

MALTA MISSJUNARJA
IL‑ ĦARĠA:
MISSJUNARJI
TAT ‑ TAMA
FOST
IL‑ POPLI KOLLHA
EDITORJAL – Claudia Cini

apa Franġisku ħareġ il‑messaġġ
tiegħu għall‑Jum Dinji Missjunarju 2025, u stedinna nirriflettu fuq is‑sejħa kondiviża tagħna biex inkunu Missjunarji tat‑Tama Fost il‑Popli Kollha. Hekk kif ninsabu fis‑Sena tal‑Ġublew, din it‑tema tfakkarna li l‑missjoni hija fil‑qalba tal‑fidi tagħna, u aħna msejħin biex naqsmu t‑tama ta’ Kristu mad‑dinja.
Punti Ewlenin mill‑Messaġġ tal‑Papa:
• Fuq il‑passi ta’ Kristu t‑tama tagħna: It‑tama mhix biss virtù; hija persuna: Ġesù Kristu. Huwa l‑ewwel u l‑akbar
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimg ħa: 9.00am ‑ 1.00pm. Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm
Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 • Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju , 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Bord Editorjali: Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Robert Farrugia, Edward Bonello • Websajt u Facebook: missiomalta
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant. Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
li toħroġ erba’ darbiet f’sena. L‑ewwel
Malta Missjunarja - April Ġunju 2025
missjunarju, li jġib fejqan, imħabba u tiġdid lill‑umanità permezz tal‑inkarnazzjoni, il‑mewt u l‑qawmien Tiegħu.
• Insara, messaġġiera u bennejja ta’ tama fost il‑popli kollha: Il‑Knisja teżisti biex tevanġelizza; biex ixxandar l‑Evanġelju, taqdi lill‑foqra u takkumpanja lil dawk fil‑bżonn. F’kull ċelebrazzjoni Ewkaristika, infakkru li aħna mibgħuta biex inkunu xhieda ta’ Kristu.
• Inġeddu l‑missjoni tat‑tama: Il‑missjoni mhix biss għas‑saċerdoti u r‑reliġjużi. Kull wieħed minna, bis‑saħħa tal‑magħmudija tagħna, huwa msejjaħ biex iġorr it‑tama, kemm jekk fil‑familji tagħna, fil‑postijiet tax‑xogħol, jew permezz tas‑servizz missjunarju f’artijiet imbiegħda.
Missio għandu rwol vitali fl‑appoġġ tal‑missjunarji madwar id‑dinja, u jiżgura li l‑missjoni tal‑Knisja tilħaq anke l‑aktar komunitajiet remoti u vulnerabbli.

Permezz ta’ talb u donazzjonijiet, insostnu:
• Sforzi ta’ evanġelizzazzjoni f’1,124 territorju tal‑missjoni.
• Il‑formazzjoni ta’ qassisin, reliġjużi, u mexxejja lajċi.
• Edukazzjoni, kura tas‑saħħa u proġetti pastorali għal dawk fil‑bżonn.
Hekk kif inħejju għax‑Xahar Dinji Missjunarju 2025, li jilħaq il‑qofol tiegħu l‑Ħadd 19 ta’ Ottubru, ejjew nitolbu, nagħtu u mmorru b’appoġġ għall‑missjoni universali tal‑Knisja. Kemm jekk permezz tat‑talb, appoġġ finanzjarju, jew impenn personali, ilkoll nistgħu nkunu Missjunarji tat‑Tama fid‑dinja tal‑lum.
Ejja nħaddnu din is‑sejħa u nkomplu naħdmu flimkien għat‑tixrid tal‑Evanġelju u l‑imħabba ta’ Kristu lill‑ġnus kollha.
Nota: Il‑messaġġ sħiħ ta’ Papa Franġisku għall‑Jum Dinji Missjunarju 2025 jidher fil‑ħarġa li jmiss.
Jalla l‑paċi, l‑imħabba u l‑Mulej jimlewlkom qlubkom f’dan l‑Għid. Ejjew niċċelebraw u nfaħħru dak kollu

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962 Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
MISSJUNARJI F’PAJJIŻNA
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – Dun Victor Agius
Din is‑sena, il‑Knisja qed tniedi
l‑ġublew ta’ grazzja bit‑tema:
“Nimxu Flimkien Fit‑Tama” .
Il‑Papa, li hu dejjem imnebbaħ mill‑Ispirtu s‑Santu, jaf jara s‑sinjali taż‑żminijiet u jindikalna dak li qed jurina l‑Mulej għal dan iż‑żmien. Matul din is‑sena hemm ġranet speċjali li fihom il‑ġublew ikun iddedikat għal gruppi partikulari ta’ nies. Wieħed minn dawn huwa l‑Ġublew
għall‑Missjunarji mill‑4 sal‑5 t’Ottubru 2025. Li hu sabiħ
isibu ħajja aħjar għalihom u għall‑familja tagħhom, jieħdu magħhom il‑valuri Nsara li jgħixu u b’hekk bl‑eżempju ta’ ħajjithom u l‑imġiba tagħhom, huma qed jevanġelizzaw lill‑oħrajn.

