Skip to main content

Malta Missjunarja Gunju 2020

Page 1

NEWSPAPER POST ĠUNJU 2020 SENA 88

02 Il‑Leġġenda Tal‑Erba’ Xemgħat  10 Sejħa Tat‑Terza Età 16 Ħolma Li Saret Realtà  30 Ittra Mill‑Missjoni għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Ġunju 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Il‑Leġġenda tal‑Erba’ Xemgħat

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Everything Is Interconnected 28 Missjunarji Kbar 30 Ittra mill‑Missjoni 32 Aħbar mill‑Vatikan 33 Pariri Siewja: COVID ‑19 34 Il‑Padri Kristjani tad‑Deżert 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Omm żagħugħa b'binha f 'idha tixgħel xemgħa fil‑Monasteru tas‑Salib Mqaddes f 'Jvari, il‑Ġorġja. 2

D

arba waħda f ’kappella mwarrba qalb il‑kampanja kien hemm inemnmu erba’ xemgħat ġodda fjamanti u bojod karti. Quddiem ix‑xbieha tad‑Duluri, fil‑ħemda kemxejn mudlama l‑erba’ xemgħat donnhom kienu qed ikellmu lil xulxin permezz tal‑ftila b’kemm kemm tiċċaqlaq hi u tinħaraq bil‑mod il‑mod. L‑ewwel xemgħa qalet: “Jiena l‑Paċi. Id‑dinja hija mimlija rabja u ġlied. Ħadd m’għadu kapaċi jżommni nixgħel.” U dak il‑ħin il‑fjamma tal‑Paċi tilfet is‑saħħa u ntfiet. U d‑dawl naqas xi ftit ... It‑tieni xemgħa qalet: “Jiena l‑Fidi. M’għadnix aktar indispensabbli. Ma jagħmilx aktar sens li nibqa’ nixgħel mument ieħor! U f ’dak il‑ħin żiffa riħ ħafifa tfiet il‑fjamma taf‑Fidi. U d‑dawl reġa’ naqas ftit ieħor ... It‑tielet xemgħa qalet imnikkta: “Jiena l‑Imħabba. Il‑bnedmin ma jifhmux l‑importanza tiegħi u għalhekk sempliċiment iwarrbuni fil‑ġenb. Saħansitra jinsew iħobbu lil dawk qrib tagħhom.” U


Ġunju 2020

nixgħel, nista’ nixgħel mill‑ġdid ix‑xemgħat l‑oħra.” B’għajnejh imċajprin bid‑dmugħ, it‑tfajjel ħa f ’idejh ix‑xemgħa tat‑Tama u biha xegħel it‑tliet xemgħat l‑oħra tal‑Paċi, tal‑Fidi u tal‑Imħabba. U d‑dawl żdied minnufih ...

bla telf ta’ żmien, il‑fjamma tal‑Imħabba, tbaxxiet tant li ntfiet. U d‑dawl kompla jonqos aktar ... Proprju dak il‑ħin, tfajjel ċkejken daħal fil‑kappella. Ħarstu dritt waqgħet fuq it‑tliet xemgħat mitfijin. Imħasseb staqsiehom: “Għaliex m’għadkomx tarmu d‑dawl? Intom suppost li tibqgħu mixgħulin sat‑tmiem!” Hawn it‑tfajjel tbikkem u baxxa rasu lejn l‑art.

Imma r‑raba’ xemgħa wieġbet: “La tibżax, jiena t‑Tama. Dment li għadni

Għaliex l‑ikbar fosthom ilkoll hija l‑Imħabba, imma l‑fjamma tat‑Tama m’għandha qatt tintefa f ’ħajjitna! Bit‑Tama kull wieħed u waħda minna nistgħu ngħixu fil‑Paċi, fil‑Fidi u fl‑Imħabba. 

Talba: Għażiż Mulej, inti d‑dawl u s‑salvazzjoni tiegħi. Inti t‑tama tiegħi. Nitolbok, ejja f’qalbi, aħfirli dnubieti u tini r‑rigal sabiħ tiegħek tal‑ħajja eterna. Għinni nkun strument tal‑imħabba tiegħek u raġuni sabiex id‑dawl tiegħek jiddi fuq l‑oħrajn permezz tiegħi. Ammen.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

F’isem l‑istaff u l‑voluntiera kollha ta’ Missio Malta, nawguraw lill‑missirijiet kollha ħafna saħħa, paċi u ferħ, filwaqt li nirringrazzjawhom ta’ dak kollu li jagħmlu magħna. 3


Ġunju 2020

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Il‑Martirju Għadu Jeżisti

I

l‑Katekiżmu tal‑Knisja Kattolika jgħallem li l‑martirju huwa: “L‑aqwa xhieda li tingħata lill‑verità tal‑fidi: hija xhieda li tasal sal‑mewt”. Il‑martri huwa dak li b’kuraġġ u qawwa kbira jagħżel akkost ta’ kollox li jibqa’ sħiħ u sal‑aħħar fix‑xhieda tiegħu lejn il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Ġesù, għas‑salvazzjoni ta’ kulħadd u għall‑veritajiet tal‑fidi Nisranija. San Injazju 4

t’Antijokja, fi triqtu lejn il‑martirju stqarr: “Ħalluni nkun ikel għall‑bhejjem selvaġġi; bihom inkun nista’ nikseb ’l Alla.” (Ittra lir‑Rumani 4:1) Fil‑Kotba Mqaddsa nsibu diversi nisa u rġiel li għażlu li jmutu milli jiċħdu l‑fidi tagħhom f ’Alla jew milli jwarrbu ’l Alla. Sużanna għażlet li tmut milli ċċedi għax‑xewqat żienja ta’ żewġ mħallfin li xehdu

falz kontriha. (Dan. 13). Fit‑tieni Ktieb tal‑Makkabej niltaqgħu m’omm li ppreferiet li s‑seba’ wliedha jkunu maqtula milli tara lil xi ħadd minnhom jiċħad il‑fidi tiegħu. San Stiefnu, wieħed mis‑seba’ djakni u l‑ewwel martri tal‑Knisja, għażel li jkun imħaġġar għall‑mewt milli jicħad t‑twemmin tiegħu f ’Ġesù li miet u rxoxta. (Atti 6:8) San Ġakbu, ħu l‑Appostlu Ġwanni, kien l‑ewwel fost l‑Appostli li rċieva l‑martirju fis‑sena 42 W.K. billi s‑Sultan Erodi qatagħlu rasu biex jogħġob lil‑Lhud. (Atti 12) L‑awtur tal‑ittra lil‑Lhud jgħidilna: “Li la darba aħna wkoll għandna madwarna sħaba hekk kbira ta’ xhieda, ejjew inwarrbu minna kull xkiel u kull dnub li malajr ifixkilna, u b’qalbna qawwija nibqgħu niġru t‑triq tal‑prova li għandna quddiemna. Ġesù jagħmilha


Il‑ġrajjiet ‘glorjużi’ ta’ ħutna l‑kbar għandhom jispirawna biex nibqgħu sodi fil‑fidi tagħna u ma naqtgħux qalbna quddiem it‑tbatijiet u d‑diffikultajiet li taf toffri d‑dinja. Jekk aħna nagħrfu nissieħbu fit‑tbatijiet ta’ Kristu, aħna wkoll ikollna sehem mill‑glorja tal‑qawmien tal‑ħajja Tiegħu. 

B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

Bir‑raġun kollu, wieħed mill‑għorrief tal‑Knisja, Tertuljanu, kiteb li: “Id‑demm tal‑martri hu ż‑ żerriegħa tal‑Insara.” (Apoloġetiku: 50) Il‑Papa San Ġwann Pawlu II, ispirat minn dan il‑kliem, kiteb lill‑knejjes tal‑Asja: “Jalla li l‑martri jkunu tassew xhieda għall‑verità li l‑Insara huma dejjem u kullimkien imsejħa biex ixandru mhux ħaġa oħra ħlief il‑qawwa tas‑salib tal‑Mulej. Jalla d‑demm tal‑martri tal‑Asja jkun issa u kif kien iż‑żerriegħa ta’ ħajja ġdida fil‑Knisja f ’kull

naħa ta’ dan il‑kontinent.” Nies li xerrdu demmhom għal Kristu mhumiex xi ħaġa tal‑passat li konna naqraw jew naraw f ’xi film ta’ żmien ir‑Rumani. Il‑Papa Franġisku, f ’waħda mill‑udjenzi, ikkonferma li l‑martri llum huma bil‑wisq iżjed mill‑imgħoddi u t‑tbatijiet tagħhom mhumiex inqas ħorox milli batew l‑Insara matul iż‑żminijiet. Hekk insemmu l‑martri tal‑Vjetnam, il‑martri tal‑Uganda, il‑martri li mietu waqt il‑Gwerra Ċivili fi Spanja, u tant oħrajn.

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

ċara li min irid ikun tassew dixxiplu tiegħu, irid ikun lest ukoll li: “... jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja.” (Mt. 16: 24‑6) Min jagħżel dan, ikun tassew hieni u kbir quddiem Alla. “Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.” (Mt. 5:10‑2)

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Ġunju 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


Ġunju 2020

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Ġunju 2020 Intenzjoni ta’ talb għall‑evanġelizzazzjoni

It‑triq li tieħu l‑qalb. “Nitolbu sabiex dawk li jsofru, isibu t‑triq tagħhom fil‑ħajja, billi jħallu lilhom infushom jintmessu mill‑Qalb ta’ Ġesù.”

I

l‑bniedem tal‑lum għandu bżonn li jsib tassew l‑imħabba ta’ Alla. San Pawl jibni dan il‑messaġġ ta’ mħabba fuq l‑imħabba salvifika ta’ Alla fi Kristu: “Iżda Alla wriena l‑imħabba 6

tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin.” (Rum. 5:8) Din hija l‑imħabba ta’ Alla għalina: “Hekk hu għażilna fih, sa minn qabel il‑ħolqien tad‑dinja, biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl‑imħabba. Iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi permezz ta’ Ġesù Kristu.” (Efesin 1:4‑5) Il‑bniedem jirrispondi għal din l‑imħabba permezz tal‑mixja tal‑fidi. Infatti l‑imħabba f ’San Pawl hija marbuta mal‑fidi: “Għax aħna smajna bil‑fidi li għandkom fi Kristu Ġesù, u bl‑imħabba tagħkom fi Kristu Ġesù u bl‑imħabba tagħkom għall‑qaddisin kollha.” (Kolossin 1:4) L‑imħabba hija possibbli

għaliex il‑fidi ta’ Kristu twassal lin‑Nisrani biex jgħix ħajja tassew ġdida, li mhix maħkuma iżjed mid‑dnub jew mill‑egoiżmu, imma mill‑Ispirtu ta’ Alla: “Biex skond il‑għana tal‑glorja tiegħu, jagħtikom li permezz tal‑Ispirtu tiegħu, tissaħħu fil‑bniedem ta’ ġewwa, u li Kristu jgħammar f ’qalbkom permezz tal‑fidi, biex tniżżlu l‑għeruq tagħkom fl‑imħabba u fuqha tibnu ħajjitkom. B’hekk tkunu tistgħu tifhmu, flimkien mal‑qaddisin kollha, x’inhu l‑wisa’ u t‑tul, il‑għoli u l‑fond, tal‑imħabba ta’ Kristu; tagħrfu kemm din l‑imħabba ta’ Kristu tisboq kull għerf, biex timtlew bil‑milja kollha ta’ Alla.” (Efesin 3:16‑19) Din l‑imħabba mela tistedinna


Ġunju 2020

biex nemmnu fi Kristu u nħobbu lil xulxin. Dan kien is‑sens kollu meta twaqqfet il‑Festa tal‑Qalb ta’ Ġesù fil‑Knisja. Din il‑Festa tal‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù hija ċċelebrata l‑ġimgħa ta’ wara li l‑Knisja tiċċelebra l‑Ħadd tas‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm ta’ Kristu. Nistghu ngħidu li din id‑devozzjoni bdiet fil‑ħdax‑il seklu fil‑Monasteri tal‑Benedettini u Ċisterċensi fi żmien San Anselmu u San Bernard ta’ Clairvaux. Santa Gertrude, nhar il‑festa ta’ San Ġwann Evanġelista, kienet resqet qrib kurċifiss fejn hemm il‑pjaga tal‑kustat, u bdiet tħoss Qalb Kristu tħabbat bħalma ħass Ġwanni waqt l‑Aħħar Ċena xħin

kien maġenb u qrib Kristu. Din il‑festa niltaqgħu magħha wkoll fis‑sena 1670 f’Rennes, Franza. Imbagħad insibu lil Santa Margerita Marija Alacoque (1647‑1690) fil‑Kunvent tas‑Sorijiet tal‑Viżitazzjoni f’Paray‑le Monial fi Franza, fejn kellha r‑rivelazzjonijiet minn Kristu sabiex hija xxerred din id‑devozzjoni lejn il‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u tgħid: “Il‑grazzja tal‑indiema tal‑aħħar lil dawk kollha li jitqarbnu fl‑Ewwel Ġimgħa tax‑Xahar għal disa’ xhur wara xulxin.” Fis‑27 ta’ Diċembru 1673, kellha l‑istess esperjenza li kellha Santa Gertrude qabel, dik li tħoss it‑taħbit tal‑Qalb ta’ Kristu. Anke San Ġwann Eudes, li kien jgħix fl‑istess żmien

BAŻAR

(1601‑1680), kellu devozzjoni kbira lejn il‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, kif naraw mill‑kitbiet tiegħu: “Id‑devozzjoni lejn il‑Qalb Adorabbli ta’ Ġesù u l‑Ammirabbli Qalb tal‑Wisq Imqaddsa Omm Alla,” fejn fost l‑oħrajn kiteb: “Kulma għandek fik trid tlaqqmu fih, biex tieħu l‑ħajja mingħandu u tħalli lilu jmexxik.” Id‑devozzjoni lejn il‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù kienet importanti ħafna għall‑Knisja wara r‑riforma Protestanta u fiż‑żmien ta’ tixrid ta’ ħsibijiet modernisti. Ejjew mela nħallu qalbna tkun ispirata mill‑imħabba ta’ Kristu għalina u nkomplu nikbru fid‑devozzjoni tagħna lejn il‑Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù bi qrara u tqarbina. 

Magħluq matul ix‑xahar ta’ Ġunju.

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn fajjenza, oġġetti tal‑ħġieġ u kull tip ta’ tiżjin tad‑dar, f’kundizzjoni tajba, biex jinbiegħu fil‑bażar ta’ Missio Malta. F’każ ta’ ammont kbir niġu aħna stess niġbruhom minn djarkom. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Natasha fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. Kull għotja hija apprezzata. Grazzi ħafna mill‑qalb. 7


Ġunju 2020

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Nimxi Magħkom Lejn il‑Missier It‑Tielet Parti 2. Ir‑Rieda ta’ Alla

M

hux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej jidħol fis‑saltna tas‑smewwiet, imma min jagħmel ir‑rieda ta’ Missieri li hu fis‑smewwiet”. (Mt. 7:21) Ġesù dejjem għamel ir‑rieda ta’ Missieru li hu fis‑sema. Hu talab hekk: “Mhux ir‑rieda tiegħi, imma ssir ir‑rieda tiegħek.” (Lq. 22:42) Bħalu, aħna wkoll irridu ngħixu r‑rieda ta’ Missierna f ’kull mument ta’ ħajjitna. Alla jħobbna u għal kull wieħed u waħda minna għandu pjan ta’ mħabba. Jekk hu hekk, allura flok nirrassenjaw ruħna mar‑rieda ta’ Alla, imissna nifirħu li nistgħu nagħmlu r‑rieda ta’ Alla b’qalbna kollha. Meta f ’kull mument nagħmlu r‑rieda ta’ Alla, inkunu qed nesprimu mħabbitna lejn Alla u nżommuh fl‑ewwel post f ’ħajjitna. Din hija triq ta’ qdusija miftuħa għal kulħadd: żgħar u kbar; edukati u le; intellettwali u ħaddiema; lajċi, reliġjużi u kleru; uffiċjali tal‑gvern u ċittadini komuni.... Hu 8

l‑mod tagħna kif ngħixu l‑Missierna: “Ikun dak li trid int.” Marija hija l‑mudell tagħna li għandna nimitaw. “Ikun minni skond kelmtek”. Marija rrepetiet din il‑frażi kemm‑il darba, anki taħt is‑salib: kull mument ta’ ħajjitha kien “iva” kontinwa lil Alla. Ma nistgħux inħobbu lil Alla bis‑sentimenti biss, imma b’kull att tal‑volontà. Għalhekk infittxu li nagħmlu r‑rieda tiegħu hekk kif tiġi murija lilna miċ‑ċirkostanzi, mid‑dmirijiet rispettivi tagħna, mis‑superjuri tagħna u mill‑ispirazzjonijiet tal‑mument. Li nibqgħu

dejjem fir‑rieda tiegħu huwa mod konkret kif ngħidulu li rridu nħobbuh. Nistgħu nxebbhu r‑rieda ta’ Alla max‑xemx li r‑raġġi tagħha huma r‑rieda tiegħu fuq kull wieħed u waħda minna. Kull persuna timxi fuq ir‑raġġ tiegħu, li huwa differenti mir‑raġġ ta’ dak ta’ maġenbu, imma dejjem fuq ir‑raġġ tal‑istess xemx. Aktar ma r‑raġġi joqorbu lejn ix‑xemx, aktar joqorbu lejn xulxin. Għalina wkoll, eqreb ma nersqu lejn Alla, billi nagħmlu dejjem iżjed ir‑rieda divina tiegħu, aktar nersqu lejn xulxin... sakemm insiru ħaġa waħda. “Itolbu bla ma tieqfu.” (1Te.s 5:17) Kif nistgħu “nitolbu


Ġunju 2020

bla ma nieqfu” fil‑ħajja sfrenata li qed ngħixu? “Nitolbu bla ma nieqfu” ma tfissirx nimmultiplikaw it‑talb li ngħidu. Imma tfisser indawru qalbna u ħajjitna lejn Alla, billi ngħixu r‑rieda tiegħu fuqna, forsi waqt li nkunu qed nistudjaw, qed naħdmu, inbatu, nistrieħu, jew forsi waqt li nkunu qed immutu... dejjem għal Alla. Hekk naslu biex nibdew ngħixu l‑ħajja tagħna ta’ kuljum f ’għaqda ma’ Alla. Hekk kulma nagħmlu jinbidel f ’ħaġa qaddisa, u l‑ġurnata kollha ssir talba. Ħaġa li tista’ tgħinna hija li kull darba li nagħmlu xi ħaġa, noffruha lil Alla billi ngħidu: “Għalik, Ġesù,” u

meta jiġu mumenti diffiċli ngħidu: “X’jimporta? Li nħobbok jimporta.” B’dan il‑mod kull ħaġa li nagħmlu tinbidel f ’att ta’ mħabba. U t‑talba tagħna tkun bla waqfien għax imħabbitna ma tieqaf qatt. • “Ġesù, ħallini nitkellem dejjem daqslikieku kienet l‑aħħar kelma li nkun ser ngħid.

• Ħallini naġixxi dejjem daqslikieku kienet l‑aħħar ħaġa li ser nagħmel. • Ħallini nbati dejjem daqslikieku kienet l‑aħħar darba li ser noffriha lilek. • Ħallini nitlob dejjem daqslikieku kien l‑aħħar ċans hawn fid‑dinja li nista’ nitkellem miegħek. Ammen.”

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 9


SAN PIETRU APPOSTLU – MARIA ATTARD

Ġunju 2020

Sejħa tat‑Terza Età Alla Jsejjaħ Meta u Kif irid

I

Paxban

l‑Knisja Pellegrina hija minnha nnifisha missjunarja għax hi tieħu l‑oriġini tagħha mill‑missjoni tal‑Iben u tal‑Ispirtu s‑Santu skont il‑pjan ta’ Alla l‑Missier. (Ad Gentes 2)

Tikal

Flores

Poptun San Luis

Is‑sejħa missjunarja Li mmur il‑missjoni kienet xewqti, iżda kont naraha ħafna ’l bogħod. Dan minħabba x‑xogħol, il‑ħidma f ’Dar Ġużeppa Debono kif ukoll peress li l‑ġenituri tiegħi kienu anzjani. Kien hemm diversi sinjali li fetħuli t‑triq għal din l‑esperjenza missjunarja u li għall‑grazzja ta’ Alla, għaraft fit‑talb li l‑Mulej kien qed isejjaħli għaliha. L‑ewwel sinjal ġie mill‑predikazzjoni ta’ Papa Franġisku. Kull darba li nisimgħu jgħid li aħna l‑Insara qegħdin fil‑‘comfort zone’ tagħna u ma nagħtux kas tal‑karba tal‑fqir, ngħidu msieken u nibqgħu indifferenti, kienet tniggiżli l‑kuxjenza u kont ngħidlu: “Mulej urini x’nista’ nagħmel biex din it‑talba tal‑Papa sseħħ min‑naħa tiegħi.” Aħna, bħala Knisja m’aħniex noħorġu għal dawk li huma fil‑periferija tal‑umanità, 10

Rubelsanto

Barillas

Modesto Mendez

Kaibil Balam

Livingston

Francisco Vela

Puerto Barrios

Guatemala

Santo Tomas de Castilla

Cahabon El Estor

Chajul

Coban

Morales

Huehuetenango

Tactic Sacapulas Los Amates

Ixchiguan Gualan

Salama

Rabinal Santa Cruz del Quiche

San Marcos

Zacapa Totonicapan Quezltenango

El Progreso

Solola Chimaltenango

Coatepeque Mazatenango

Antigua

Retalhuleu

Ocos

Champerico

Chiquimula

Jalapa

Guatemala City Concepcion las Minas

Siquinala

Los Delores Jutiapa

Escuintla

Tulate

Cuilapa Chiquimulilla

El Semillero Barra Nahualate San Jose Las Lisas

il‑foqra u l‑imwarrba. Kuntenti mmellsu l‑erbgħa li għandna madwarna u nserrħu l‑kuxjenza. Bdejt nitlob lill‑Ispirtu s‑Santu biex jurini kif nista’ ngħix din is‑sejħa missjunarja li rċevejt fil‑magħmudija, skont kif jixtieq Hu. Jien persuna kkonsagrata, nagħmel parti mill‑Komunità Anawim, u dejjem tolqotni s‑sejħa ta’ Ġesù u l‑missjoni tiegħu li nsibu kemm fil‑ktieb tal‑profeta Iżaija kif ukoll

f ’San Luqa: “Kristu, li l‑Missier ikkonsagra u bagħtu fid‑dinja.” (Ġw. 10:36), qal fuqu nnifsu: “L‑Ispirtu tal‑Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il‑ħelsien lill‑imjassrin, inwassal il‑bxara t‑tajba lill‑fqajrin u d‑dawl mill‑ġdid lill‑għomja. (Lq. 4:18) U darba oħra: “Għax Bin il‑bniedem ġie jfittex u jsalva ’l‑mitluf.” (Lq. 19:10) (Ad Gentes 3) Din hija l‑missjoni tiegħi, mhux biss għax mgħammda u b’effett mibgħuta, iżda wkoll


Ġunju 2020

għax inħaddan din is‑sejħa mnaqqxa fl‑ispiritwalità tal‑Anawim li fosthom Kristu kien l‑Anaw per eċċellenza. Hu stess jgħid li hu mibgħut, ikkonsagrat u jgħid x’inhi l‑missjoni tiegħu fid‑dinja. Il‑Mulej għandu t‑toroq, iż‑żmien u l‑ħin tiegħu. Wasal it‑tieni sinjal. Iltqajt ma’ Dun Anton Grech, missjunarju Għawdxi li qiegħed il‑Gwatemala, waqt pellegrinaġġ fl‑Art Imqaddsa. Meta ġejna lura, stedinnieh jiġi Dar Ġużeppa Debono u qabel ma telaq sellimna lil Ġesù fil‑kappella u qalli: “Marija messek tiġi tgħinni l‑Gwatemala.

Għandna ħafna tfajliet ommijiet li jeħtieġu l‑għajnuna u s‑sapport.” Għedtlu: “Jien issa kbira fl‑età, anzjana, barra minn hekk tkiddni ħafna s‑sħana u l‑bogħod.” Dak il‑ħin għedtlu: “Ħa nitlob u nagħtik risposta.” Dan kien f ’Settembru, 2017. Tweġiba għas‑sejħa Ikompli Ad Gentes: Biex iseħħ dan kollu Kristu bagħat l‑Ispirtu s‑Santu mingħand il‑Missier biex jagħmel minn ġewwa l‑ħidma tiegħu ta’ salvazzjoni u jqanqal il‑Knisja biex tinfirex. (Ad Gentes 4) Għalhekk il‑bniedem għandu jwieġeb għas‑sejħa ta’

Alla bla ma jisma’ mid‑demm u l‑laħam, u jagħti ruħu kollha għall‑ħidma tal‑Evanġelju. Iżda ma jistax jagħti din it‑tweġiba jekk l‑Ispirtu s‑Santu ma jagħtihx l‑ispirazzjoni u l‑qawwa. Għaliex il‑mibgħut jidħol fil‑ħajja u l‑missjoni ta’ dak “...li xejjen lilu nnifsu billi ħa n‑natura ta’ lsir.’’ (Fi.l 2:7) Għalhekk huwa għandu jżomm ruħu mħejji biex jibqa’ fidil għas‑sejħa tiegħu matul ħajtu kollha, jiċħad lilu nnifsu u dak kollu li qabel kien tiegħu u jsir kollox għal kulħadd. (Ad Gentes 24) Tlabt għad‑dawl. Ħassejtni responsabbli għaliex din

Il‑grupp fosthom Dun Renè Camilleri, Antonia Sammut u Maria, meta marru fejn hemm żewġ missjunarji Għawdxin, Dun Anton u Dun Mario. 11


SAN PIETRU APPOSTLU – MARIA ATTARD

Ġunju 2020

Matthew Bartolo, ‘counsellor’ u ‘sex therapist’. Bil‑ħidma u l‑preparazzjoni preċiża ta’ Dun Anton, inbdiet ħidma li għadha sejra tinbena ftit, ftit, biex tagħti dan is‑servizz lit‑tfajliet ommijiet u lit‑trabi tagħhom. Mort erba’ darbiet, l‑aħħar waħda fis‑6 ta’ Frar, 2020. Dejjem jinfetħu toroq ġodda u bil‑mod qed insir nifhem aktar din ir‑realtà, u nifhem l‑appell tal‑Papa, hu li ġej minn din ir‑realtà tal‑Amerika Latina, biex ngħinu lill‑foqra u dawk fil‑periferiji. Waqt kors fuq edukazzjoni għal relazzjonijiet b'saħħithom u edukazzjoni sesswali.

ma kinitx ħidma tiegħi. Ma kienx pjan tiegħi, iżda kien ċar li kienet sejħa minn Alla. Jien ma nistax ngħid le lil Alla. Jekk qed isejjaħli, jagħtini l‑mezzi biex inwettaq dak li jixtieq Hu. Weġibt lil Dun Anton u għedtlu: “Jien lesta li niġi fi Frar 2018 jekk sewwa għalik.” Konna jien u membru tal‑bord ta’ Dar Ġużeppa Debono, 12

Il‑Knisja ma tkunx tassew imwaqqfa, ma tgħixx il‑ħajja tagħha għalkollox, lanqas ma tkun sinjal perfett ta’ Kristu jekk mal‑ġerarkija ma jkunx hemm lajkat fil‑veru sens tal‑isem li jaħdem għalenija

magħha. Għaliex l‑Evanġelju ma jistax jidħol fir‑ruħ, fil‑ħajja u fil‑ħidma ta’ poplu jekk tonqos il‑ħidma bieżla tal‑lajċi. Huwa għalhekk li sa mill‑ewwel żmien tat‑twaqqif ta’ Knisja jkun meħtieġ li tingħata l‑akbar importanza fil‑formazzjoni ta’ lajkat Nisrani matur. (Ad Gentes 21) Apprezzament tal‑missjunarji u n‑nies Xi ħaġa li dejjem issorprendietni hija li n‑nies iħossuhom grati li ftakarna fihom u morna għandhom minn daqshekk bogħod. Huma għandhom ħafna x’joffru: in‑natura sabiħa li tferrħek u li tħaddnek magħha. Huma wkoll jgħixu ħajja sempliċi; in‑neċessarju, xejn żejjed. Għandhom fidi ħajja u jafu jiċċelebrawha. Dan l‑atteġġjament ta’ gratitudni għax morna fosthom, kien kull darba jasal ukoll min‑naħa tal‑missjunarji li jgħidulna: “Jekk ma tagħmlu xejn, il‑fatt li ġejtu żżuruna,


Ġunju 2020

toqogħdu magħna u takkumpanjawna fil‑ħidma, hija għajnuna kbira.” Li jisimgħu l‑lingwa tagħhom, li jaraw uċuħ li jafuhom, li jisimgħu rakkonti ta’ ġrajjiet li seħħew f ’pajjiżhom, li jiftakru fid‑drawwiet li kibru fihom, dan kollu hu apprezzat mis‑saċerdoti missjunarji. Wieħed jista’ jifhem ukoll, meta jagħmel esperjenza tal‑lajċi impenjati f ’dawn il‑knejjes, li huma l‑id il‑leminija tal‑missjunarji. Dawn il‑lajci jħejju lill‑komunitajiet fl‑irħula mbiegħda biex meta jmur is‑saċerdot ikun jista’ jamministra s‑sagramenti u jagħti l‑għajnuna li jkun hemm bżonn. Din hija ħidma ta’ tbatija u sogru. It‑toroq f ’dawn l‑irħula fil‑qalba tal‑foresta jew fuq il‑muntanji, mhumiex faċli li ssuq fihom, u jekk tagħmel ix‑xita u ma toqgħodx attent tista’ teħel. Min hu l‑missjunarju Il‑missjunarju meta jxandar l‑Evanġelju lill‑ġnus, għandu jagħraf il‑misteru ta’ Kristu, li tiegħu hu l‑ambaxxatur, b’daqstant fiduċja li ma jibżax jitkellem kif jeħtieġ u lanqas mill‑iskandlu tas‑salib. Waqt li jimxi wara l‑eżempju tal‑Imgħallem tiegħu, li hu ta’ qalb ħelwa u umli, għandu jagħti prova li l‑madmad tiegħu

Maria ma’ Dun Anton Grech u l‑Isqof Mons. Domingo Buezo Leiva meta tbierket Casa Santa Isabel.

ħelu u t‑toqol tiegħu ħafif. B’ħajja tassew Evanġelika, b’sabar kbir, bil‑ħlewwa, b’qalb miftuħa u b’imħabba sinċiera, għandu jagħti xhieda tal‑Mulej tiegħu, u jekk meħtieġ sat‑tixrid tad‑demm. Huwa jitlob u jaqla’ mingħand Alla l‑virtù u l‑qawwa biex jagħraf li l‑ferħ kien kotran fejn il‑prova kienet twila u l‑faqar bla tarf. Huwa għandu jikkonvinċi ruħu li l‑ubbidjenza hija virtù karatteristika tad‑dixxiplu ta’ Kristu li bl‑ubbidjenza tiegħu feda l‑ġnus tal‑bnedmin. (Ad Gentes 24) L‑għajunua lill‑missjunarju Dawn il‑missjunarji jafu sewwa bil‑perikli li huma qegħdin fihom, però huma jafu wkoll li Alla hu magħhom u lesti jilqgħu

d‑don tal‑martirju jekk Alla jkun irid jagħtihom din il‑grazzja. Għalhekk, hija ħaġa sabiħa li l‑parroċċa u d‑djoċesi minn fejn ikunu ħarġu dawn il‑missjunarji, ma tinsihomx mhux biss bl‑għajnuna finanzjarja,

Il‑grupp jaqsam xmara biex imur minn raħal għal ieħor. 13


Ġunju 2020

iżda fuq kollox bil‑preżenza ta’ wħud mil‑lajċi tagħha li jmorru jgħinu u jissapportjaw lill‑missjunarju. Huma ħafna l‑gruppi minn diversi parroċċi li għamlu din l‑għażla u marru ħdejn Dun Anton u Dun Mario jgħinuhom b’kull mod. Huma wkoll diversi l‑lajċi li ġew mill‑Gwatemala hawn Malta u ħadu formazzjoni f ’diversi oqsma. Tnejn minnhom proprju ġew qagħdu tliet xhur hawn biex jaraw l‑istrutturi li jagħtu s‑servizz soċjali u kif jitmexxew. Hekk ikompli l‑Ad Gentes: Sakemm ma titħalliex fil‑ġenb il‑ħidma missjunarja universali, ikun ta’ siwi kbir li jinżamm kuntatt mal‑missjunarji li ħarġu mill‑komunità jew ma’ xi parroċċa jew djoċesi partikolari sabiex il‑komunjoni bejn il‑komunitajiet tidher u tisfa’ ta’ ġid għaż‑żewġ naħat. Hekk hija l‑komunità li titlob, li tikkopera u tagħmel ħidma fost il‑ġnus permezz ta’ dawk fost uliedha li Alla għażel għal dan ix‑xogħol l‑aktar għoli. (Ad Gentes 37) Permezz ta’ ħafna benefatturi, kif ukoll b’għotja sostanzjali minn Missio Għawdex u l‑ħidma u l‑għaqal ta’ Dun Anton megħjun minn Dun Mario Curmi, infetħet dar; Casa Santa Isabel, biex fiha ssir 14

SAN PIETRU APPOSTLU – MARIA ATTARD

Laqgħa mas‑saċerdoti.

il‑ħidma li Dun Anton talabna ngħinuh fiha. Hija ħidma mifruxa li tinvolvi mhux biss dik diretta mat‑tfajliet ommijiet, iżda wkoll ħidma ta’ formazzjoni fil‑qasam soċjali, ħidma ta’ għarfien fl‑iskejjel, fl‑universitajiet u fil‑parroċċi, kif ukoll ħidma ma’ aġenziji lokali u barranin li jistgħu jagħtu s‑sapport tagħhom bl‑esperjenza tagħhom f’dan ix‑xogħol. L‑Istituti Sekulari Id‑dokument Ad Gentes jindirizza wkoll lill‑Istituti Sekulari li huma magħmulin minn lajċi kkonsagrati. Jien waħda minn dawn il‑lajċi, u għalhekk hija indirizzata lili wkoll bħala lajka kkonsagrata. Dan jgħid id‑dokument hekk attwali: Billi l‑Istituti Sekulari, bl‑ispirazzjoni tal‑Ispirtu s‑Santu, qegħdin jikbru kuljum iżjed fil‑Knisja, il‑ħidma tagħhom, taħt l‑awtorità tal‑Isqof, tista’

tkun ta’ ġid fil‑missjonijiet taħt aspetti differenti bħala sinjal ta’ dedikazzjoni sħiħa għall‑evanġelizzazzjoni tad‑dinja. (Ad Gentes 40) Fl‑artijiet tal‑missjoni l‑lajċi, kemm dawk ġejjin minn barra l‑pajjiż kif ukoll dawk tal‑post, għandhom jgħallmu fl‑iskejjel, jamministraw il‑ġid temporali, jikkollaboraw fil‑ħidma parrokkjali u djoċesana, jibdew u jġibu ’l quddiem l‑appostolat tal‑lajċi ta’ għamliet differenti sabiex il‑fidili tal‑knejjes il‑ġodda jkunu jistgħu mill‑aktar fis jieħdu sehem fil‑ħajja tal‑Knisja. Il‑lajċi għandhom joffru bil‑qalb il‑koperazzjoni tagħhom fil‑qasam ekonomiku u soċjali lill‑popli li jkunu qegħdin jiżviluppaw. Din il‑koperazzjoni ħaqqha tifħir akbar aktar ma jkollha x’taqsam mat‑twaqqif ta’ istituti li jaħdmu fuq l‑istrutturi fundamentali tal‑ħajja soċjali jew ikunu


Ġunju 2020

mwaqqfa għall‑formazzjoni ta’ dawk li jkollhom f ’idejhom ir‑reponsabbiltà tal‑ħajja pubblika. (Ad Gentes 41) Dan jista’ jsir ukoll meta jimxu fuq dak li jkompli jgħid id‑dokument dwar il‑lajċi kkonsagrati: Għandhom jaħdmu id f ’id u bi spirtu ta’ aħwa ma’ dawk li mhumiex Insara, l‑aktar mal‑membri tal‑organizzazzjonijiet internazzjonali, waqt li jżommu dejjem quddiem għajnejhom li ‘’... il‑belt tal‑art tinbena dejjem fuq il‑Mulej u timxi lejh’’. (Ad Gentes 41) Nirringrazzja lil Alla li sejjaħli għal din il‑ħidma, don kbir u nroddlu ħajr li għedtlu ‘iva’. Kieku għedt ‘le’ kemm kont nitlef ġid u grazzji. Mhux jien biss, iżda tant nies, min b’mod u min b’ieħor, li qed jibbenifikaw. Alla m’għandux età biex isejjaħ. Jara l‑qalb u d‑disponibiltà. Gost tiegħu jagħti s‑sorpriżi. Dment li ninduna, nitbissimlu u ngħidlu: “Hawn jien.” Ma’ Santu Wistin ngħid: “Nibża’ minn Alla għaddej li ma nmurx inkun aljenata u ma nindunax u nagħmel ir‑rieda tiegħi flok tiegħu.” Referenza: Ad Gentes: Digriet tal‑Konċilju Vatikan II dwar il‑Ħidma Missjunarja tal‑Knisja. 

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 15


SANTA INFANZJA

Ġunju 2020

Ħolma li Saret Realtà

X

’timmaġina li ser joħroġ minn sħaba trab tielgħa mill‑art? Żgur li mhux xi tifel jew tifla! Imma grupp ta’ voluntiera minn Missio li ftit tax‑xhur ilu żaru r‑raħal ta’ Chikwawa fil‑Malawi, inħasdu mhux ftit xħin minn sħaba trab tielgħa mill‑art jilmħu tfajjel jitkaxkar fuq irkopptejh riesaq lejhom. Dan ma kien ħadd ħlief Ganisani, tfajjel ta’ madwar tlettax‑il sena li jsofri minn 16

diżabilità li timpedih milli jimxi fuq saqajh. Ganisani, tfajjel gustuż u simpatiku, twieled bla saħħa f ’saqajh u għalhekk biex imur min‑naħa għall‑oħra jrid bilfors jitkaxkar fuq irkopptejh fit‑trab tat‑triq. Meta kien għadu żgħir, kien aktar faċli għal ommu sabiex terfgħu u tieħdu kull fejn xtaq, inkluż l‑iskola. Imma issa li kiber u fih kważi daqs ommu, sar diffiċli għalih

li jmur l‑iskola minħabba li din tinsab ’il bogħod u huwa impossibbli li jitkaxkar għal dak it‑tul kollu. Madanakollu, xorta waħda


Ġunju 2020

l‑omm ikollha tqandlu sabiex taħslu, titimgħu u ddaħħlu fis‑sodda, imma l‑attivitajiet li Ganisani jista’ jagħmel huma limitati ħafna. Bħat‑tfal l‑oħra, it‑tfajjel minn dejjem xtaq ikun aktar indipendenti, imma din kienet ħolma li qatt ma setgħet issir realtà.

kienet biss ħolma. Fejn qabel sħabu kienu jilagħbu miegħu bil‑ballun fit‑trab tal‑art, issa jistgħu jilagħbu miegħu u jqassmulu l‑ballun minn idejhom għal idejh. B’din l‑għotja mhux biss feraħ

Ganisani, ommu u nanntu, imma t‑tfal tar‑raħal kollu, li hekk kif rawh bilqiegħda fis‑siġġu tar‑roti u mhux aktar fit‑trab tal‑art, telqu jiġru bih fost id‑daħk u ċ‑ċapċip ferrieħi tagħhom. 

Bis‑saħħa ta’ diversi donazzjonijiet li daħlu minn benefatturi Maltin u Għawdxin waqt il‑maratona li Missio organizza s‑sena l‑oħra, ħafna kienu dawk it‑tfal u adulti f ’pajjiżi tal‑missjoni, li bbenefikaw minn siġġu tar‑roti. Fosthom Ganisani, li bis‑saħħa ta’ siġġu tar‑roti maħdum speċifikament għall‑bżonnijiet tiegħu, kiseb l‑indipendenza li qabel 17


SANTA INFANZJA

Ġunju 2020

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€100 – 10 pjanċi tal‑metall biex isir saqaf ta’ kappella f’żona rurali

€35 – rota lil tifel jew tifla

€50 – ikla sħuna għal 30

biex imorru l‑iskola

anzjan li ta’ kuljum iħabbtu d‑djar tas‑sorijiet għall‑ikel

€300 – tħaffir ta’ spiera għal

€2,500 – mutur għal

ilma nadif fi skola

katekist sabiex jilħaq nies f’żoni remoti

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 18


Ġunju 2020

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 19


Ġunju 2020

Rajt Raġel Rajt raġel liebes l‑abjad u għajjien, taħt ix‑xita qawwija u r‑riħ kiesaħ, tiela’ bil‑mod lejn l‑artal mimli wġigħ, mimli tbatija, imma anki tama. Rajt raġel xiħ, izappap tiela’ ħafna taraġ u fuq spallejh l‑uġigħ kollu tad‑dinja. Rajt raġel miġbur fis‑skiet tiegħu, imqanqal fit‑talb tiegħu, jitlob il‑maħfra tad‑dnubiet kollha tal‑bnedmin u s‑salvazzjoni tagħhom. Rajt raġel qalb il‑bnedmin iqum bilwieqfa fuq kulħadd, biex jitlob għal kulħadd. Rajt raġel jgħid: “Ħadd ma jsalva waħdu”, għax m’aħniex waħedna jekk nemmnu f’Alla u s‑salvazzjoni tiegħu. Rajt raġel li mill‑bnedmin l‑oħra kollha tad‑dinja jsalva għax emmen u jibqa’ jemmen għal dejjem. Miktuba minn Giuseppe Messe Traduzzjoni għall‑Malti minn Evarist Bartolo

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

20


Ä unju 2020

21


Ġunju 2020

IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

San Ġużeppi De Anchieta ‑ Ġiżwita

Ġ

użeppi De Anchieta twieled nhar il‑festa ta’ San Ġużepp, fid‑19 ta’ Marzu 1534. Il‑ġenituri tiegħu kienu nies sinjuri. Missieru, Juan Lopez De Anchieta, kien sid ta’ bosta artijiet u ommu kienet dixxendenti ta’ gwerrieri f ’Tenerife. Ommu kienet ukoll tiġi mill‑familja tal‑fundatur tal‑Ġiżwiti Injazju minn Lojola. Ta’ 14‑il sena De Anchieta mar jistudja l‑Portugal fir‑Royal College of Arts. J. Formosa jgħid fuq De Anchieta: “Żagħżugħ li kkonsagra lilu nnifsu lill‑Madonna u daħal mal‑Ġiżwiti f ’Coimbra, il‑Portugal, fis‑sena 1551. Ta’ 19‑il sena ntbagħat il‑missjoni fil‑Brażil. Hawnhekk għadda 44 sena fejn waqqaf diversi missjonijiet. Dan ġara għaliex waqt in‑novizzjat tiegħu saħħtu marret lura u żloga x‑xewka ta’ dahru, li baqgħet tikkawżalu wġigħ għall‑bqija ta’ ħajtu. Billi l‑klima tal‑Brażil kienet ikkunsidrata bħala waħda tajba għal saħħtu, kien għalhekk li s‑superjuri bagħtuh f ’dan il‑pajjiż kbir.” De Anchieta flimkien ma’ tnax‑il Ġiżwita ieħor beda ħidma ma taqta’ xejn ta’ konverżjonijiet, magħmudijiet u edukazzjoni li l‑Ġiżwiti huma 22

magħrufa sew għalihom. Huwa għallem il‑Latin lil dawk li kienu qegħdin jitħejjew biex iħaddnu l‑Ordni Sagri. Imħeġġeġ biex jiġbed lin‑nies lejn Kristu u lejn ir‑reliġjon Nisranija, De Anchieta ġabar kliem fil‑lingwa tat‑Tupi miġburin f ’dizzjunarju u grammatika, kif inhi d‑drawwa ta’ missjunarji Ġiżwiti; dik li jagħmlu kuntatt man‑nies lokali ta’ fejn ikunu. F’Sao Paolo, Ġużeppi flimkien mas‑Superjur tiegħu, waqqfu missjoni u skola. Il‑post Sao Paolo nħareġ minn din il‑missjoni li taf il‑bidu tagħha fil‑festa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl fl‑1554. Naturalment ma kienx kollox ward u żahar. Inqala’ xi disgwid bejn xi tribujiet li ma ridux lill‑Portugiżi, u Ġużeppi nżamm ostaġġ. Formosa jkompli jgħid: “Matul it‑tliet xhur li kellu jgħaddi iżolat minn kulħadd u fi frustrazzjoni mhux żgħira, Ġużeppi kkompona poeżija bil‑Latin ta’ aktar minn 4,000 vers f ’ġieħ il‑Verġni Mbierka. Dan għamlu speċjalment biex jegħleb it‑tentazzjonijiet li kien qed iġarrab f ’dan l‑iżolament. De Anchieta nħatar saċerdot fil‑Katidral ta’ Bahia, f ’Ġunju

tal‑1566, fl‑eta’ ta’ 32 sena. Issokta b’missjoni oħra f ’Rio De Janeiro fejn skopra kemm in‑nies indiġeni kienu jħobbu d‑drammi. Għalhekk għallem atturi jirreċtaw suġġetti reliġjużi biex permezz tal‑palk jgħallem lill‑udjenzi tiegħu.” De Anchieta huwa magħdud bħala l‑fundatur tal‑Letteratura Brażiljana. Ir‑rapporti dettaljati li ħalla Ġużeppi De Anchieta jgħinuna nifhmu l‑ħajja mgħajxa, it‑tagħrif, id‑drawwiet u l‑meravilji tan‑natura flimkien mal‑Ġeografija tal‑Brażil. Il‑prinċipju li kellu dan il‑qaddis kien: “L‑ebda ħaġa mhi tqila jekk l‑iskop tagħha huwa l‑ġieħ t’Alla u s‑salvazzjoni tal‑erwieħ.” San Ġużeppi De Anchieta miet nhar id‑9 ta’ Ġunju 1597 u jiġi mfakkar fl‑istess jum. 


Ġunju 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


Ġunju 2020

EVERYTHING IS INTERCONNECTED – SARAH AZZOPARDI

A Great Weekend in Rome!

T

he weekend in Rome organised by the Conference of Friars Minor of Italy (COMPI) in the Pontifical University ‘Antonianum’ was based on Pope Francis’ encyclical ‘Laudato Sí’, giving life to St. Francis’ views of beauty and fraternity, with all of creation and earth being our mother and sister. The weekend was full of input sessions and discussions on integral ecology where St. Francis’ views were seen as solutions to today’s challenges of environmental degradation, decrease in the quality of life, increase in poverty, increase in the refugee population 24

and immigration through creating healthy human societies that promote beauty, cultural diversity, dignity and justice for all across generations. The weekend was for youths who, in their own way, all are potential seeds that can make a difference and bring about positive change in their workplace, their home and their locality. The format of the weekend was partly theoretical and partly experiential in the form of visits to organisations that are helping the poor and support the environment.

The weekend workshop challenged the participants’ values and perspective for a shift in paradigm, a deep change in the way we live through an increase in awareness of the interconnectedness of all. One of the perspectives that was challenged was the anthropological. The way modern man has lived has given rise to an increase in individualism, self‑sufficiency, gender issues and disconnectedness from nature. The way education and modern culture has been developing created a gap between


Ġunju 2020

humanity and nature. By living the perspective that man is at the centre of creation, man’s relationship with nature has been distorted and has put him in a position to control creation, which resulted in man misusing and destroying natural resources, and simplifying the relation with nature to that of consumerism and market goods. Another challenge posed was a theological one. Apart from the destruction of the relation of man with nature, Western modern man has also a distorted way of perceiving God.

Our present ecological crisis will get worse if we do not reject the axiom that nature has no reason for existence other than that to serve man. Therefore, the perspective challenge consists of understanding that if we are to love one another, we are also to love and take care of what God created, since taking care of nature – our common home – is taking care of others. A question was also posed as to why protect indigenous people and the Amazon in particular. Given that the Amazon supports global common life, including the quality of air we all breathe and the amount of fresh

water on our planet, then it is up to all of us to protect and support this region. The indigenous people’s culture respects the Amazon and nature in general, and given that modern man has a capitalist mind set where nature is an object of manipulation and is used to accumulate material wealth, mediation between the two cultures becomes important for understanding the need of returning to the right mind set and have humanity as part of and not the centre of creation. This is the change in paradigm that modern man has to go through to be able to

Photo: ‘Croce e via al tramonto’, by Giuseppe Siniscalchi (2014), exposed in the Pinacoteca Museo Sant’Egidio, Convento di San Pasquale of the Friars Minor of Taranto. The ‘fronteversismo’ is an artistic, philosophical and cultural movement initiated by this lawyer and painter from the Puglia Region; it underlines the necessity to go beyond appearances and delve deeper in every field, in order to regain an integration with oneself, others and creation. 25


Ġunju 2020

EVERYTHING IS INTERCONNECTED – SARAH AZZOPARDI

Our Lady of the Amazon

solve global issues. Unlike globalised, international companies that promote the ‘colonialist way of creating economies’ (thinking globally and acting locally), integral ecology challenges us to start ‘thinking locally and acting globally’. In this new paradigm, local communities, such as indigenous tribes in the Amazon whose lifestyle embraces the care of nature, can be respected and we can also learn from them to apply their knowledge and wisdom in order to address and act upon global issues. Fr. Roberto Carrasco Rojas Synod Father and missionary (Peru): “Pope Francis says in Laudato Si that everything is connected. For us, men and women, to be human is to 26

be in relationship. So if we are to be in relationship, the indigenous teach us exactly that. They teach that we are first in relationship with God, second with nature and third of all with ourselves.”

Amazon have our Lady of the Amazon, and as Fr. Roberto Carrasco Rojas Synod Father claimed: “One of the things that we have to understand with this sculpture is that it is a nice symbol to understand that Just like God who created and God, who is both father and is the father of everything, mother, gives us the Amazon, thus making us humans as not only for a group or for a brothers and sisters with every country; it is for the world.” other human and creature It is what the indigenous on earth, ‘Madre terra’ is the people have preserved as mother and female figure, part of their spirituality, the just like Mary is the mother human connection to nature of Jesus. She is a mother of and respecting it, something all, and a representation of which the Western capitalist the feminine part of God societies need to relearn from. which nurtures and upholds humanity, an idea that has The experiential part of the been in the past shunned weekend seminar included out in the post‑modern visits to social organisations, and modern society. The such as ‘Emmaus’, where indigenous people in the environmental and social


Ġunju 2020

needs are met by recycling unwanted material, such as paintings, furniture and jewellery for reuse. A visit to ‘Comunità Sant’Egidio’ highlighted the fundamental importance of cultivating genuine friendship relationships with the excluded. Companionship with whoever is in need – the elderly, homeless, migrants, disabled, street children, minors in the peripheries, prisoners – is the distinctive trait of the lives of whom is part of Sant’Egidio, in the different continents. The service with the poor is rooted in gratuity and voluntary work, where

those who are helped are the ones who help others too. No community, not even the youngest or the poorest, is too poor or has too many difficulties to be able to help the poor that it meets. Through discussions and experiential learning in various social organisations, integral ecology was presented not as one option, but the only option and path humanity must tread upon in order to have healthy political and economic systems supported by the right spiritual insight that integrated all cultures and created a balance between

man, culture and the environment. The weekend workshop was an enriching experience on all levels, also making one realise that the beauty, joy and happiness that was shared in the group and the places visited are also a requirement for humanity to realise that the sacredness of life is in time, in the moment. A big thanks to the Franciscan Friars of Italy for inviting us over to this great initiative, for which we were also accompanied by Fr. Loreto Zerafa OFM and Fr. Mark Ciantar OFM. Sarah Faith Azzopardi Leander Duca 

Biex infiq għandi bżonn id‑demm.

Int tista’ tgħinni?

Grazzi mill‑qalb! 27


Ġunju 2020

MISSJUNARJI KBAR – MRO. MANOEL PIROTTA

Domenico Zipoli

Missjunarju Ġiżwita Qalb l‑Indjos

Z

ipoli twieled fis‑17 ta’ Ottubru 1688 fil‑belt żgħira ta’ Prato, ftit passi bogħod minn Firenze l‑kapitali tat‑Toskana, minn Sabatino Domenico u Eugenia Varrochi. Jidher li ħadd minnhom ma kellu ġibda lejn il‑mużika, iżda għad li missieru kien bidwi jieħu ħsieb parti mill‑għelieqi tal‑familja nobbli Nardini, Domenico xorta waħda trabba f’epoka mill‑aktar mużikali li qatt ipproduċiet l‑Italja Barokka. F’raħlu stess, insibu lil Matteo da Prato, bennej tal‑orgnijiet tas‑seklu 15, u lil Giovanni Francesco Beccatelli (1679‑1734), ‘maestro di cappella’ Fjorentin, organista tal‑Katidral ta’ Prato u l‑ewwel għalliem tal‑orgni ta’ Zipoli (1704‑7). Bħala Korist Katidrali, 28

il‑ġenju mużikali tiegħu malajr ġie nnutat, u bis‑saħħa tal‑Gran Duka Kosmu III, fl‑1708 Zipoli ntbagħat Firenze biex jistudja l‑orgni ma’ Giovanni Maria Casini (1652‑1719). Ħa ftit lezzjonijiet mingħand il‑kompożitur ċelebri Naplitan Alessandro Scarlatti (1660‑1725) li kien magħruf għall‑opri tiegħu, imma kienu spiċċaw tlewmu bejniethom minħabba kwistjoni t’opinjoni. Iżda l‑formazzjoni żagħżugħa tiegħu ma waqfitx hawn: fl‑1709 mar kompla jistudja fil‑kunvent ta’ San Barnazino f ’Bolonja taħt it‑teoriku Lavinio Felice Vannucci u sa fl‑aħħar f ’Ruma, mal‑veteran Bernardo Pasquini (1637‑1710), minn fejn ħareġ organista u kompożitur komplut. Il‑fama tiegħu fis bdiet tinxtered bħala kompożitur ta’ ħila kbira biż‑żewġ oratorji f ’ġieħ Sant’Antnin u Santa Katarina (illum it‑tnejn mitlufin), u s‑‘Sonate d’intavolatura per organo e cimbalo’ stampat fl‑1716, mal‑ħatra prestiġjuża tiegħu bħala organista u ‘maestro di cappella ta’ Chiesa del Gesù’ ‒ il‑knisja omm il‑Ġiżwiti. Iżda

minkejja dawn is‑suċċessi kollha, Zipoli ħalla l‑karriera mużikali brillanti kollha warajh u minflok, fl‑1716, mar Sevilla fi Spanja u f ’Lulju ngħaqad mal‑Kumpanija ta’ Ġesù. Ix‑xewqa tiegħu kienet li jintbagħat missjunarju f ’waħda mill‑kolonizzazzjonijiet Ġiżwitiċi f ’Rio de la Plata fl‑Amerika t’Isfel fi żmien il‑ħakkiema Spanjoli u Portugiżi. U hekk ġara. Kien għadu novizz meta telaq minn Spanja flimkiem ma’ 53 missjunarju ieħor u wasal Buenos Aires fit‑13 ta’ Lulju 1717. Ħafna missjunarji kienu jmorru hemm b’bażi akkademika soda, fosthom surmastrijiet tal‑mużika, u oħrajn jafu jibnu l‑istrumenti tad‑daqq. Uħud minnhom, bħal fil‑każ ta’ Zipoli, kienu famużi fl‑Ewropa, imma għax imħajrin minn din l‑utopja ta’ ħajja ġdida, kienu lesti li jħallu l‑pożizzjonijiet prestiġjużi u privileġġjati tagħhom warajhom, u jaqsmu l‑oċean kollu, f ’vjaġġ perikoluż u mimli tbatija, biex jidħlu f ’dinja mhix magħrufa. Mill‑kontinent Ewropew, magħhom kienu


Ġunju 2020

jġibu l‑mużika kif nafuha aħna u strumenti bħall‑kitarra u l‑vihüela ‒ li nġiebu l‑Paragwaj mill‑esploratur Pedro Mendoza ‒ kif ukoll tnabar, flawti u tipi differenti ta’ trumbetti. Dawn malajr xterdu mal‑kontinent il‑ġdid u bdew jiġu mgħallma mill‑missjunarji fid‑diversi ‘reductions’ li kellhom taħt idejhom, mibdijin fis‑Seklu 16 mill‑patrijiet Dumnikani u Franġiskani. Dawn ir‑‘reductions’, kolonji nofshom indipendenti mill‑kolonisti Spanjoli u l‑ħakma tagħhom; speċi ta’ stat fi stat, twaqqfu apposta mill‑Ġiżwiti bħala missjonijiet Insara fl‑inħawi fejn illum hemm il‑Paragwaj, il‑Brażil u l‑Arġentina, ġar tiegħu, fejn jgħammru l‑popli Gwarani. Il‑Ġiżwiti kienu jipproteġu l‑indiġeni kontra kull forma ta’ jasar u xogħol sfurzat min‑naħa tal‑konkwistaturi, jirrispettaw l‑ilsien nattiv tagħhom, jixħtu ħafna attenzjoni fuq il‑ħtiġijiet l‑aktar vitali tagħhom, filwaqt li joffrulhom ir‑riti u s‑servizzi Kattoliċi, u l‑purċissjonijiet bl‑aktar mod pompuż possibbli kif kienet taf toffri l‑mużika Barokka. F’Malta wkoll, qabel il‑‘Motu proprio’ tal‑Papa Piju X dwar il‑mużika liturġika (1903), il‑mużika fil‑knejjes kienet issir bl‑istess mod bix‑xogħlijiet ‘operistiċi’ ta’ Nani u Bugeja. Dan kollu

kien isir għal biex l‑Indjos Gwarani jinġibdu lejn ir‑‘reductions’. Infatti, Zipoli dan kien xogħlu: jgħallimhom idoqqu bl‑għan li jiżviluppalhom it‑talent mużikali naturali tagħhom, idoqqilhom l‑orgni u jikkomponilhom il‑mużika bħala mezz t’evanġelizzazzjoni. Kemm dam fir‑‘reductions’ tal‑Paragway, Zipoli kompla jistudja għall‑qassis f ’Córdoba, fl‑Arġentina tal‑lum, iżda ma setax jordna minħabba li ma kienx hemm isqof disponibbli. Tul l‑aħħar snin ta’ ħajtu, serva bħala direttur tal‑knisja tal‑Ġiżwita tal‑lokal u xogħlijietu saru magħrufa sa Lima, il‑Perù. Miet fid‑dar tal‑Ġiżwiti f ’Estancia de Santa Catalina qrib Córdoba fit‑2 ta’ Jannar 1726 wara li nħakem minn marda infettiva. Iżda, għad li miet qasir il‑għomor, il‑mużika tiegħu għadha tidwi fl‑Amerika Latina sal‑ġurnata tal‑lum. Ħafna ħasbu li l‑mużika li Zipoli kiteb fl‑Amerika t’Isfel, sfat meqruda flimkien ma’ xi dokumenti oħrajn u xogħlijiet tal‑arti, eżatt wara t‑tkeċċija tal‑Ġiżwiti fl‑1767. B’xorti tajba, dawn reġgħu nstabu f ’nofs is‑seklu li għadda

bis‑saħħa tal‑mużikoloġista Ċilen Samuel Claro u l‑arkitett u restawratur tar‑‘reductions’ ta’ Chiquitos, l‑Iżvizzeru Hans Roth. Din t’hawn taħt hija għażla bil‑għaqal ta’ wħud mill‑aqwa xogħlijiet, minbarra dawk li diġà semmejna, li ħallielna Zipoli. Ikollkom ċans, isimgħuhom għax vera sbieħ: Sagra

Profana

Misa a San Ignacio

Sonata en La mayor para violín y bajo continuo

Missa Brevis

Adagio per oboe, cello, organo e orchestra

Vespri di S. Ignacio

Aria in Fa

Iesu dulcissime ‒ Reparationis actus

Cantata: ‘En este mundo inconstante’

O Gloriosa Virginum

Cantata: ‘O Daliso, da quel dí che partisti’

Beatus Vir

Retirada del emperador de los Dominicos de España

Opera ‘San Ignacio de Loyola’

Battalia Imperiale

Aktar artikli mill‑istess awtur jinsabu fuq OAR@UoM (https://www.um.edu. mt/library/oar/)  29


Ä unju 2020

Ittra mill‑Missjoni Rev. Mgr. Valentino Borg Director Pontifical Mission Societies Mission Office, 7, Merchants Street Valletta VLT 1171, MALTA Rev. Mgr. Valentino Borg and Rev. Fr. Victor Agius, Greetings from Carmelgiri Seminary. I write these few lines to express our deepfelt gratitude for your gracious visit to St. Joseph Pontifical Seminary, Carmelgiri, Alwaye. The staff and students were very happy about the community celebration of the Holy Eucharist and your inspiring homily on Mission and importance of having faith in divine providence. The promise by you that you will try to give us some partial support for the maintenance of the seminary was a real encouragement. I would like to thank also for the Mass intentions EUR 420 and the donation of EUR 500. It was a sign of your concern for our seminary. I am in receipt of your letter and the document. Thank you so much for your generosity in offering us EUR 500 for some maintenance work. I will do as you have directed me with regard to the use of your contribution. As you have personally seen during your visit, our urgent need is to replace the leaking asbestos sheets of the roof of the main building and the auditorium. If we do not make some maintenance before the next monsoon, the brothers might find it difficult to sleep in the dormitory which is leaking so much. The exchange rate of Euro with Indian rupees is 77.86 and a subsidy of 500 Euro will make only Rs. 38930 with which we may not be able to begin at least a portion of the roof maintenance. Hence I request you to consider finding us some more financial support for the maintenance of the roof before the next monsoon arrives. I am glad to attach a few photos taken on the occasion of your visit to Carmelgiri seminary. Once again I would like to thank you and all your generous benefactors for the commendable ministries you are doing in various parts of India. We offer our humble prayers for all of you. I remain yours sincerely in our Lord,

Fr. Chacko Puthenpurackal Rector

30


Ä unju 2020

31


AĦBAR MILL‑VATIKAN

Ġunju 2020

Il‑Papa Jwaqqaf Fond Ta’ Emerġenza Sabiex Jgħin Lil Dawk L‑Aktar Milquta Mill‑Covid‑19

F

tit tal‑ġimgħat ilu, ġie mħabbar li Papa Franġisku stabbilixxa fond ta’ emerġenza fi ħdan is‑Soċjetajiet Missjunarja ta’ Misso. Id‑dħul ikkontribwit għal dan il‑fond huwa ddestinat għall‑għajnuna ta’ dawk in‑nies u komunitajiet li qed jintlaqtu traġikament mit‑tixrid tal‑ COVID‑19. Il‑flus se jmorru direttament lill‑pajjiżi fil‑missjoni permezz ta’ strutturi u istituzzjonijiet tal‑Knisja. Il‑Kardinal Tagle, Prefett tal‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli, qal: “Fil‑kompitu tagħha ta’ evanġelizzazzjoni, il‑Knisja spiss tkun fuq quddiem nett fit‑theddid kbir għall‑benesseri tal‑bniedem. Fl‑Afrika biss, hemm ’il fuq minn 74,000 reliġjuż u aktar minn 46,000 saċerdot li bejniethom joperaw 7,274 sptar u klinika, 2,346 dar għall‑anzjani u dawk vulnerabbli, filwaqt li 32

jedukaw ’il fuq minn 19‑il miljun tifel u tifla f ’45,088 skola primarja. F’ħafna żoni rurali dawn huma l‑uniċi fornituri ta’ kura tas‑saħħa u edukazzjoni. Il‑Papa qed isejjaħ lin‑netwerk vast kollu tal‑Knisja sabiex jiffaċċja l‑isfidi li ġejjin.” Papa Franġisku mhux biss fetaħ il‑fond, imma kien ukoll l‑ewwel wieħed li kkontribwixxa għalih. Il‑kontribuzzjoni inizjali magħmula mill‑Papa kienet ta’ 750,000 USD (€690,000). Huwa appella lill‑entitajiet kollha tal‑Knisja u individwi li huma kapaċi u jixtiequ jgħinu, biex jikkontribwixxu għal dan il‑fond permezz tas‑Soċjetajiet Missjunarja ta’ Missio f ’kull pajjiż. Meta spjega l‑għan tal‑fond, il‑President tas‑Soċjetajiet Missjunarja ta’ Missio, l‑Arċisqof Dal Toso qal: “Dan il‑fond għandu l‑għan li jappoġġja l‑preżenza tal‑Knisja fit‑territorji tal‑missjoni, li wkoll qed ibatu l‑konsegwenzi tal‑‘Corona Virus’. Permezz tal‑attività tal‑Knisja li tipprietka l‑Evanġelju u tal‑għajnuna prattika permezz

tan‑netwerk vast tagħna, nistgħu nuru li ħadd mhu waħdu f ’din il‑kriżi. F’dan is‑sens, l‑istituzzjonijiet u l‑ministri tal‑Knisja għandhom rwol vitali. Din hija l‑intenzjoni tal‑Papa sabiex jistabbilixxi dan il‑fond. Waqt li tant qed ibatu, aħna niftakru u nilħqu lil dawk li jista’ ma jkollhom lil ħadd min jieħu ħsiebhom, u b’hekk nuru l‑imħabba ta’ Alla l‑Missier. Nappella lin‑netwerk tagħna tas‑Soċjetajiet Missjunarji ta’ Missio, preżenti f ’kull djoċesi madwar id‑dinja, biex jagħmlu dak li jistgħu sabiex jappoġġjaw din l‑inizjattiva importanti tal‑Papa.” Permezz tas‑Soċjetajiet Missjunarji ta’ Missio, il‑Papa huwa kapaċi jsostni iktar minn 1,110 djoċesi li jinsabu fil‑biċċa l‑kbira tagħhom fl‑Asja, fl‑Afrika, fl‑Oċeanja u f ’parti mir‑reġjun tal‑Amażonja. Sabiex tikkontribwixxi tista’ tuża ‘Bank Transfer’:

Missio Malta IBAN: MT94APSB770130000000 41474120039 Swift Code: APSBMTMT


Ġunju 2020

Kuntatti Mistoqsijiet fuq saħħa ġenerali: +356 21 324 086/111 Għajnuna dwar it-tqassim tal-ikel u mediċini għal dawk li jinsabu fuq kwarantina mandatorja: +356 21 411 411 Helpline għall-anzjani (60+) li m’għandhomx appoġġ: +356 2590 3030 Mistoqsijiet fuq saħħa ġenerali:

Rapport rigward ksur ta’ kwarantina: @quarantine.covid19@gov.mt Għall-appoġġ waqt li tkun fuq kwarantina:

33


Ġunju 2020

IL‑PADRI KRISTJANI TAD‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR

It‑Tmien Parti Stejjer tal‑Padri għar‑riflessjoni tagħna:

 Abba Makarius: Storja oħra fil‑ħajja axxetika ta’ Abba Makarius hija dik ta’ meta darba waqt li kien qiegħed jitlob fid‑deżert deherlu anġlu u qallu li kien għadu ma laħaqx il‑livell ta’ spiritwalità ta’ żewġ nisa li kienu jgħixu fil‑belt. Għal dan il‑kliem Makarius tħawwad għax ma setax jifhem kif dawn iż‑żewġ nisa fil‑belt setgħu jgħixu ħajja spiritwali aktar minnu, hu li kien ilu jgħix għal tant snin fid‑deżert jipprattika dixxiplina axxetika daqstant awstera, f ’ħajja mogħtija kollha kemm hi għat‑talb, sawm u sagrifiċċji. Għalhekk, imqanqal mix‑xewqa kbira li jkun jaf kif kienu qegħdin jgħixu dawk in‑nisa mar ifittixhom fil‑belt. Wara li dam ftit jistaqsi għal dawn iż‑żewġ nisa twajba sab fejn kienu 34

joqogħdu u mar biex ikellimhom. Iż‑żewġ nisa aħwa stqarrew li huma ma kienu qegħdin jagħmlu xejn speċjali għajr li jgħixu ħajja normali u sempliċi ma’ żwieġhom jaqdu d‑dmirijiet tagħhom mill‑aħjar li jistgħu, kemm bħala nisa miżżewġin kif ukoll bħala ommijiet Kristjani. Huma stqarrew li b’dan il‑mod qed jgħixu ħajja spiritwali intensa jaqdu u jħobbu lil Alla. Minn din il‑ġrajja Makarius fehem sew li mhux biss fil‑ħemda tad‑deżert, imma anki fl‑istorbju tal‑ibliet tista’ tiltaqa’ ma’ Alla, basta wieħed jagħraf jgħix sewwa s‑sejħa li jagħtih Alla.

minna meta nitolbu hija l‑għaqda sħiħa u perfetta tal‑esseri u l‑ħajja kollha tagħna ma’ Alla. Dan hu s‑sehem (Luqa 10,42) li qatt ma jitteħdilna mingħandna. L‑attenzjoni kollha tagħna għandha dejjem tkun iffukata kollha kemm hi fuq il‑qawmien tagħna f ’Alla bħala l‑għajn ewlenija u aħħarija tal‑eżistenza tagħna fid‑dinja. Dan jagħti tifsira sħiħa lil ħajjitna. L‑imħabba lejn Kristu, li timla lill‑bniedem kollu kemm hu, iġġib bidla radikali fina. Kristu għaqqad fih innifsu lill‑bnedmin kollha ma’ Alla u permezz tiegħu biss aħna jista’ jkollna aċċess għall‑Missier.

 Abba Epiphanius: Il‑qari tal‑Iskrittura Mqaddsa huwa għalina l‑aqwa protezzjoni kontra d‑dnub.  Abba Archimandrite Sophroni: L‑akbar grazzja importanti li għandha tintalab u tkun mixtieqa

 Abba Hyperechius: Huwa t‑tfesfis qarrieqi tas‑serp li kkawża t‑tkeċċija ta’ Adam u Eva mill‑ġnien


Ġunju 2020

ta’ Eden; hekk kull min jitkellem kontra l‑proxxmu jkun serp, għax jikkorrompi r‑ruħ ta’ dak li jkun qiegħed jisimgħu u ma jsalvax ruħu. Meta nħarsu b’disprezz lejn xi ħadd minħabba l‑kulur tal‑ġilda tiegħu, minħabba n‑nazzjonalità tiegħu jew  Abba Agathon: Bniedem minħabba xi ħaġa oħra li hu rrabjat, anki jekk differenti minna nkunu iqajjem il‑mejtin mill‑mewt, qed neqirdu r‑ruħ tagħna mhu qatt aċċettat minn bid‑dnub. U ladarba Alla. Qatt ma mort norqod l‑Ispirtu s‑Santu jgħammar b’sentimenti ta’ rabja jew f ’kull bniedem, kull meta mibegħda kontra xi ħadd, u nonqsu mir‑rispett tagħna sa fejn stajt qatt ma ħallejt lejn xi ħadd minħabba xi lil xi ħadd ieħor imur kundizzjoni tiegħu, inkunu jorqod b’sentimenti ta’ rabja qed nonqsu mill‑qima jew mibegħda kontrija. tagħna lejn l‑Ispirtu s‑Santu li jgħammar fih. Għalhekk, hu għaqal għall‑bniedem li jevita lil xi ħadd li jkun qed jitkellem kontra xi ħadd minħabba l‑kulur ta’ ġildu jew minħabba xi kundizzjoni oħra li jkun tah Alla.

 Abba Ġwanni: In‑nies twajba u qaddisa huma bħal masġar mimli siġar u xtieli ta’ kull għamla, kollha jagħtu frott differenti, imma kollha jieħdu l‑ilma u n‑nutrimenti tagħhom mill‑istess għajn; hekk l‑istess l‑għemejjel ta’ dawn in‑nies, għalkemm jistgħu jkunu differenti, imma huwa l‑istess Spirtu Qaddis li qed jaħdem fihom.  Abba Hierax: Wieħed mill‑aħwa staqsieh x’għandu jagħmel biex jikseb is‑salvazzjoni ta’ ruħu. Dan wieġbu: “Mur fil‑kamra tiegħek u jekk jaqbdek il‑ġuħ kul, jekk tkun bil‑għatx ixrob, imma qatt titkellem kontra xi ħadd jew tgħid xi ħaġa ħażina kontrih.” (ikompli fil‑ħarġa li jmiss)

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Ġunju 2020

ĦUT MOQLI MILL‑KOREA

Metodu: 1. Aqsam il‑ħut f’erbà porzjonijiet. 2. Ħallat flimkien is‑‘soy sauce’, il‑ġulġlien u ż‑żejt tal‑ġulġlien ġo skutella. 3. Bill il‑fletti tal‑ħut f’din it‑taħlita u sajjar f’taġen ‘non‑stick’ bi ftit żejt veġetali għal madwar 2 minuti fuq kull naħa.

X’għandek bżonn: • 500 gramma fletti tal‑ħut • 2 Kiwi mqaxxrin u mqattgħin f ’dadi • 2 mgħaref ‘soy sauce’ • 2 mgħaref ġulġlien inkaljat • 2 mgħaref kurrad imqatta’ rqiq • 2 kuċċarini żejt veġetali

4. Neħħi l‑ħut u aqli l‑kurrad u l‑bżar aħdar fit‑taġen. 5. Xħin isiru erġa’ poġġi l‑ħut fit‑taġen biex jisħnu. 6. Poġġi l‑ħut, il‑kurrad u l‑bżar aħdar imsajjar fuq platt u ismot il‑kiwi għal ftit sekondi fl‑istess taġen. 7. Poġġi l‑kiwi fuq il‑ħut, ferrex ftit bżar frisk mitħun fuq kollox u servi immedjatament.

• 2 kuċċarini żejt tal‑ġulġlien • 2 kuċċarini bżar aħdar imqatta’ fin • Ftit bżar frisk mitħun

많이 드세요 manh‑i deuseyo (L‑ikla t‑tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


Ġunju 2020

Adopt a

Grandparent

Combat Loneliness POWERED BY

MALTA

Make a new friend by adopting a grandparent.

Together we can combat loneliness. www.adoptgrandparent.org POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien. 37


KOMPETIZZJONI ‑ ĠUNJU 2020

Ġunju 2020

KAXXA MAĠIKA

Meta tgħodd in‑numri f’kull kolonna u ringiela orizzontali, vertikali u djagonali fil‑kaxxa t’hawn taħt, l‑ammont jiġi dejjem l‑istess. Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri neqsin. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

160

Is‑somma hija 340.

120

30

60

80

150

140 110

40

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ April 2020: Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Noel Dimech minn San Ġwann. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.

Mara: Tixtieq tiekol xi ħaġa?

8 13 9 20 18 11 15 6 19 10 14 7 5 16 12 17

Nitbissmu ftit:

Raġel: X’inhuma l‑għażliet? Mara: Iva jew le! _____________________________________ Imħallef: Għalfejn ġejt arrestat? Ħati: Għax mort nixtri kmieni wisq. Imħallef: Mmm, dak mhux att kriminali, imma kemm kmieni mort tixtri? Ħati: Ħafna qabel fetaħ il‑ħanut! 38

Tfajla: Qalbi, ma jidhirlekx li qed tonfoq wisq flus fl‑alkoħol!! Ġuvni: U int ukoll qed tonfoq wisq fil‑‘make up’ tafx! Tfajla: Isss, imma dak biex nidher sabiħa. Ġuvni: U jien nixrob biex nara lilek sabiħa!


Ġunju 2020

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

Eżempji sbieħ

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Silvana Vella mill‑Gudja Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

• 19 ta' Marzu 2020 Tessie Borg

Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 12 ta' April 2020 Tereż Mifsud • 15 ta’ April 2020 Nazzareno Farrugia mill‑Fgura • 27 ta' April 2020 Carmelo Briffa • 29 ta’ April 2020 Ġanna Mifsud minn Marsaxlokk Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.

Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem i ż d a l i ji m le w k b ’a m m i r a z z j o n i għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut. 39


Ġunju 2020

Issa tista’ tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta 40

Tel: 21234328


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Gunju 2020 by Missio Malta - Issuu