NEWSPAPER POST FRAR 2020 SENA 88
#
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
02 Il‑Wiċċ Ġenwin Tal‑Knisja Llum 08 The Hunger Project 12 Vjolinista B’Missjoni 37 A Priest Needs A Home għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ DUN VICTOR AGIUS
Frar 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Il‑Wiċċ Ġenwin tal‑Knisja Llum
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 28 Il‑Padri Kristjani tad‑Deżert 30 Proġetti Li Saru fil‑Missjoni 32 Ġita Ma’ Missio 34 Missio Tfal Campaign 36 Riċetta Tradizzjonali 37 A Priest Needs A Home 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Tifla titlob bil‑kuruna tar‑rużarju f 'idha. 2
M
eta nħarsu lejn l‑istorja tal‑Knisja naraw ċar ħafna kif il‑Knisja tirriġenera ruħha kontinwament matul is‑sekli bil-ħila tal‑kariżmi li l‑Ispirtu s‑Santu ma jiqafx jibgħat permezz ta’ persuni magħżula minnu. Permezz ta’ dawn il‑kariżmi, il‑Knisja titfa’ l‑attenzjoni tagħha fuq kelma partikolari mill‑Vanġelu, li tqajjem fil‑komunità Nisranija ħajja ġdida li għandha l‑qawwa li ġġedded il‑Knisja fiż‑żminijiet li tkun għaddejja minnhom. Illum ukoll, f ’dan iż‑żmien partikolari li qed ngħixu fih, ħafna jħossuhom imbeżżgħa, qalbhom maqtugħa u mħawda, imma l‑Ispirtu s‑Santu ma jonqosx li jqajjem nies li permezz tagħhom jgħidilna dik il‑kelma Evanġelika li għandna bżonn. Matul ħajjitna rajna mhux biss Papiet li wrewna ċar u tond li huma l‑istrumenti tal‑Ispirtu s‑Santu biex jgħidulna kif għandna ngħixu, imma wkoll lajċi, irgiel u nisa, li permezz ta’ movimenti li waqqfu, saru strumenti ta’ tiġdid awtentiku fil‑Knisja. Waħda minnhom hija Chiara
Frar 2020
# dik li tkun komunjoni; imħabba. Il‑valuri kollha l‑oħra tal‑istruttura tagħha huma kkunsidrati u jagħmlu sens biss jekk huma jesprimu din ir‑realtà essenzjali. Lubich li twieldet 100 sena ilu fi Trento l‑Italja, fit‑22 ta’ Jannar 1920, u li ma’ sħabha, kollha ta’ età żagħżugħa, fil‑bidu tat‑Tieni Gwerra Dinjija, bdew moviment Kattoliku li beda fis‑7 ta’ Diċembru 1943 meta Chiara kkonsagrat lilha nnifisha b’voti privati ta’ povertà, kastità u ubbidjenza lil Alla. Hekk fetħet it‑triq għal eluf ta’ nies, ta’ kull vokazzjoni, mhux biss Kattoliċi, imma anki Nsara, nies ta’ reliġjonijiet oħra u anki nies ta’ konvinzjonijiet oħra, biex jaħdmu għar‑realizzazzjoni tat‑talba li Ġesù qabel ma miet għamel lill‑Missier “... li lkoll ikunu ħaġa waħda biex id‑dinja temmen li inti bgħattni...” Din hija silta sabiħa li Chiara kitbet fuq ir‑realtà tal‑Knisja llum: “Innutajt b’ferħ kbir kif l‑Ispirtu s‑Santu fil‑Konċilju, biex jerġa’ jagħti l‑vera wiċċ tal‑Knisja, qiegħed jitlobha li terġa’ tieħu bħala mudell għal ħajjitha l‑Ispirtu tal‑ewwel Insara. Għall‑Kristjaneżmu tal‑ewwel żminijiet, ir‑realtà oriġinali tal‑Knisja kienet
Naraw kif San Ċiprijanu, filwaqt li għandu stima għolja ħafna tal‑episkopat, waqt li kien qed jitkellem mal‑kleru qalilhom: “Mill‑bidu nett meta sirt isqof, għamilt għalija din ir‑regola, li ma niddeċiedi xejn qabel ma nkun żgur li intom taqblu miegħi (kunsill) u li l‑poplu hu ta’ fehma waħda miegħi (kunsens)”.
1. Barra minn dan il‑kliem, kunsill u kunsens komuni, Ċiprijanu juża kliem
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
ieħor bħal ‘con‑presbiteri’, ‘koepiskopi’ u ‘kollegi’, kollha espressjonijiet li jenfasizzaw il‑komunjoni. L‑importanti huwa li ‘tkun ma’’. Santu Wistin jenfasizza: “Dak li jikkonslani huwa li jiena ħaġa waħda magħkom (f ’komunjoni, fl‑imħabba), għaliex għalikom jien isqof, bħalkom jiena Nisrani. Tal‑ewwel huwa l‑isem ta’ xogħli u t‑tieni hu biss grazzja”. (Epist. 14,4) 2. Il‑fatt huwa li l‑Knisja, bi Kristu bħala r‑ras, hija l‑Ġisem t’Alla, u Alla huwa mħabba. Fil‑fatt Tertuljanu jgħid: “Fejn hemm it‑tlieta, jiġifieri il‑Missier, l‑Iben u l‑Ispirtu s‑Santu, hemm hija l‑Knisja li hi l‑ġisem tat‑tlieta”. (Serm. 340, 1: PL 38, 1483, cit. In Lumen gentium 32) 3. Jekk dan hu hekk, jekk il‑Knisja hija mħabba organizzata, allura dan jgħodd għall‑Knisja kollha: “... qabel kollox ikun hemm l‑imħabba lejn xulxin u mħabba dejjiema. Il‑Knisja kollha, anki llum, aħna llkoll l‑Insara, qabel kollox irridu nkunu mħabba.” (De Baptismo, 6: PG 1, 1206) 3
Frar 2020
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
Mhux Biżżejjed Li ...
I
x‑xahar ta’ Frar, barra li jimla l‑bjar, huwa xahar għażiż ħafna għalina wlied din il‑gżira, l‑omm li tatna isimha, għaliex fih aħna niċċelebraw is‑Solennità tan‑Nawfraġju tal‑Appostlu Missierna San Pawl. Matul is‑snin saru diversi nawfraġji fuq gżiritna li llum insejniehom għal kollox, imma n‑nawfraġju tal‑Appostlu Missierna mhux talli ma nsejniehx, anzi nfakkruh ta’ kull sena b’solennità kbira. Għaliex dan? Nistgħu ngħidu li din id‑diżgrazzja,
4
li fiha mitejn u sitta u sebgħin ruħ (Atti 27:37) kienu tassew f ’xifer il‑mewt, inbidlet fi grazzja kbira għalina l‑Maltin u l‑Għawdxin. Pawlu, bil‑miġja tiegħu fostna, laqqagħna ma’ dak Alla li: “... tiegħu jien u li lilu nqim”. (Atti 27:23) Din il‑laqgħa biddlet għal kollox l‑istorja tagħna. Hekk li llum ħadd ma jista’ jħares lejna jekk mhux fid‑dawl ta’ din il‑ġrajja tassew kbira. Il‑kultura, il‑letteratura, l‑arkitettura, ..., huma kollha influwenzati minn din il‑laqgħa ta’ Kristu ma’ missirijietna li matul dawn
l‑għoxrin seklu, għexu b’fedeltà u impenn din is‑sejħa ta’ Kristu. Hekk li batew u waslu saħansitra li ċarċru demmhom biex jibqgħu fidili lejn Kristu. Huma, bl‑għajnuna tal‑grazzja t’Alla, għaddewlna bla mittiefes dan id‑don li rċevew permezz tal‑Appostlu Missierna. Issa jmiss lilna li dan id‑don li rċevejna
Frar 2020
Il‑festa tan‑Nawfraġju tal‑Appostlu Missierna hija okkazjoni tajba biex nagħmlu eżami sew tal‑kuxjenza tagħna ħalli nieqfu ’l‑qilla tal‑maltemp li qiegħed jaħbat ma’ gżiritna biex ifarrak dak li ġabilna San Pawl u jħott dak li bnew missirijietna. Nitolbu l‑interċessjoni ta’ San Pawl Missierna biex jgħinna ħalli ma nibżgħux u ma naqtgħux qalbna minn dan il‑mewġ, imma nibqgħu sodi biex noħorġu rebbiħin.
B’SMSB’SMS ta’ €2.33 tkun qed titma’ ta’ €2.33 tkun qed 7 t’itfal7tgħal titma’ itfalġurnata. għal ġurnata.
għaliex komplejna ninbnew fuq l‑istess pedament li għamel hu?
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qedqed B’SMS ta’ €6.99 tixtritixtri l‑kotba għal tifel tiflajew l‑kotba għaljew tifel għal tifla sena għal skolastika. sena skolastika.
Ser jirnexxilna nagħmlu dan? Tweġiba m’għandix għaliex jiddependi minn kull wieħed u waħda minna. Mhux biżżejjed li ngħidu li aħna Nsara, mhux biżżejjed li niċċelebraw festi sbieħ u nonfqu eluf kbar ta’ Ewro ad unur il‑Madonna u l‑qaddisin; li tassew jgħodd huwa kemm qegħdin inħallu lil Kristu u l‑kelma tiegħu jinfluwenzaw l‑istil ta’ ħajjitna. Qegħdin nidhru quddiem il‑barranin li aħna tassew Insara, dixxipli tassew ta’ Kristu? Qegħdin ngħixu b’impenn il‑magħmudija tagħna u s‑sagramenti l‑oħra li nirċievu? Kieku San Pawl kellu jerġa’ jiġi fostna, kien jagħrafna bħala wliedu
sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99
b’tant għożża u mħabba, ngħadduh lill‑ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu warajna.
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
#
50 ġrajja miktuba minn ħutna
missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni.
Ċempel fuq: 2123 6962/ 2033 0015 PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt
Prezz:
€ 12 5
Frar 2020
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Intenzjoni Missjunarja: Frar 2020 Intenzjoni ta’ talb universali
Isimgħu l‑biki tal‑emigranti. “Nitolbu sabiex il‑biki u s‑sejħa ta’ ħutna l‑emigranti, vittmi ta’ traffikar kriminali, ikunu mismugħa u kkunsidrati.”