ħafna huwa li l‑Qdusija Tiegħu
l‑Papa inkluda magħhom lill‑migranti li huma mxerrdin mad‑dinja kollha u li
l‑Papa sejħilhom bħala missjunarji, għax waqt li jmorru barra minn pajjiżhom biex
Dan naraw kemm huwa veru hawn Malta wkoll. Sa ftit tas‑snin ilu aħna konna kburin bin‑numri sbieħ ta’ missjunarji rġiel u nisa, li kienu jħallu pajjiżna u jmorru bħala missjunarji f’artijiet imbiegħda. U llum, waqt li ninnutaw kemm naqsu l‑missjunarji Maltin qed ninnutaw ukoll kemm qed ikollna nies, irġiel u nisa, li qed jiġu minn pajjiżi fejn il‑missjunarji kienu jmorru biex jevanġelizzaw, jiġu Malta biex


isibu xogħol ħalli jistgħu jtejbu ħajjithom, u fl‑istess waqt qed jintegraw irwieħhom magħna u fil‑ħajja reliġjuża tagħna.
Kemm jagħtini ferħ meta nisma’ lill‑Maltin
jgħidu x’eżempji sbieħ ta’ fidi dawn il‑persuni qed jagħtuna. Fil‑bidu ta’ din is‑sena, grupp ta’ Filippini, għas‑seba’ sena reġa’ organizza l‑festa ta’ Santo Niño f’Marsaskala, u wara purċissjoni kkulurita ħafna kellhom quddiesa li għaliha kien hemm ’il fuq minn elf ruħ; Filippini, nies minn pajjiżi differenti u wkoll Maltin. Jiena ċċelebrajt din il‑quddiesa ma’ saċerdoti oħra barranin, u lkoll ħassejna l‑preżenza tant qawwija ta’ Ġesù f’nofsna. Kemm huwa ċar li dawn l‑Insara issa qed jevanġelizzaw lilna bl‑aktar mod sabiħ u ġenwin!




