Skip to main content

Malta Missjunarja April_Ġunju_2026

Page 1


MISSJUNARJA

IL‑ ĦARĠA:

Messaġġ Mid‑Direttur

Intenzjonijiet Missjunarji

It‑Tim Minn Wara L‑Kwinti

Kappella Ġdida – Bidu Ġdid 12 Dar Għat‑Tfal Bla Dar

Dar Għal Familja Fqira

Rinnovazzjoni Ta’ Kappella

15 Patrijiet, Jekk Jogħġobkom Ibnuli Dar

Il‑100 Jum Dinji Tal‑Missjonijiet

18 Messaġġ Tal‑Papa Għall‑Jum Dinji Missjunarju

20 Boroż Ta’ Studju

22 Sponsorizzazzjoni Tat‑Tfal

24 Aħbarijiet Minn Missio

26 Qaddisa Tax‑Xahar

28 Riċetta Tradizzjonali

30 Kompetizzjoni u Ċajt

31 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna

Ritratt tal‑faċċata: F’nofs il‑faqar u t‑taqbid, din it‑tfajla Indjana adoloxxenti xorta ssib raġuni biex titbissem.

’IL QUDDIEM BIT ‑ TAMA

EDITORJAL – Claudia Cini

Il‑maratona ta’ ġbir ta’ fondi –HopeMissioFest – ta’ Missio Malta ġiet u għaddiet. Għal 12‑il siegħa ta’ trasmissjoni fuq l‑istazzjonijiet kollha tat‑TV lokali, it‑telespettaturi setgħu jsegwu l‑aħħar aħbarijiet dwar il‑ħidma ta’ Missio Malta madwar id‑dinja.

Matul din il‑maratona ġew ippreżentati diversi proġetti: proġetti ta’ edukazzjoni għat‑tfal, proġetti għall‑bini ta’ djar, bini u sostenn ta’ sptarijiet b’aċċess għall‑kura medika, proġetti agrikoli, kif ukoll inizjattivi biex ikun hemm aċċess għal ilma nadif. Barra minn hekk, għajnuna diretta lil żgħażagħ li jħossu vokazzjoni reliġjuża.

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimg ħ a: 9.00am ‑ 1.00pm. Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm

Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gaf à , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 • Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju , 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt

Bord Editorjali: Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Robert Farrugia, Edward Bonello • Websajt u Facebook: missiomalta

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant. Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja li toħroġ erba’ darbiet f’sena. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.

133 proġett madwar id‑dinja. Minn dawn, 75 twettqu fi 13‑il pajjiż fl‑Afrika, ħamsa fi tliet pajjiżi fl‑Amerika t’Isfel u 52 oħra mifruxa f’10 pajjiżi fl‑Ażja. Permezz ta’ din il‑ħidma konkreta, Missio qed iwassal tama reali lil eluf ta’ tfal u komunitajiet sħaħ li għalihom Missio spiss ikun raġġ ta’ dawl f’ħajjithom.

dawk fil‑bżonn, ikkuntattjana (ara paġna 27) għal aktar dettalji jew agħmel id‑donazzjoni tiegħek fuq https://missio.org.mt/donate

Kun parti minn din is‑solidarjetà, biex flimkien ningħaqdu bħala familja waħda kbira li għandha għal qalbha lil dawk li l‑aktar għandhom bżonn. 

“Jiena l‑qawmien u l‑ħajja.”

(Ġwanni 11:25)

Nawgurawlkom l‑Għid il‑Kbir imbierek u ferrieħi. Jalla l‑miraklu tal‑Qawmien tal‑Mulej iġibilkom tama, fidi u ferħ imġedda f’qalbkom u f’ħajjitkom.

Grazzi tal‑appoġġ u t‑talb kontinwu tagħkom għall‑familja tagħna ta’

Missio Malta.

Ravenna, l‑Italja ‑ L‑affresk ‘Glorja ta’ Ġesù Rxoxt minn Guido Reni (1575 ‑1642) fil‑koppla tal‑kappella tal‑ġenb tal‑katidral.

KULL SENA MMORRU D ‑ DAR

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – Dun Victor Agius

Issa ilni diġà tliet snin minn meta bdejt naħdem bħala Direttur Nazzjonali f’Malta, u nista’ ngħid li l‑aktar mument fis‑sena li nkun qed nistenna hu dak meta, flimkien ma’ Diretturi Nazzjonali mid‑dinja kollha (122) niltaqgħu f’Ruma, qrib l‑aħħar ta’ Mejju, għall‑Assemblea Ġenerali tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji (Missio). Iċ‑ċentru kollu tal‑attenzjoni jmur fuq dak in‑nofstanhar meta jkollna mument għalina biss f’udjenza mal‑Papa.

X’jagħmel dan il‑perijodu ta’ sebat ijiem daqshekk speċjali? L‑ewwel ma jiġini f’rasi huwa li lkoll inħossuna familja bejnietna u mal‑Papa, u hekk mal‑Knisja kollha. Wara l‑ewwel laqgħa li kont attendejt u bdejt insir naf lill‑parteċipanti l‑oħra, sirna ħbieb u sirna nħobbu verament lil xulxin. Kemm hu sabiħ tħoss li wieħed mill‑Afrika, mill‑Indja, mill‑Kambodja, mill‑Brażil, mill‑Ungerija u mill‑pajjiżi l‑oħra kollha huwa sieħbek u ħuk! Nitolbu

Jien. Int. Aħna. Flimkien. CHARITY SHOP

No.92, Qormi Road, Hamrun

Opening hours: Monday‑Saturday 9.30am‑12.30pm

We sell:

for men, women, children and babies

Baby essentials ● Accessories

Toys

Homeware

Books ● School Items

Glassware

Household Goods ● Gifts ● Bric & Brac

flimkien, nieklu flimkien u niddiskutu flimkien, u dejjem b’dik l‑attitudni ta’ rispett u mħabba. Imma, kif għedt diġà, l‑isbaħ mument huwa mal‑Papa, għax hu jurina b’qalbu kollha kemm hu kuntent li qiegħed magħna, ikellem lil kull wieħed minna, jistaqsina fuq il‑pajjiż tagħna u jagħtina l‑messaġġ tiegħu. Dak il‑ħin tħoss b’mod qawwi ħafna li hu l‑Ispirtu s‑Santu li qed ikellimna u jgħidilna x’jixtieq li aħna nwasslu lill‑Knejjes tagħna.

Noħorġu minn dik is‑sala mimlijin ferħ u enerġija.

Din hija l‑evanġelizzazzjoni u l‑wiċċ sabiħ tal‑Knisja li, bil‑limiti kollha tagħna, qed nippruvaw inwasslu lilkom ilkoll bħala Missio Malta.