L 6
‑immigrazzjoni hija pjaga kbira fid‑dinja tagħna. Kemm
familji u tfal qegħdin ibatu minħabba li jkollhom jitilqu minn pajjiżhom u jmorru f ’pajjiżi oħra bit‑tama li jkunu ftit aħjar. L‑immigrazzjoni fuq kollox tirrifletti persuni li minħabba persekuzzjoni, kunflitti, theddid jew gwerer f ’pajjiżhom, jitolbu sabiex jidħlu f ’xi pajjiż bħala refuġjati u jsibu kenn fil‑pajjiż li jilqagħhom. Dan jagħmel parti mid‑Dikjarazzjoni Universali tad‑Drittijiet tal‑Bniedem. Skont l‑Organizzazzjoni Internazzjonali tal‑Migrazzjoni
hawn madwar 32 miljun persuna fid‑dinja meqjusa bhala ‘illegali’ jew mingħajr dokumenti, filwaqt li mal‑280 miljun huma meqjusa bħala immigranti regolari. Ninsabu fl‑era tal‑migrazzjoni. Dan il‑fenomenu jirrifletti s‑sitwazzjonijiet ekonomiċi batuti u miżeri tal‑pajjiżi li jikkawżaw din l‑immigrazzjoni. Ħafna drabi hija t‑tmexxija ħażina ta’ dawn il‑pajjiżi li twassal għal sitwazzjonijiet ta’ faqar u qgħad fil‑pajjiż. U għalhekk hawnhekk nistaqsu ‑ persuni, irġiel, nisa, missirijiet, ommijiet
Frar 2020
fraġli u tfal li jaħarbu minn pajjiżhom għaliex jinsabu mhedda verament, għandna nqisuhom bħala illegali jew ħabsin meta jidħlu f ’pajjiżna? Din hija s‑sitwazzjoni ta’ eluf ta’ Afrikani li jaqsmu l‑Mediterran, oħrajn mill‑Ewropa ta’ Lvant għall‑Punent, fl‑Asja, fl‑Awstralja u fis‑Sud Amerikan, fil‑Karibew u fil‑Messiku li jippruvaw jidħlu fl‑Istati Uniti u fl‑Amerika ta’ Fuq. Bejn is‑sena 2000 u s‑sena 2016, huwa stmat li mietu huma u jaqsmu l‑baħar sabiex jaslu l‑Ewropa, 31,799 persuna, waqt li fl‑2016 biss mietu 5,083 persuna. Fl‑2015 id‑dinja baqgħet ixxukkjata bl‑immaġini ta’ Alan Kurdi,
tifel ta’ tliet snin mitluq bla ħajja fuq xtajta tar‑ramel. Proprju Papa Franġisku, nhar it‑8 ta’ Lulju 2013, talab għal dawn il‑vittmi f ’Lampedusa. Papa San Ġwanni Pawlu II kien tkellem dwar l‑immigranti irregolari fil‑messaġġ tiegħu għal Jum l‑Emigranti tal‑1996. Din il‑problema tinvolvi mbagħad ħafna abbużi oħra ta’ traffikar uman, fejn wara li ħafna Afrikani jkunu mċaħħda minn ‘visas’ għall‑pajjiżi Ewropej, jippruvaw jitilgħu lejn l‑Ewropa b’mezzi oħra fejn ikollhom iħallsu medja ta’ €2,500 sabiex jaqsmu d‑deżert tas‑Saħara u €1,500 sabiex ibaħħru fil‑Mediterran.
BAŻAR
# MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020 L‑immigranti Afrikani huma mill‑Mali, mill‑Gambja, mill‑Burundi, mir‑Repubblika Demokratika tal‑Kongo, mis‑Senegal, mill‑Kenja, mill‑Etjopja, mill‑Eritrea, mis‑Sudan, mis‑Somalja, min‑Niġerja, min‑Niġer, minn Chad, mill‑Ghana, minn Sierre Leone u mil‑Libja. Għalhekk nilqgħu l‑intenzjoni tal‑Papa għal dan ix‑xahar ta’ Frar, ix‑xahar ta’ San Pawl, sabiex bħala Nsara nisimgħu l‑għajjat ta’ dawn ħutna fil‑bżonn, li qegħdin ikunu ttraffikati, u nilqgħuhom, għaliex Ġesù hekk jgħidilna, sabiex nilqgħu lil min hu bla dar u barrani.
Sejħa għall‑voluntiera: Napprezzaw li min jista’ imqar darba fil‑ġimgħa, jagħti daqqa’ t’id fil‑bażar, jikkuntattjana. Grazzi.
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn fajjenża, oġġetti tal‑ħġieġ u kull tip ta’ tiżjin tad‑dar, f’kundizzjoni tajba, biex jinbiegħu fil‑bażar ta’ Missio Malta. F’każ ta’ ammont kbir niġu aħna stess niġbruhom minn djarkom. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Natasha fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. Kull għotja hija apprezzata. Grazzi ħafna mill‑qalb. 7
Frar 2020
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – VIKKI
The Hunger Project
Ritratti: www.thp.org
K
oushalya għandha tnejn u tletin sena u riċentament tgħallmet taqra u tikteb. Hija kienet magħżula u eventwalment kienet eletta sabiex tkun membru fil‑grupp li jirrappreżenta lill‑komunità tagħha fir‑raħal ta’ Kiapadar fl‑Indja. Koushalya hija kkunsidrata bħala aġent importanti li permezz tal‑ħidma tagħha wasslet sabiex iseħħu ċertu bidliet għall‑aħjar fl‑Indja. Bħala membru elett fil‑grupp tal‑komunità tagħha, Koushalya tirrappreżenta lin‑nies tar‑raħal fuq livell ta’ gvern lokali. 8
Fl‑Indja l‑ikel jitqassam permezz tas‑sistema tar‑raxin. Din is‑sistema tagħmilha possibbli sabiex in‑nies imorru jiġbru s‑sehem tar‑ross tagħhom mill‑uffiċċju tar‑raxin barra r‑raħal tagħhom. Koushalya għarfet li bosta nies ma jistgħux jirċievu r‑raxin tar‑ross imqassam permezz tas‑sistema ta’ distribuzzjoni pubblika ta’ kull xahar, u dan minħabba d‑distanzi twal ħafna li jagħmluha kważi impossibbli għal ħafna nies sabiex jaslu sal‑uffiċċju tar‑raxin. In‑nies li jgħixu f ’ċertu rħula jridu jimxu kważi erba’ mili minn
ġol‑ġungla qabel ma jaslu fit‑triq prinċipali, imbagħad iridu jivvjaġġaw minn tnejn sa tliet mili oħra sabiex jaslu fil‑post minn fejn jiġbru s‑sehem tagħhom tal‑ikel. Minħabba li f ’dik it‑triq ma jgħaddux mezzi ta’ trasport, sabiex jaslu fid‑destinazzjoni, in‑nies iridu bilfors jimxu d‑distanza kollha. Biex tiggrava
www.missio.org.mt
Frar 2020
Maratona fuq it-TV
b’risq il-Missjoni
IS‑SIBTminn14nofsinhar TA’ MARZU 2020 sa nofsillejl Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios
5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99 L‑Uffiċċju Missjunarju ta’ Għawdex li jinsab ir‑Rabat, ser ikun miftuħ biex jilqa’ d‑donazzjonijiet bejn it‑3pm u t‑8pm. bis‑sapport ta’:
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
għal donazzjoni www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex 9
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – VIKKI
Frar 2020
Meta Koushalya ddiskutiet mal‑membri l‑oħra eletti fil‑grupp il‑kwistjoni u l‑problemi li kienu qed jiltaqgħu magħhom in‑nies tar‑raħal tagħha, hija
skopriet li nies f ’irħula u komunitajiet oħra kienu qed jiffaċċjaw l‑istess sfidi. Għalhekk fil‑laqgħa mal‑gvern lokali, Koushalya talbet li r‑ross jibda jitqassam
s‑sitwazzjoni, it‑triq tar‑raħal li twassal sal‑uffiċċju tar‑raxin, fix‑xhur xitwin, ta’ sikwit timtela’ b’ħafna tajn u għalhekk ma tkunx tista’ tintuża matul ix‑xhur tax‑xita. Barra minn hekk, wieħed ma jridx jinsa l‑fatt li hemm riskji kbar u perikli enormi minħabba l‑annimali selvaġġi, speċjalment t‑tigri li jkunu qed iħufu f ’dawk l‑inħawi fil‑ħinijiet ta’ filgħaxija.
KNISJA–FAMILJA–MISSJONI K–F–M Meta: Fejn: Imexxi: Programm:
Laqgħat ta’ formazzjoni li jwassluna biex ngħixu aktar għall‑oħrajn milli għalina nfusna. Kull laqgħa jkollha viżjoni tal‑Knisja tal‑lum, filwaqt li nidħlu fil‑fond fuq punt importanti tal‑fidi tagħna. Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Uffiċċju ta’ Missio Malta, il‑Belt Valletta Dun Victor Agius, Assistent Direttur ta’ Missio, li għandu aktar minn 40 sena esperjenza missjunarja 6:00pm – Quddiesa 6:30pm – Taħdita ta’ nofs siegħa 7:00pm – Te, kafè u ‘snack’
Għal aktar tagħrif jew jekk ser tattendi għall‑ewwel darba kkuntattja lil Dun Victor fuq 7923 6114. Grazzi. 10
Frar 2020
# L‑Uffiċjal Eżekuttiv ta’ Panchayat imur biex jiżen u jqassam ir‑ross lill‑persuni taħt is‑superviżjoni ta’ Koushalya. Aktar minn elf u mitejn persuna membri f ’erba’ komunitajiet differenti qed jibbenefikaw minn dan l‑arranġament. direttament mir‑raħal tagħha. Minkejja li l‑idea ta’ Koushalya ntlaqgħet tajjeb ħafna, hija ġiet infurmata li kien impossibbli li ta’ kull xahar isir it‑trasport tar‑ross lejn ir‑raħal tagħha għad‑distribuzzjoni. Kien għalhekk li Koushalya ħarġet b’soluzzjoni oħra. Hija offriet kamra fid‑dar żgħira tagħha sabiex tibda tintuża bħala maħżen għar‑ross. Permezz ta’ din is‑soluzzjoni, illum il‑ġurnata n‑nies tar‑raħal għandhom distanza ferm iqsar sabiex jiġbru s‑sehem tagħhom tar‑raxin. Bis‑saħħa tal‑idea u l‑ġenerożità ta’ Koushalya, issa mijiet ta’ nies mir‑raħal ta’ Kiapadar, darbtejn fix‑xahar jinġabru quddiem id‑dar ta’ Koushalya sabiex jiġbru s‑sehem tagħhom tar‑ross.