INTENZJONIJIET
Dun Charles Buttigieg
APRIL 2025 ‑ Nitolbu għall‑użu korrett tat‑teknoloġiji ġodda sabiex ma jeħdux post r‑relazzjonijiet umani, imma jirrispettaw id‑dinjità tal‑bniedem u jgħinuna niffaċċjaw il‑kriżijiet ta’ żmienna. Papa San Ġwanni Pawlu II għamel diversi referenzi għall‑ħtieġa li t‑teknoloġija tiġi ggwidata dejjem minn valuri fundamentali biex jiġu evitati abbużi serji, liema abbużi jistgħu jseħħu fl‑esperimentazzjonijiet. Nafu kif l‑introduzzjoni tat‑teknoloġiji ġodda ħadu ħafna postijiet tax‑xogħol ta’ tant persuni li sfaw bla xogħol, fosthom f’fabbriki kbar tal‑produzzjoni tal‑vetturi, tat‑tessuti u tal‑ikel. Dawn il‑fabbriki spiċċaw keċċew eluf ta’ ħaddiema kemm lokali kif ukoll barranin, għaliex ir‑‘robots’ qed jagħmlu kollox. L‑użu tat‑teknoloġiji ġodda jwassal ukoll għal abbużi oħra speċjalment fil‑kamp bijoetiku, f’armamenti tal‑gwerra u fil‑qerda tal‑bniedem.
MEJJU 2025 ‑ Nitolbu għall‑kundizzjonijiet tax‑xogħol, sabiex kull bniedem isib il‑milja tiegħu, u l‑familji jkunu sostnuti b’dinjità u li s‑soċjetà tkun iktar umana. Għandna nikkundannaw kull abbuż li qed isir għall‑ispejjeż tal‑ħaddiem, u ta’ dawk dgħajfa, vulnerabbli, innoċenti u tfal. Il‑Papa jisħaq li għandna niddefendu x‑xogħol u naħdmu għall‑ġid komuni. Insemmu l‑iskjavitù ta’ miljuni ta’ ħaddiema f’kundizzjonjiet ħżiena u tniġġis fuq il‑postijiet tax‑xogħol tagħhom. Tniġġis radjuattiv li qed iżid fl‑imwiet bil‑kanċer ta’ tant ħaddiema. Id‑diversi abbużi minħabba r‑regħba tal‑ekonomija u tal‑flus ta’ wħud li huma fil‑poter, fejn ħaddiema u familji ta’ kuljum huma kkontaminati bil‑pestiċidi, ċomb, merkurju, kromju u elementi radjuattivi.
ĠUNJU 2025 ‑ Nitolbu sabiex id‑dinja tikber fil‑ħniena sabiex kull wieħed minna jsib il‑konsolazzjoni f’relazzjoni personali ma’ Ġesù u mill‑qalb tiegħu jitgħallem li jkollu ħniena fid‑dinja.
Fl‑evanġelji Ġesù jxandar u jwettaq il‑ħniena kontinwament, speċjalment mal‑morda u mal‑midinba, u saħansitra ħafer lil dawk li sallbuh. Ġesù, għax ħanin, ma ddejjaqx ifejjaq raġel f’jum is‑Sibt. Ġesù xandar fis‑sinagoga ta’ Nażaret li kien se jniedi s‑sena tal‑ħniena u tal‑grazzja tal‑Mulej. Huwa jikkundanna d‑dnub, imma jsalva lill‑midneb. Ġesù ħenn għall‑folla li kienet qisha merħla mingħajr ragħaj u wettaq il‑miraklu tat‑tkattir tal‑ħobż. Huwa fuq kollox għallem din il‑ħniena fit‑tagħlim li wettaq u fil‑parabboli tiegħu. Għalhekk mela, min jersaq lejn Ġesù, jagħraf lil Ġesù u jara l‑Ħniena t’Alla l‑Missier.
GĦALIEX TEOLOĠIJA
MILL‑ MEDITERRAN?
KATEKEŻI – Dun Jean Claude Attard
Waħda mill‑karatteristiċi ewlenin tal‑Pontifikat ta’
Papa Franġisku hija l‑ħtieġa li
t‑teoloġija ma tibqax biss suġġett diskuss minn ftit nies bejn erba’ ħitan f’xi università, imma li t‑teoloġija ġġib “rivoluzzjoni kulturali kuraġġuża” (Veritatis gaudium, par. 3) fis‑soċjetà: għax hi viċin tal‑poplu, it‑teoloġija tista’ ġġib bidla fil‑mod ta’ kif il‑bniedem jaħseb, jaġixxi u jgħix.

huma importanti f’postijiet differenti, u allura huma temi universali, imma xorta nħass il‑bżonn li tingħata tweġiba partikolari skont il‑ġeografija, l‑istorja u l‑iżvilupp ta’ pajjiżi u popli f’reġjuni differenti madwar id‑dinja. U dan kien bżonn li nħass ukoll fir‑reġjun tal‑Mediterran.
Temi bħall‑migrazzjoni u l‑inkulturazzjoni
Hemm bżonn, allura, li nitkellmu fuq teoloġija mill‑Mediterran. Teoloġija mill‑Mediterran hija teoloġija ‘mill‑’ u mhux ‘tal‑’, jiġifieri mhijiex deskrizzjoni,

imma hija espressjoni. F’dinja mmarkata mill‑impożizzjoni tal‑uniformità (kulħadd irid ikun l‑istess biex ħadd ma jkun urtat) fuq naħa u mill‑esklussività tal‑identità (grupp partikolari hu speċjali u allura fuq kulħadd) fuq oħra, teoloġija mill‑Mediterran tista’ tispira lill‑‘poplu’ biex ma jitlifx l‑identità tiegħu u lanqas jimponiha fuq ħaddieħor.
Il‑kuntest Mediterranju, għalhekk, jibqa’ kruċjali biex jistgħu jibdew jiġu diskussi mistoqsijiet ta’ identità. Ma nistgħux nagħmlu sens mill‑kuxjenza soċjali tagħna u mit‑tiġrib eżistenzjali tagħna jekk mhux fil‑kuntest akbar Mediterranju. F’dan il‑kuntest nistgħu naħdmu flimkien fuq tweġibiet Maltin għal mistoqsijiet universali.