INTENZJONIJIET

Dun Charles Buttigieg

APRIL 2026 ‑ Nitolbu għas‑saċerdoti li qed jgħaddu minn mumenti ta’ kriżi fil‑vokazzjoni tagħhom, ħalli jsibu l‑akkompanjament li għandhom bżonn u sabiex il‑komunitajiet jappoġġjawhom billi jifhmuhom u jitolbu għalihom. Normalment nitolbu għall‑vokazzjonijiet saċerdotali u għall‑ħajja reliġjuża fir‑raba’ Ħadd tal‑Għid. Ilkoll nafu bil‑ġid spiritwali li jwettqu s‑saċerdoti u kemm qed jinħass in‑nuqqas tagħhom f’diversi partijiet tal‑Knisja, speċjalment fil‑missjonijiet. Però s‑saċerdot huwa wkoll bniedem uman li jsofri, iħoss, iweġġa’ qalbu u jista’ jgħaddi minn mumenti ta’ dlam fil‑vokazzjoni tiegħu. Importanti li bħala Knisja noħolqu spazju san u tajjeb li jgħin lis‑saċerdot jikber fil‑vokazzjoni tiegħu u fejn jista’ jħoss sodisfazzjon pastorali. Komunitajiet li jaċċettaw lis‑saċerdot huma mberkin, waqt li dawk li ma jaċċettawhx għandhom jikkonvertu għall‑imħabba tagħhom lejn il‑ministru t’Alla. Żgur li l‑atteġġjament ta’ xi lajċi kien fattur negattiv li kompla jkabbar il‑kriżi vokazzjonali u l‑għeja ta’ xi saċerdoti.

MEJJU 2026 ‑ Nitolbu li kulħadd, minn produtturi kbar għal konsumaturi żgħar, ikunu impenjati li jevitaw il‑ħela ta’ ikel, u sabiex jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal ikel ta’ kwalità. F’diskors li kien għamel Papa Franġisku, saħaq fuq kemm hawn ħela ta’ ikel fid‑dinja, speċjalment fil‑pajjiżi żviluppati. Kieku jkun hawn distribuzzjoni aħjar tal‑ikel fid‑dinja żgur li jkun hawn ikel għal kulħadd. Huwa dnub tassew gravi meta wieħed jarmi l‑ikel meta fl‑istess ħin jaf li f’diversi partijiet tad‑dinja hemm tant nies li qegħdin imutu bil‑ġuħ. Importanti li l‑Knisja tkompli bl‑impenn tagħha reliġjuż u soċjali sabiex tinsisti mal‑mexxejja tal‑pajjiżi kollha ħalli kull bniedem ikollu pprovdut dejjem ikel tajjeb għas‑saħħa tiegħu. Ta’ min ifaħħar il‑ħidma ta’ tant volontarji li ta’ kuljum joffru platt sħun lil dawk li huma foqra jew bla saqaf. L‑opra tal‑ħniena tgħidilna: ‘itma’ lil min hu bil ‑ġuħ’. Dan għandu jkun l‑impenn tagħna bħala Nsara fil‑Knisja u fil‑parroċċi tagħna.

ĠUNJU 2026 ‑ Nitolbu li l‑isport ikun strument ta’ paċi, laqgħa u djalogu bejn il‑kulturi u n‑nazzjonijiet, u li jippromwovi valuri bħal rispett, solidarjetà u tkabbir personali. Papa Franġisku, fl‑okkażjoni tal‑Logħob Olimpiku f’Pariġi u tal‑Logħob Paralimpiku tal‑2024, qal li l‑isport huwa forza soċjali kbira bil‑ħila li tiġbor flimkien persuni ta’ kulturi differenti f’għaqda waħda fil‑paċi. Huwa ħeġġeġ sabiex dan l‑avveniment ikun sinjal għad‑dinja inklussiva li nixtiequ nibnu u li l‑atleti, bit‑testimonjanza sportiva tagħhom, ikunu messaġġiera tal‑paċi u mudelli validi għaż‑żgħażagħ u għall‑ġenerazzjoni futura. Minbarra li l‑bniedem ikun qed iħaddem l‑abbilitajiet tiegħu, ikun qed jagħmel użu tajjeb mill‑ħin tiegħu, biex ma nsemmux ukoll il‑benefiċċji tant bżonnjużi għas‑saħħa. Għalhekk hemm bżonn li l‑pajjiżi tad‑dinja jkomplu jiskopru l‑valuri pożittivi tal‑isport għall‑għaqda ta’ diversi kulturi u għat‑tkabbir personali tal‑bniedem. Jalla l‑parroċċi u l‑postijiet tad‑duttrina tagħna joffru dan il‑mezz utli tal‑isport fil‑pastorali tagħhom.

IT ‑ TIM MINN WARA L‑ KWINTI

Kap tal‑Amministrazzjoni u l‑Finanzi

For me, mission is not just a word, it’s a calling. It is the deep faith that gives meaning to our daily work and guides our choices. A mission shapes our values, strengthens our commitment and keeps us focused even in challenging moments. It reminds us that what we do is not just a responsibility, but a purposeful contribution to something greater than ourselves. Mission is faith and purpose explained into action.

After 26 years working with Missio Malta, it has become far more than an NGO to me. It is part of my life’s journey. It has shaped my growth, deepened my understanding of serving others, and strengthened my belief in solidarity and compassion. Over the years, I have witnessed how our collective efforts reach beyond borders, offering hope and support to communities in need.

What makes this journey truly meaningful is that we do not serve for personal pride

or recognition. We serve together, united by humility and faith, working towards a purpose far greater than ourselves. For me, Missio Malta is not just an organization; it is a family working hand in hand to make a difference that truly matters.

None of this would be possible without the generous support of our dedicated benefactors who, often with great sacrifice, pray for and contribute to our efforts to build a better world. Thank you!

MOIRA MUSCAT

Kordinatriċi tal‑Avvenimenti u l‑Voluntiera Il‑missjoni hija li naħseb f’min m’għandux dak li għandna aħna. Naħseb f’min m’għandux affarijiet bażiċi li aħna nieħdu ‘for granted’. Apparti ikel u xorb, dawn in‑nies f’artijiet tal‑missjoni jeħtieġu jkunu jafu li hemm min iħobbhom u jaħseb fihom. Huwa sabiħ li jkollhom tama għal ħajja aħjar, kemm għalihom kif ukoll għal uliedhom u l‑ġenerazzjonijiet ta’ warajhom. Għandhom bżonn nies li jedukawhom u b’hekk ikollhom ċans

ikollhom ħajja aħjar. Il‑missjoni għalija hija li nitgħallem minn dawn in‑nies li jgħixu f’artijiet tal‑missjoni, nitgħallem minnhom kemm għandhom kuntentizza u kemm isibu ferħ f’affarijiet sempliċi, kemm jaħsbu f’xulxin u lesti li jaqsmu il‑ftit li għandhom ma’ ħaddieħor fil‑bżonn.