Koushalya, bħala membru elett fil‑grupp li jirrappreżenta lin‑nies tar‑raħal fuq livell ta’ gvern lokali, ma taħdimx biss fil‑qasam tal‑ikel. Suċċess ieħor ta’ Koushalya hija l‑kostruzzjoni tat‑triq li tgħaqqad ir‑raħal fejn
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
tgħix hi mat‑triq prinċipali li twassal saċ‑ċentru. Minbarra dan is‑suċċess, hija kellha wkoll sehem importanti sabiex ġew żviluppati u implimentati skemi ta’ pensjonijiet għar‑romol u għaċ‑ċittadini anzjani. Barra minn hekk, permezz tal‑ħidma ta’ Koushalya, ġew ippprovduti akkomodazzjonijiet lin‑nies bla dar u kienet strumentali wkoll sabiex tejbet u ssimplifikat programm fejn l‑istudenti li jattendu fl‑iskola tar‑raħal tagħha jingħataw l‑ikla ta’ nofsinhar. Koushalya tisħaq li t‑taħriġ li ħadet permezz ta’ ‘The Hunger Project’, għenha sabiex kisbet il‑kunfidenza bżonnjuża u l‑moral meħtieġ sabiex tkun tista’ tirrappreżenta lin‑nies bl‑aħjar mod possibbli. Informazzjoni meħuda minn www.thp.org 11
Frar 2020
SAN PIETRU APPOSTLU – MRO. MANOEL PIROTTA
San Franġisk Solano Vjolinista b’Missjoni
F
ost il‑ħafna missjunarji li ddedikaw ħajjithom u għadhom jiddedikawha għall‑konverżjoni tal‑infidili, insibu lil San Francesco Solano y Jiménez jew San Franġisk Solanus, li kull fejn kien ikun sejjer jipprietka, kien iġorr miegħu ċ‑ċilizju – bħal ħabel tal‑penitenza – kif ukoll il‑vjolin, jew il‑ljut – strument tal‑korda jixbhu ħafna ‑ xi ħaġa li
12
mhux soltu narawha f ’idejn il‑missjunarji. Bħalma jiġri dejjem, dan il‑patri Franġiskan kien ikun dejjem akkumpanjat mid‑dixxiplu tiegħu waqt il‑missjoni appostolika li wettaq fl‑Amerika t’Isfel fil‑bidu tas‑seklu sbatax. Franġisku twieled fl‑10 ta’ Marzu, 1549 fir‑raħal Spanjol ta’ Montilla u kien ġej minn familja tat‑tajjeb.
Fl‑1570 ingħaqad mal‑Ordni Franġiskani Minuri bħala seminarista fil‑kunvent tal‑patrijiet tal‑Madonna ta’ Loretu f ’Sevilla, fejn tgħallem il‑Filosofija u t‑Teoloġija, filwaqt li sab il‑ħin biex jiżviluppa t‑talenti mużikali tiegħu. Tant hu hekk, li waqt it‑talb tiegħu, Franġisku kien iħobb ifaħħar ’l Alla bil‑għana u d‑daqq tal‑vjolin. Meta mbagħad sar qassis, ħaseb li se jqatta’ l‑bqija ta’ ħajtu jamministra s‑saċerdozju tiegħu f ’raħal twelidu, fejn fost ħidma pastorali oħra kien idur bil‑morda u jikkonsla ’l dawk il‑familji għat‑telfa ta’ nieshom, speċjalment waqt l‑epidemija tal‑1583. Sa dak iż‑żmien kien għadu ma jafx li x‑xewqa tiegħu li jimxi wara Ġesù kellha tieħdu lejn artijiet wisq imbiegħda fit‑tixrid tal‑kelma t’Alla. Kif fil‑fatt ġara. Waqt li kienet għaddejja l‑epidemija, ħafna bdew juru l‑ammirazzjoni tagħhom lejh, u ma tmiemha bdew saħansitra jgħodduh bħala l‑eroj tagħhom peress li assista ’l‑morda b’sogru kbir għal ħajtu. Franġisku
Frar 2020
# tant beda jħossu imbarazzat b’din il‑biċċa xogħol, li talab lis‑superjuri tiegħu ħalli jintbagħat fl‑Afrika bħala missjunarju, imma minflok, fl‑1589, spiċċa l‑Amerika t’Isfel, fejn illum hemm l‑Arġentina, il‑Bolivja u l‑Paragwaj. Huwa dlonk sar maħbub mill‑popli Indiġeni u tgħallem il‑lingwi tagħhom f ’qasir żmien, fejn iż‑żjajjar tiegħu lill‑morda kienu jkunu wkoll akkumpanjati mill‑għana bil‑vjolin. Hawnhekk ta’ min jgħid ukoll, li waqt li Franġisku kien fi triqtu lejn l‑Amerika t’Isfel, il‑bastiment li kien fuqu inkalja mal‑blat mhux ’il bogħod mill‑Perù waqt maltempata qalila li ħakmet fuq il‑baħar. Iżda filwaqt li l‑ekwipaġġ u l‑passiġġiera abbandunaw il‑bastiment, Franġisku baqa’ abbord mal‑ilsiera. Issa għandkom tkunu tafu li waqt il‑vjaġġ twil, il‑missjunarju qagħad jgħallimhom dwar l‑imħabba ta’ Ġesù. Huwa inkoraġġiehom biex jafdaw f ’Alla u għammidhom. Wara tlett ijiem, Franġisku u ħbiebu l‑Insara l‑ġodda ġew salvati. Fil‑bidu nett tas‑seklu sbatax imbagħad, Franġisku ntbagħat jipprietka f ’Lima, il‑belt kapitali tal‑Perù, fejn ħafna Indjani
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 13
SAN PIETRU APPOSTLU – MRO. MANOEL PIROTTA
Frar 2020
nġibdu lejn il‑fidi permezz tal‑evanġelizzazzjoni tiegħu u bil‑mod eżemplari ta’ kif kien jgħix. Jingħad li ġieli fi prietka waħda rnexxielu jikkonverti mad‑disat elef ruħ f ’daqqa. Sfortunatament, dik il‑ħabta wkoll kien għaddej ġlied kbir bejn l‑Indjani u l‑konkwistaturi Spanjoli, u Franġisku tgħidx kemm ipprova jipperswadi ’l dawn tal‑aħħar għall‑għeruq Insara tagħhom. Iżda meta ra li kien kollu għalxejn, għażel li jżomm sħiħ mal‑Indjani u qabeż ħafna għalihom. Wara snin ta’ taħbit bla hedu, Franġisku miet mifni bl‑għeja u l‑penitenza fl‑14 ta’ Lulju, 1610. Jgħidu li l‑aħħar kelmiet tiegħu kienu proprju: “Glorja ’l
Alla”. Huwa ġie kkanonizzat fl‑1726 minn Papa Benedittu XIII (1649‑1730), u huwa l‑qaddis patrun tal‑pajjiżi Sud Amerikani li semmejna, u naturalment, il‑Perù. Fihom hemm tradizzjoni li tgħid li ’l Franġisku ngħatatlu l‑fakultà li jwettaq il‑mirakli sabiex in‑nies tkun taf sa fejn twassal setgħet u mħabbet Alla. Fuq hekk huwa sar magħruf bħala l‑ħaddiem tal‑għaġeb tad‑Dinja l‑Ġdida. Mro. Manoel Pirotta, illum lettur anzjan, ilu jgħallem il‑mużika fil‑livell Avvanzat u dak Intermedju fil‑‘University of Malta Ġ.F. Abela Junior College’ sa mill‑1998, fejn jidderieġi wkoll l‑orkestra
RIEDA LI TAGĦTI
Mro. Manoel Pirotta
t’hemmhekk. Bħalissa għaddej bir‑riċerka dwar il‑qassis‑poeta Naxxari Dun Anton Xiberras (1922‑2006), fejn qed jiġbor il‑ħafna kitbiet tiegħu, fosthom ċajt, ħrejjef, novelli, poeżiji, stejjer, rakkonti, u buzzetti u rumanzi missjunarji, li dehru fir‑rivista Malta Missjunarja bejn l‑1939 u l‑2005, u li tagħha għal xi snin kien ukoll l‑editur.
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. 14
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt
Frar 2020
#
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
15
SANTA INFANZJA– VIKKI
Frar 2020
G.E.M.S. Ritratti: www.gems‑girls.org
Amerikana. Hemmhekk, bis‑saħħa ta’ familja militari u bl‑għajnuna tal‑Knisja, hija bdiet it‑terapija għas‑saħħa mentali sabiex tfiq mill‑ħafna problemi li kienu kkawżawlha t‑trawmi li għaddiet minnhom.
R
achel Lloyd irnexxielha ssalva minn karriera twila ta’ abbuż kontinwu, kemm mentali kif ukoll fiżiku, li sofriet matul it‑tfulija tagħha kollha. Rachel twieldet fl‑1975 f ’Stalbridge fl‑Ingilterra, u trabbiet minn ommha u minn missierha tar‑rispett. Kienet tmur skola privata f ’Portsmouth fejn kienet tiġi ttrattata ħażin ħafna minħabba diskriminazzjoni razzjali. Rachel kienet tiġi abbużata kemm minn sħabha l‑istudenti kif ukoll mill‑amministrazzjoni tal‑iskola nnifisha. Minħabba
Girls Educational & Mentoring Services
16
f ’hekk, Rachel telqet mill‑iskola fl‑età żgħira ta’ tlettax‑il sena, u ta’ sbatax‑il sena telqet lejn il‑Ġermanja bit‑tama li ssib ħajja aħjar. Iżda sfortunatament, fil‑Ġermanja Rachel spiċċat ġiet sfruttata fl‑industrija tas‑sess. Fl‑1994, fil‑Ġermanja stess, Rachel marret tgħix ġo bażi ta’ forza tal‑Ajru
Tliet snin wara, proprju fl‑1997, Rachel marret tgħix l‑Amerika. Hemmhekk hija ltaqgħet ma’ realtà differenti li xxukkjatha mhux ftit. Fit‑toroq tal‑belt ta’ New York, bosta tfajliet żgħar kienu qed jinbiegħu bħala oġġetti. Kull sena eluf ta’ tfal u żgħażagħ fl‑Amerika, inkluż tfajliet żgħar ta’ tnax‑il sena, jiġu sfruttati għas‑sess. Ħafna minn dawn it‑tfajliet, ġeneralment bil‑kulur tal‑ġilda skura, ikunu trabbew u kibru fil‑faqar. Tfajliet oħra jkunu ħarbu
Frar 2020
#
and heart-wa rming touch. ed make a real and lasting thousands of lives will be ojects.
Life-Giving Gifts are presents with a truly innovative All the projects and heart-warm supported ing touch. difference to individuals, by these gifts you purchased make a real and families and communitie lasting s and thousands positively affected of lives will be through these projects. If you are looking for an unusual gift idea then Life-Giving a range of 9 gifts Gifts has to choose from.
fe-Giving Gifts has .
One laying hen
d family
for a family
One sheet of metal One pig for a family
ng women
One goat for the
A bicycle for a
ity
A borehole for
sponsorship for
clean water for
One pig for a family living One goat for the livehood A sewing machine to train A wheelchair for a person A bicycle for a child to go
a child
a school or community
enjoy your Live-Giving Gift. your gift is making all the difference families and the for communitie children your gift s, will be given to.
Rest assured that t
info@missio.org.mt gozo@missio.org.mt
Missio Malta is part
of the worldwide
network
of Pontifical Mission 7, Merchants Street, Societies Valletta, VLT 1171, www.missio.org.mt 7, Foreman Street, Malta | Tel: (+356) Victoria, Gozo, VCT 2123 6962 | E-Mail: 9066, Malta Tel: info@missio.org.mt | (+356) 2155 0267 | E-Mail: gozo@missio.o Catalin Bindu BLackBookPh rg.mt oto
Photography:
Supported by:
€7
Life-Giving Gifts are presents with a truly innovative and heart-warming touch. All the projects supported by these gifts you purchased make a real and lasting difference to individuals, families and communities and thousands of lives will be positively affected through these projects. If you are looking for an unusual gift idea then Life-Giving Gifts has a range of 9 gifts to choose from.
One sheet of metal roofing
ed family
ed young women
child to go to school
We hope that you
www.missio.org.m
#SKJETTI
living in poverty
to train disadvantag
a person with disability
One year education
mmunities,
One laying hen for a family
livehood of a disadvantag
A sewing machine A wheelchair for
Life-Giving Gifts are presents with a truly innovative and heart-warming touch. All the projects supported by these gifts you purchased make a real and lasting difference to individuals, families and communities and thousands of lives will positively affected through be these projects. If you are looking for an unusual gift idea then Life-Giving Gifts has a range of 9 gifts to choose from.
roofing
#SKJETTI
heart-warming touch. with a truly innovative and Life-Giving Gifts are presents make a real and lasting by these gifts you purchased be All the projects supported and thousands of lives will families and communities difference to individuals, these projects. positively affected through Gifts has unusual gift idea then Life-Giving If you are looking for an from. a range of 8 gifts to choose
One sheet of metal roofing
One laying hen for a family
One laying hen for a family
One pig for a family living in poverty
One sheet of metal roofing
One sheet of metal roofing
One pig for a family living One goat for the livehood
One pig for a family living in poverty family One goat for the livehood of a disadvantaged
A wheelchair for a person with disability
A sewing machine to train disadvantaged young women
A sewing machine to train disadvantaged
A bicycle for a child to go to school
A wheelchair for a person with disability
A wheelchair for a person with disability
A sewing machine to train disadvantaged
with disability
to school for a child
Mission Societies
www.missio.org.mt 7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta | Tel: (+356) 2123 6962 | E-Mail: info@missio.org.mt 7, Foreman Street, Victoria, Gozo, VCT 9066, Malta Tel: (+356) 2155 0267 | E-Mail: | gozo@missio.org.mt Supported by:
#SKJETTI
One year education sponsorship for a
family
young women
child
A borehole for clean water for a school
or community
We hope that you enjoy your Live-Giving Gift. Rest assured that your gift is making all the difference for communities, families and the children your gift will be given to. Missio Malta is part of the worldwide network
of Pontifical Mission Societies
Catalin Bindu BLackBookPhoto
€17
A bicycle for a child to go to school
A bicycle for a child to go to school
One year education sponsorship for a child
One year education sponsorship for a
A borehole for clean water for a school or community
A borehole for clean water for a school
We hope that you enjoy your Live-Giving Gift. Rest assured that your gift is making all the difference for communities, families and the children your gift will be given to.
www.missio.org.mt
7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta | Tel: (+356) 2123 6962 E-Mail: | info@missio.org.mt 7, Foreman Street, Victoria, Gozo, VCT 9066, Malta | Tel: (+356) 2155 0267 | E-Mail: gozo@missio.org.mt Photography:
€10
One pig for a family living in poverty One goat for the livehood of a disadvantaged family
One goat for the livehood of a disadvantaged
disadvantaged young women
Supported by:
A Life Givin
#SKJETTI
Missio Malta is part of the worldwide network of Pontifical Mission Societies
www.missio.org.mt
7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta | Tel: (+356) 2123 6962 | E-Mail: info@missio.org.mt 7, Foreman Street, Victoria, Gozo, VCT 9066, Malta | Tel: (+356) 2155 0267 | E-Mail: gozo@missio.org.mt Photography:
Catalin Bindu BLackBookPhoto
€35
Supported by:
A sewing machine
young women A bicycle
Missio Malta is part of the worldwide network
One laying hen
of Pontifical Mission Societies
One goat for the
of a disadvantaged family
A bicycle for a
for a child to go to school
Borehole for clean water
or community
www.missio.org.mt
info@missio.org.mt Malta | Tel: (+356) 2123 6962 | E-Mail: 7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, gozo@missio.org.mt Malta | Tel: (+356) 2155 0267 | E-Mail: 7, Foreman Street, Victoria, Gozo, VCT 9066, Supported by:
€55
#SKJETTI
for a child
for a school or community
your Live-Giving Gift. We hope that you enjoy for communities, is making all the difference Rest assured that your gift your gift will be given to. families and the children Missio Malta is part of the
worldwide network of Pontifical
Mission Societies
www.missio.org.mt
2123 6962 | E-Mail: info@missio.org.mt VLT 1171, Malta | Tel: (+356) gozo@missio.org.mt 7, Merchants Street, Valletta, (+356) 2155 0267 | E-Mail: Gozo, VCT 9066, Malta | Tel: 7, Foreman Street, Victoria, Photography:
Catalin Bindu BLackBookPhoto
Supported by:
ed young women
to train disadvantag
a person with disability
a child sponsorship for One year education or community water for a school Borehole for clean Gift. enjoy your Live-Giving s, We hope that you for communitie all the difference your gift is making will be given to. Rest assured that children your gift families and the www.missio.org.mt Mission Societies
network of Pontifical info@missio.org.mt of the worldwide 2123 6962 | E-Mail: rg.mt Malta | Tel: (+356) E-Mail: gozo@missio.o Valletta, VLT 1171, (+356) 2155 0267 | 7, Merchants Street, 9066, Malta | Tel: I Victoria, Gozo, VCT 7, Foreman Street, Supported by: #SKJETT
Missio Malta is part
#SKJETTI
€125
One laying
hen for a family a family living
One goat for ed family
child to go to school
Wheelchair for
rming touch. and heart-wa innovative and lasting with a truly d make a real be Gifts are presents you purchase s of lives will Life-Giving by these gifts ities and thousand supported and commun projects. All the projects ls, families through these to individua Gifts has difference Life-Giving positively affected gift idea then for an unusual choose from. If you are lookinga range of 8 gifts to
One pig for
living in poverty
livehood of a disadvantag
A sewing machine
women to train disadvantaged young
One year education sponsorship
child
for a family
One pig for a family
in poverty
with disability Wheelchair for a person
Gift. We hope that you enjoy your Live-Giving all the difference for communities, Rest assured that your gift is making be given to. families and the children your gift will
#SKJETTI
ing touch. and heart-warm a truly innovative lasting are presents with make a real and Life-Giving Gifts gifts you purchased of lives will be supported by these communities and thousands All the projects families and projects. through these difference to individuals, positively affected Gifts has gift idea then Life-Giving for an unusual If you are looking to choose from. a range of 8 gifts
One laying hen for a family
in poverty
A borehole for clean water for a school or community We hope that you enjoy your Live-Giving Gift. Rest assured that your gift is making all the difference for communities, families and the children your gift will be given to. worldwide network of Pontifical
If you are looking for an unusual gift idea then Life-Giving Gifts has a range of 9 gifts to choose from.
One laying hen for a family
touch. truly innovative and heart-warming Life-Giving Gifts are presents with a you purchased make a real and lasting All the projects supported by these gifts be communities and thousands of lives will difference to individuals, families and positively affected through these projects. idea then Life-Giving Gifts has If you are looking for an unusual gift a range of 9 gifts to choose from.
of a disadvantaged family
One year education sponsorship
Missio Malta is part of the
Life-Giving Gifts are presents with a truly innovative and heart-warming touch. All the projects supported by these gifts you purchased make a real and lasting difference to individuals, families and communities and thousands of lives will be positively affected through these projects.
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
€140
in poverty
the livehood
A sewing machine A bicycle for Wheelchair
taged family of a disadvan
taged young to train disadvan
a child to go for a person
women
to school with disability hip for a child
n sponsors
One year educatio
ity
or commun for a school
clean water Borehole for Gift. Live-Giving ities, you enjoy your e for commun We hope that the differenc is making all be given to. that your gift your gift will t Rest assured the children www.missio.org.m families and Societies
io.org.mt E-Mail: info@miss io.org.mt 2123 6962 | gozo@miss | Tel: (+356) 0267 | E-Mail: Missio Malta VLT 1171, Malta (+356) 2155 Street, Valletta, VCT 9066, Malta | Tel: TTI by: #SKJE 7, Merchants Gozo, Supported Street, Victoria, 7, Foreman worldwide is part of the
network of
Pontifical Mission
€150
€500
g-Gift for St. Valentine’s Day • This life we are living is a gift.
