħarrġa tajjeb, hekk kif isibu mgħarfa tal‑metall

moħbija fuq xi ħadd, jieħdu lill‑persuna f ’kamra fejn ikunu jistgħu jiftħu qalbhom ma’ uffiċjali inkarigati apposta u jingħataw garanzija li sa jkunu protetti. Ħafna studenti qed

jingħataw mgħarfa tal‑metall bħala prekawzjoni f ’każ ta’ bżonn. Ħafna huma dawk li tilfu ħajjithom minħabba żwieġ sfurzat. Mgħarfa tal‑metall taf issalva ħajja. 

Donazzjoni mill‑Papa Ritratt: Vatican News

B

ħala rigali għall‑Milied, Papa Franġisku ta b’donazzjoni żewġ inkubaturi għal trabi li jitwieldu qabel iż‑żmien. Kienet il‑kumpanija Bayer li tat dawn l‑inkubaturi lill‑Papa sabiex jużahom kif jaħseb li l‑aħjar. Il‑Kardinal Konrad Krajewski bierek l‑inkubaturi f ’ċerimonja apposta qabel dawn ingħataw lil żewġ sptarijiet Rumani. Wieħed mill‑inkubaturi ntbagħat lill‑isptar 26

Fatebenefratelli fuq il‑Gżira Tiber. Dan l‑isptar issa għandu b’kollox 30 inkubatur. F’dan l‑isptar jiġu kkurati mas‑600 tarbija fis‑sena, li 80 fil‑mija minnhom jitwieldu qabel iż‑żmien. L‑inkubatur l‑ieħor intbagħat fi sptar fl‑Etjopja bħala parti mill‑proġett CUAMM. Sadanittant, Papa Franġisku ddeċieda li jiċċelebra għeluq it‑82 sena tiegħu mat‑tfal. Huwa organizza festin għat‑tfal morda li jinsabu fil‑Klinika tat‑Tfal Santa Marta. Din kienet it‑tielet darba li l‑Papa ċċelebra

għeluq sninu mat‑tfal ta’ dan l‑isptar li ilu sa mill‑2008 ikun megħjun mill‑Vatikan, benefatturi u ħbieb. Iċ‑ċelebrazzjoni seħħet f’sala Pawlu VI fil‑Vatikan, nhar is‑16 ta’ Diċembru, ġurnata qabel għeluq snin il‑Papa. Papa Franġisku awgura lill‑membri tal‑istaff u lill‑familjari Milied hieni, filwaqt li rringrazzjahom għax‑xogħol li jwettqu mat‑tfal. Il‑Papa qal li kien ċert li kieku l‑Familja Mqaddsa kienet tgħix Ruma u l‑Bambin Ġesù taqbdu l‑influwenza, żgur li l‑Madonna kienet tieħdu fl‑Isptar Santa Marta għall‑kura. 


Marzu 2019

PARISIO NURSERY

& GARDEN CENTRE PROFESSIONAL NAIL SYSTEM

Pearl Nails Malta

PROFESSIONAL NAIL SYSTEM

73, Sir Ugo Mifsud Street Lija

SALES REPRESENTATIVE 99806955 | 77999150 pearlnailsmalta@gmail.com

Ġużè Ellul Mercer Street, Qormi 2687

99423164 21438154 parisio@maltanet.net www.parisiogardencentre.com

Sale of Plants Landscaping Garden Needs

60, Triq Ġużè Ellul Mercer, Qormi Mob: 99886701 • Tel: 27420011

PAVIA Hardware Stores COSPICUA 4, BLK 12, TRIQ IR‑REGATTA, BORMLA  PLUMBERS, ELECTRICAL GOODS DEALERS  SPECIAL DISCOUNTS ON WATER HEATERS (GEYSERS)

Dealers in CLARKE and SEDEF Power Tools Tel: 2182 1174 ‑ Mob: 7782 1174 E‑mail: adrianpavia@onvol.net 27


Marzu 2019

50 ġrajja miktuba minn ħutna

missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt

(V0/1178)

Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.

 Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:

Data:

Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:

Qiegħed nibgħat ċekk bl‑ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................

ktieb/ kotba bil‑posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss.

28


Marzu 2019

Firm Est: 1928

Triq il‑Kbira & Triq Hompesch, Ħaż‑Żabbar, Malta • Curtain Rails • Frame Making • Glass Cutting • Hardware • Household Goods • Moulded Furniture • Paint Mixing Tel: (mob): 21(79) 897 527 21(79) 672 444 Fax:

21 672 444

E‑mail: ffattard@gmail.com

Beauty ‑ Nails ‑ Tanning John F. Marks Street, SAN ĠWANN t‑27014144 m‑79319129/ 79293183

WHERE QUALITY COMES FIRST

Auto and Marine Electrical Parts and Accessories. Specialising in exchange of starter and alternator units. Triq il‑Mitħna ta’ Caraffa, Luqa LQA 1521 Tel: 21 665 642/ 21 677 570/ 21 821 769 Email: sales@eretric.com  Website: www.eretric.com 29


Marzu 2019

ĦARSITNA F’WIĊĊ ĠESÙ – DUN CHARLES BUTTIGIEG

Mixja ma’ Kristu fis‑sena liturġika tal‑Knisja

Ħ

arsitna f ’Wiċċ Ġesù ‑ Riflessjonijiet fuq Kristu, huwa ktieb ta’ 96 paġna miktub minn Angelo Xuereb, soċju tal‑MUSEUM u stampat fil‑‘Gozo Press’. Għal darba oħra ktieb utli li għandu jkun f ’idejna hekk kif għadna nibdew sena ġdida. Il‑ktieb huwa stedina għalina lkoll, b’mod partikolari għal dawk li qegħdin ifittxu lil Kristu f ’ħajjithom u li dejjem jittamaw fid‑dawl tal‑qawmien ta’ Kristu, li fuq kollox huwa l‑qawmien ta’ kull wieħed u waħda minna. Wara l‑Preżentazzjoni, li tiddeskrivi l‑kontenut u t‑tagħlim Bibliku u spiritwali tal‑ktieb miktuba mill‑Biblista magħruf Mons. Lawrenz Sciberras u d‑Daħla mill‑awtur stess, għandna erba’ taqsimiet marbuta mal‑Milied, mal‑Ġimgħa Mqaddsa, mal‑Għid u ma’ festi oħra fil‑liturġija. Fihom 30

insibu tagħlim utli dwar Kristu, u fl‑istess ħin qishom prietka kontinwa li tiffoka fuq il‑misteru tal‑imħabba ta’ Kristu li laħqet il‑qofol tagħha fl‑ikbar siegħa, dik tas‑salib u tal‑qawmien tiegħu mill‑mewt. Fl‑aħħar għandna talba verament sabiħa lil Ġesù Msallab, ta’ San Franġisk ta’ Assisi. Anke l‑illustrazzjonijiet sbieħ fil‑ktieb ikomplu jgħinuna nikkontemplaw il‑misteru ta’ Kristu.

huwa qabar ‘miftuħ’, qabar ‘mimli’ bi preżenza, qabar li jitkellem u mhux sieket, qabar li jipproklama r‑Rebħa ta’ Kristu fuq il‑mewt, qabar mirbuħ minn Kristu, qabar li l‑għar tiegħu jerġa’ jeħodna lejn l‑għar ta’ Betlem, sabiex jurina li l‑istess tifel li twieled u li tlieta u tletin sena wara ssallab għalina, huwa tassew l‑‘Immanuel’ – Alla magħna. Dan huwa l‑messaġġ li jrid jagħtina dan il‑ktieb.

Permezz tal‑ktieb, Angelo Xuereb irid jagħtina din l‑aħbar it‑tajba tal‑ferħ tal‑Milied u tar‑rebħa ta’ Kristu fuq il‑mewt, li d‑dinja tal‑lum, mifnija b’tant ġlied u mibegħda, tant għandha bżonn. Kristu Rxoxt qered il‑bniedem il‑qadim fid‑dnub u ġab id‑dawl tas‑salvazzjoni għall‑bnedmin kollha. Din mhix xi aħbar falza, imma hija aħbar tassew. Għalhekk, huwa importanti li l‑bniedem tal‑lum jgħix u jilqa` din l‑istedina ta’ Ġesù. Din hija t‑tweġiba għal dawk li qegħdin ifittxu l‑verità fil‑fond ta’ qalbhom, li sfortunatament, ħafna, minflok ma jersqu aktar qrib tagħha, jitbiegħdu minnha. Il‑verità tal‑qawmien ta’ Kristu hija l‑prova l‑iktar importanti tal‑Kristjaneżmu. Il‑qabar ‘vojt’ li ħalla Kristu wara l‑qawmien,

Nifraħ lil ħabib tiegħi Angelo Xuereb li għal darba oħra kiteb b’reqqa, u b’esperjenza fit‑tagħlim u fil‑kitba, ħejja b’mod eċċellenti l‑materjal ta’ dan il‑ktieb. Il‑ktieb huwa żgur utli għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu mixja ta’ konverżjoni u fidi vera, u l‑meditazzjonijiet li fih huma utli għall‑gruppi ta’ talb u laqgħat diversi fil‑parroċċi. Fuq kollox jista’ jintuża għall‑jiem ta’ eżerċizzi, irtiri personali u għall‑predikazzjoni. Il‑ktejjeb jista’ jingħata bħala rigal f ’diversi okkażjonijiet. Għalhekk titilfux din l‑okkażjoni unika biex tirċievu din l‑aħbar it‑tajba u takkwistaw kopja mingħand l‑awtur innifsu, billi tibagħtu fuq il‑posta elettronika tiegħu: angeloxuereb@gmail.com 


Marzu 2019

#

MIS‑7 TA' APRIL 2019 FUQ kull nhar ta’ Ħadd fis‑18:45

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Indja 2018

Ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta fl‑22:30 u l‑Ġimgħa fis‑14:15

Bil‑kollaborazzjoni ta’

(V0/1178)

31


Marzu 2019

RIFLESSJONI DWAR IL‑MILIED – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

Time of unity and peace

A

s part of the Christmas religious festivities held at school, three students from St. Margaret College Senior Secondary School, Verdala, Cospicua, were invited to reflect upon the peaceful and unity spirit of Christmas. Though Christmas is celebrated worldwide by Christians to commemorate and celebrate the birth of Jesus Christ – the Son of God, it should also serve as a time of peace and unity for the three monotheistic religions. The practice of religion should always serve as a means of peace, love and unity. Though there are differences in creed and faith among them, Christmas is a call to every faithful to come together through our belief in One God Almighty – God of Peace and Unity.

32

Through their study research, the students found that though it is not a practice for Muslims to celebrate the birth of God’s prophets, their holy book (the Quran), talks about the miraculous birth of Jesus from the Virgin Mary. Muslims consider Mary as one of the greatest women that ever lived on earth and in chapter (Sura) 19:16‑35 of the Quran we read that an angel appeared to Mary telling her that she will give birth to a ‘pure son as a sign unto men and a mercy from us’. Mary withdraws to a deserted place where she gave

birth to baby Jesus under a palm tree and Jesus speaks from the cradle announcing himself to be a prophet of God. So, though Muslims do not consider Jesus as Son of God, they believe in his miraculous birth and still consider him as a prophet of God.

On the other hand, though Jews do not accept Jesus as the Messiah but only as a Jew, they believe in


Marzu 2019

# the coming of the Biblical Messiah who is meant to ‘build the Third Temple of God (Ezekiel 37:26‑28), return Jews to Israel (Isaiah 43:5‑6), usher an era of peace in the world (Isaiah 2:4) and spread universal knowledge of God of Israel (Zachariah 14:9). While the majority of Christians all round the world celebrate Christmas on the 25th December, Jews celebrate the festival of Lights, called ‘Hanukkah’, remembering the rededication of the second Jewish Temple of God in Jerusalem, which occurred in the year 160 B.C. Normally, Hanukkah starts on the 25th of the Jewish month of Kislev (about the same time as December) and lasts for eight days. As the Jewish calendar is lunar (not

solar) Kislev can happen from late November to late December, but this year (2018) was from the evening of Sunday 2nd December until the evening of Monday 10th December. During this Jewish feast of Lights, a candle from the Jewish Menorah is lit on each of the eight nights and they are lit from left to right. A special blessing, thanking God, is said before or after lighting the candles, and a Jewish hymn is sung. Normally, Jews put the Menorah on their window sills so they can remember the story of Hanukkah when Judah, the Maccabee, and his Jewish followers went into the temple (after being desecrated by the pagans) and they found oil only for the Temple Menorah to light for one

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

night, but by miracle it burned for eight nights. Surely for us Christians, this ‘light’ is Jesus Christ: “I am the light of the world. Whoever follows me will not walk in darkness, but will have the light of life” (John 8: 12). This is in fact the reason why we decorate all our houses, shops and streets with Christmas lights. Christmas is the feast of light, cleaning our hearts from the darkness of sin, while calling us to love and to open our hearts to everyone – Christian, Muslim, Jew or Pagan. Let us seek what unites us and not what divides us.  Leon Buttigieg, Matthew Megrahi and Aidan Bugeja.

Laqgħa ta' formazzjoni missjunarja għal dawk kollha li jħobbu l‑missjoni. Meta: Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Fejn: Uffiċċju ta' Missio, il‑Belt Valletta Ħin: 6:00pm Programm: • Quddiesa ċċelebrata minn Dun Victor Agius, assistent direttur ta' Missio • Brejk li jinkludi te, kafè u 'snack' • Nofs siegħa taħdita 33


TA’ MIN JAĦSEB FUQHA!

Marzu 2019

VIVA X‑XITWA

Il‑voluntiera mhux neċessarjament għandhom il‑ħin, imma sempliċiment għandhom il‑qalb!

Uff kemm tgergru, x’għaġeb tagħmlu Għax dix‑xitwa snienha wriet. Tara żgħażagħ fl‑aqwa tagħhom, Igorru qishom nanniet. Ngħid għalija x‑xitwa nħobbha Għalija l‑isbaħ staġun. Mhux bħas‑sajf, lili joqtolni Trid tarani, għasra nkun!

Elizabeth Andrew

Ix‑xitwa tagħtik is‑saħħa U anke tiġbrok id‑dar. Il‑vantaġġ fuq ix‑xhur l‑oħra Tgawdi l‑mara, tgawdi t‑tfal.

L‑ebda att ta’ karità, żgħir kemm hu żgħir, mhu qatt moħli.

Wara kollox f ’din il‑kesħa Ħdejn ħaddieħor m’għandna xej’. X’kontu tgħidu ‘k fis‑Siberja Kien wellidkom il‑Mulej?

Esopu

Reno Muscat

ABC’S OF LOVE AMEND a past situation BAKE something for someone CREATE something beautiful DONATE your time or money ENCOURAGE others FRIENDS, make new ones GIVE toys or gifts to charity HELP someone in need INCLUDE someone who may be left out JOKE with someone and make them smile KISS each of your family members daily LAUGH with your family and friends MEND something broken 34

NOTICE someone who may need attention OPEN your home/heart to someone PRAY for others QUIETLY snuggle with family REMEMBER a cherished time and share the story SHARE a meal TALK meaningfully with a teen in your community UNDERSTAND and educate yourself on missions VOLUNTEER your time WRITE a letter to a distant friend X‑CROSS your street to say hello YES, say it to anyone asking for your attention ZERO, let go your hate and focus on the good


Marzu 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel

21236962

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK

Abbona issa fi Klabb Missio Tfal għal €5 biss fis‑sena. Mhux biss tkun qed tgħin lit‑tfal anqas ixxurtjati, imma wkoll tieħu pjaċir tiltaqa' ma' tfal ġodda. Niltaqgħu darba fix‑xahar biex flimkien nitgħallmu, norganizzaw xi attivitajiet, nagħmlu l‑krafts u ntellgħu xi drammi. Dan filwaqt li nitolbu għal tfal oħra madwar id‑dinja kollha. Ma' kull abbonament ta' sena tingħata 'discount card' li tissarraf f'diversi ħwienet popolari.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI KLABB MISSIO TFAL GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Klabb Missio Tfal, Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Marzu 2019

XARBA TAL‑FRAWLI MINN VERMONT

X’għandek bżonn: • 150 gramma frawli • 75 gramma zokkor • 600 millilitru ħalib

• 150 millilitru krema friska • Ftit ġelat tal‑vanilla jew tal‑frawli

Metodu:

• Naddaf il‑frawli u poġġihom flimkien maz‑zokkor ġo blender. • Ħawwadhom sew flimkien. • Żid il‑ħalib, il‑krema friska u l‑ġelat, u erġa’ ħawwad sewwa. • Ferra’ x‑xarba ġo erba’ tazzi u servi kesħin.

BON APPETIT! (L‑Ikla t‑Tajba!)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171


Marzu 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

37


KOMPETIZZJONI ‑ MARZU 2019

Marzu 2019

TISLIBA BIN‑NUMRI

Imla t‑tisliba bin‑numri t’hawn taħt skont fejn suppost. Tnejn min‑numri huma lesti biex jgħinuk tibda. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

5 6 2 9 7 1

3 DIGITS 187

9 7 0 2

4 DIGITS 1098

5 DIGITS

6 DIGITS

6279

18091

53784

159304 562971

260

1947

7386

23765

67037

365

3265

7649

25971

87197

705

4671

8063

35876

94102

729

5069

9702

39678

95471

963

5934

9746

973

Ħu nota tal‑indirizz il‑ġdid fejn tibgħat il‑kompetizzjoni.

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________ 2 6 1 9

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Jannar 2019: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Josephine Catania mill‑Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

3

9

0 4 7 2 5 6 9 2

5 8 3 2 1 8

5

3

7

4

6

2

0

8

3 4

8 2 1 0 4 9 6

9

6

4 1 8 5 3

1

2

7

3 1 9 0 7 6 7

5 1 9 3 5 0

8 2 6 7 9 4 6

Nitbissmu ftit:

T

fajla kellha għarus li kienet ilha miegħu għal ħafna snin, imma dan qatt ma ried jiżżewweġ. Kienet titolbu spiss biex jiddeċiedu u jiżżewġu, imma dan qatt ma qalilha iva. 38

Darba ħadha tiekol f’restorant u l‑wejter qalilhom li l‑ispeċjalità tal‑ġurnata kien ir‑ross. Żied jgħidilhom: ‘Għażlu intom kif triduh u jiena nġibhulkom.’ L‑għarus staqsa lill‑għarusa kif tippreferih ir‑ross. Dik xotta xotta qaltlu: ‘Nej nippreferih, mixħut fuqna waqt it‑tieġ.’ U telqitu waħdu.


Marzu 2019

#

MISSIO FEST 16 ta’ Marzu 2019

Eżempji sbieħ • Knisja ta’ San Pawl, Bormla • Knisja Parrokkjali Stella Maris, il‑Gżira • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq

Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

• John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Anna Vella u Nikolina Sciberras minn Ħal Għargħur

• 07 ta’ April 2017 Josephine Muscat mill‑Mosta

• Diane Micallef minn Ħaż‑Żebbuġ

• 25 ta’ Ottubru 2018 Maria Paris minn Tas‑Sliema (San Girgor)

• Saviour Zammit minn Ħal Lija

• 15 ta’ Novembru 2018 Katerina Mula minn Ħal Għargħur • 28 ta’ Novembru 2018 Sor Ludovina Mallia mill‑Mosta • 30 ta’ Novembru 2018 Jimmy Mifsud mill‑Mosta • 14 ta’ Jannar 2019 Charlie Camilleri minn Ħal Għargħur • 19 ta’ Jannar 2019 Ġiljan Camilleri minn Ħal Safi • 19 ta’ Jannar 2019 Saviour Micallef minn Ħal Lija • Jannar 2019 Joseph Callus minn Ħal Safi

Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

• 02 ta’ Frar 2019 Lina Zahra mill-Belt Valletta

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Għandna bżonn 'soft toys' f'kundizzjoni tajba u żibeġ. F'każ ta' ammont kbir niġu għalihom aħna.

Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

Seg wi l‑esperjenzi u l‑av venturi ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin f l‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

Ċempel lil Natasha fuq 20330015. 39


Marzu 2019

Services provided: Chauffeur-drive service Car rental Leasing Wedding service Executive VIP service All cars are fully air-conditioned and with uniformed drivers. 185, Annibale Preca Street, Lija. Telephone: 21442530 / 21447564 Mobile: 99424098 / 99884049 Website: www.percius.com Email: info@percius.com

Lorem Elementary Science F 40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta_Missjunarja_March_2019 by Missio Malta - Issuu