Il‑Kappelli
Ta’ Malta: Vjaġġ storiku fuq pjattaforma ġdida li tiftaħ tieqa f’dinja affaxxinanti ta’ knejjes żgħar f’Malta u f’Għawdex. Esperjenza vjaġġ virtwali fil‑wirt reliġjuż u storiku ta’ pajjiżna, filwaqt li tappoġġja lil Missio li jgħin komunitajiet fil‑bżonn madwar id‑dinja. Ibda l‑vjaġġ tiegħek issa fuq: https://kappelli.net/





AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.
Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178
AĦBARIJIET MINN MISSIO





COFFEE MORNING B’RISQ
IL‑MISSJONI
Moira Muscat
Nhar il‑Ħamis 13 ta’ Frar, Mr u Mrs Malta, Tyrone Abela Sciberras u Angele Galdes rispettivament, organizzaw coffee morning b’risq Missio Malta. Din l‑attività saret fiċ‑Ċentru San Bastjan f’Ħal Qormi. Numru sabiħ ta’ persuni wrew l‑interess u attendew għal din l‑attività, speċjalment għax inzertat ukoll lejlet Jum San Valentinu. Nirringrazzjaw minn qalbna

lil dawk kollha li attendew u lil dawk li taw sehemhom sabiex din l‑attività kienet suċċess. Minbarra li kulħadd ħa gost jilgħab it‑tombla u jnaqqar xi ħaġa, inġabret is‑somma sabiha ta’ €685.



Wara s‑suċċess tal‑ewwel coffee morning, Mr u Mrs Malta organizzaw coffee morning ieħor b’risq Missio Malta. Din l‑attività saret fl‑istess post nhar it‑Tnejn 10 ta’ Marzu. Numru ta’ persuni attendew bi ħġarhom għal din l‑attività. Mill‑ġdid grazzi lil dawk li attendew u lil dawk li taw sehemhom. Kulħadd ħa gost jilgħab it‑tombla u jnaqqar xi ħaġa, filwaqt li nġabret is‑somma sabiha ta’ €288.




AĦBARIJIET MINN MISSIO

MEETING WITH THE MISSIONARIES IN MALTA
Moira Muscat
For the past years, twice a year, Missio has been organising a meeting preceded by mass for missionaries living in Malta. A good number of sisters and priests attend this activity with great enthusiasm. The first meeting for this year was held on Saturday 22nd February at the Convent of Sisters of Charity in Tarxien. It was a moment of joy and unity for all of us where we could share our experiences. For noon we had lunch together where we continued to get to know each other.


KOMPETIZZJONI TAL‑ARTI
Zack Tonna
Is‑sajf li għadda, jiena flimkien ma’ Martina Farrugia konna voluntiera ma’ Missio waqt avvenimenti u anke fl‑uffiċċju, sakemm
ġurnata waħda ħriġna bl‑idea li nwettqu proġett. Kellna bosta ideat, imma fl‑aħħar għoġbitna l‑idea ta’ kompetizzjoni tal‑arti. Ippjanajna kollox u ressaqna l‑proposta lid‑diretturi li aċċettaw immedjatament.
Wara li lestejna l‑pjan, bdejna naħdmu fuq il‑powster li bih konna se nirreklamaw il‑kompetizzjoni flimkien ma’ modi oħra ta’ reklamar. It‑tema magħżula kienet: ‘Search For Water’. Jiena ddisinjat il‑powster filwaqt li Martina fittxet mezzi sabiex ngħarrfu lill‑iskejjel bil‑kompetizzjoni, u fil‑bidu t’Ottubru għarrafna ’l‑iskejjel.
Sodisfatti ħafna li wara x‑xogħol kollu li ħadna, il‑kompetizzjoni kienet suċċess kbir! Irċevejna aktar minn 700 tpinġija u ta’ spiss il‑ħaddiema fl‑uffiċċju qalulna li ma setgħux ilaħħqu mal‑posta! F’Novembru ltqajna ma’ żewġ artisti Maltin, Nicole Sacco u Naomi Smith ħalli nagħżlu r‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni. L‑għażla kienet waħda diffiċli minħabba li kulħadd kien għamel sforz kbir, imma fl‑aħħar intgħażlu t‑tpinġijiet ta’ Taylor Chetcuti, Luke Spiteri u Jade Gouder.
Wara din l‑esperjenza, aħna t‑tnejn mhux biss wettaqna l‑iskop tal‑kompetizzjoni li nuru x’jesperjenzaw nies fil‑faqar, imma wkoll tgħallimna kif noħolqu idea, naħdmu bħala tim, nagħmlu proposti, nirreklamaw u finalment inwettqu din l‑idea.
TