Skip to main content

Malta Missjunarja Lulju 2020

Page 1

NEWSPAPER POST LULJU 2020 SENA 88

18 ta' Ottubru 2020

Ġurnata Missjunarja

02 Il‑Knisja Tippromwovi Digrieti Ġodda Għall‑Kawża Tal‑Qaddisin  10 Missjunarji Għawdxin 14 Bott Mimli Ħolm  22 L‑Impatt tal‑COVID‑19 Fil‑Missjoni għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Lulju 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Il‑Knisja Tippromwovi Digrieti Ġodda Għall‑Kawża Tal‑Qaddisin

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 14 Santa Infanzja 18 Qaddis tax‑Xahar 22 L‑Impatt tal‑COVID‑19 fil‑Missjoni 26 Messaġġ ta’ Papa Franġisku għall‑Ġurnata Missjunarja 2020 30 Il‑Katidral ta’ Shangdong 34 Il‑Padri Kristjani tad‑Deżert 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Il‑Venerabbli Pauline‑Marie Jaricot fundatriċi tas‑Soċjetà tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi fi ħdan Missio. 2

Bl

‑approvazzjoni ta’ Papa Franġisku, ftit tal‑ġimgħat ilu l‑Kongregazzjoni għall‑Kawżi tal‑Qaddisin ippubblikat digrieti ġodda sabiex imexxu ’l quddiem il‑kawżi ta’ tnax‑il raġel u mara qaddisin, fosthom il‑Venerabbli Pauline‑Marie Jaricot fundatriċi tas‑Soċjetà tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi fi ħdan Missio u tal‑Assoċjazzjoni tar‑Rużarju Ħaj. Dawn id‑digrieti jikkonfermaw diversi mirakli kif ukoll il‑martirju ta’ missjunarju u grupp ta’ patrijiet fl‑Italja. Il‑mirakli attribwiti bl‑interċessjoni tal‑Venerabbli Dun Michael McGivney u Pauline‑Marie Jaricot, ħejjew it‑triq għall‑beatifikazzjoni ta’ dawn iż‑żewġ qaddisin. Mirakli oħra kienu attribwiti wkoll lit‑tliet Beati Charles de Foucald, Cesare de Bus u Maria Domenica Mantovani u b’hekk ser ikunu kkanonizzati. Il‑martirju


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

ta’ Patri Franġiskan Taljan ġie rikonoxxut flimkien mal‑martirju ta’ sitt patrijiet Ċisterċjani li nqatlu huma u jipproteġu l‑Ewkaristija meta l‑abbazija tagħhom sfat attakkata minn suldati Franċiżi matul il‑Gwerer Napoleoniċi. Il‑Prefett tal‑Kongregazzjoni l‑Kardinal Mons. Angelo Becciu ta dettalji dwar it‑tnax‑il persuna msemmija hawn fuq: Beatu Cesare de Bus, qassis u fundatur talKongregazzjoni tas‑Saċerdoti tad‑Duttrina Kristjana; imwieled f ’Cavaillon, Franza nhar it‑3 ta’ Frar 1544 u miet f ’Avignon, Franza fil‑15 ta’ April 1607. Jibqa’ mfakkar għall‑ħidma ta’ karità u l‑ħeġġa fil‑prietki u l‑katekiżmu li kien jgħallem. Beatu Charles de Foucauld magħruf bħala Charles ta’ Ġesù, qassis Djoċesan; imwieled fi Strasbourg, Franza nhar il‑15 ta’ Settembru 1858 u miet f ’Tamanrasset, l‑Alġerija fl‑1 ta’ Diċembru 1916. Wara li serva bħala uffiċjal tal‑Armata Franċiża, sar Patri Trappist, imma ħalla l‑ordni

biex jgħix bħala eremità u wara ġie ordnat saċerdot. Beata Maria Domenica Mantovani ko‑fundatriċi u l‑ewwel Superjura Ġenerali tal‑Istitut tas‑Sorijiet tal‑Familja Mqaddsa; imwielda nhar it‑12 ta’ Novembru 1862 f ’Castelletto di Brenzone l‑Italja u mietet fl‑istess post fit‑2 ta’ Frar 1934. Iddedikat ħajjitha biex teduka lit‑tfal u lix‑xebbiet, u assistiet sa mewtha lill‑morda u anzjani tal‑komunità fejn kienet isservi. Venerabbli Qaddej ta’ Alla Michael McGivney, qassis Djoċesan u fundatur tal‑Ordni tal‑Kavallieri ta’ Kolumbus; imwieled nhat it‑12 ta’ Awwissu 1852 f ’Waterbury l‑Istati Uniti tal‑Amerika u miet f ’Thomaston l‑Istati Uniti tal‑Amerika fl‑14 ta’ Awwissu 1890. Jibqa’ magħruf għax‑xogħol bla heda fost il‑parruċċani. Miet żgħir minħabba l‑pnewmonja. Venerabbli Qaddejja ta’ Alla Pauline‑Marie

Jaricot, fundatriċi tas‑Soċjetà tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi u tal‑Assoċjazzjoni tar‑Rużarju Ħaj, imwielda f ’Lyon, Franza nhar it‑22 ta’ Lulju 1799 u mietet fl‑istess post fid‑9 ta’ Jannar 1862. Tat ħajjitha sabiex tassisti l‑ħidma tal‑missjunarji billi inkoraġġiet lill‑Kattoliċi kollha jinvolvu rwieħhom fit‑tixrid tal‑Evanġelu. Il‑Martri u Qaddejja ta’ Alla l‑Pirjol Simeon Cardon u ħames kumpanji, reliġjużi tal‑Kongregazzjoni Ċisterċjana ta’ Casamari, inqatlu fuq il‑post minħabba l‑fidi li kienu jħaddnu bejn it‑13 u l‑15 ta’ Mejju 1799. Sparawlhom għax kienu qed jipproteġu l‑ostji mqaddsa. Il‑Martri u Qaddej ta’ Alla Cosma Spessotto, qassis tal‑Ordni tal‑Patrijiet Minuri; imwieled f ’Mansue l‑Italja u maqtul minħabba l‑fidi li kien iħaddan, f ’San Juan Nonualco f ’El Salvador fl‑14 ta’ Ġunju 1980. Kellu ħeġġa kbira għax‑xogħol missjunarju u mħabba kbira fost u lejn l‑ifqar nazzjonijiet Amerikani, u kien jipprietka għall‑paċi qalb il‑vjolenza li kienet tiddomina fil‑pajjiż.  3


Lulju 2020

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Strieħ Aktar Paċpaċ Anqas

I

x‑xahar ta’ Lulju huwa wieħed mix‑xhur sajfin li jistedinna biex nieqfu jew innaqqsu ftit mir‑rutina tal‑ħajja u nistrieħu ftit minnha. Il‑mistrieħ huwa bżonn għall‑bniedem daqs l‑ilma u l‑arja nadifa. Bniedem li ma jafx jew jirrifjuta li jsib ħin għall‑mistrieħ, jibda bil‑mod il‑mod isir negattiv fil‑ħajja, kollox jibda jdejqu u jibda jara kollox tqil fil‑ħidma tiegħu. Barra dan, jispiċċa 4

ħafna drabi nervuż; ħadd ma jista’ jkellmu. Jispiċċa bħal iljun dejjem lest li jaħtaf lil dak li jkun għal kull ħaġa ta’ xejn. Bniedem bħal dan isir piż għalih innifsu u aktar u aktar għal dawk kollha ta’ madwaru. Għalhekk importanti li nagħrfu nużaw tajjeb dan iż‑żmien għaliex inkella nistgħu nċedu għat‑tentazzjoni li nitgħażżnu bil‑konsegwenza

li nispiċċaw inpaċpċu fuq l‑oħrajn u nilħqulhom salibhom. Ħaġa li żgur qatt m’għandha tkun. Qawl Malti jgħid: “Kieku l‑ġemel jara ħotobtu, jaqa’ u jmut zoptu.” Il‑Mulej stess iwiddibna biex noqogħdu attenti milli nikkritikaw u nzekzku fuq l‑oħrajn. “Tiġġudikawx biex ma tkunux iġġudikati. Xi trid tħares lejn it‑tibna li hemm f ’għajn ħuk? Għax ma tarax it‑travu li għandek f ’għajnek int? Ja wiċċ b’ieħor neħħi l‑ewwel it‑travu li għandek f ’għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa tneħħi t‑tibna minn għajn ħuk.” (Mt. 7:1‑5) Kemm hi faċli li nperreċ id‑difetti u n‑nuqqasijiet tal‑oħrajn, filwaqt li nistor jew inċekken id‑difetti tiegħi u tal‑familjari tiegħi. Meta nagħmel hekk, inkun qed ninsa li kull darba li nipponta subgħajja lejn xi ħadd, hemm tliet swaba’ jippuntaw lejja. “Il‑kliem żejjed mhux nieqes


Lulju 2020

Filwaqt li nawguralkom mistrieħ mistħoqq mill‑ħidma tagħkom ta’ kuljum, nissuġġerilkom li fil‑bidu ta’ kull jum titolbu lil Alla jgħinkom biex tagħmlu ‘għassa ma’ bieb xofftejkom’. 

B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

Il‑bniedem paċpaċi jista’ jagħmel ħsara mhux biss lill‑oħrajn, imma saħansitra lilu nnifsu għaliex ħadd ma jibqa’ jafdah u kulħadd jibda jitwarrab minnu. “Min ipaċpaċ ħafna ma jżommx sigriet; tagħmilhiex ma’ min ilablab wisq.” (Prov. 20:19) Ilkoll nafu li kelma li toħroġ mill‑fomm timla dinja u diffiċli ħafna, biex ma ngħidx impossibbli, tiġborha

lura. Jingħad li darba waħda mara marret tkellem lil San Filippu Neri dwar xi kliem li kienet qalet fuq persuna oħra. Dan qalilha biex tmur id‑dar, tnittef tiġieġa u tħalli ir‑rix jittajjar mar‑riħ. Wara dan, kompla jgħidilha l‑qaddis, sabiex tmur tiġbru. Il‑mara qabdet tgħajjat u tgħid: “Impossibbli! Impossibbli! Ma tafx li qatt ma nista’ nagħmel dan?” San Filippu kien pront jgħidilha: “Daqshekk ieħor impossibbli li tiġbor il‑kliem li tkun għedt fuq l‑oħrajn.” Filwaqt li San Ġakbu jgħidilna: “Jekk xi ħadd jidhirlu li hu tajjeb u lsienu ma jrażżnux u jqarraq b’qalbu, fiergħa hija t‑tjieba tiegħu.” (Ġak.1:26)

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

mill‑ħtija, meqjus fi kliemu min hu bil‑għaqal.” (Prov. 10:19)

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


Lulju 2020

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Lulju 2020 Intenzjoni ta’ talb universali

Il‑familji tagħna. “Nitolbu sabiex il‑familji tal‑lum ikollhom min jiggwidahom bl‑imħabba u r‑rispett.”

K

ien Papa San Pawlu VI permezz tal‑Eżortazzjoni Appostolika dwar 6

l‑Evanġelizzazzjoni tad‑Dinja Moderna: ‘Evangelii Nuntiandi’ tat‑8 ta’ Diċembru 1975, li kompla l‑iżvilupp ta’ dan il‑ħsieb fil‑Knisja dwar il‑familja. Huwa jgħid li l‑familja m’għandhiex tkun oġġett tal‑evanġelizzazzjoni sabiex tikkonverti ruħha, iżda hija fil‑fatt suġġett ta’ din il‑missjoni ta’ evanġelizzazzjoni (ara nru. 71). Għalhekk mela l‑familja, kif qegħdin naraw, hija sors ewlieni, enerġija u qawwa għal din l‑evanġelizzazzjoni tal‑identità Nisranija. Hija ‘power‑house’ għal

din l‑attività Kristjana, indispensabbli għall‑Knisja. Il‑miżżewġin, bħala ministri tas‑sagrament tal‑imħabba, jgħixu mill‑qrib din il‑virtù teologali mibnija fuq il‑fundament bażiku tal‑kmandament kbir tal‑imħabba, jgħixu l‑vanġelu u jxandru dan il‑messaġġ evanġeliku. B’hekk il‑Knisja jeħtiġilha tiskopri dan it‑teżor kbir ta’ evanġelizzazzjoni li jeżisti fil‑ħajja tal‑familja. Għalhekk, min‑naħa l‑oħra l‑Knisja għandha tkompli tinvesti l‑enerġiji tagħha għall‑familja sabiex din tkun


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

dejjem skont il‑Qalb ta’ Kristu. Il‑‘Lumen Gentium’ tal‑Konċilju Vatikan II fin‑numri 33‑36, tgħidilna: “Il‑miżżewġin magħmulin xbieha ta’ Alla ħaj u mqegħdin f ’dinjità vera ta’ persuni, għandhom ikunu magħqudin f ’imħabba ugwali, fi ħsieb wieħed u fi sforz wieħed li jqaddsu lil xulxin. B’hekk, filwaqt li jimxu wara Kristu, il‑bidu tal‑ħajja, fil‑ferħ u fis‑sagrifiċċju tas‑sejħa tagħhom, permezz tal‑imħabba tagħhom fidila, jistgħu jsiru xhieda ta’ dak il‑misteru ta’ mħabba li l‑Mulej wera lid‑dinja bil‑mewt u l‑qawmien tiegħu.” Għalhekk, bħal

Knisja domestika, hija msejħa sabiex tipparteċipa b’mod attiv u dirett fil‑ħajja tal‑Knisja mwaqqfa minn Kristu. Fil‑bidu tal‑Knisja dan is‑sens ta’ missjoni kien qawwi ħafna fost l‑Insara sabiex bħala familja magħquda jkunu xhieda għal xulxin u jgħinu lil xulxin fl‑imħabba. “L‑ewwel Insara kienu jżommu sħiħ fit‑tagħlim tal‑appostli u fl‑għaqda ta’ bejniethom, u fil‑ksir tal‑ħobż u fit‑talb.”

BAŻAR

(Atti 2:42) Dan kollu li għedna dwar il‑familja u l‑evanġelizzazzjoni ġdida, jitlob impenn Nisrani sabiex il‑membri tal‑familja jkunu ta’ ħmira evanġelika fil‑komunità ekkleżjali. Niltolbu mela f ’dan ix‑xahar għal dawk li qegħdin iħejju rwieħhom sabiex jiffurmaw familja skont il‑qalb tal‑Knisja, u nkomplu nitolbu għall‑familji kollha tagħna. 

Mega Sale kollox 50ċ

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn fajjenza, oġġetti tal‑ħġieġ u kull tip ta’ tiżjin tad‑dar, f’kundizzjoni tajba, biex jinbiegħu fil‑bażar ta’ Missio Malta. F’każ ta’ ammont kbir niġu aħna stess niġbruhom minn djarkom. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Natasha fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. Kull għotja hija apprezzata. Grazzi ħafna mill‑qalb. 7


Lulju 2020

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Nimxi Magħkom Lejn il‑Missier Ir‑Raba’ Parti IL‑KELMA TAL‑ĦAJJA “Għalhekk kull min jsma’ dan il‑kliem tiegħi u jagħmlu, ikun jixbah lil raġel bil‑għaqal, li bena daru fuq il‑blat.” (Mt. 7:24) Il‑kliem ta’ Ġesù fil‑Vanġelu huwa kliem li qiegħed hemm biex ngħixuh. Ġesù qalilna: “Il‑kliem li għedtilkom huwa spirtu u ħajja.” (Ġw. 6:64) Għalhekk il‑kliem ta’ Ġesù, bħal: “Kif tridu li jagħmlulkom in‑nies, hekk agħmlu lilhom.” (Lq. 6:31), huwa kliem li rridu npoġġuh fil‑prattika hawn u issa f ’dan il‑mument, mal‑proxxmu li qiegħed hawn maġenbna. Il‑kelma ta’ Alla ma nistgħux sempliċement nistudjawha, niddiskutuha, nitgħallmuha bl‑amment u nimmeditawha biss. L‑aktar importanti huwa li nistgħu ngħixuha. Nistgħu wkoll, b’umiltà, naqsmu ma’ xulxin esperjenzi konkreti kif inkunu għexna l‑Vanġelu b’mod sempliċi u prattiku fiċ‑ċirkostanzi tal‑ħajja ta’ kuljum. Nistgħu wkoll naqsmu l‑frott u l‑effetti tajbin tal‑esperjenzi tagħna meta għexna 8

l‑Vanġelu. Ninnutaw li l‑kelma tal‑ħajja nistgħu ngħixuha aħna lkoll u dejjem, f’kull ċirkostanza tal‑ħajja. Meta naqsmu ma’ xulxin l‑esperjenzi ta’ kif għexna l‑Vanġelu nkunu qed ngħinu lil xulxin biex napprezzaw aktar il‑Kelma ta’ Alla u nitgħallmu minn xulxin il‑ħafna modi ta’ kif il‑kelma tal‑ħajja tista’ tingħex. Huwa mod kif nistgħu ‘ngħixu flimkien il‑kliem ta’ Ġesù’ u mmorru lejn Alla flimkien fl‑ispiritwalità ta’ komunjoni. San Ġakbu jgħidilna: “Qisu

li tagħmlu l‑kelma mhux tisimgħuha biss u tqarrqu bikom infuskom.” (Ġk. 1:22) U Ġesù: “Ommi u ħuti dawn huma li jisimgħu l‑kelma ta’ Alla u jagħmluha.” (Lq. 8:21) Jiena m’iniex Nisrani biex sempliċement insalva ruħi, imma biex insir Ġesù ieħor permezz tal‑ħajja li tiġi fiha meta ngħix il‑Kelma, meta nirċievi l‑Ewkaristija, meta nagħmel ir‑Rieda ta’ Alla, eċċ, eċċ ...; bħalma jgħidilna San Pawl: “Ngħix, imma mhux iżjed jiena, iżda jgħix fija Kristu.” (Gal. 2:20)


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

Żewġ esperjenzi qosra li jistgħu jgħinuna ngħixu dan li qrajna: “Konna niltaqgħu biex naqsmu ma’ xulxin kif konna qed ngħixu l‑Kelma. Darba minnhom ġie magħna wieħed żagħżugħ li kien qed jistudja t‑teoloġija f’Ruma. Kien attent jismagħna, imma kien ukoll kemxejn mistagħġeb bil‑mod kif konna qed nitkellmu fuq il‑Vanġelu. Il‑mod kif konna qed nitkellmu kien differenti ħafna mill‑mod kif kien tgħallem mill‑kotba u mill‑università. Il‑ġimgħa ta’ wara reġa’ ġie magħna u qalilna: “Issa qed nifhem, intom titkellmu fuq il‑Vanġelu li intom għextu

f’ħajjitkom. Sa issa jiena kont naf il‑Vanġelu mill‑‘punto di vista’ tat‑teoloġija, u qatt ma ħsibt li dan għandi ngħixu. Il‑ġimgħa ta’ wara reġa’ ġie u ġab miegħu grupp ta’ żgħażagħ oħra u beda jispjegalhom dak li konna qed nagħmlu. Stajna naraw ċar li hu kien verament beda jgħix il‑Kelma!” Ferdinand – Arġentina

“Ikolli nistqarr li jekk hemm xi ħaġa li ma naċċettax hi li nasal tard għal xi appuntament. Li tkun puntwali hu att sabiħ ta’ mħabba, però jekk m’iniex kapaċi nitlef anki dan biex inħobb lill‑proxxmu tiegħi, allura dan isir ostaklu. Ir‑raġel tiegħi għandu d‑drawwa

li fil‑mument meta nkun ser noħroġ mid‑dar jitlobni nagħmillu xi ħaġa. Ilbieraħ reġa’ ġara hekk kif kont tielqa, u kont pronta biex ngħidlu ‘le’ b’ton sarkastiku, imma f’dak il‑mument ġietni f’rasi l‑Kelma tal‑Ħajja li qed ngħix bħalissa: “Jekk għajnejk il‑leminija hija għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek.” (Mt. 5:29) F’dak il‑mument kien ilsieni. Waqaft f’salt u ftakart li r‑raġel tiegħi kien Ġesù għalija li rrid inħobb. Smajtu b’attenzjoni kbira waqt li kont naf li kont ser inkun tard, u mill‑ewwel ħassejt paċi kbira u profonda f’qalbi!” M.P. 

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 9


Lulju 2020

SAN PIETRU APPOSTLU – DUN KARM PORTELLI

Missjunarji Għawdxin Bħalissa qed jaħdem biex ikun hemm ‘respite centres’ għall‑adoloxxenti vulnerabbli u vittmi ta’ vjolenza domestika.

Dun Anton Grech twieled ir‑Rabat, Għawdex fl‑1972. Ordna saċerdot fl‑1997 u ntbagħat missjunarju ‘fidei donum’ fil‑Gwatemala. Kien fil‑parroċċi ta’ Jalpatagua u ta’ San Manuel Chaparron fid‑Djoċesi ta’ Jalapa. Sa mill‑2009 huwa l‑kappillan ta’ parroċċa ġdida ddedikata lill‑ewwel qaddis tal‑Gwatemala, Santo Hermano Pedro, fil‑Vigarjat ta’ Izabal. Hawn jaħdem mal‑indiġeni Q’eqchi fir‑‘rainforest’ ta’ Izabal. Dun Anton jgħin ukoll fl‑istazzjon Stella Maris TV li waqqaf huwa stess, filwaqt li jorganizza l‑isport għaż‑żgħażagħ fil‑GuateMalta Arena. 10

Dun Fabio Attard SDB twieled il‑Fontana fl‑1959. Għamel il‑professjoni tiegħu bħala Sależjan ta’ Don Bosco fl‑1980 u ġie ordnat saċerdot fl‑1987. Wara li temm l‑istudji tiegħu, fl‑1988, flimkien ma’ Sależjan ieħor, intbagħat jiftaħ preżenza ġdida Sależjana fit‑Tuneżija. Lura Malta ħadem fil‑kamp tal‑ħidma soċjali favur it‑tfal u ż‑żgħażagħ sal‑1996. Wara li temm id‑Dottorat fit‑Teoloġija f ’Dublin, dwar il‑ħsieb ta’ San John

Henry Newman, fl‑1999 inħatar lekċerer fl‑Università Pontifiċja Sależjana f ’Ruma. Fl‑2005 l‑Arċisqof ta’ Malta fdalu f ’idejh it‑twaqqif u t‑tmexxija tal‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Fl‑2008 ġie elett membru tal‑Kunsill Ġenerali tas‑Sależjani ta’ Don Bosco b’responsabbiltà li jsegwi l‑ħidma pastorali maż‑żgħażagħ fuq livell dinji u għalhekk jivvjaġġa ħafna minn kontinent għall‑ieħor biex iwettaq din il‑missjoni.

Rita Refalo hija mix‑Xagħra, imma ilha għoxrin sena tgħix Riga, il‑kapitali tal‑Latvja. Bħala waħda mill‑Oblati (ikompli f 'paġna 12)


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

#AħnaGħadnaHawn

huwa l‑messaġġ ta' kampanja ta' kuxjenza u ġbir ta' fondi mnedija fuq il‑midja soċjali minn Missio Malta, li malajr saret karba internazzjonali għall‑Missjunarji Kattoliċi madwar id‑dinja. Tliet kelmiet sempliċi qed isaħħu l‑ħajja ta' wħud mill‑iktar komunitajiet vulnerabbli tad‑dinja, hekk kif qed jiffaċċjaw l‑impatti devastanti tal‑kriżi globali tal‑COVID‑19.

madwar id‑dinja sabiex iġib il‑milja tal‑ħajja lin‑nies kollha permezz ta' firxa ta' proġetti kruċjali. Huwa jopera f'aktar minn 160 pajjiż biex jappoġġja inizjattivi f'aktar minn elf djoċesi u reġjuni differenti.

"Tliet kelmiet – Aħna Għadna Hawn ‑ jikkostitwixxu messaġġ sempliċi b'impatt kbir. Dan qed jgħid li dawk l‑iktar fil‑bżonn għadhom qed jingħataw l‑aqwa appoġġ prattiku u pastorali waqt l‑emerġenza globali attwali."

Ftit tal‑ġimgħa ilu, Papa Franġisku stabbilixxa fond ta' emerġenza fi ħdan is‑Soċjetajiet Missjunarja ta’ Misso. Id‑dħul ikkontribwit għal dan il‑fond huwa ddestinat għall‑għajnuna ta' dawk in‑nies u komunitajiet li qed jintlaqtu traġikament Il‑kampanja #AħnaGħadnaHawn għandha mit‑tixrid tal‑COVID‑19. Il‑flus se jmorru l‑għan li tqajjem kuxjenza dwar il‑proġetti direttament lill‑pajjiżi fil‑missjoni permezz ta’ Missio Malta kemm globalment kif ta' strutturi u istituzzjonijiet tal‑Knisja. ukoll lokalment. L‑organizzazzjoni qed tmexxi wkoll appell għall‑fondi biex Permezz ta’ Missio, il‑Papa huwa tiżgura l‑ħidma esenzjali sabiex it‑tfal, kapaċi jsostni iktar minn 1,110 djoċesi li il‑komunitajiet u l‑mexxejja futuri tal‑Knisja jinsabu fil‑biċċa l‑kbira tagħhom fl‑Asja, jkunu jistgħu jkomplu. fl‑Afrika, fl‑Oċeanja u f’parti mir‑reġjun tal‑Amażonja. Sabiex tikkontribwixxi tista’ Missio Malta jaħdem ma' komunitajiet tagħmel ‘Bank Transfer’:

Missio Malta IBAN: MT94APSB770130000000 41474120039 Swift Code: APSBMTMT 11


Lulju 2020

Appostoliċi fi ħdan il‑Moviment Pro Sanctitate, għandha xogħol ta’ formazzjoni umana u spiritwali. Taħdem fl‑erba’ djoċesijiet tal‑pajjiż fejn tagħti l‑katekiżmu lit‑tfal li jkunu waslu biex jirċievu s‑Sagramenti tal‑Ewwel Tqarbina u tal‑Griżma tal‑Isqof. Rita taħdem ukoll maż‑żgħażagħ, mal‑familji u tipprepara lill‑koppji għaż‑żwieġ. Dawn l‑oqsma kollha jwasslu l‑messaġġ tal‑qdusija u tal‑fraternità universali. Il‑Latvja huwa pajjiż li dam ħamsin sena taħt ħakma Kommunista ‑ poplu li sofra, imma poplu li għandu għatx għall‑fidi.

L‑Isqof Giovanni Cefai MSSP twieled iż‑Żebbuġ, Għawdex fl‑1967, u wara kors ta’ Inġinerija Mekkanika 12

SAN PIETRU APPOSTLU – DUN KARM PORTELLI

fl‑Istitut Tekniku ta’ Għawdex, fl‑età ta’ sbatax‑il sena, daħal fis‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li għandha bħala kariżma ewlenija l‑evanġelizzazzjoni missjunarja. Huwa qaddes fl‑1997 u fl‑2001 intbagħat il‑Perù bħala missjunarju. Sena wara nħatar kappillan fl‑Arċidjoċesi ta’ Arequipa, fejn għal dawn l‑aħħar tmintax‑il sena serva f ’żewġ parroċċi differenti, Santa Cruz u San Pablo Apóstol. Fl‑2010 inħatar Superjur Provinċjali tal‑MSSP fil‑Perù fejn serva għal tliet termini konsekuttivi, disa’ snin b’kollox. Nhar l‑Erbgħa 3 ta’ April 2019, il‑Q.T. Papa Franġisku ħatru Isqof tal‑Prelatura Territorjali ta’ San Ġakbu Appostlu, f ’Huancané: l‑ewwel wieħed ta’ din il‑prelatura ġdida, l‑ewwel mis‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u l‑ewwel mir‑raħal ċkejken taż‑Żebbuġ. Il‑Prelatura Territorjali ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané hija ffurmata minn għoxrin parroċċa li fihom jgħixu ftit aktar minn 200,000 persuna, li madwar 85% minnhom huma Kattoliċi. F’dan it‑territorju, li jifforma parti mill‑Arċidjoċesi ta’ Arequipa, hemm ħmistax‑il saċerdot u huwa mifrux fuq tmintax‑il elf metru kwadru ta’ art.

Dun Ġużepp Camilleri, wara snin twal iservi fl‑Istati Uniti tal‑Amerika, flok ġie jirtira f’raħal twelidu x‑Xewkija, reġa’ mar beda mill‑ġdid fil‑Gwatemala biex ikun missjunarju, fejn ta’ 85 sena għadu jservi fil‑Knisja ta’ Santo Tomas f’Jalpatagua, Jutiapa. Huwa jħossu grat l‑ewwel nett lejn Alla li żejjen is‑saċerdozju tiegħu b’ħajja ftit iktar sabiħa għax fil‑missjoni dejjem hemm madwaru tant nies li jeħtiġuh kemm materjalment u kemm spiritwalment. Ħaġa tassew għal qalbu hija l‑Isptar San Juan Bautista li bena flimkien ma’ ħafna benefatturi u li llum qed jipprovdi l‑fejqan lil bosta. Barra din il‑missjoni fl‑isptar, Dun Ġużepp jinsab f’parroċċa fejn il‑preżenza ta’


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

saċerdot hija meħtieġa ħafna. Huwa jistieden lil min irid jibqa’ żagħżugħ biex jitfa’ ħarstu ’l bogħod, u lil min jista’ biex iżur il‑Gwatemala.

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60

Sor Lux Marie Grech MC, imwielda Elizabeth Grech, hija mill‑parroċċa tan‑Nadur u għandha 31 sena. Bħala Missjunarja tal‑Karità jew aħjar Soru ta’ Madre Tereża, ingħatat l‑isem ta’ Sor Lux Marie. Hija waħda minn tliet Għawdxin membri ta’ din il‑kongregazzjoni li l‑qaddisa ta’ Calcutta waqqfet biex taqdi lill‑ifqar fost il‑fqar. Sa issa Sor Lux Marie kienet qed taqdi l‑missjoni reliġjuża tagħha fl‑Etjopja. Bħalissa imma, tinsab Ruma fejn qed tagħmel sena ta’ talb u riflessjoni bi tħejjija għall‑Professjoni Perpetwa tagħha. 

• Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


SANTA INFANZJA

Lulju 2020

ererai Trent twieldet f ’raħal fiż‑Żimbabwe. Missierha kien jemmen li l‑bniet ma kellhomx għalfejn imorru skola. Iżda t‑tifla ma qatgħetx qalbha u fil‑ħin liberu li kien ikollha kienet tgħallem lilha nfisha tikteb u taqra. Fi żmien qasir Tererai bdiet tagħmel ix‑xogħol tal‑iskola ta’ ħuha minflok jagħmlu hu. Meta l‑għalliem tal‑iskola sar jaf b’dan, talab bil‑ħerqa kollha lil missierha sabiex iħalliha tattendi l‑iskola. Sa fl‑aħħar il‑missier aċċetta u Tererai bdiet tmur l‑iskola, iżda mhux għal wisq żmien. Dan għaliex fl‑età tenera ta’ ħdax‑il sena, Tererai ngħatat għaż‑żwieġ minn missierha 14

Ritratti: www.tererai.org

T

Bott Mimli Ħolm

bi tpartit ma’ baqra. Ftit tas‑snin wara, Tererai, mara miżżewġa u qed tistenna l‑ħames tarbija tagħha, bdiet tħossha maqbuda f ’ħajja li qatt ma xtaqet. Jum fost l‑oħrajn, voluntiera missjunarja żaret ir‑raħal fejn kienet tgħix Tererai u staqsiet lin‑nisa x’kien l‑akbar ħolm tagħhom. Kulħadd qal tiegħu, imma Tererai baqgħet b’fommha

sieket. Il‑voluntiera malajr staqsietha dwar il‑ħolm tagħha. Hawn Tererai fetħet qalbha u stqarret li xtaqet tmur l‑Amerika sabiex tistudja u ġġib il‑Masters u PhD. Impressjonata bl‑ambizzjoni ta’ dik il‑mara żagħżugħa, il‑voluntiera qaltilha: “Jekk temmen fil‑ħolm tiegħek, dawn isiru possibbli.” Dawn il‑kelmiet saru l‑motto ta’ Tererai tul


Lulju 2020

Issa mara żagħżugħa b’diploma f ’idejha, Tererai ħassitha bla biża’ ta’ xejn. Ma damitx wisq ma ġiet aċċettata minn università Amerikana, u flimkien ma’ żewġha u wliedhom emigrat lejn l‑Istati Uniti. Il‑ħajja kienet iebsa u Tererai kellha tikkumbatti ma’ erba’ xogħlijiet differenti, filwaqt li tistudja sabiex titma’ lill‑familja tagħha. Kienet tfittex ikel mormi mill‑ħwienet u ssajjar fuq spiritiera żgħira fil‑karavan li kienu jgħixu fih. Żewġha ma damx ma beda jgħir għas‑suċċessi tagħha, tant li beda jsawwatha bla ħniena. Fix‑xifer li taqta’ qalbha, Tererai ftakret

Ritratti: www.trententerprises.org

ħajjitha kollha. Ispirata b’dan il‑kliem, iż‑żagħżugħa kitbet il‑ħolm tagħha, issiġillathom ġo bott u difnithom fil‑ħamrija taħt ġebla kbira. Dan kien it‑tluq sabiex twettaq il‑ħolm tagħha. Kontra x‑xewqa ta’ żewġha, Tererai nkitbet biex terġa’ tibda tmur l‑iskola b’determinazzjoni li tikseb diploma. Ta’ kull filgħaxija, wara li traqqad lit‑tfal, hija kienet tgħallem lilha nfisha l‑Matematika u l‑Ingliż fid‑dawl tax‑xemgħa. Wara li falliet darbtejn mill‑kors li kienet qed tagħmel, sa fl‑aħħar, wara tmien snin, iggradwat.

sa fejn kien irnexxielha tasal u f ’kemm sagrifiċċji għamlet sa minn dakinhar li difnet il‑ħolm tagħha taħt il‑ġebla. Żewġha ma damx ma ġie deportat wara li l‑abbuż tiegħu sar magħruf mill‑università. Wara li kompliet il‑baċellerat, Tererai marret lura d‑dar u fitxet fejn kienet difnet il‑ħolm tagħha. Ftit żmien wara marret lura l‑Amerika sabiex tikseb il‑Masters u l‑PhD, u rnexxielha!

Issa kien fadlilha biss ħolma waħda, dik li tagħti xi ħaġa lura lil raħal twelidha li kien żammilha l‑ħolm tagħha sigur. Għalhekk bdiet tipprintja l‑flokkijiet sabiex tbigħhom u tiġbor il‑flus, iżda rnexxielha biss tbigħ għoxrin. Sakemm jum fost l‑oħrajn irċeviet telefonata mingħand Oprah Winfrey, preżentatriċi famuża ta’ The Oprah Winfrey Show, li huwa ‘talk show’ Amerikan. Din offritilha miljun u nofs dollaru sabiex tibni skola. Tererai rnexxielha tiftaħ ħdax‑il skola u tipprovdi edukazzjoni għal aktar minn 6,000 tifel u tifla. Bħala umanitarja Tererai tkompli tippromwovi l‑edukazzjani u t‑tama lil dawk kollha li jinsabu f ’sitwazzjonijiet simili li kienet fihom hi.  15


SANTA INFANZJA

Lulju 2020

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€19 – medikazzjoni għal ġimagħtejn fi kliniċi li jikkuraw mard serju

tal‑iskola, kotba u kartollerija għal student minn familja fqira u numeruża

€100 – mediċini u apparat

€130 – għajnuna

€8,000 – bini ta’ kappella

mediku fi sptarijiet u kliniċi żgħar f’komunitajiet foqra

lis‑sorijiet ta’ Madre Tereża biex iżommu trabi u tfal abbandunati

€45 – uniformi, basket

f’ismek jew xi ħadd għażiż għalik

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 16


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 17


Lulju 2020

E

San Elija l‑Profeta

lija kien profeta li għex fis‑Saltna ta’ Iżrael fis‑Seklu 9 Q.K. Kien wieħed mill‑personaġġi tat‑Testment il‑Qadim mill‑aktar importanti għax salva l‑fidi vera f ’ħin li fih kienet għaddejja kriżi kbira. Elija kien il‑kontemplattiv b’imħabba kbira lejn Alla li ‘kelmtu taħraq bħal torċa taqbad’. Huwa l‑mistiku, li wara li terraq triq twila, għarraf is‑sinjali l‑ġodda ta’ Alla. Minħabba l‑ħeġġa li kellu għall‑ġieħ ta’ Alla tal‑eżerċti, ħafna qabbluh mal‑Battista għax bħalu ħadha mas‑sultan; wieħed ma’ Aħab u l‑ieħor ma’ Erodi. Elija huwa l‑profeta involut f ’ħajjet in‑nies, jiġġieled kontra l‑idoli foloz u jressaq lin‑nies lejn Alla ħaj u veru. San Elija mhuwiex realment il‑fundatur tal‑Karmelitani għax għall‑Karmelitani

18

IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

tal‑bidu kienu żewġ figuri li influwenzawhom. Però huwa miżmum minn dan l‑ordni bħala l‑Missier Spiritwali tagħhom. Ġesù jsemmi lil Elija bħala eżempju li ‘l‑ebda profeta mhu milqugħ f ’pajjiżu’. Insibu bosta passaġġi fl‑Iskrittura Mqaddsa, fil‑Ktieb tas‑Slaten li fihom jissemma l‑profeta. Fost dawn insibu lil Elija għand l‑armla ta’ Sarefta ta’ Sidon (1 Slat. 17:8‑23), meta dilek lil Ħażajel fid‑deżert ta’ Damasku (1 Slat. 19:15‑21) u fil‑ġnien ta’ Nabot (1Slat. 21:1‑29). Fl‑evanġelji Elija jissemma 28 darba fejn f ’dawk ta’ San Mark u San Luqa narawh waqt it‑Trasfigurazzjoni. Patri K. Ferrante O.Carm, f ’artiklu tiegħu jgħid: “Fis‑26 ta’ Ġunju 1725, Papa Benedittu XIII ta l‑permess lill‑Karmelitani li jqiegħdu statwa tal‑Profeta

Elija fil‑Bażilika bejn dawk ta’ San Duminku u Santa Liena. L‑ispejjeż inqasmu bejn il‑Karmelitani tal‑Antika Osservanza (O.Carm) u l‑Karmelitani Skalzi (OCD). Huma qabbdu lill‑iskultur magħruf ħafna f ’Ruma fil‑bidu tas‑Seklu 18, Agostino Cormacchini. L‑istatwa tqiegħdet f ’postha f ’Lulju 1727 u l‑festi saru bejn it‑13 u l‑20 ta’ Lulju, jum il‑festa ta’ San Elija Profeta. Fuq stil Barokk, l‑iskultur ħadem id‑driegħ lemini tal‑profeta mixħut ’l quddiem, waqt li l‑id tħares ’l isfel bis‑saba’ l‑werrej jipponta ’l bogħod u ftit ’il fuq. Ħarset il‑profeta, imħeġġa minn Alla l‑ħaj tal‑eżerċti, tidher qawwija u soda, u fl‑istess direzzjoni tas‑saba’ l‑werrej. Id‑driegħ xellugi qed iserraħ fuq rota b’ilsna tan‑nar taħtha li tfakkar il‑karru tan‑nar li bih Elija ttella’ lejn is‑sema fi tmiem il‑missjoni tiegħu.” 


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 19


Lulju 2020

“Jekk ma jirnexxilekx issib lil Kristu fil‑fqir u t‑tallab, lanqas m’int ser issibu fil‑kalċi.” San Ġwann Chrysostom

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

20


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

San Ġwann Chrysostom (ċ. 347 – 407), kien Arċisqof ta’ Kostantinopli. Il‑kelma ‘Chrysostom’ hija kelma Griega li tfisser ‘ħalq tad‑deheb’. Huwa magħruf għall‑prietki, għad‑diskorsi pubbliċi li kien jagħmel u għad‑denunzjoni tiegħu bl‑abbuż tal‑awtorità. Dan il‑qaddis kien mill‑ewwel awturi tal‑Knijsa Kristjana u jibqa’ magħruf għall‑kitba tiegħu li ġġib l‑isem ta’ ‘Il‑Liturġija Divina ta’ San Ġwann Chrysostom’. Minbarra li huwa venerat fil‑Knisja Kattolika, huwa wkoll meqjum mill‑Knejjes Ortodossi, Anglikani, Biżantini u oħrajn. Huwa l‑patrun ta’ Kostantinopli, tal‑edukazzjoni, tal‑lekċers, tal‑predikaturi u tal‑epilessija, fost oħrajn. Il‑festa tiegħu tiġi ċċelebrata fit‑13 ta’ Settembru u 27 ta’ Jannar. Ritratt: Turista tagħti donazzjoni lil tallaba anzjana fis‑suq ta' Jammu Kashmir, l‑Indja.

21


Lulju 2020

L‑IMPATT TAL‑COVID‑19 FIL‑MISSJONI

“Hawnhekk Waslet Ukoll, Imma Nemmen Li Ser Negħlbuha,” Dun Ray.

D

un Raymond Portelli tabib missjunarju Għawdxi min‑Nadur, ilu għal aktar minn 25 sena jservi fil‑Parroċċa ta’ San Martin de Porres f ’Iquitos il‑Perù fejn ukoll intlaqtu mill‑pandemija tal‑imxija COVID‑19. Huwa l‑kappillan tal‑parroċċa u l‑uniku saċerdot fil‑parroċċa li fiha madwar 18,000 ruħ. Fuq il‑midja soċjali huwa għamel diversi appelli u messaġġi lill‑Maltin u ’l‑Għawdxin għall‑għajnuna u jinsab kuntent ħafna li dawn ma waqgħux fuq widnejn torox.

22

L‑ewwel każ tal‑imxija f ’Iquitos feġġ għal nofs ix‑xahar ta’ Marzu u minnufih il‑belt daħlet f ’lockdown biex kemm jista’ jkun titnaqqas il‑firxa ta’ dan il‑vajrus. F’temp ta’ jumejn kellhom għaxar każijiet u s‑sitwazzjoni kienet waħda tensa minħabba li l‑isptarijiet reġjonali ma kinux attrezzati biżżejjed biex jiġġieldu l‑vajrus. Ta’ min jgħid li din il‑belt fqira hija maqtugħa minn mal‑kumplament tal‑pajjiż u tintlaħaq biss bl‑ajru jew billi taqsam xmara li

Iquitos

Tumbes

Talara Sullana Piura Yurimaguas

Paita Chachapoyas

Moyobamba Tarapoto

Chiclayo Cajamarca

Trujillo Salaverry

Peru Pucallpa

Santa Lucia

Chimbote Huaraz Huanuco Goyllarisquizga Cerro de Pasco Huacho

Lima

Huancayo Puerto Maldonado

Huancavelica

Quillabamba Ayacucho Cusco

Abancay

Pisco Ica

Nazca Juliaca Puno Arequipa Desaguadero Matarani

Moquegua

Ilo

Tacna

fix‑xitwa tista’ tgħid li jkun impossibbli taqsamha. Fil‑belt la ssib spiżeriji u


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

wisq anqas tobba u kliniċi, u għalhekk in‑nies jirrikorru għall‑mediċina naturali li għalkemm għandha l‑effetti tajbin tagħha, xorta waħda f ’ċerti każijiet ta’ mard mhix biżżejjed. L‑aktar mard komuni huwa l‑malarja u d‑dengue. Ħafna voluntiera ngħaqdu flimkien biex mill‑kċina tal‑parroċċa, ta’ kuljum bdew jippreparaw u jqassmu mal‑200 ikla lill‑persuni vulnerabbli. Il‑parruċċani kienu mħeġġa jiftakru fil‑ġirien tagħhom u jaraw li kemm jista’ jkun ħadd ma jkun jonqsu xejn jew isofri mumenti ta’ ġuħ. Kontinwament kulħadd qed jiġi mfakkar sabiex iżomm id‑distanza u jaħsel idejh ta’ spiss. Sal‑24 ta’ Marzu l‑każijiet tal‑imxija telgħu għal 416 u kien hemm 7

mwiet. Minkejja in‑nuqqas ta’ riżorsi, il‑voluntiera baqgħu jqassmu mal‑200 ikla kuljum flimkien ma’ diversi xirjiet tal‑merċa, u sakemm l‑internet kien jippermetti kienu qed jiġu mxandra fuq il‑midja soċjali diversi quddisiet u meditazzjonijiet, fosthom fil‑Festa tad‑Duluri, matul il‑ġimgħa tal‑Ġimgħa l‑Kbira u fl‑Għid il‑Kbir. Fil‑bidu t’April id‑dar tal‑irtir tal‑knisja nbidlet f’sala u fiha ntlaqgħu l‑ewwel 35 pazjent fost aktar minn 300 milquta bil‑vajrus. Dun Ray u diversi voluntiera għamlu ħilithom kollha biex iżommuhom f’qagħda stabbli. Bħala tabib Dun Ray imur iżurhom darbtejn kuljum. Is‑sala tista’ tilqa’ fiha sa mitt pazjent. Jinsabu ċerti li hemm ħafna

aktar li għandhom l‑imxija, iżda dawn ma jistgħux jiġu ttestjati għaliex l‑awtoritajiet tas‑saħħa m’għandhomx biżżejjed kits li bihom jagħmlu t‑test. Is‑sitwazzjoni hija waħda tal‑biki, hekk li sal‑bidu ta’ Mejju bejn 40 u 50 persuna bdew imutu kuljum kawża tal‑imxija. Il‑faqar m’għenx u l‑lockdown ma ħadimx għaliex dawk bil‑ġuħ, li huma ħafna, xorta waħda bdew joħorġu minn djarhom biex isibu x’jieklu. Il‑marda nfirxet b’rata mgħaġġla mal‑belt kollha u l‑isptar reġjonali ma bediex ilaħħaq. Kjuwijiet kbar jinġabru ta’ kuljum quddiem l‑isptar u ħafna nies qed jaqgħu u jmutu huma u jistennew li jarahom xi ħadd. Aktar minn 80 tabib jinsabu morda u oħrajn mietu wkoll fosthom

23


Lulju 2020

professuri. Ta’ kuljum Dun Ray qed jikkura mas‑60 pazjent. Il‑problema prinċipali hija l‑ossiġnu, u l‑pazjenti qed imutu minħabba n‑nuqqas tiegħu. Saret ġabra fost il‑parruċċani u nxtrat magna tal‑ossiġnu, iżda din mhix biżżejjed. Il‑mediċina għoliet b’mod drastiku minħabba d‑domanda kbira għaliha. Grazzi għall‑Maltin u l‑Għawdxin li sal‑ewwel ġimgħa ta’ Mejju kienu taw €13,000 b’risq din il‑kawża ġusta. Grazzi lill‑Kappillan tal‑Imqabba, Dun John Curmi, li b’kollox ġabar €30,000. B’dawn il‑flus ser tinxtara l‑mediċina biex isalvaw il‑ħajjiet. U fl‑aħħar u mhux l‑inqas grazzi lil ħafna individwi u għaqdiet li qed jagħmlu diversi ġabriet sabiex jgħinu, fosthom iċ‑ċkejkna Martina Mizzi mill‑Qala li f’għeluq it‑8 snin tagħha minflok rigali talbet għall‑donazzjoni b’risq il‑pazjenti ta’ Iquitos.

L‑IMPATT TAL‑COVID‑19 FIL‑MISSJONI

Sa nofs Mejju l‑ġabra mingħand il‑Maltin u l‑Għawdxin telgħet għal €180,184. Il‑mediċina bdiet tinxtara u f’ġimgħa ngħatat lil 408 pazjent marid bil‑COVID‑19. Saret diżinfezzjoni tal‑parroċċa u tqassmu 300 xirja ikel. Bdiet tintuża l‑ewwel magna tal‑ossiġnu u dalwaqt jaslu tnejn oħra. Qed isalvaw ħafna ħajjiet – grazzi lill‑voluntiera kollha li qed jaħdmu ma’ Dun Ray u grazzi għall‑benefatturi Maltin u Għawdxin. L‑appell għadu wieħed imqanqal u kull min jista’ jgħin huwa mħeġġeġ li jgħin billi jċempel lil Miriam Portelli fuq 2155 6375, jikkuntattja lid‑Direttur ta’ Missio Għawdex Dun Karm Portelli, jew jista’ jċempel

Miriam Portelli flimkien ma’ Dun Raymond Portelli.

l‑uffiċċju ta’ Missio Malta għal aktar tagħrif. Nota: Kif kulħadd jaf, il‑pandemija laqtet lill‑pajjiżi kollha tad‑dinja, inkluż pajjiżi tat‑Tielet Dinja li huma fost l‑aktar li qed ibatu minħabba nuqqas ta’ riżorsi, tobba u mediċina, fost ħafna aktar. Fuq xewqa ta’ Papa Franġisku kulħadd għandu jgħin bl‑aħjar mod li jista’. U kien għalhekk li nfetaħ fond bankarju għal din il‑kawża ġusta. Għal aktar tagħrif ara paġna 11. 

Missio Malta • Missio Tfal 24


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

X’GĦANDEK TAGĦMEL BIEX TIEĦU SEHEM FIL‑QUDDIES Ara mal‑parroċċa tiegħek jew mas‑sit www.knisja.mt jekk inbidlux il‑ħinijiet tal‑quddies u jekk hemmx sistema ta’ ‘booking’ fil‑parroċċa tiegħek. Kun ċert/a li m’għandekx sintomi ta’ influwenza.

Żomm id‑distanza soċjali meta qed tistenna biex tidħol fil‑knisja u anke ġewwa.

Fil‑knisja għandek tilbes maskra jew ‘visor’ il‑ħin kollu.

Ser titteħidlek it‑temperatura qabel tidħol il‑knisja.

Oqgħod fil‑post indikat mill‑‘ushers’ jew kif indikat mis‑sinjali fuq il‑bankijiet/siġġijiet.

Persuni li joqogħdu fl‑istess dar jistgħu jpoġġu fejn xulxin.

Grazzi tal‑koperazzjoni. 25


Lulju 2020

MESSAĠĠ TA’ PAPA FRANĠISKU GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2020

“Hawn Jien, Ibgħat Lili.” (Is. 6:8)

Għeżież ħuti, Nixtieq nesprimi l‑gratitudni tiegħi lejn Alla għall‑impenn li bih il‑Knisja kollha għexet ix‑Xahar Missjunarju Straordinarju matul Ottubru li għadda. Konvint li t‑triq indikata permezz tat‑tema: ‘Mgħammdin u Mibgħuta: Il‑Knisja ta’ Kristu f ’Missjoni fid‑Dinja’ għenet biex titqanqal konverżjoni missjunarja f ’ħafna komunitajiet. F’din is‑sena mmarkata mit‑tbatija u l‑isfidi li ġabet magħha l‑pandemija ta’ COVID‑19, il‑mixja missjunarja tal‑Knisja tkompli fid‑dawl tal‑kelma li nsibu fir‑rakkont dwar is‑sejħa tal‑profeta Isaija: “Hawn jien, ibgħat lili.” 26

(Is. 6:8) Din hija tweġiba dejjem ġdida għal meta il‑Mulej jistaqsi: “Lil min nibgħat?” (ibid.) Din is‑sejħa ġejja mill‑qalb tal‑Mulej, mill‑ħniena tiegħu li fil‑kriżi dinjija ta’ bħalissa tisfida lill‑Knisja kif ukoll lill‑umanità. “Bħad‑dixxipli tal‑Vanġelu, ir‑riefnu qawwi li ma konniex qed nistennewh qabadna fuq sieq waħda. Intbaħna li ninsabu fuq l‑istess dgħajsa, ilkoll dgħajfa u mifxula, imma fl‑istess waqt importanti u meħtieġa, ilkoll imsejħin

nibqgħu flimkien, ilkoll fil‑bżonn li nfarrġu lil xulxin. Fuq din id‑dgħajsa… ninsabu lkoll kemm aħna. Bħal dawk id‑dixxipli, li jitkellmu b’vuċi waħda u kollhom imbeżżgħa jgħidu: “Se nintilfu” (v. 38), hekk ukoll aħna ntbaħna li ma nistgħux nibqgħu għaddejjin kulħadd għal rasu, imma flimkien biss nistgħu naslu” (Meditazzjoni fi Pjazza San Pietru, 27 ta’ Marzu 2020). Tassew li aħna mwerwra, mifxula u mbeżżgħa. It‑tbatija u l‑mewt juruna d‑dgħufija umana


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

għall‑oħrajn.

tagħna, imma fl‑istess ħin ifakkruna fix‑xewqa qawwija għall‑ħajja u għall‑ħelsien mill‑ħażen. F’dan il‑kuntest, is‑sejħa għall‑missjoni, l‑istedina biex noħorġu minna nfusna għall‑imħabba t’Alla u tal‑proxxmu, tidher bħala opportunità ta’ kondiviżjoni, servizz u interċessjoni. Il‑missjoni li Alla jafda lil kull wieħed minna twassalna biex ngħaddu minn jien imbeżża’ u magħluq fija nnifsi għal jien li nsib lili nnifsi u niġġedded għax ningħata

Fis‑sagrifiċċju tas‑salib, fejn Ġesù temm il‑missjoni tiegħu (ara Ġw. 19:28‑30), Alla juri mħabbtu għal kull wieħed minna u għal kulħadd (ara Ġw. 19:26‑27). U jitlob lilna personalment biex inkunu lesti li Hu jibgħatna, għaliex Hu mħabba; imħabba li hija dejjem f ’missjoni, dejjem lesta li toħroġ biex tagħti l‑ħajja. Alla l‑Missier bagħat lil ibnu Ġesù għax iħobbna (ara Ġw. 3:16). Ġesù huwa l‑Missjunarju tal‑Missier: il‑ħajja u l‑ministeru tiegħu juru l‑ubbidjenza sħiħa tiegħu għar‑rieda tal‑Missier (ara Ġw. 4:34; 6:38; 8:12‑30; Lhud10:5‑10). Ġesù, li ssallab u qam mill‑mewt għalina l‑bnedmin, jiġbidna lejn il‑missjoni tiegħu ta’ mħabba u bl‑Ispirtu tiegħu, li jagħti l‑ħajja lill‑Knisja, jagħmilna ta’ Kristu u jibgħatna f ’missjoni lejn id‑dinja u l‑ġnus. “Il‑missjoni, ‘Knisja li toħroġ’ mhix programm, intenzjoni li titwettaq bi sforz ta’ rieda. Huwa Kristu li jwassal il‑Knisja biex toħroġ minnha nnifisha. Fil‑missjoni tat‑tħabbira tal‑Evanġelju, int tagħmel dan għax l‑Ispirtu jqanqlek u jwasslek” (Senza di Lui non possiamo far nulla, LEV‑San Paolo, 2019, 16‑17).

Huwa dejjem Alla li jagħmel l‑ewwel pass ta’ mħabba lejna u permezz ta’ din l‑imħabba huwa jiltaqa’ magħna u jsejħilna. Is‑sejħa personali tagħna tiġi mill‑fatt li aħna wlied Alla fil‑Knisja, li aħna l‑familja tiegħu, aħwa f’dik l‑imħabba li Ġesù tana xhieda tagħha. Iżda kull bniedem għandu dinjità bbażata fuq is‑sejħa divina li nkunu wlied Alla, li nsiru dak li sa minn dejjem konna fil‑qalb t’Alla, permezz tas‑Sagrament tal‑Magħmudija u tal‑libertà tal‑fidi. Aħna rċevejna l‑ħajja b’mod gratwit u f ’dan diġà hemm b’mod impliċitu l‑istedina biex nidħlu fid‑dinamika tad‑don tagħna nfusna: żerriegħa li fl‑imgħammdin tieħu forma matura bħala tweġiba ta’ mħabba fiż‑żwieġ u fil‑verġinità għas‑Saltna t’Alla. Il‑ħajja umana titwieled mill‑imħabba t’Alla, tikber fl‑imħabba u għandha t‑tendenza għall‑imħabba. Ħadd ma jitħalla barra mill‑imħabba t’Alla, u fis‑sagrifiċċju qaddis ta’ Ibnu Ġesù fuq is‑salib, Alla rebaħ id‑dnub u l‑mewt (ara Rum. 8:31‑39). Għal Alla, il‑ħażen – saħansitra d‑dnub – isir sfida ta’ mħabba u mħabba li hija dejjem aktar kbira (ara Mt. 5:38‑48; Lq. 23:33‑34). Għalhekk, 27


Lulju 2020

fil‑Misteru tal‑Għid, il‑ħniena divina tfejjaq il‑ġerħa oriġinali tal‑umanità u tasal għand il‑ħolqien kollu. Il‑Knisja, sagrament universali tal‑imħabba t’Alla għad‑dinja, tkompli l‑missjoni ta’ Ġesù fl‑istorja u tibgħatna kullimkien sabiex permezz tax‑xhieda tal‑fidi tagħna u t‑tħabbira tal‑Evanġelju, Alla jkompli juri mħabbtu u jkun jista’ jmiss u jibdel il‑qalb, il‑moħħ, il‑ġisem, is‑soċjetà u l‑kultura f ’kull post u f ’kull żmien. Il‑missjoni hija tweġiba għas‑sejħa t’Alla li wieħed jagħtiha b’mod konxju u ħieles. Iżda din is‑sejħa nindunaw biha biss meta ngħixu rabta personali ta’ mħabba ma’ Ġesù ħaj fil‑Knisja tiegħu. Nistaqsu lilna nfusna: “Lesti li nilqgħu l‑preżenza tal‑Ispirtu s‑Santu fil‑ħajja tagħna, li nisimgħu s‑sejħa għall‑missjoni kemm fit‑triq taż‑żwieġ, f ’dik tal‑verġinità kkonsagrata jew saċerdozju ordinat, u anki fil‑ħajja ordinarja 28

MESSAĠĠ TA’ PAPA FRANĠISKU GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2020

ta’ kuljum? Lesti li nkunu mibgħuta kullimkien biex nagħtu xhieda tal‑fidi tagħna f ’Alla l‑Missier kollu ħniena, inxandru l‑aħbar tal‑fidwa ta’ Ġesù Kristu, naqsmu l‑ħajja divina tal‑Ispirtu s‑Santu u nibnu l‑Knisja? Lesti li bħal Marija Omm Ġesù naqdu r‑rieda t’Alla bla ebda riżervi?” (ara Lq. 1:38) Din

id‑disponibbiltà interjuri hija importanti ħafna biex inkunu nistgħu nwieġbu lil Alla u ngħidulu: “Hawn jien Mulej, ibgħat lili.” (ara Is. 6:8). U dan mhux b’mod astratt, imma fil‑Knisja u fl‑istorja llum. Li nifhmu dak li Alla qed jgħidilna f ’dan iż‑żmien tal‑pandemija hija sfida anki

għall‑missjoni tal‑Knisja. Il‑mard, it‑tbatija, il‑biża’ u l‑iżolament huma sfida. Il‑faqar ta’ min qed imut waħdu, ta’ min hu abbandunat, ta’ min tilef ix‑xogħol u s‑salarju u ta’ min m’għandux dar u ikel, qed ipoġġi quddiemna mistoqsija. Il‑fatt li qed inkunu obbligati nżommu ’l bogħod minn xulxin u nibqgħu d‑dar, qed jistedinna niskopru mill‑ġdid il‑ħtieġa tarrelazzjonijiet soċjali u anki dik tar‑relazzjoni komunitarja ma’ Alla. Din is‑sitwazzjoni mhux biss għandha tbegħedna milli nżidu d‑diffidenza u l‑indifferenza, imma għandha tagħmilna aktar attenti għar‑relazzjonijiet tagħna mal‑oħrajn. U t‑talb li permezz tiegħu Alla jmiss u jċaqlaq lil qlubna, għandu jagħmilna aktar miftuħa għall‑ħtieġa ta’ mħabba, dinjità u libertà li għandhom ħutna l‑bnedmin, kif ukoll għall‑ħarsien ta’ kollu kemm hu l‑ħolqien. Il‑fatt li ma stajniex inkunu flimkien biex


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

niċċelebraw l‑Ewkaristija bħala Knisja, uriena dak li jgħixu ħafna komunitajiet Insara li ma jistgħux jiċċelebraw il‑quddiesa kull nhar ta’ Ħadd. U hawnhekk mill‑ġdid, Alla jagħmlilna il‑mistoqsija: “Lil min nibgħat?” u jistenna t‑tweġiba ġeneruża u konvinta: “Hawn jien, ibgħat lili!” (Is. 6:8). Alla jkompli jfittex lil dawk li jista’ jibgħathom fid‑dinja u fost il‑ġnus biex jagħtu xhieda ta’ mħabbtu, tal‑fidwa tiegħu mid‑dnub u mill‑mewt, tal‑ħelsien mill‑ħażen (ara Mt. 9:35‑38; Lq. 10:1‑12).

Iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ġurnata Missjunarja Dinjija hija wkoll okkażjoni biex mill‑ġdid nisħqu fuq kif it‑talb, ir‑riflessjoni u l‑għajnuna materjali tagħkom huma opportunità biex tieħdu sehem attiv fil‑missjoni ta’ Ġesù fil‑Knisja tiegħu. L‑għan tal‑ġbir li jsir waqt iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi tat‑Tielet Ħadd ta’ Ottubru, u li permezz tiegħu turu l‑imħabba tagħkom, huwa li jsostni l‑ħidma missjunarja li ssir f ’ismi mill‑Opri Missjunarji Pontifiċji (Missio) biex tingħata l‑għajnuna spiritwali

u materjali lill‑popli u lill‑knejjes fid‑dinja kollha, għas‑salvazzjoni ta’ kulħadd. Jalla Marija, il‑Verġni Mbierka, Kewkba tal‑evanġelizzazzjoni u Faraġ tal‑imnikktin, dixxipla missjunarja ta’ binha Ġesù, tkompli tidħol għalina u ssostnina. Ruma, San Ġwann fil‑Lateran, 31 ta’ Mejju 2020, is‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin Miġ jub għall‑Malti minn Vivienne Attard 

You Name It. We Bake It! Fresh Made Cakes, Doughnuts & More Chocolates & Ice‑Cream Extensive Choice Of Food

Large Variety Of Bread Baked Fresh Daily Large Variety Of Daily Fresh Fruit & Vegetables Also Available: • Gluten‑Free Foods • Ready‑Packed Produce Including Cheese & Ham, • Milk, Frozen Foods & Pasta • Spirits, Wines & Soft Drinks • Detergents & More.

EL PANADERO

www.elpanaderomalta.com Tel: 27 424 386 Triq il‑Pitkali, Attard ATD 2216 E:

Opening Hours: Monday to Sunday From 5:00am to 9:00pm Open also on Public Holidays elpanaderomalta@hotmail.com

29


Lulju 2020

IL‑KATIDRAL TA’ SHANGDONG – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

Żewġ Saċerdoti Kattoliċi Maqtula Innoċentement, Iżda ż‑Żerriegħa tal‑Fidi Li Żergħu Għadha Ħajja sal‑Lum nżur il‑Katidral Kattoliku ta’ din il‑belt li huwa ddedikat lil San Mikiel Arkanġlu. Dan il‑Katidral mibni mill‑komunità Ġermaniża, jinsab fil‑famuża triq ta’ Zhejiang fil‑kwartier l‑antik tal‑belt u jservi bħala s‑sede tal‑isqof tal‑belt ta’ Qingdao fil‑provinċja ta’ Shandong. Kien proprju fiċ‑ċentru u fuq l‑għolja tal‑belt ta’ Qingdao li l‑Ġermaniżi, li kienu jokkupaw il‑belt ta’ Qingdao, bnew dan il‑katidral maestuż fuq stil Romanesk tat‑12‑il Seklu.

Il‑Katidral Kattoliku tal‑Belt ta’ Qingdao fil‑Provinċja ta’ Shandong fiċ‑Ċina.

T

ul il‑ħidma missjunarja edukattiva tiegħi fil‑belt ta’ Qingdao, fiċ‑Ċina, kelli x‑xorti li nżur xi skejjel u nagħti kors ħafif tal‑lingwa Ingliża lil studenti Ċiniżi 30

ta’ etajiet differenti. Kelli l‑opportunità li nkun mistieden minn xi membri tar‑reliġjon Buddista kif ukoll dik Tawista, u nżur it‑tempji u l‑monasteri tagħhom. Iżda l‑ikbar xewqa tiegħi kienet li

Jekk inqallbu ftit il‑kotba tal‑istorja nsibu li f ’nofs is‑Seklu 19 l‑Ewropej daħlu fiċ‑Ċina u taw ftuħ għall‑kummerċ bejn iċ‑Ċina u l‑Ewropa. Dan il‑ftuħ ġab miegħu bosta missjunarji Nsara, fosthom il‑membri tas‑Soċjetà tal‑Verbum Dei, magħrufa bħala l‑missjunarji Verbiti jew il‑membri tas‑‘Societas Verbi Divini’, imwaqqfin mill‑fundatur San Arnold Janssen fl‑1875 fil‑belt ta’ Steyl fil‑provinċja ta’ Limburg fl‑Olanda. Dawn daħlu bi ħġarhom


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

Dun Richard Henle SVD.

Dun Francis Xavier Nies SVD.

biex jevanġelizzaw il‑Vanġelu ta’ Ġesù Kristu fiċ‑Ċina. Fl‑1902 il‑missjunarji Verbiti bnew l‑ewwel Knisja Kattolika fil‑provinċja ta’ Shandong u fl‑1934 bnew il‑Katidral ta’ San Mikiel fil‑belt ta’ Qingdao li baqa’ taħt l‑amministrazzjoni tagħhom sal‑1964. Fl‑1942 l‑armata Ġappuniża, li

okkupat il‑belt ta’ Qingdao, ħadet taħt il‑kontroll tagħha dan il‑katidral li b’xorti tajba ma ġiex meqrud minħabba l‑fatt li kien mibni mill‑Ġermaniżi, li kienu alleati ta’ xulxin. Wara l‑liberazzjoni taċ‑Ċina mill‑ħakma Ġappuniża, fil‑ħamsinijiet, il‑gvern Ċiniż ordna lill‑missjunarji Nsara barranin biex iħallu l‑pajjiż minnufih. Kien hawn li l‑Isqof ta’ Qingdao, Mons. Augustin Olbert SVD ġie mitfugħ il‑ħabs għal 22 xahar u wara ddeportat lejn il‑Ġermanja, fl‑1953. Iktar tard tul ir‑Rivoluzzjoni Kulturali Ċiniża (1966‑1976), il‑Katidral ta’ San Mikiel ġarrab ħafna ħsarat u spiċċa abbandunat. Kellu jkun fl‑1981 li l‑gvern Ċiniż beda r‑restawr ta’ dan il‑katidral u reġa’ fethu għas‑servizzi reliġjużi tiegħu. Fl‑1992 dan il‑katidral ġie mniżżel fil‑lista tal‑bini storiku tal‑provinċja ta’ Shandong. Fis‑sena 2006 beda x‑xogħol fuq l‑orgni ġdid tiegħu tad‑ditta Jager & Brommer li sewa €700, 000 u tlesta għal‑loghob Olimpiku tal‑2008. Interessanti ngħidu li fil‑ġnien ta’ dan il‑katidral hemm lapida sempliċi li tfakkar il‑martirju ta’ żewġ missjunarji saċerdoti Ġermaniżi membri

tas‑Soċjetà tal‑Verbum Dei: Dun Richard Henle SVD u Dun Franz Xavier Nies SVD – it‑tnejn missjunarji fil‑belt ta’ Juye fl‑istess provinċja ta’ Shandong. Il‑qtil brutali ta’ dawn iż‑żewġ missjunarji huwa magħruf fl‑istorja taċ‑Ċina bhala ‘l‑Inċident ta’ Juye’. Is‑saċerdot missjunarju Verbita Dun Richard Henle SVD, li kien magħruf fiċ‑Ċina bl‑isem ta’ Hán Lǐjiālüè, twieled fil‑21 ta’ Lulju 1863 fil‑belt ta’ Stetten viċin Haigerloch fir‑reġjun ta’ Wurttemberg fil‑Ġermanja u nqatel fl‑1 ta’ Novembru 1897 fl‑età ta’ 34 sena. Huwa daħal mas‑Soċjetà tal‑Verbiti fi Steyl fit‑8 ta’ Ottubru 1880 u ordna saċerdot fil‑15 ta’ Ġunju 1888 mill‑Kardinal Fischer tal‑belt ta’ Cologne. Fil‑15 ta’ Settembru 1890 ntbagħat biex iservi bħala missjunarju fiċ‑Ċina u wasal fil‑port ta’ Shanghai fil‑5 ta’ Novembru 1890 biex jibda l‑ħidma tiegħu. Sieħeb Dun Richard, saċerdot missjunarju Verbita wkoll, Dun Franz Xavier Nies SVD, kien magħruf fiċ‑Ċina bl‑isem ta’ Néng Fāngjì. Huwa twieled fil‑11 ta’ Ġunju 1859 f ’Rehringhausen, f ’Olpe fl‑Arċidjocesi ta’ Pederborn fil‑Ġermanja u nqatel fl‑1 ta’ Novembru 1897 fl‑età ta’ 38 sena. Huwa daħal 31


Lulju 2020

mas‑Soċjetà tal‑Verbiti fis‑7 ta’ Mejju 1879 u ordna saċerdot fis‑7 ta’ Ġunju 1884 mill‑Isqof ta’ Roermond. Kien fl‑1 ta’ Jannar 1885 li ntbagħat mis‑superjuri tiegħu biex iservi bħala missjunarju fiċ‑Ċina. L‑istorja tghid li fil‑lejl ta’ bejn l‑1 u t‑2 ta’ Novembru 1897, fir‑raħal ta’ Zhang Jia, 10 kilometri ’l barra mill‑belt ta’ Juye, iż‑żewġ missjunarji Verbiti, Dun Richard u Dun Franz Xavier, marru jżuru lis‑saċerdot Dun Georg M. Stenz, kappillan tar‑raħal u sfaw maqtula b’mod brutali. F’dak il‑lejl kienu għadhom kif iċċelebraw quddiesa Ad Requiem u l‑kappillan ċeda l‑kamra tiegħu liż‑żewġ missjunarji Verbiti waqt li huwa mar jorqod fil‑kamra tal‑għassies tal‑knisja. Il‑kappillan Stenz qatt ma basar dak li kellu jiġri f ’dak il‑lejl, tant li lanqas biss sakkar il‑bieb tal‑kamra tiegħu stess. Kien proprju f ’dak il‑lejl bejn l‑1 u t‑2 ta’ Novembru 1897, li grupp ta’ 23 raġel Ċiniż armati bis‑skieken daħlu għall‑għarrieda fid‑dar tal‑kappillan u ftit qabel nofs il‑lejl qatlu kiesaħ u biered liż‑żewġ missjunarji b’diversi daqqiet ta’ sikkina. Riedu joqtlu lill‑kappillan Dun Stenz ukoll, iżda ma sabuhx għax kien rieqed fil‑kamra tal‑għassies. Ftit wara waslu 32

IL‑KATIDRAL TA’ SHANGDONG – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

Santa li tfakkar liż‑żewġ missjunarji maqtula.

bosta parruċċani Nsara biex jagħtu l‑ewwel għajnuna, iżda sabu liż‑żewg missjunarji diġà mejta bi ħwejjiġhom kollha dmija. M’aħniex ċerti min kienu tassew il‑qattiela, iżda ħafna jqisu li kienu membri tas‑Soċjetà Ċiniża tax‑Xwabel Kbar li kellhom stmerrija u mibegħda kbira lejn l‑Ewropej fiċ‑Ċina. Il‑kappillan Dun Stenz tefa’ l‑ħtija ta’ dan il‑qtil brutali fuq l‑għassies ta’ raħal viċin minħabba l‑fatt li bosta familji sinjuri fir‑raħal tiegħu bdew jikkonvertu għall‑Kristjaneżmu u b’hekk ma baqgħux jikkontribwixxu finanzjarjament għall‑festi pagani tat‑tempju tar‑raħal. Il‑qtil brutali ta’ dawn iż‑żewġ missjunarji Verbiti ġab miegħu l‑korla tal‑gvern Ġermaniż li ġimagħtejn biss wara l‑qtil

tagħhom okkupa l‑Bajja ta’ Jiaozhou fin‑Nofsinhar tal‑kosta tal‑provinċja ta’ Shandong. Taħt it‑theddida Ġermaniża, il‑gvern Ċiniż tal‑Imperu Qing kellu jneħħi mill‑poter bosta uffiċjali Ċiniżi fil‑provinċja ta’ Shandong inkluż il‑gvernatur Li Bingheng. Biex ipatti għall‑qtil taż‑żewġ missjunarji Nsara Ġermaniżi, il‑gvern Ċiniż aċċetta wkoll li jibni tliet knejjes Nsara fil‑provinċja ta’ Shandong fl‑ibliet ta’ Jining, Caozhou u Juye; ilkoll mibnija bi spejjeż tal‑gvern Ċiniż innifsu. Il‑parroċċa tar‑raħal ta’ Zhang Jia, fejn inqatlu ż‑żewġ missjunarji ġiet ikkompensata 3,000 munita tal‑fidda għall‑ħsarat kollha li saru speċjalment fil‑proprjetà tal‑knisja. Il‑gvern Ċiniż kellu wkoll jaċċetta li jinbnew seba’


Lulju 2020

Il‑lapida li tfakkar liż‑żewg missjunarji maqtula.

residenzi għall‑komunità Nisranija fiż‑żona tal‑madwar, bi spejjeż tal‑istess gvern. Wara dan il‑qtil brutali, il‑komunità Nisranija fil‑provincja ta’ Shandong issaħħet u kibret b’tali mod li dan wassal għall‑famuża Ribeljoni Boxer (1899‑1900) min‑naħa ta’ xi bdiewa Ċiniżi mhux Nsara li ħolqu mewġa ta’ attakki fuq l‑Ewropej u l‑komunitajiet

Nsara fiċ‑Ċina. Kien għalhekk li wara dan kollu seħħew diversi trattati politiċi mill‑Ewropej, specjalment mill‑gvernijiet tal‑Ġermanja, l‑Ingilterra u Franza, mal‑gvern Ċiniż tal‑Imperu Qing biex jiggarantixxu fost l‑ohrajn il‑protezzjoni tal‑Ewropej u l‑komunitajiet Insara fiċ‑Ċina. L‑istoriku Paul Cohen jgħid li l‑qtil taż‑żewġ missjunarji Nsara fir‑raħal ta’ Zhang Jia ġab miegħu konflitt politiku kbir bejn l‑Ewropej u l‑gvern Ċiniż tal‑Imperu Qing u l‑kittieb Joseph W. Esherick iżid jgħid li dan il‑qtil ġab miegħu katina

Il‑libsa mdemmija ta' wieħed miż‑żewġ missjunarji maqtula.

ta’ ġrajjiet li ġabu bidla radikali fl‑annali storiċi taċ‑Ċina. Għalkemm l‑Insara fil‑provinċja ta’ Shangdong illum huma fil‑minoranza, iż‑żerriegħa tal‑fidi Nisranija li żergħu l‑missjunarji Nsara għadha ħajja, u minkejja r‑restrizzjonijiet kollha li jeżistu fir‑rigward tal‑kult Nisrani, il‑Knisja Kattolika fiċ‑Ċina għadha toffri t‑tagħlim u s‑servizzi reliġjużi tagħha biex Ġesù jkun magħruf u maħbub. 

Biex infiq għandi bżonn id‑demm.

Int tista’ tgħinni?

Grazzi mill‑qalb! 33


Lulju 2020

IL‑PADRI KRISTJANI TAD‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR

Id‑Disa’ Parti

In‑natura spiritwali, teoloġika u psikoloġika tat‑talb skont Abba Evagrius Ponticus u Abba Ġwanni Cassian ‑ żewġ Padri ewlenin tad‑Deżert Fit‑trattat tiegħu ‘Dwar il‑Ħsibijiet’, Evagrius jagħmel analiżi sistematika ta’ kif l‑intellett uman jopera. Huwa jikklassifika tipi differenti ta’ ħsibijiet filwaqt li jistudja l‑effetti li dawn għandhom fuq l‑intellett tal‑bniedem. Evagrius huwa konvint li biex il‑monaku kif ukoll kull Nisrani jista’ jasal biex jidħol f ’relazzjoni intima u profonda ma’ Alla fit‑talb tiegħu, jeħtieġlu qabel xejn ikun aktar u aktar konxju tal‑attività mentali tiegħu. Għaliex moħħ li mhux ikkontrollat jispiċċa biex waqt it‑talb jaqbeż minn ħsieb jew kunċett għal ieħor b’mod diżordinat, u 34

dan itellef lin‑Nisrani milli jilħaq dak l‑istat mentali ta’ ekwanimità (sabar u serħan tal‑moħħ) jew apatheia li hija pre‑kundizzjoni u pre‑dispożizzjoni meħtieġa ħafna għall‑għaqda sħiħa tiegħu ma’ Alla.

ġej mill‑fomm għandu jkun iżjed talb mentali – djalogu intern tal‑bniedem ma’ Alla. Madanakollu ma jeskludix talb li jingħad bil‑fomm, l‑aktar meta jkun talb li jinvolvi aktar minn persuna waħda.

Biex in‑Nisrani jasal għal dan l‑istat, fil‑Kapitlu 98 tat‑trattat l‑ieħor tiegħu ‘Dwar it‑Talb’, Evagrius espressament jirrikkmanda l‑prattika ta’ talb qasir, imma profond u intens li għandu l‑effett li jwaqqaf u jkeċċi ħsibijiet intrużivi li jtellfu u jżommu moħħ il‑bniedem ’il bogħod minn Alla. L‑istess kunċett huwa espress fil‑Kapitlu 15 tat‑trattat ‘Praktikos’ fejn Evagrius isostni li dan it‑tip ta’ talb għandu l‑qawwa li jistabbilizza ‘intellett xewwiel’ (moħħ mhux iddixxiplinat li jiġri minn ħsieb għal ieħor kontinwament). Dan l‑istess tip ta’ talb qasir huwa rrikkmandat minn Abba San Ġwanni Cassian (360 WK – 435 WK), skular ta’ Evagrius u studjuż magħruf tat‑teoloġija axxetika, fl‑għaxar konferenzi tiegħu li huma ġabra ta’ tagħlim spiritwali u teoloġiku tal‑Padri tad‑Deżert. Huwa jgħid li t‑talb m’għandux ikun elaborat b’ħafna kliem tekniku, imma għandu jkun sempliċi u aktar milli jkun

Mill‑ġdid fit‑Tielet Kapitlu tat‑trattat tiegħu ‘Dwar it‑Talb’, Evagrius jagħti definizzjoni ċara dwar x’inhu t‑talb: It‑talb huwa dik il‑għaqda intima u profonda tal‑intellett u r‑rieda tal‑bniedem ma’ Alla. F’din id‑definizzjoni Evagrius iqis it‑talb mhux sempliċiment bħala mezz biex jintlaħaq xi għan, imma huwa għan fih innifsu, għaliex għal Evagrius it‑talb u l‑istat ta’ komunjoni tal‑intellett tal‑bniedem ma’ Alla huma intrinsikament l‑istess ħaġa waħda.


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

2. Il‑Padri tad‑Deżert illum Wieħed irid jgħid li għalkemm din it‑tip ta’ ħajja ta’ eremitaġġ fid‑deżert bdiet fiż‑żmien bikri tal‑Kristjaneżmu, sa mill‑ewwel sekli wara l‑Qawmien ta’ Ġesù Kristu mill‑Mewt, dan ma jfissirx li issa fiż‑żminijiet tagħna din it‑tip ta’ ħajja m’għadhiex tiġi mħaddna minn bosta bnedmin fid‑diversi deżerti fid‑dinja. Minbarra n‑numru kbir ta’ monasteri u kunventi mxerrdin fid‑dinja, anki f ’Malta, li jgħixu xi forma ta’ ħajja axxetika u kontemplattiva (mhux fid‑deżert), il‑Padri tad‑Deżert għadhom jeżistu sal‑ġurnata tal‑lum. Fil‑fatt, ta’ min jgħid li dan l‑aħħar żewġ vjaġġaturi mid‑Danimarka, Martin Lönborg, produttur tal‑films u Lars Borgman, ġurnalista, iddeċidew li jmorru jżuruhom biex ikunu jafu aktar dwar

Il‑knisja ta' San Mikiel fil‑Monasteru ta' San Pawl l‑Ankorita, li tmur lura għas‑Seklu 5 W.K. Din tinsab fid‑Deżert tal‑Lvant qrib il‑Muntanji tal‑Baħar l‑Aħmar fl‑Eġittu.

il‑ħajja tagħhom. Għalhekk, mid‑Danimarka vvjaġġaw lejn l‑Eġittu, waqfu l‑Kajr u saqu bil‑ġip tagħhom mal‑Kosta tal‑Baħar l‑Aħmar sal‑Lvant tal‑Eġittu. Id‑destinazzjoni tagħhom kienet il‑Monasterju ta’ San Pawl fejn hemm komunità ta’ madwar 60 monaku jgħixu ħajja reliġjuża kontemplattiva. Minn hemm il‑vjaġġaturi setgħu jiksbu xi tagħrif ta’ kif setgħu jiltaqgħu

ma’ xi monaku eremita tad‑deżert. B’xorti tajba f ’dawk il‑jiem kien hemm fil‑monasterju Abba Bishoy, wieħed mill‑Padri tad‑Deżert li ilu jgħix fid‑deżert għal 20 sena. Il‑monaku Mattew kien l‑interpretu tagħhom minħabba diffikultà fil‑lingwa. (ikompli fil‑ħarġa li jmiss)

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Lulju 2020

PUDINA MALVA MIŻ‑ŻIMBABWE

Metodu: 1. Ħabbat il‑bajd u z‑zokkor flimkien u żid magħhom il‑ġamm tal‑berquq. X’għandek bżonn: Għall‑pudina:

• 220 gramma zokkor • bajda • mgħarfa ġamm tal‑berquq • 180 gramma dqiq abjad • kuċċarina ‘baking soda’ • ftit melħ • mgħarfa butir • kuċċarina ħall Għaz‑zalza tal‑ħalib:

2. Għarbel id‑dqiq, il‑‘baking soda’ u l‑melħ flimkien ġo reċipjent ieħor. 3. Dewweb il‑butir u żid miegħu l‑ħall. 4. Ħabbat kollox sewwa flimkien. 5. Ferra’ ġo dixx kbir mgħotti. 6. Aħmi f ’forn sħun f ’temperatura ta’ 180°Ċ għal madwar 45 minuta. 7. Sadanittant ħawwad l‑ingredjenti kollha taz‑zalza flimkien u dewweb fuq nar baxx. 8. Ferra’ z‑zalza fuq il‑pudina hekk kif toħroġha mill‑forn.

• 240 millilitru krema doppja • 180 gramma butir • 220 gramma zokkor • 120 millilitru misħun

9. Servi immedjatament.

Smaaklike ete (L‑ikla t‑tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9am u l‑4pm. Is‑Sibt bejn id‑9am u nofsinhar. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’ 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328

37


KOMPETIZZJONI ‑ LULJU 2020

Lulju 2020

KAXXA MAĠIKA

Meta tgħodd in‑numri f’kull kolonna u ringiela orizzontali, vertikali u djagonali fil‑kaxxa t’hawn taħt, l‑ammont jiġi dejjem l‑istess. Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri neqsin. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

18

Is‑somma hija 42.

8

9 15

14

10 6

13

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Mejju 2020: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Marlene Lautier minn Birkirkara. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

7

2 16 9

12 13 3 1

6

8 10 15

14 11 5

4

Nitbissmu ftit:

Mara u raġel, li ma jafux lil xulxin, kienu fuq l‑istess sit fuq tal‑linja. Mara: Kull darba li titbissimli, inħoss li għandi nistiednek għandi! Raġel: Veru .... tassew? Inti ‘single’? Mara: Le ... jiena DENTISTA!! 38

Raġel: Ħelow, il‑mara għandha l‑uġigħ tal‑ħlas, x’għandi nagħmel? Qabla: Dan l‑ewwel wild tagħha? Raġel: Le. Jien żewġha! _____________________________________ Mara: Ren, mur ixtri kartuna ħalib u jekk għandhom tuffieħ, ġib sitta. Ftit ħin wara r‑raġel wasal lura b’sitt kartuniet ħalib. Mara: Għalfejn xtrajt sitt kartuniet ħalib??!! Raġel: Għax kellhom tuffieħ!


Lulju 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

Eżempji sbieħ

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Silvana Vella mill‑Gudja • Maria Galea mill‑Bidnija • Doris Cascun minn Ta’ Sannat • M. Galea minn Ħal Luqa Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. • 01 ta’ Marzu 2020 Franġisku Aquilina minn Ħaż‑Żebbuġ

Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 05 ta’ Mejju 2020 Maria Gafa minn Marsaxlokk • Mejju 2020 Ġuża Fenech min‑Naxxar Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.

Seg wi l‑esperjenzi u l‑av venturi ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin f l‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut. 39


www.missio.org.mt

Lulju 2020

Maratona fuq it-TV

b’risq il-Missjoni

IS‑SIBT 4 TA’ LULJU 2020 minn nofsinhar sa nofsillejl

Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios

5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99

#WeAreStillHere L‑Uffiċċju Missjunarju ta’ Għawdex li jinsab ir‑Rabat, ser ikun miftuħ biex jilqa’ d‑donazzjonijiet bejn it‑3pm u t‑8pm. bis‑sapport ta’:

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

għal donazzjoni www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex 40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Lulju 2020 by Missio Malta - Issuu