Missio għalija huma 9 snin ta’ xogħol li tani sodisfazzjon u sens ta’ mħabba u ta’ familja. Pjaċir kbir tiegħi li wara ħafna xogħol u ħsieb li tinvolvi kull attività, inħoss sens ta’ għaqda u mħabba. Huwa sabiħ li tirrealizza li fil‑ħajja, illum il‑ġurnata għad baqa’ ħafna min lest li jgħin u jaħseb f’ħaddieħor. Kultant in‑negattiv jidher u jinstema’ aktar mit‑tajjeb, u x‑xogħol tiegħi f’Missio jagħtini sens ta’ pożittività li fil‑ħajja hawn ħafna min hu twajjeb u jaħseb f’ħaddieħor. Niltaqa’ kuljum ma’ nies li lesti jgħinu kemm mil‑lat finanzjarju, kif ukoll billi jagħtu ħin ta’ volontarjat biex jgħinu lil ħaddieħor. Sabiħ li nara voluntiera li ilhom jgħinu lil Missio snin twal, u jibqgħu jiġu b’mod konsistenti, jibnu ħbiberija magħna u ma’ xulxin, u grazzi għalihom li jsir ħafna xogħol siewi.

For me, mission is a calling from God to serve beyond boundaries. It is about sharing love, hope, and dignity with people who may feel forgotten. Mission is not limited to one country, one culture, or one religion; it is about humanity. Growing up in India, in a rich multicultural and multi‑religious society, I learned to respect all faiths. Near my school there was a church, and whenever I passed by, I would pause for a moment. I would silently pray in my own way and offer my respect to God. At that time I did not fully understand why I felt that connection, but today I sometimes feel that God was gently guiding my path towards this work in mission.

Missio is more than a workplace for me; it is a spiritual journey. Working in a Catholic missionary organization was something very new for me in the beginning, and I wondered how my path would unfold. But over the last eight years, it has been a beautiful experience of learning, faith, and unity. When we gather in the small chapel in our office or participate in Mass, I pray to God in my own language. I pray for the children, the families, and the communities that Missio supports. I pray for peace, strength, and guidance in our mission. In those moments, I truly feel that faith brings us together rather than separates us. I believe that God chooses each of us for a purpose. I feel grateful and blessed that He chose me to serve through Missio. For me, Missio is a place where different cultures and different hearts come together to serve one human family. 

CHETAN

KAPPELLA ĠDIDA – BIDU ĠDID

PROĠETTI MWETTQA – Marlene Borg

Iż‑żona fil‑periferija tal‑belt ta’ Santa

Klara f’Kuba, hija żona pjuttost fqira b’riżorsi limitati. Qabel ma ġie fi tmiemu l‑bini ta’ din il‑kappella, għal dawn l‑aħħar snin il‑komunità kienet tiltaqa’ f’dar ta’ familja. Din kienet ta’ sfida, għaliex biex jorganizzaw laqgħa għall‑komunità lokali dejjem kellhom jiddependu mid‑disponibbiltà tas‑sidien tad‑dar. Biss issa bil‑kappella tagħhom stess għandhom ħafna aktar possibbiltajiet. Bħalissa madwar tnax‑il adult jipparteċipaw regolarment fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa, mumenti

ta’ talb u liturġija, formazzjoni u laqgħat soċjali oħra. Barra minn hekk, madwar għoxrin tifel u tifla jipparteċipaw f’dawn l‑istess ċelebrazzjonijiet u wkoll f’laqgħat tal‑katekiżmu darba fil‑ġimgħa li jinkludu wkoll lezzjonijiet tal‑mużika.

Il‑komunità lokali tinkludi diversi ħaddiema li għenu fit‑tisbiħ tal‑kappella, kif ukoll diversi bdiewa li se jieħdu ħsieb il‑ġnien pjuttost kbir li jdawwar il‑kappella u li żgur se jħalli impatt pożittiv fuq l‑ambjent tal‑madwar. L‑enerġija solari tista’ tintuża faċilment f’pajjiż daqshekk tropikali li għandu xemx prattikament is‑sena kollha. Dan il‑proġett se jkompli jrawwem u jsaħħaħ sens ta’ appartenenza fost in‑nies tal‑komunità. Barra minn hekk, il‑formazzjoni mogħtija lit‑tfal żgur li se jkollha impatt fuq kif jirrelataw fil‑postijiet tax‑xogħol u fis‑soċjetà futura tagħhom. Il‑komunità tinsab fil‑periferija tal‑belt ta’ Santa Klara, u għalhekk huwa

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

diffiċli għalihom li jipparteċipaw u jattendu l‑parroċċi lokali, prinċipalment minħabba li s‑sitwazzjoni tat‑trasport hija ħażina. Sfortunatament, għal żmien twil il‑Knisja Kattolika f’Kuba ffukat prinċipalment fuq iċ‑ċentru tal‑ibliet u ma laħqitx dawk fil‑periferiji. Pereżempju, il‑belt ta’ Santa Klara għandha erba’ knejjes parrokkjali qrib ħafna ta’ xulxin fiċ‑ċentru u ftit kappelli fis‑subborgi periferiċi. Mill‑bidu tagħha, ftit tas‑snin

ilu, il‑membri ta’ din il‑komunità baqgħu fidili għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa u l‑katekiżmu ta’ kull ġimgħa. Verament komunità reliġjuża ħafna u ħerqana li tikber fil‑fidi.

Jekk tixtieq tgħin fi proġetti simili għal t’hawn fuq, tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑website: https://missio.org.mt/donate Grazzi mill‑qalb. 

Programmi ġodda fuq mit-30 ta’ Marzu 2026

It-Tlieta fit-8:20pm Il-Ġimgħa fit-8:20pm

Robert Farrugia

X’Għamilna, programm fejn se niddiskutu proġetti li Missio diġà wettaq u li qegħdin isiru. Naraw kif dawn se jkomplu jgħinu lil ħafna tfal u familji flartijiet tal-missjoni billi jagħtuhom tama u opportunitajiet aħjar għall-futur.

Ivan Gaffiero

Esperjenzi, programm li jaqsam stejjer u esperjenzi mill-ħajja ta’ kuljum, fejn persuni differenti jirrakkontaw mumenti reali, sfidi u suċċessi li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Programm li jispira, jinkoraġġixxi u jġibna aktar qrib ta’ xulxin.

L-Erbgħa fit-8:20pm Il-Ħamis fit-8:20pm

Nicole Curmi Cassar

Tgħanniqa, 360 hu programm li jiċċelebra lvalur u s-sbuħija tal-ħajja f’kull stadju tagħha. Permezz ta’ diskussjonijiet, stejjer u esperjenzi reali, ilprogramm jippromwovi kultura ta’ rispett u mħabba lejn il-ħajja.

Edward Camilleri

Qalb il-Komunità hu podcast fejn f’kull programm inżuru raħal differenti u nintervistaw lill-kappillan tal-parroċċa. Flimkien niskopru listejjer, l-inizjattivi u nnies li jagħmlu l-parroċċa verament il-qalb talkomunità.

DAR GĦAT ‑ TFAL BLA DAR

PROĠETTI FI PROĊESS – Marlene Borg

Huwa stmat li hemm bejn 250,000 u 300,000 tifel u tifla, u żgħażagħ bla dar li jgħixu fit‑toroq tal‑Kenja. Aktar minn 60,000 minn dawn it‑tfal huma kkonċentrati f’Nairobi. Filwaqt li ma teżisti l‑ebda ċifra uffiċjali u preċiża, in‑numri qegħdin dejjem jikbru minħabba l‑faqar, l‑abbandun u l‑kunflitt domestiku.

Wasal għall‑attenzjoni ta’ Missio li fid‑Djoċesi ta’ Mombosa kien hemm il‑bżonn urġenti li tinbena mqar dar waħda żgħira li fiha jistgħu jistkennu tfal bla saqaf fuq rashom! Oriġinarjament il‑pjan kien li jinbnew kamra waħda u tojlit, iżda l‑awtoritajiet m’aċċettawx u biddlu l‑pjan għal żewġ kmamar, tojlit, kamra tal‑banju, kċina u maħżen. Din id‑dar qed jaħdmu fiha u jlestuha n‑nies foqra stess li jgħixu fir‑raħal. Joan’s Crafts for Charity qed tappoġġja dan il‑proġett permezz ta’ Missio.

Jekk il‑Bambin irid, kif titlesta din id‑dar, fix‑xhur li ġejjin nippubblikaw xi ritratti tagħha.

Jekk tixtieq tgħin fi proġetti simili bħal t’hawn fuq, tista’ tagħti donazzjoni billi

tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑website: https://missio.org.mt/donate Grazzi mill‑qalb. 

DAR GĦAL FAMILJA FQIRA

PROĠETTI FI PROĊESS –

Skont l‑aħħar ċensiment tal‑Indja, l‑għadd ta’ familji bla dar, jiġifieri dawk li jgħixu fil‑miftuħ, fuq bankini, fit‑tempji jew taħt il‑pontijiet, kien ta’ madwar 1.77 miljun ruħ. Madankollu, esperti u NGOs jissuġġerixxu li l‑għadd attwali ta’ nies li qed jiffaċċjaw insigurtà severa tad‑djar huwa ħafna ogħla, bl‑istima ta’ nies bla dar urbani biss tilħaq mill‑inqas it‑3 miljun!

Missio qed jappoġġja dar ta’ familja fqira ħafna ta’ sitt membri: il‑missier, l‑omm, tlett itfal u nanna, fid‑djoċesi ta’

Marlene Borg

Kanjirapally, l‑Indja. Dan il‑proġett jaqa’ taħt l‑appoġġ fil‑livell parrokkjali peress li huma fqar ħafna u m’għandhomx dħul biex isostnu l‑għajxien tagħhom.

Din id‑dar tinsab fil‑proċess li tinbena u jekk il‑Bambin irid, kif titlesta fix‑xhur li ġejjin, nippubblikaw xi ritratti tagħha.

Jekk tixtieq tgħin fi proġetti simili bħal t’hawn fuq, tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑website: https://missio.org.mt/donate Grazzi mill‑qalb. 

RINNOVAZZJONI TA’ KAPPELLA TAL‑ ADORAZZJONI

PROĠETTI LI JRIDU JITWETTQU – Marlene Borg

Imwaqqaf fl‑1932 u elevat għall‑istatus ta’ Seminarju Pontifiċju fl‑1945, is‑Seminarju Pontifiċju ta’ San Ġużepp, f’Carmelgiri, Alwaye, huwa wieħed mill‑aqwa seminarji Kattoliċi Latini Rumani fl‑Indja. Huwa jservi bħala fanal ta’ eċċellenza teoloġika, profondità spiritwali u żelu missjunarju fil‑qalba ta’ Kerala, u jrawwem ġenerazzjonijiet ta’ saċerdoti għas‑servizz fl‑Indja u madwar id‑dinja.

Missio ntalab jappoġġja dan is‑seminarju fir‑rinnovazzjoni tal‑Kappella tal‑Adorazzjoni. Dan il‑proġett se jkun ta’

benefiċċju għal 200 seminarista jew aktar li joqogħdu fis‑seminarju u/jew studenti li jattendu l‑formazzjoni tat‑Teoloġija. L‑età tal‑istudenti ġeneralment hija ta’ bejn it‑18 u t‑30 sena.

Jekk il‑Bambin irid, nitolbu u nittamaw li nsibu benafuttur/benefattriċi li lesti jappoġġjaw dan il‑proġett.

Jekk tixtieq tgħin fi proġetti simili bħal t’hawn fuq, tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑website: https://missio.org.mt/donate Grazzi mill‑qalb. 

PATRIJIET, JEKK

JOGĦĠOBKOM IBNULI DAR

EJJEW NIBNU MHUX BISS DJAR, IŻDA FUTUR!

PROĠETTI LI JRIDU JITWETTQU – Marlene Borg

Fl‑2026, il‑familja Franġiskana madwar id‑dinja se tfakkar it‑800 anniversarju mill‑mewt ta’ San Franġisk t’Assisi, ir‑Raġel Fqir ta’ Assisi li ddedika ħajtu biex jaqdi lill‑foqra, lill‑emarġinati u lil dawk mingħajr dinjità fis‑soċjetà. F’konformità ma’ dan l‑ispirtu tal‑Ġublew, il‑Patrijiet Franġiskani fl‑Indja jixtiequ jwettqu espressjoni konkreta ta’ solidarjetà mal‑foqra billi jibdew Proġett ta’ Akkomodazzjoni għal 15‑il familja fil‑bżonn li bħalissa jgħixu f’xelters mhux siguri u inadegwati.

Akkomodazzjoni deċenti mhix biss struttura fiżika, imma hija pedament għad‑dinjità, l‑istabbiltà u t‑tama għall‑futur. B’dan il‑proġett tal‑Ġublew,

il‑patrijiet jimmiraw li jagħmlu l‑wirt ta’ San Franġisk ta’ kompassjoni tanġibbli billi jipprovdu djar siguri u sostenibbli lil dawk fil‑bżonn.

Il‑Proġett tad‑Djar tal‑Ġublew jinkludi 15‑il dar li se jinbnew għall‑ifqar fid‑djoċesi. Missio ħallas għall‑ewwel dar b’valur ta’ €6,000. Huwa meħtieġ li jinstabu xi benefatturi sabiex jgħinu b’fondi għal dan il‑proġett. Aktar dettalji tal‑proġett jingħataw fil‑ħarġa li jmiss.

Jekk tixtieq tgħin fi proġetti simili bħal t’hawn fuq, tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑website: https://missio.org.mt/donate Grazzi mill‑qalb.

Malta Missjunarja - April - Ġunju 2026

IL‑ 100 JUM DINJI

TAL‑ MISSJONIJIET 2026

Il‑100 anniversarju tal‑Jum Dinji Missjunarju se jiġi ċċelebrat fit‑18 t’Ottubru 2026, u jimmarka ċ‑ċentinarju mit‑twaqqif tiegħu minn Papa Piju XI fl‑1926. It‑tema għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑2026 hija:

“Ħaġa waħda fi Kristu, magħqudin f’missjoni.”

magħżula minn Papa Ljun XIV. Dan l‑avveniment jikkommemora 100 sena ta’ appoġġ għall‑ħidma missjunarja permezz tat‑talb u ġabriet globali ta’ fondi biex jgħinu lid‑djoċesijiet u l‑komunitajiet fil‑bżonn.

Ħaġa waħda fi Kristu magħqudin

100sena tal-ĦaddMissjunarjuDinji

Malta Missjunarja - April - Ġunju 2026

TALBA LI BIHA PAPA LJUN XIV GĦALAQ

IL‑ MESSAĠĠ TIEGĦU GĦALL‑ JUM DINJI MISSJUNARJU:

Missier qaddis, agħmilna lkoll ħaġa waħda fi Kristu, b’għeruqna f’imħabbtu li tgħaqqad u ġġedded. Jalla l‑membri kollha tal‑Knisja jkunu magħqudin fil‑missjoni, doċli għall‑Ispirtu s‑Santu, kuraġġużi fix‑xhieda tagħhom tal‑Evanġelju, billi jxandru u jħaddnu kuljum l‑imħabba fidila tiegħek għall‑ħlejjaq kollha.

Bierek lill‑missjunarji rġiel u nisa kollha, weżinhom fil‑ħidma tagħhom u indukralhom it‑tama tagħhom! Marija, Reġina tal‑Missjonijiet, kun magħna fil‑ħidma tal‑evanġelizzazzjoni f’kull rokna tad‑dinja; agħmilna strumenti tal‑paċi, u aqlgħalna l‑grazzja li d‑dinja kollha tagħraf fi Kristu d‑dawl li jsalva. Ammen.

IL‑ 100 JUM DINJI

TAL‑ MISSJONIJIET

2026

“Ħaġa waħda fi Kristu, magħqudin f’missjoni.”

MESSAĠĠ

TAL‑PAPA GĦALL‑JUM DINJI MISSJUNARJU

Ħaġa waħda fi Kristu magħqudin

Fil‑messaġġ tiegħu għall‑Jum

Dinji Missjunarju 2026, li jfakkar

il‑mitt anniversarju tat‑twaqqif tiegħu minn Papa Piju XI, Papa Ljun XIV jistedinna nġeddu l‑impenn missjunarju tagħna b’ferħ u żelu fl‑Ispirtu s‑Santu taħt it‑tema: “Ħaġa waħda fi Kristu, magħqudin f’missjoni,” tema li tfakkarna li l‑missjoni tal‑Knisja tibda mill‑għaqda tagħna ma’ Kristu u bejnietna.

1. Ħaġa waħda fi Kristu – Dixxipli missjunarji magħqudin miegħu u ma’ ħutna.

Il‑qofol tal‑missjoni hija l‑għaqda ma’ Kristu. Ġesù talab lill‑Missier biex id‑dixxipli tiegħu jkunu ħaġa waħda, bħalma Hu u l‑Missier huma ħaġa waħda. (Ġw.17:21) Il‑Knisja hija msejħa tkun komunità magħquda, rikonċiljata u mibnija fuq il‑komunjoni li tnixxi

100sena tal-ĦaddMissjunarjuDinji

mit‑Trinità. Jekk bejnietna hemm firda, kunflitti jew nuqqas ta’ fiduċja ma nistennewx li l‑evanġelizzazzjoni tagħna tagħti l‑frott. Għalhekk, il‑Knisja trid tħares lejn Kristu bħala ċ‑ċentru tagħha u ssaħħaħ l‑isforzi ekumeniċi u l‑ispirtu ta’ fraternità. Aktar ma nkunu magħqudin fih, aktar inkunu kapaċi nwettqu l‑missjoni li Hu fdalna.

2. Magħqudin f’missjoni – Sabiex id‑dinja temmen fi Kristu l‑Mulej. L‑għaqda mhix għan fiha nfisha, iżda mezz biex id‑dinja temmen fi Kristu. Ix‑xhieda ta’ komunità magħquda tagħti saħħa kbira lix‑xandir tal‑Evanġelju.

Kulħadd, skont il‑vokazzjoni tiegħu jew tagħha, huwa msejjaħ jieħu sehem fil‑missjoni tal‑Knisja. L‑ispiritwalità ta’ komunjoni tgħinna nagħrfu d‑doni differenti bħala għana u mhux bħala firda. L‑għaqda ma tfissirx uniformità, iżda armonija bejn kariżmi u kulturi differenti fl‑istess fidi. Il‑Papa jfakkar ukoll fl‑importanza tal‑Opri

Missjunarji Pontifiċji, li jrawmu l‑ispirtu missjunarju u jgħinu lill‑komunitajiet madwar id‑dinja permezz tat‑talb u tal‑għajnuna konkreta.

3. Missjoni ta’ mħabba – It‑tħabbir,

l‑għajxien u l‑qsim tal‑imħabba fidila ta’ Alla.

Il‑missjoni hija, fuq kollox, missjoni ta’ mħabba. Il‑Bxara t‑Tajba hija l‑aħbar tal‑imħabba fidila ta’ Alla li saret laħam f’Ġesù Kristu. Imqanqlin minn din l‑imħabba, l‑Appostli u tant missjunarji matul is‑sekli taw ħajjithom biex ixandru l‑Evanġelju. Il‑Papa jesprimi gratitudni lejn il‑missjunarji tal‑lum, li b’kuraġġ iħallu kollox biex iwasslu lil Kristu f’postijiet diffiċli. Id‑dinja għadha teħtieġ dawn ix‑xhieda u l‑Knisja għandha titlob għal vokazzjonijiet ġodda.

Fl‑aħħar, il‑Papa jħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem fil‑missjoni permezz tax‑xhieda tal‑ħajja, tat‑talb u tal‑għajnuna materjali, speċjalment fil‑Ġurnata Missjunarja. Kull don, anki żgħir, huwa sinjal ta’ komunjoni u mħabba. Il‑messaġġ jintemm b’talba biex il‑Missier jagħmilna ħaġa waħda fi Kristu, magħqudin fl‑imħabba u kuraġġużi fix‑xhieda tagħna, bl‑interċessjoni ta’ Marija, Reġina tal‑Missjonijiet. Jalla lkoll inkunu strumenti ta’ paċi biex id‑dinja tagħraf lil Kristu bħala d‑dawl li jsalva.

Verżjoni mqassra mis‑Sur Mario Sant

ITTRA MINGĦAND SEMINARIST

A Sacred Journey, My Life and Formation at Carmelgiri Seminary.

“Lord here I am. I have come to do your will”. (Hebrews 10:9)

My name is Father Tony Thomas and I belong to the Diocese of Kottapuram. My home parish is Lourde Matha Church, Kurishigal, in Kerala India. I am blessed with a loving family, my parents and a younger brother who have been a pillar of support. From a young age I found great joy in serving at the Eucharist and my parish priest became an inspiration for me. Once I attended a vocation camp and on the last day of camping, I experienced an unshakable conviction that I was meant to be a priest. With profound certainty, I took my first step into seminary life in June 2021.

Nestled amidst the serene greenery of Alwaye, St Joseph’s seminary has been my home and training ground. Here each day is a beautiful blend of prayer, study and community life. My mornings start with the liturgy of hours, meditation and Eucharistic celebration. Theological studies follow. As a 3rd year theology student, I am busy with my academic pursuits especially my thesis. I also study Latin, Hebrew and Greek. Afternoons are dedicated to research and preparations for exams. Every Sunday I am an active participant at St Joseph’s Church where I take part in Sunday catechism, youth ministry and liturgical activities. At other times I also reach out to the sick, elderly and also prisoners as part of my vocational experience. These incentives shaped me into the priest who will walk closely with the people.

At the seminary, I share fraternal bonds with my fellow seminarians through prayer, work and recreation. We cherish feast day celebrations, gatherings and music nights. I also have a spiritual director who I meet regularly for direction and discernment. I am also the librarian of the seminary, the volleyball team captain and I am also a member of the seminarian’s council. I engage in farming activities, tend to the vegetable garden and the trees at the seminary. After I

FL‑ AFRIKA U FL‑ INDJA: was ordained Deacon, I looked forward to my final step towards priesthood with joy and a profound love for God. I am grateful to my benefactors in Malta as their prayers and generous support are a constant source of encouragement and assistance.

Together with my fellow seminarians, we remember our benefactors every day in our prayers and in a special way on First Friday mass, which is dedicated to our benefactors.

My life at the seminary has been a journey of grace. After my ordination, which took place on the 9 th January, I pray that I shall be a humble instrument in the hands of God. With deep faith I embrace the mission that the Lord has entrusted me with. 

KIF INT TISTA’ TGĦIN LIS ‑ SEMINARISTI

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35

• Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju ‑ €43 • Paga ta’ għalliem fis‑seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48

• Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek, tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) ‑ €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Għal aktar dettalji ċemplu 2123 6962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB

L‑ EDUKAZZJONI: IĊ ‑ ĊAVETTA

GĦAL FUTUR AĦJAR

TAT‑TFAL

B’xorti ħażina, fil‑Pakistan għad hemm id‑drawwa li lill‑bniet ġejjin minn familji foqra jżewġuhom ta’ età żgħira ħafna, u dan għaliex huwa l‑uniku mod kif jiggarantulhom saqaf fuq rashom u platt sħun kuljum. Lil Miriab ta’ 16‑il sena u lil Alishba ta’ 13‑il sena, kienet se tmisshom din ix‑xorti ta’ żwieġ ta’ konvenjenza, meta lanqas biss kienu għadhom laħqu l‑pubertà!

Bis‑saħħa tal‑kuraġġ li għamlu b’xulxin, it‑tfajliet iddeċidew li jmorru jħabbtu

fuq il‑bibien tal‑iskola tas‑Sorijiet Maltin bit‑tama li jiġu milqugħa. Kemm xtaqu jibdew jitgħallmu! Huma qatt ma kienu marru skola qabel għax l‑opportunità kienet miftuħa biss għas‑subien. Kif mistenni, is‑sorijiet laqgħuhom b’idejhom miftuħin u pprovdewlhom ukoll l‑uniformijiet għax lanqas flus għal dawn ma kellhom. Miriab u Alishba, apparti li bdew jgħixu ħajja aktar diċenti kif ukoll jirċievu edukazzjoni, ħelsu minn żwieġ sfurzat. Miriab irnexxielha wkoll iddaħħal l‑iskola lil ħutha bniet, biex b’hekk huma wkoll ikollhom il‑futur tagħhom sigur. It‑tfajliet ħassewhom aktar aċċettati u milqugħin meta saru jafu li proprju l‑għalliema tagħhom stess, mhux wisq snin qabel, kienet eżatt fl‑istess sitwazzjoni tagħhom u bħalhom kienet sabet l‑għajnuna tas‑Sorijiet Maltin. Hija wkoll kienet ġejja minn familja fqira u meta kienet żgħira kienu sabuha s‑sorijiet fil‑mandraġġ u offrewlha tmur magħhom.

Bħalma l‑għalliema rsistiet u studjat kemm felħet biex illum il‑ġurnata qed tgħallem fl‑istess skola li tatha tama ġdida f’ħajjitha, hekk ukoll jixtiequ jagħmlu

Miriab u Alishba. Jixtiequ jsiru għalliema biex ikunu jistgħu jagħtu l‑opportunità lil tfal oħra bħalhom! Bħalissa fl‑iskola tas‑Sorijiet Maltin hemm madwar 800

tifla li kollha għandhom storja simili u ta’ qsim il‑qalb x’jirrakkuntaw. U bħal dawn il‑bniet hemm ħafna u ħafna oħrajn fil‑familji foqra li s‑sorijiet jixtiequ jilqgħu għandhom. Huwa bis‑saħħa tal‑benefatturi Maltin u Għawdxin li s‑sorijiet qed jagħtu mħabba, kenn, ikel u edukazzjoni lil dawn it‑800 tifla. Min jaf kieku f’liema sitwazzjoni jinsabu dawn il‑bniet!! Żgur li mhux fis‑sigur! Għax ta’ età żgħira kienu jkunu miżżewġa fi żwieġ ta’ konvenjenza, jgħixu fil faqar u jaħdmu għal żwieġhom!

Għinna ngħinu iktar tfal, bniet u subien, jiksbu ċ‑ċavetta tal‑edukazzjoni għal futur isbaħ! Grazzi għad‑donazzjoni tiegħek, tifel jew tifla se jirċievu din ix‑xorti! 

AĦBARIJIET MINN MISSIO

LAQGĦA MAL‑MISSJUNARJI

BARRANIN F’MALTA

Bħalma nagħmlu kull sena, żammejna l‑appuntament tagħna mar‑reliġjużi barranin li jgħixu f’Malta. Iltqajna nhar is‑Sibt 14 ta’ Frar fid‑Dar tal‑Providenza fis‑Siġġiewi. Konna grupp sabiħ ta’ ’l fuq minn 60 ruħ. Dejjem ikun mument sabiħ fejn reliġjuzi minn madwar tista’ tgħid id‑dinja kollha, jiltaqgħu flimkien biex jitkellmu, jiftħu qalbhom, jisimgħu l‑Kelma t’Alla u wara jieklu xi ħaġa flimkien. Dawn il‑jiem saru ġranet li nkunu qed nistennew bil‑ħerqa għax ċerta li jħallu l‑frott.

FESTIVAL MUŻAJK

Nhar il‑Ħadd 8 ta’ Frar, Missio kien parti mill‑Festival Mużajk. Dan kien festival ta’ Arti, Kultura u Innovazzjoni li ttella’ fil‑Park tal‑Familja, f’Wied il‑Għajn. Kienu ħafna t‑tfal li ngħaqdu magħna sabiex ipinġu u jagħmlu l‑krafts, filwaqt li jitgħallmu fuq ix‑xogħol ta’ Missio. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li waqfu jistaqsu u wrew interess f’dak kollu li nagħmlu.

Malta Missjunarja - April - Ġunju 2026

NATALIS NOTABILIS

Diċembru huwa xahar pjuttost mimli għal Missio. Mill‑5 sal‑14 ta’ Diċembru Missio u Faith, Hope and Charity ħadu sehem fis‑suq tal‑Milied li jittella’ ta’ kull sena fir‑Rabat, Malta. Grazzi għall‑istaff u diversi volontiera, ikollna żewġ stands fejn jinbiegħu oġġetti relatati mal‑Milied li l‑qligħ tagħhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. Ħafna huma dawk li xtraw ir‑rigali tagħhom f’dawk il‑ġranet. Għalkemm huwa żmien bieżel, inkunu qed nistennewh jasal.

Il‑Kappelli Ta’ Malta:

Vjaġġ storiku fuq pjattaforma ġdida li tiftaħ tieqa f’dinja affaxxinanti ta’ knejjes żgħar f’Malta u f’Għawdex.

Esperjenza vjaġġ virtwali fil‑wirt reliġjuż u storiku ta’ pajjiżna, filwaqt li tappoġġja lil

Missio li jgħin komunitajiet fil‑bżonn madwar id‑dinja. Ibda l‑vjaġġ tiegħek issa fuq: https://kappelli.net/

Ritratt: www.laikosblog.org

SANTA ĠANNA BERETTA MOLLA

QADDISA TAX‑XAHAR

Din il‑qaddisa omm twieldet Bergamo, qrib Milan fl‑1922, u kienet l‑għaxar wild fost tlettax. Studjat fl‑Università ta’ Milan u ta’ Pavia, u fl‑1949 iggradwat fil‑mediċina u l‑kirurġija. Fl‑1952, speċjalizzat fil‑pedjatrija u ħadmet bħala speċjalista tat‑tfal f’diversi sptarijiet. Kienet membru attiv tal‑Azzjoni Kattolika, iżżewġet lill‑Inġinier Pietru Molla u kellhom erba’ ulied. Meta kien ser ikollha r‑raba’ tarbija, mill‑ewwel dehru sinjali li kien se jkun hemm periklu gravi f’saħħitha. Minħabba t‑tqala, irrifjutat li tieħu trattament għal fibroma fl‑utru.

Pittura ta’ Santa Ġ anna B eretta M olla mpittra minn Caterina Pacitti. Din tinsab fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti fil‑Belt Valletta u ngħatat biex jinħoloq Santwarju Nazzjonali għall‑Qaddisa.

Sponsorjata mill‑Konfraternità tal‑Madonna tal‑Karità tal‑Belt Valletta, l‑Arċikonfraternità tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Belt Valletta, Doctors For Life, Life Network Foundation u Atelier del Restauro.

Din il‑pittura ngħatat bħala donazzjoni biex tingħata tislima lil Santa Ġ anna Beretta Molla u wkoll lill‑eluf ta’ nisa, f’Malta u madwar id‑dinja, li, bħal Santa Ġanna B eretta M olla, jagħżlu li jpoġġu l‑ħajja tat‑tarbija l‑ewwel meta jagħżlu intervent waqt diffikultajiet fit‑tqala tagħhom. Dawn in‑nisa, li jaċċettaw li jagħmlu sezzjonijiet ċesarji, twelid bil‑forceps u oħrajn, huma eroini mhux magħrufa li jxerrdu demmhom stess għal uliedhom.

Lesta għal kull sagrifiċċju, issottomettiet ruħha għal intervent kirurġiku, deċiża u titlob li jsalvaw lit‑tarbija. Kienet tirrepeti: “Lesta għal kollox biex it‑tarbija tgħix.” Fil‑21 t’April tas‑sena 1962 twieldet ir‑raba’ tarbija, u ġimgħa wara (fit‑28 tax‑xahar) mietet l‑omm erojka, konvinta li: “hu dnub toqtol tarbija fil‑ġuf.”

Papa San Ġwanni Pawlu II, fl‑24 t’April tas‑sena 1994, iddikjaraha Beata fil‑preżenza ta’ żewġha u l‑erba’ wliedha. Huma kienu wkoll preżenti meta fis‑16 ta’ Mejju 2004, l‑istess Papa, lil Ġanna Beretta Molla ddikjaraha qaddisa, l‑ewwel waħda taż‑żminijiet tagħna. Il‑festa ta’ din il‑qaddisa niċċelebrawha fit‑28 t’April.

Talba: Alla Missierna, infaħħruk u nberkuk talli f’Ġanna Beretta Molla tajtna u wrejtna mara li tat xhieda tal‑Evanġelju

Malta Missjunarja - April - Ġunju 2026

bħala żagħżugħa, mara miżżewġa, omm u tabiba. Niżżuk ħajr talli bl‑għotja qalbiena ta’ ħajjitha tgħallimna nilqgħu u nagħtu

ġieħ lil kull tarbija, ħlejqa tiegħek. Agħmel, o Missier, li l‑fidili tiegħek, fuq l‑eżempju ta’ Santa Ġanna, jgħixu b’fedeltà l‑grazzja

tal‑konsagrazzjoni fl‑imħabba taż‑żwieġ u l‑familja, u jilqgħu bi gratitudni l‑ulied, li fihom tiddi l‑istess xbieha ta’ Kristu, huma u jdawruhom bi mħabba attenta sa mill‑ewwel waqtiet ta’ ħajjithom. Bi Kristu Sidna. Ammen. 

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK

Account No: 41474120039

IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

Swift Code: APSBMTMT

my

• Iftaħ l‑app myAPS

• Agħfas fuq “P2M” fil‑qiegħ tal‑iskrin

• Agħżel il‑kont minn fejn trid tagħmel id‑donazzjoni

• Daħħal l‑ammont tad‑donazzjoni

• Daħħal in‑numru tal‑mowbajl 77236962

• Daħħal kumment f’ “Payment Reference”

• Agħfas “Confirm”

 Donazzjoni b’SMS

• 5061 7383 ‑ €2.33

• 5061 8998 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

RELAZZJONIJIET

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 50011468005

IBAN: MT31VALL22013000000050011468005

Swift Code: VALLMTMT

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar

• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15

• 5180 2026 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

www.missio.org.mt

 Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.  Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

Programmi bi produzzjoni ta’ Missio Malta u preżentazzjoni ta’ Dun Victor Agius u Claudia Cini.

Relazzjonijiet: bejn April u Ġunju.

Kull nhar ta’ Erbgħa fis‑2:30pm. B’ripetizzjoni kull nhar ta’ Ġimgħa fis‑1:00am.

● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).

SOPPA TAL‑GĦAZZ TA’ ĠAKOBB

RIĊETTA – Patri Pawl Bugeja OFMCap

Kurżità:

Fil‑Bibbja, fil‑Ktieb tal‑Ġenesi, Kapitlu 25, insibu lil Ġakobb isajjar soppa tal‑għazz għal ħuh Eżaw bi tpartit għall‑primoġenitura tiegħu. Il‑primoġenitura kienet tingħata bi dritt lill‑ewwel wild tifel fil‑familja. Fost il‑privileġġi kien hemm li dan jiret darbtejn iżjed mill‑wirt tal‑missier.

X’għandek bżonn:

• 3 karrotti mqattgħin f’dadi żgħar

• 3 izkuk karfus bil‑weraq b’kollox imqattgħin

• 2 mgħaref żejt taż‑żebbuġa

• Basla kbira mqattgħa

• Ras ta’ tewma mgħaffġa

• 300 gramma għazz aħmar

• 100 gramma xgħir (barley)

• Litru u nofs stokk tal‑ħaxix

• Kuċċarina u nofs kemmun

• Kuċċarina tursin imqatta’ fin

• Werqa randa

• Melħ u bżar

• Kisra ħobż tal‑Malti

Metodu:

1. Ġo borma fiż‑żejt, qalli l‑basla sa ma tiħmar.

2. Żid it‑tewma, il‑karrotti u l‑karfus, u sajjarhom sakemm jiħmaru ftit.

3. Żid l‑għazz u x‑xgħir, u ħawwadhom.

4. Ferra’ l‑istokk tal‑ħaxix u ħallih jagħli.

5. Wara baxxi n‑nar u żid it‑tursin, il‑kemmun u l‑werqa randa, ħawwad u kompli sajjar.

6.Ferrex melħ u bżar kemm tiggosta.

7. Għatti l‑borma u ħallih itektek għal madwar siegħa/siegħa u nofs sa ma jirtab ix‑xgħir, filwaqt li tħawwad kull tant ħin.

8. Servi bi ftit tursin fil‑wiċċ u ma’ kisra ħobż friska.

Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.

Kompetizzjoni

April – Ġunju 2026

Ibgħat il‑kaxxi maġiċi kompluti flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tliet tweġibiet tajbin li jittellgħu bil‑polza jirbħu kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. Tista’ wkoll tibgħat il‑kompetizzjoni permezz ta’ imejl.

Regola: Imla n‑numri neqsin fil‑kaxxi sabiex kull ringiela, kolonna u djagonali jammontaw għan‑numru mogħti fuq nett u fuq il‑lemin tal‑kaxxi maġiċi.

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Ottubru – Diċembru 2025:

Isem u kunjom:

Indirizz:

Kodiċi Postali:

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni huma Alfred Spiteri minn Ħ’Attard, Jennifer Zarb min‑Naxxar u M’Ann Abela minn Ħaż‑Żabbar. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jsarrfu l‑kupun.

Nitbissmu ftit:

Għalliema: “Alan, dak x’pastażata ta’ xogħol għamilt? Qiegħed fis‑sitt sena!! Anke tifel fl‑ewwel sena jagħmel xogħol aħjar minn hekk! Għada se nibgħat għal missierek ħa nkellmu dwar dan ix‑xogħol ħażin.”

Alan: “Miss, missieri mhux se jieħu gost tgħidlu hekk, tafx!”

Għalliema: “Dażgur li le. Imma missierek jeħtieġ ikun jaf x’pastażata ta’ xogħol ippreżentajt. Għaliex taħseb li mhux se jieħu gost, eh?”

Alan: “Għax dak ix‑xogħol missieri stess għamlu, Miss!”

TISLIBA

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.

• 05 ta’ Jannar, 2026 ‑ Joseph Zammit minn Birżebbuġa

• 08 ta’ Jannar, 2026 ‑ Michelina Falzon mill‑Marsa

• 09 ta’ Jannar, 2026 ‑ Manuela Giordimaina minn Ħal Balzan

• 16 ta’ Jannar, 2026 ‑ Frans Brincat min‑Naxxar

• 16 ta’ Jannar, 2026 ‑ Joe Zammit min‑Naxxar

• 16 ta’ Jannar, 2026 ‑ Pietru Dimech min‑Naxxar

• 19 ta’ Jannar, 2026 Robert Schembri minn Santa Luċija.

• 24 ta’ Jannar, 2026 ‑ Nicholas Farrugia Wilson

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Noti Importanti:

• Napprezzaw jekk l‑irċevuti tal‑VAT li tibagħtulna jaslu għandna sas‑7 tax‑xahar ta’ wara sabiex ikollna ċans nittimbrawhom.

• Ma naċċettawx kartolini, telecards u batteriji użati.

• Niġbru tappijiet tal‑plastik BISS u tal‑ebda materjal ieħor. Dawn għandhom jinġiebu f’wieħed mill‑uffiċini ta’ Missio fil‑Belt Valletta, fil‑Mosta jew fir‑Rabat, Għawdex.

• Nirringrazzjawkom bil‑quddiem tal‑koperazzjoni tagħkom.

Eżempji sbieħ

• Raymond Falzon mill‑Gudja

• Raul u Leila Galea, u Grazio u Josephine Muscat minn Ħal Tarxien

• Anna Vella minn Ħal Għargħur

• Mario Caruana mill‑Mosta

• Mary Borg mill‑Ħamrun

Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

• Nixtiequ nirringrazzjaw mill‑qalb lis‑Sa Josephine Farrugia mill‑Mosta li tgħinna fit‑tindif tal‑bolol u lis‑Sa Marianne Fenech min‑Naxxar li ta’ kull xahar tittimbra l‑irċevuti tal‑VAT.

• Prosit lil Vanessa Fardell li rebħet il‑presepju tal‑lotterija li telgħet mill‑Faith, Hope and Charity Shop.

Every Drop Counts

Your donation today can provide clean water to Fiona, Catherine, and other children in Uganda.

Nota importanti:

Jekk għal xi raġuni jew oħra ma tixtieqx tibqa’ tirċievi r‑rivista Malta Missjunarja, jekk jogħġbok infurmana fuq 21236962 jew clergy@missio.org.mt u staqsi għas‑Sinjorina Rita Falzon, sabiex nibżgħu għall‑karta u ma ssirx ħela. Grazzi bil‑quddiem.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja April_Ġunju_2026 by Missio Malta - Issuu