• This moment which we are breathing and cherishing is a gift… • …and the sole purpose of the human existence is love and compassion. • Love protects, heals and brings wisdom in one’s life. • With a Life-Giving Gift you will be putting this into action, sharing and expanding your love to humanity, where your Valentine’s Day Card goes to your loved one whilst helping those in need! For more information call on 2123 6962 or visit www.missio.org.mt
Me. You. Us. Together. VO/1178
Life-Giving Gifts are suitable for all occasions. 17
SANTA INFANZJA– VIKKI
Frar 2020
minn djarhom minħabba abbużi oħra jew waslu l‑Amerika bħala refuġjati. Quddiem din ir‑realtà, Rachel fetħet il‑moviment ‘Girls Educational and Mentoring Services’ (GEMS). Permezz ta’ dan il‑moviment, hija bdiet taħdem ma’ dawn it‑tfajliet billi toffrilhom servizzi ta’ sapport emozzjonali u legali, akkomodazzjoni, edukazzjoni, impjieg xieraq u l‑iktar importanti mħabba kbira. Kull sena iktar minn 400 tifla, kemm żgħar u kemm adoloxxenti, jirrikorru għall‑għajnuna tal‑moviment GEMS. It‑tfajliet li jirnexxilhom joħorġu mit‑trawma li jkunu għaddew minnha jiġu mħarrġa sabiex jgħinu lil sħabhom li jkunu qegħdin jgħaddu minn sitwazzjonijiet simili. Minbarra li joffri bosta servizzi, il‑moviment GEMS joffri wkoll sapport
lil aktar minn 1,500 mara żagħżugħa, filwaqt li aktar minn 1,300 persuna kienu mħarrġa dwar l‑isfruttament kummerċjali tad‑drittijiet ta’ dawn iż‑żgħażagħ. Fost dawn insibu l‑pulizija u l‑ħaddiema soċjali. Sa mill‑1998, bis‑saħħa tal‑moviment GEMS, il‑ħajja ta’ eluf ta’ tfajliet inbidlet mil‑lejl għan‑nhar. Permezz tal‑kampanji organizzati mill‑moviment, miljuni ta’ ċittadini Amerikani saru jafu aktar dwar ir‑realtà kerha li dawn it‑tfajliet qed jgħixu. Rachel hija l‑moħħ wara l‑iżvilupp ta’ liġijiet u sistemi ġodda li jipproteġu d‑drittijiet tat‑tfal fil‑belt ta’ New York. Fost dawn
il‑liġijiet insibu l‑liġi hekk imsejħa ‘Safe Harbor for Exploited Children’. Din kienet l‑ewwel liġi fl‑Istati Uniti tal‑Amerika, li minflok warrbet lit‑tfal li jkunu mibjugħa minħabba s‑sess, tathom protezzjoni kif jixirqilhom. Il‑ħidma ta’ Rachel tinkludi ħafna aktar għanijiet. Fost dawn insibu l‑prijorità li t‑tfajliet ikunu b’saħħithom u li jkollhom ħajja kif jixirqilhom. Għalhekk Rachel taħdem sabiex it‑tfajliet jingħataw l‑aqwa servizzi tas‑saħħa, edukazzjoni tajba u mpjieg xieraq. Rachel taħdem kontinwament favur l‑ugwaljanza bejn is‑sessi u l‑waqfien tal‑vjolenza, l‑abbuż, l‑isfruttament sesswali u t‑traffikar tat‑tfal. Rachel Lloyd kienet innominata għall‑‘World’s Children’s Prize’ għall‑proġetti tagħha mmirati sabiex iwaqqfu t‑traffikar domestiku u l‑isfruttament sesswali tat‑tfal fl‑Istati Uniti tal‑Amerika. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org
18
Frar 2020
#
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 ‑ Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT
(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25
u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 19
Frar 2020
Me. You. Us. Together. VO/1178
“Agħmel dak li tħoss f’qalbek li huwa tajjeb, għaliex xorta waħda ser tkun ikkritikat/a.” Eleanor Roosevelt
Eleanor Roosevelt (1884 ‑ 1962) kienet figura politika, diplomatika u attivista Amerikana. Serviet bħala l‑First Lady tal‑Istati Uniti bejn Marzu 1933 u April 1945 matul il‑presidenza ta’ żewġha Franklin D. Roosevelt li għamel erba’ termi bħala president. Flimkien huma kellhom sitt itfal. Hija kienet magħrufa bħala ‘The First Lady Of The World’ minħabba l‑ħidma tagħha favur id‑drittijiet tal‑bnedmin, speċjalment drittijiet ċivili għall‑Afro‑Amerikani u Asjo‑Amerikani. Qabżet ukoll għad‑drittijiet tar‑refuġjati tat‑Tieni Gwerra Dinjija. Wara l‑mewt ta’ żewġha hija baqgħet attiva għal 17‑il sena oħra, sakemm mietet bit‑tuberkulożi. Ritratt: Tfal Indjani jilagħbu bit-tajr.
20
Frar 2020
#
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
21
Frar 2020
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
San Ġużepp minn Leonessa Meta Eufranio kiber, zijuh pprova jqabbdu ma’ tfajla ta’ dixxendenza nobbli bi skop ta’ żwieġ, imma dan il‑ħsieb sfaxxa. Eufranio kien ispirat li jsir Patri Kapuċċin meta qara l‑ħajja ta’ Mattew Silvestri, proxxmu qaddis li ħalla l‑qasam tal‑mediċina biex iħaddan l‑ħajja Kapuċċina. Ta’ 16‑il sena, Eufranio ngħaqad ufranio Desideri mal‑Kapuċċini fil‑kunvent twieled nhar it‑8 ta’ ta’ Carcerelle u ngħata Jannar 1556 f’Leonessa l‑isem ta’ Ġużeppi. Fl‑1580 l‑Italja. Iben John Desideri, sar saċerdot u fl‑1581 merkant għani tas‑suf, u beda l‑missjoni tiegħu lejn Serafina Pawlini li kienet l‑muntanji tal‑Umbrija, ġejja minn familja nobbli. Lazjo u Abruzzi, Il‑familja kienet għanja, jevanġelizza lill‑foqra imma kellha wkoll minn dik t’hemmhekk. Ingħata l‑għana li tmiss ir‑ruħ. Sa wkoll għall‑appostolat miċ‑ċokon, Eufranio kien f’Kostantinopli biex jieħu innutat għall‑attenzjoni, kura tal‑iskjavi Kristjani li l‑enerġija u l‑virtù li kien kienu jgħoddu mal‑erbat elef iħaddan. Kien iħobb jibni ruħ. Ġużeppi għallimhom altari u jiġbor lil sħabu l‑Evanġelju u offrielhom madwarhom biex joqogħdu karità f’kundizzjonijiet jitolbu. Sfortunatament, ta’ inumani li kienu jgħixu tnax‑il sena safa orfni u tħalla fihom fuq xwieni tal‑Imperu fil‑kura ta’ zijuh Battista Ottoman. Meta kien ikun Desideri, li kien għalliem għaddej mit‑toroq, dejjem f’Viterbo. bil‑kurċifiss f’idu, wieħed
E
22
seta’ jinnota li jkun qiegħed jimmedita l‑ħames pjagi ta’ Kristu. J. Fenech, fil‑qaddis tal‑ġimgħa jgħid hekk: “Iż‑żelu għal Kristu wasslu li ra kif għamel u pprova jidħol fil‑Palazz tas‑Sultan Murad III biex jippritkalu fuq Ġesù. Safa arrestat u kkundannat għall‑mewt, u sofra t‑tortura. Fis‑sena tal‑Ġublew 1600 kien jipprietka madwar sitt darbiet kuljum. Huwa nnifsu kien jitma’ lill‑pellegrini foqra, jaħslilhom ħwejjiġhom u jaqtgħalhom xagħarhom.” Is‑suċċess tal‑predikazzjoni tiegħu kien jiksbu minn ħajja kontemplattiva fit‑talb. Il‑Misteru tal‑Ġisem u d‑Demm tal‑Mulej f’kull quddiesa li kien iqaddes, kienu ta’ ispirazzjoni għas‑saċerdozju u ħajja ta’ qadi. Ġużeppi ppromova ħafna l‑kwaranturi, l‑adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat, li kif jgħid hu, minn hemm tiġi l‑abbundanza tal‑grazzji. Nhar l‑4 ta’ Frar 1612, Ġużeppi minn Leonessa radd ruħu lill‑Mulej. Fl‑1746 Papa Benedittu XIV kkanonizza lil Ġużeppi flimkien ma’ Kapuċċin ieħor, Fidiel ta’ Sigmaringen.
Frar 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Frar 2020
Tarbija Midfuna Ħajja
M
issier, qatt f ’mitt sena ma stenna li kien ser isib tarbija midfuna ħajja meta mar iħaffer qabar fejn kellu jidfen lil bintu li twieldet mejta. Il‑każ seħħ ftit tax‑xhur ilu fit‑Tramuntana tal‑Indja.
Imbikkem ir‑raġel qal li għal mument, hekk kif sema’ l‑biki ta’ tarbija, ħaseb li bintu kienet qamet mill‑mewt, sakemm intebaħ li l‑biki kien ġej minn ġarra tal‑fuħħar li nkixfet huwa u jħaffer fil‑ħamrija. Il‑missier minnufih ċempel lill‑awtoritajiet għall‑għajnuna. It‑tarbija, tifla ta’ ftit jiem, kienet f ’kundizzjoni gravi u f ’ċerti
waqtiet kienet qed tissielet għal ħajjitha. Skont it‑tobba, it‑tarbija li twieldet qabel iż‑żmien, kienet ilha midfuna madwar tlett ijiem u jaħsbu li baqgħet ħajja bis‑saħħa tax‑xaħam li kienet miksija bih u bil‑ftit arja li nqabdet fil‑ġarra. It‑tifla li ssemmiet Sita, addottaha l‑politikant tar‑reġjun Rajesh Kumar Mishra. Dan il‑każ mhuwiex wieħed rari, għaliex spiss fl‑Indja jinstabu trabi bniet mormija minħabba li huma meqjusa bħala piż żejjed għall‑familja, għall‑kuntrarju tas‑subien li jitqiesu bħala barka u prosperità għall‑familja.
Firien Eroj
O
uk Chan, ġuvni ta’ 30 sena mill‑Kambodja, għandu l‑inkarigu li jrabbi u jħarreġ il‑firien biex ixommu l‑isplussiv. Ta’ kuljum, flimkien mal‑kollegi tiegħu, iqum fl‑4am sabiex jidilku l‑firien bil‑krema ta’ kontra x‑xemx. Wara jġorruhom ġo kaxxa kbira b’vann lejn il‑post li jkunu ser ifittxu fih. Ir‑raġuni li jibdew daqshekk kmieni hija minħabba l‑fatt li l‑firien, fin‑natural tagħhom ikunu aktar attivi matul il‑lejl milli fis‑sħana tal‑ġurnata. B’hekk, il‑firien jagħtu 24
aktar dak li jkun mixtieq minnhom u jkollhom aktar ħin biex jistrieħu. Dan kollu huwa parti mill‑għaqda
non‑governattiva bl‑isem APOPO li twaqqfet fit‑Tanżanija u għenet jeħilsu darba għal dejjem
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
minn mini midfunin fl‑art lil tmien pajjiżi differenti. Qabel tibda t‑tfittxija, il‑firien jiġu mlibbsa ċinga mqabbda b’ganċ ma’ ħabel miżmum mill‑ħaddiema. Din ir‑razza ta’ firien intelliġenti, li oriġinaw mit‑Tanżanija, għandhom sens qawwi ta’ xamm u huma kapaċi jxommu l‑isplussiv TNT saħansitra f ’ammonti żgħar ta’ 0.000000000000001 kilogrammi. Il‑proċess tal‑użu tal‑firien għat‑tfittxija tal‑isplussiv, huwa ħafna aktar mgħaġġel minn meta tuża ditekter tal‑metall u wkoll aktar sigur għaliex far jiżen biss madwar kilo u nofs, u għalhekk meta jimxi fuq xi mina ma jattivahiex. Barra minn hekk far ixomm biss l‑isplussiv, filwaqt li d‑ditekter tal‑metall isib ukoll metall ieħor fosthom bronż u fidda, li f ’dan il‑każ mhux ta’ bżonn anzi ta’ xkiel. Far huwa kapaċi
jiċċekkja żona partikolari f ’nofs siegħa biss, filwaqt li ditekter tal‑metall jieħu mal‑erbat ijiem biex jiċċekkja l‑istess żona. It‑tfittxija ssir biċċa biċċa kull nofs metru kwadru. F’ġurnata, far kapaċi jiċċekkja 400 metru kwadru. Meta far isib mina, it‑tim isejjaħ espert tal‑bombi biex jiddiżattiva l‑mina. B’kollox s’issa, Ouk Chan u t‑tim ta’ APOPO rnexxielhom jeliminaw aktar minn 5,000 mina u 40,000 bomba
Frar 2020
mhux sploduta fl‑artijiet tal‑Kambodja, li fil‑gwerra ċivili ta’ bejn 1971 u 1993 huwa stmat li ġew midfuna mas‑6 miljun mina. Ħafna toroq ilhom abbandunati aktar minn 20 sena minħabba l‑biża tal‑mini. Il‑Kambodjani huma kburin b’dawn il‑firien li huma kapaċi jsibu l‑mini midfunin f ’pajjiżhom li kien miżgħud bihom. U issa, grazzi għal dawn il‑firien il‑bdiewa jistgħu jużaw l‑art biex jiżirgħu l‑prodotti tagħhom. Aktar minn 19,000 ruħ sfaw maqtula fil‑Kambodja minħabba dawn il‑mini u splussivi oħra ta’ żmien il‑gwerra, filwaqt li 51,000 sfaw korruti. Nofs dawn il‑vittmi huma tfal. Issa t‑tfal tal‑bdiewa jistgħu jiġru u jimirħu kemm iridu bla biża’ ta’ xejn. Ouk Chan, li bħall‑maġġoranza tal‑Kambodjani kien jiekol il‑firien, illum il‑ġurnata m’għadux u l‑firien iqishom parti mill‑familja tiegħu.
25
Frar 2020
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Orfni Nepaliżi Bi Skop Ġdid f’Ħajjithom
Ritratti: www.kellymooney.com
Ħ
ames snin ilu, fl‑età ta’ tmintax‑il sena, Maggie rrealizzat li għadha ma tafx xi trid mill‑ħajja. Għalhekk ippakkjat u telqet iddur id‑dinja minkejja li qatt ma kienet siefret imkien qabel. Sabet ħafna x’tara u kien hemm ħafna x’titgħallem lil hinn minn art twelidha. F’raħal remot fil‑muntanji tal‑Ħimalajas għajnejn it‑tfajla waqgħu fuq tifla żgħira ġġorr tagħbija tqila wara daharha. Saret taf li Lacora, it‑tifla, kienet ta’ kuljum toqgħod ġejja u sejra mill‑venda tal‑linja lejn ir‑raħal twassal tagħbijiet tqal għan‑nies. U dan kollu għal żewġ dollari kuljum sabiex titma’ lill‑familja tagħha. Hija ltaqgħet ukoll 26
ma’ tifla oħra, Hema ta’ seba’ snin, li kienet f ’sitwazzjoni simili għal dik ta’ Lacora. Maggie malajr skopriet li dik kienet il‑ħajja ta’ ħafna tfal orfni fin‑Nepal u f ’pajjiżi oħra, li b’kollox ilaħħqu t‑80 miljun tifel u tifla. Hija ħasset li kellha tagħmel xi ħaġa; żgur li kien impossibbli tgħin lit‑80 miljun, iżda setgħet tibda b’Hema billi tħallsilha għall‑edukazzjoni. Ara kif kienet tinbidlilha ħajjitha kieku!! Maggie hekk għamlet, daħħlet lil Hema l‑iskola u bdiet issegwi l‑progress tagħha. Imma t‑tfajla bdiet tara madwarha aktar tfal bla saqaf fuq rashom u bla familja; kienu orfni. Sakemm jum wieħed ġietha idea. B’5,000
dollaru sabet biċċa art sabiex tibni orfanatrofju u skola. Maggie ċemplet lill‑ġenituri tagħha biex jibagħtulha l‑flus li kienet ġemmgħet hija stess, biex tixtri l‑art fin‑Nepal. B’dawk il‑5,000 dollaru, bl‑art li xtrat u bl‑għajnuna minn donazzjonijiet lokali u internazzjonali, Maggie rnexxielha tibni dar għal 30 tifel u tifla orfni fin‑Nepal. Ftit wara li l‑istorja tat‑tfajla dehret fil‑midja soċjali, Maggie rebħet 100,000 dollaru li bihom bniet skola għal 200 tifel u tifla. Dawn it‑tfal ser ikunu l‑ewwel ġenerazzjoni litterata fil‑familja tagħhom. Minbarra edukazzjoni, dawn it‑tfal jirċievu wkoll kura tas‑saħħa bażika u ikla kuljum.
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Frar 2020
Katina Umana
Fl
‑istat ta’ Kerala fl‑Indja mal‑5 miljun mara ffurmaw katina umana twila mat‑385 mil biex jipprotestaw għad‑drittijiet ugwali. Huwa
stmat li l‑folla qabżet bil‑wisq aktar lill‑Marċ tan‑Nisa li sar fl‑Istati Uniti fis‑sena 2017. Id‑dimostrazzjoni fl‑Indja saret fid‑dawl tal‑fatt li n‑nisa kienu qed jiġu mżebilħa qrib is‑Santwarju ta’ Sabarimala li huwa meqjus bħala wieħed mill‑aktar qaddisa għall‑Ħinduwisti. Ħafna nisa li jippruvaw iżuru s‑santwarju kienu jispiċċaw abbużati
verbalment u attakkati fiżikament. Nisa ta’ bejn l‑10 u l‑50 sena (bejn wieħed u ieħor l‑età li fiha mara jkollha l‑perijodu menstruwali) kienu pprojbiti li jidħlu fit‑tempju għaliex huma meqjusa ‘maħmuġin’ sabiex jipparteċipaw fir‑ritwali. Bindu Ammini u Kanaka Durga huma l‑ewwel żewġ nisa minn fost il‑protestanti li qatt daħlu fis‑Santwarju ta’ Sabarimala. Bis‑saħħa ta’ din il‑katina umana l‑Qorti Suprema Indjana waqqfet din il‑projbizzjoni.
Thank you to Ta’ Kris Restaurant for supporting the cyclone victims in Malawi, Africa from proceeds during Christmas 2019 lunches and dinners.
For St. Valentine's Day Ta’ Kris will have a special menu. Book early on 2133 7367 for a special dinner with your loved one. www.takrisrestaurant.com Ta’ Kris, No. 80, Fawwara Lane, Sliema, SLM1670 Malta 27
IL‑PADRI KRISTJANI TAD‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR
Frar 2020
F
Il‑Ħames Parti
ost id‑diversi suġġetti ta’ spiritwalità li dawn il‑Padri tkellmu jew kitbu dwarhom insibu żewġ temi ewlenin: it‑talb u l‑umiltà. Ċertament, bħala eremiti jew monaċi li għexu għal għexieren ta’ snin matul il‑ħajja umli tagħhom fid‑deżert medhija fit‑talb, meditazzjoni u kontemplazzjoni, l‑aktar ħaġa li kienet għalihom importanti u għal qalbhom kienet it‑talb. It‑talb kienu jqisuh bħala mezz essenzjali u li mingħajru ma jistgħux jgħaddu fil‑mixja spiritwali tagħhom lejn Alla. Sintendi, mingħajr talb u sagrifiċċji l‑ħajja tagħhom kienet tkun bla għan u inutli. Wara kollox din kienet l‑għażla u r‑rieda ħielsa tagħhom. Għaldaqstant, se nkomplu nġibu xi siltiet mill‑istqarrijiet tagħhom dwar dawn it‑temi, li nittama li b’xi mod jistgħu jservu ta’ riflessjoni għall‑qarrejja tagħna. Abba Evagrius Ponticus: (magħruf ukoll bħala s‑Solitarju): Ipprova agħmel l‑intellett tiegħek trux u mutu waqt it‑talb tiegħek, b’hekk tkun tista’ titlob ħafna aħjar. Bħalma l‑vista tal‑għajnejn 28
hi superjuri għas‑sensi l‑oħra kollha, hekk it‑talb hu divin aktar mill‑virtujiet l‑oħra kollha. Il‑valur tat‑talb jinsab mhux fil‑kwantità, imma fil‑kwalità. Kull min iħobb veru t‑talb imma għandu fih xi rabja jew mimli riżentiment hu l‑għadu tiegħu nnifsu. Hu bħal wieħed li jixtieq jara ċar imma jagħmel xi ħsara lil għajnejh. Ippersevera bil‑paċenzja fit‑talb tiegħek, u warrab id‑dubji u l‑ħsibijiet żejda li jinħolqu ġewwa fik dak il‑ħin.
tat‑talb il‑bniedem jitnaddaf, jiddawwal u jitqaddes. M’hemmx mod ieħor ta’ purifikazzjoni u santifikazzjoni għajr it‑talb noetiku (dak li jsir bil‑ħsieb u bl‑attenzjoni). Dan jimla l‑ġenna bil‑qaddisin. It‑talb huwa grazzja li Alla jagħtiha kull fejn hemm ħeġġa u umiltà. Ħalli lil Kristu dejjem preżenti f ’qalbek u f ’moħħok.
Trid tkun taf lil Alla? Kun af l‑ewwel lilek innifsek bl‑umiltà u fit‑talb.
Abba Amphilochios ta’ Patmos: Permezz
Abba Ġużeppi l‑Hesikast: L‑unika tama ta’ ħelsien minn delużjonijiet, ereżiji, l‑innovazzjonijiet u nases tan‑nies ħżiena u tax‑xitan hija t‑talb, l‑indiema u l‑umiltà.
Frar 2020
Abba San Anton Abbati: Dan darba ppreżenta xi morda li kienu maħkuma mix‑xitan lill‑filosfi pagani u staqsiehom: “Tistgħu lil dawn il‑morda tfejquhom bl‑argumenti tagħkom, jew b’xi arti, jew b’xi seħer tal‑idoli tagħkom? Jekk le, ieqfu milli tiġġildulna, imbagħad taraw il‑qawwa tas‑Salib ta’ Ġesù Kristu.” Kif qal hekk talab f ’isem Kristu, u għamel is‑sinjal tas‑Salib għal tliet darbiet fuq il‑morda. Minnufih dawn l‑irġiel qamu mfejqa, u b’moħħ f ’siktu bdew iroddu ħajr lil Alla.
San Theofan Zatvornik: Tfittixx tgħaġġel minn talba għal oħra, imma għid kull waħda sew bil‑mod u billi tirrifletti sew fuq dak li tkun qiegħed tgħid u titlob daqslikieku qiegħed tindirizza lil xi ħadd importanti għal xi pjaċir. Tagħtix biss kas għall‑kliem,
imma ħalli l‑menti tiegħek jingħaqdu ma’ qalbek, filwaqt li tifhem sew li tinsab fil‑preżenza ta’ Alla, konxju b’mod sħiħ mill‑Kobor, mill‑Grazzja u mill‑Ġustizzja Tiegħu.
# MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020 Abba San Nilus: Kull ħaġa ħażina li tagħmel bi tpattija lill‑proxxmu tiegħek li naqsek se tiftakar fiha waqt li tkun qiegħed titlob.
San Ġwann ta’ Kronstadt: Alla ħalaqna u tana l‑eżistenza tagħna – l‑akbar rigal tat‑tjubija tiegħu għalina, u wara li nqasnieh minn jaf kemm‑il darba bid‑dnubiet u n‑nuqqasijiet tagħna u ersaqna lura ’l bogħod minnu mill‑ħajja tal‑grazzja għall‑mewt spiritwali bid‑dnub, hu reġa’ ġġenerana mill‑ġdid għall‑ħajja permezz ta’ Ibnu Ġesù Kristu. Kemm Abba San Ġwann huma żgħar fil‑proporzjon Climacus: Il‑fidi tagħti il‑ħwejjeġ kollha li nitolbuh, ġwienaħ lit‑talb, li mingħajru u kemm hu faċli għalih li ma nistgħux intiru ’l fuq lejn jagħtihomlna wara l‑iċken is‑sema. turija tagħna ta’ fidi u tama vera fih, jekk dak li nitolbuh San Ġwann ta’ hu tabilħaqq għall‑ħtieġa u Karpathos : Hekk kif l‑ġid spiritwali u materjali in‑nar jirrendi l‑ħadid tagħna! Għaldaqstant impossibbli li tmissu, hi ħaġa tabilħaqq mhux daqstant ieħor it‑talb skużabbli li nkomplu frekwenti jagħti qawwa niddubitaw li Alla jagħtina akbar lill‑menti tagħna dak li nitolbuh. Il‑Mulej fit‑taqbida tagħna kontra qalilna b’mod ċar: “Itolbu, l‑ħażen tax‑xitan. Għalhekk u jingħatalkom; fittxu u ix‑xitan jagħmel ħiltu kollha ssibu; ħabbtu u jiftħulkom. biex itellifna fl‑attenzjoni u Għax min jitlob jaqla’; min fil‑ħeġġa tagħna waqt it‑talb, ifittex isib; u min iħabbat għax jaf li t‑talb hu l‑arma jiftħulu.” (Mtw. 7,8) l‑aktar invinċibbli tal‑menti tagħna kontrih. (ikompli fil‑ħarġa li jmiss) 29
PROĠETTI LI SARU FIL‑MISSJONI
Frar 2020
Bini ta’ Kappella Ġdida Adi Dairo
Adigrat
Inda Silase
Wik'ro Abiy Adi
Mek'ele
Maych'ew
Gonder
Korem
Sek'ot'a
Azezo
K'obo
Lalibela Bahir Dar
Weldiya
Werota Dese
Mot'a Bure
Bati
Debre Werk'
Debre Mark'os Debra Sina Erer-Gota
Ethiopia
Mendi
Metu
Mechara
Asela
Agaro
Jima Awasa
Mizan Teferi
Sodo Dila
Shashemene Wendo
Arba Minch'
Greetings in the Lord.
Nazret
Mek'i
Gore
Dear Mgr. Valentino Borg,
Jijiga
Debre Zeyit Giyon
Dembi Dolo
Dire Dawa Harar
Addis Ababa Nek'emte
Kelem
Werder Goba Imi
Kibre Mengist
Yabelo
Negele
Dolo Odo
I and the poor community of Jimma Bonga Vicariate in Ethiopia gravely need your support. Please do help us as our need has been genuine and has remained unsolved. We appreciate your kind support and we heavily depend upon your kind understanding and financial assistance. I am sending you some photos of the actual church dedicated to Saint Paul and the construction of the new church. We will encourage the faithful to remember in their daily prayers to pray for the soul of our benefactors. Yours in Christ! Abba Aklilu Woldeghiorgis, CM
Me. You. Us. Together. VO/1178
Dear Fr. Woldeghiorgis, With reference to your letter, I am pleased to inform you that, with the help of God, we are ready to sponsor the construction of your church on condition to send us photos of the actual situation of the church as well as photos taken during its construction, together with an audit account of the expenditure. We also urge you to make a permanent plaque with the words: This church is sponsored by the late _____ (name witheld for confidential reasons). It is important to satisfy these conditions for the satisfaction of the heirs. In the meantime pray for the repose of the benefactor’s soul.
Mgr. Valentino Borg Director Missio Malta 30
Frar 2020
#
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
Il‑kappella l‑antika. Il‑komunità miġbura fil‑kappella l‑antika.
Tfal quddiem il‑kappella l‑antika.
ll‑komunità flimkien ma' Dun Woldeghiorgis fil‑kappella l‑antika.
Il‑kappella l‑ġdida qiegħda tinbena.
Il‑komunità miġbura quddiem il‑kappella l‑ġdida. 31
ĠITA MA’ MISSIO
Frar 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Festa ta’ Sant’Efisju f’Cagliari, Sardenja mill‑1 sal‑4 ta’ Mejju 2019 B’titjira diretta mal‑linja tal‑ajru Air Malta.
L
‑akbar festa f ’Sardenja hija bla dubju dik ta’ Sant’Efisju, Suldat Ruman, festa li ilha tiġi ċċelebrata ta’ kull sena sa mill‑1652. Purċissjoni kkulurita u allegruża 32
b’karozzelli, kavallieri, żwiemel, barrin u mat‑3,500 fidil jakkumpanjaw bil‑mixi l‑istatwa tal‑qaddis minn Cagliari sa Nora, b’kollox vjaġġ ta’ 80 kilometru. Is‑sena kollha n‑nies ta’ Sardenja jħejju rwieħhom għal din il‑festa billi jippreparaw il‑kostumi tradizzjonali maħduma bl‑idejn minn ġenerazzjoni għal oħra. Madwar mitt raħal jieħu sehem f ’din il‑purċissjoni fejn ilkoll jesebixxu l‑karatteristiċi uniċi tagħhom, sew fl‑ilbies kif ukoll fit‑tiżjin fuq il‑bhejjem tagħhom.
Il‑Ġimgħa 1 ta’ Mejju ċ‑ċelebrazzjonijiet jibdew minn filgħodu kmieni mill‑pjazza tal‑belt antika Stampace. Karozzella bl‑istatwa ta’ Sant’Efisju, miġbuda minn żewġ barrin (traccas) timxi fuq quddiem nett f ’toroq miksijin bi twapet tal‑petali tal‑fjuri kkuluriti u jfuħu (ramadura).
I
Frar 2020
sejra lejn Pula. Illum isir diversi quddies fil‑miftuħ matul in‑nofstanhar ta’ filgħodu.
Is‑Sibt 2 ta’ Mejju l‑vjaġġ ikompli lejn ir‑raħal ta’ Nora, il‑post fejn ħa l‑martirju Sant’Efisju. Illum jiġu ċċelebrati żewġ quddisiet, waħda fit‑8 am u l‑oħra fis‑6 pm.
I
Il‑Ħadd 3 ta’ Mejju llum il‑purċissjoni tgħaddi mit‑toroq ta’ Nora, Belt Rumana, fejn il‑qaddis kien miżmum priġunier, u tibqa’
I
# MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020 ntemmet ħesrem u n‑nies ta’ Sardenja żammew il‑wegħda tagħhom sal‑ġurnata tal‑lum. Ta’ min jgħid li qabel ma ħa l‑martirju minħabba li kien iħaddan fidi Kristjana, Sant’Efisju wiegħed li kien ser jipproteġi l‑belt ta’ Cagliari u l‑poplu tagħha għal dejjem. F’dan il‑qaddis il‑belt dejjem sabet il‑wens u s‑salvazzjoni.
It‑Tnejn 4 ta’ Mejju inn kmieni filgħodu, wara l‑quddiesa, il‑purċissjoni taqbad it‑triq lejn Cagliari, biex sa nofsillejl jintemm kollox.
M
Fis‑sena 1652, f ’Sardenja, bħal fil‑kumplament tal‑Ewropa, faqqgħet il‑pesta. L‑awtoritajiet tal‑pajjiż talbu l‑interċessjoni ta’ Sant’Efisju bil‑wegħda li kull sena jieħdu l‑istatwa tal‑qaddis min‑Nora sa Cagliari. B’miraklu l‑pesta
Aktar informazzjoni fil‑ħarġa li jmiss jew fuq 2123 6962.
Ejja ngħaqad magħna, tibqax waħdek. Ħu din l‑okkażjoni ta’ darba f’ġimgħa li ġġiblek ħafna ferħ f’qalbek. Il‑Grupp Full Joy jiltaqa’ fl‑Oratorju tal‑Qalb ta’ Ġesù l‑Mosta kull nhar ta’ Tnejn. Mis‑ 5.45 sas‑7.15 ta’ filgħaxija għal Kant ta’ Evangelizazzjoni. Mis‑7.30 sat‑8.30 ta’ filgħaxija għal Adorazzjoni miftuħa għal kulħadd. Jekk tixtieq tingħaqad magħhom ċempel lil Marthese fuq 99239931 jew 27411448. 33
Frar 2020
MISSIO TFAL CAMPAIGN – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.
In Aid of Myanmar
E
very year St. Margaret College Secondary School, Verdala students join Missio Malta in aid of a missionary campaign. This year Missio Malta invited Maltese people to contribute to the missionary campaign in aid of Myanmar. So St. Margaret College students assembled with their teacher, Mr. Martin Azzopardi sdc, not only to raise funds, but also to carry out a study research about poverty in Myanmar and offer solutions to Myanmar government. The Asian country of Myanmar (ex Burma) is estimated to have a population of 52 million people, of whom 26% still live in poverty. Despite the 5% annual economic growth of this country, poverty still reigns especially in the rural areas. So, a thorough investigation and understanding of the main
causes of poverty in Myanmar is needed. Myanmar is considered to be the largest country in mainland Southeast Asia with very fertile lands and with a significant amount of potentially productive natural resources. In fact, agriculture is the main economic source of income, creating employment for more than half the country’s workforce. Paddy rice is the country’s primary crop which generates profit in Myanmar, but compared to Cambodia and Vietnam
Healing a nation through 34
education
it still offers the lowest profit in the region. Many rural areas in Myanmar are highly vulnerable to extreme weather such as heavy downpour and cyclones. In fact in 2008, Cyclone Nargis hit the country leaving long effect devastation especially in the rural areas. Following the effect of Cyclone Nargis, people were unable to create economic value for themselves and their communities. Health issues are also among the causes of poverty in Myanmar. Around 37% of the population is still unable to have access to clean water and sanitation. These health issues rank the country with the lowest life expectancy as well as the second‑highest rate of infant and child
Frar 2020
# mortality. According to recent figures it is assumed that 40 out of every 1,000 born babies, die before they reach their first birthday. Much of this is due to inadequate healthcare facilities which can easily be overcome if the government invests more money to improve the existing healthcare facilities and make plans to contribute more to the country’s healthcare. However, a campaign to increase the disease control in Myanmar has shown a marked reduction in reported HIV/AIDS cases. Also, the economic growth of the country and the government’s priority to decrease rural poverty is offering a light of hope towards rural areas in Myanmar. According to the World Bank, poverty in Myanmar has decreased from 44.5% in 2004 to 26.1% in 2015, mostly in urban areas.
The government of Myanmar has made plans to invest more on education. In fact the government’s investment on education increased from $251.8 million in 2013 to $1.2 billion in 2017. While successes are to be recognized, it is important to highlight the fact that without more investment from both government and foreign aid, poverty in Myanmar cannot be eradicated. So St. Margaret College students unite with Missio Malta to support a missionary campaign in aid of education in Myanmar, focussing mostly on Catholic Church projects planned for the village of Hakha and strengthening teachers’ formation in the city of Yangon.
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Maya Nussbaum, Sarah Fiorini, Cody Parnis and Jake Chetcuti
(VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Frar 2020
VITELLA MIXWIJA MILL‑ITALJA
X’għandek bżonn: • 4 biċċiet vitella • Lumija jew tnejn • Bżar u melħ • Żejt taż‑żebbuġa • Nofs kikkra nbid abjad • Weraq tal‑ħabaq frisk • Tadam • Faqqiegħ daqsxejn imsajjar • Ftit żebbuġ iswed • Ftit kappar
Metodu: 1. Ipprepara l‑insalata billi tqatta’ u tħawwad flimkien it‑tadam, iż‑żebbuġ iswed, il‑kappar u l‑faqqiegħ. 2. Idlek il‑vitella bil‑lumi u ftit bżar u melħ. 3. Ixwi l‑vitella minn kull naħa għal ftit minuti fiż‑żejt taż‑żebbuġa. 4. Żid ftit meraq tal‑lumi u l‑inbid, u kompli sajjar għal madwar ħames minuti oħra. 5. Żejjen il‑platt b’weraq tal‑ħabaq frisk.
BUON APPETITO! Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
A PRIEST NEEDS A HOME – DUN VICTOR AGIUS
Frar 2020
Nofstanhar Laqgħa ma’ Reliġjużi Rġiel u Nisa Barranin li Jgħixu Malta.
F
id‑9 ta’ Novembru li għadda reġa’ kellna laqgħa mill‑isbaħ ma’ 38 reliġjuż, irġiel u nisa, li joqogħdu Malta u Għawdex. In‑numru seta’ kien ħafna akbar, imma diversi minnhom ma setgħux iħallu l‑kunventi tagħhom minħabba xi impenji li kellhom. Fil‑maġġoranza tagħhom dawn ir‑reliġjużi jafu l‑vokazzjoni tagħhom lill‑missjunarji Maltin u Għawdxin li għal snin twal ħadmu f’arthom. Illum dawn il‑pajjiżi li aħna nsejħulhom artijiet tal‑missjoni għadhom jagħtu numru sabiħ ta’ vokazzjonijiet, filwaqt li aħna qed nindunaw kemm saret diffiċli li jkollna żgħażagħ Maltin li jwieġbu fil‑pożittiv
għal din il‑vokazzjoni. Illum, mhux Malta li qed tibgħat missjunarji barra minn artna, imma huma li qed jiġu jgħinu lilna. Forsi wieħed jgħid li dan huwa ġust u tajjeb. M’għandix dubju fuq hekk; wara kollox il‑Knisja hija familja, u daqqa naqdu u daqqa niġu megħjuna. Bħala qassis li għaddejt 40 sena barra minn Malta bħala missjunarju ma nistax ma niftakarx meta fil‑bidu tal‑esperjenza tiegħi fil‑Filippini, il‑Kardinal ta’ Manila ta’ dak iż‑żmien, Kardinal Sin, kien kitbilna u bħala inkoraġġament qalilna: “I hope and pray that staying with us you may always find
a home away from home”. Dan il‑kliem kien niżel bħal għasel ġo qalbi u ħassejt li kien kliem mimli mħabba u rispett lejna. Kemm nixtieq li dawn ir‑reliġjużi jsibu kontinwament Maltin li jgħidulhom l‑istess kliem. Aħna bħala saċerdoti u ċelibi ma jistax ikollna mara jew raġel ma’ min naqsmu ħajjitna; aħna ngħidu li żżewwiġna lil Ġesù u hekk hu. Imma għalkemm irrinunzjajna għaż‑żwieġ ma rrinunzjajniex għad‑dritt, li aktar minn dritt hu bżonn, li jkollna familja. Bħala qassis kont inkun dejjem man‑nies, imma man‑nies ma ssibx il‑familja intima tiegħek. Bħala qassis djoċesan il‑familja tiegħi kont insibha ma’ saċerdoti li kienu jaħdmu miegħi u li magħhom kont niekol, nitlob, nistrieħ u niftaħ qalbi. Kemm‑il darba ħassejna l‑preżenza ħajja ta’ Alla f’nofsna u ġo qalbna li tatna l‑qawwa u d‑dawl biex nibqgħu mexjin ’il quddiem. Dakinhar li ltqajna ma’ dawn ir‑reliġjużi ma stajtx ma niftakarx f’dan kollu. Ma niqfux ngħidu grazzi lil dawn ir‑reliġjuzi li qed jgħixu magħna. Jalla l‑Bambin iroddilhom minn issa stess aktar minn mitt darba l‑imħabba li qed jaqsmu magħna. 37
KOMPETIZZJONI ‑ FRAR 2020
Frar 2020
KAXXA MAĠIKA
Meta tgħodd in‑numri f’kull kolonna u ringiela orizzontali, vertikali u djagonali fil‑kaxxa t’hawn taħt, l‑ammont jiġi dejjem l‑istess. Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri neqsin. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
Is‑somma hija 102.
48 6
9
33
24
27 42 45 3 Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Diċembru 2019: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Yanika De Bono mill-Mellieħa. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
7
2
4
6
6
0
1
5
5
2
5
4
1
0
6
0
4
8
8
8
2
7
3
7
0
2
5
5
6
1
0
6
5
8
7
1
4
3
6
4
4
4
4
0
7
8
0
8
3
0
7
7
3
7
5
8
8
0
0
8
7
3
1
0
6
2
6
0
2
3
6
4
1
7
3
4
5
6
3
7
8
4
9
4
0
8
8
2
0
0
1
2
8
4
6
3
1
6
1
3
Nitbissmu ftit: “Ma nafx qalbi, imma naħseb li ma ddumx ma tkun taf!” weġibha l‑għarus.
K
ien qed joqrob Jum San Valentinu u Pamela bdiet taħseb kif ser titfa’ xi botta lill‑għarus tagħha biex forsi jipproponilha.
Din l‑istorja baqgħet għaddejja għal xi jiem; Pamela tgħid li qed toħlom b’ċurkett tad‑djamanti u Kevin iwieġeb li mhix ser iddum ma tkun taf it‑tifsira tal‑ħolma.
“Samwel qalbi, dal‑lejl ħlomt li liebsa ċurkett tad‑djamant; tgħid xi jfisser dan?” ħarrfet Pamela.
Dakinhar ta’ Jum San Valentinu, Samwel ta rigal lil Pamela. Dan ma kien xejn ħlief ktieb tat‑tifsir tal‑ħolm!
38
Frar 2020
#
MISSIO FEST 14 ta’ Marzu 2020
Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia, Catherine Grech u Mary Rose Scalpello miż‑Żurrieq • Silvana Vella mill‑Gudja • Rita Bonello mill‑Ibraġ Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb • 2019 Francesca Busuttil
Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
• Grazzi wkoll lil Ġina Spiteri u Tessie Camilleri li taw donazzjoni, lil Tony Borg min‑Nadur li ta xi kotba għall‑bażar u lil Carmen Buhagiar minn Ħal Kirkop li ħadmet oġġetti tas‑suf.
• 2019 Carmen Psaila mis‑Siġġiewi • 2019 Robert Abela mill‑Awstralja • 01 ta’ Jannar 2020 Moses Sacco minn Ħal Safi • 02 ta’ Jannar 2020 David Mangion minn Ħal Safi • 03 ta’ Jannar 2020 Ġuża Vella minn Ħal Safi Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Avviż:
Kull tielet Ħadd tax‑xahar fil‑11am qed issir quddiesa bl‑Ispanjol għal dawk li jitkellmu b’din il‑lingwa u huma residenti Malta, fil‑Kappella tal‑Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir‑Rabat fi Triq Emmanuele Vitale, minn Patri Vincente Magro MSSP. Mob. 9957 4264 Kull nhar ta’ Ħadd fit‑8pm qed issir quddiesa bl‑Urdu fil‑Kappella ta’ ħdejn il‑grawnd ta’ San Ġużepp f ’Santa Venera għall‑Pakistani li huma residenti Malta, minn Patri Bernard Mangion MSSP. Mob. 7742 6927 ‑ Parking fl‑istess grawnd.
Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem i ż d a l i ji m le w k b ’a m m i r a z z j o n i għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut. 39
Frar 2020
DITTA DARMANIN
Gilders and Restorers since 1949
Move with safety, ship with ease! To all parts of the world to/from Malta by road, trailer, door to door weekly service. We provide packing, storage, shipping, air freight, insurance for personal effects, antique furniture, works of art and commercial goods.
22, St. Christopher Street, Valletta 215, St Paul Street, Valletta E: dittadarmanin@gmail.com W: dittadarmanin.weebly.com T: 99822281, M: 99590764
Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com
40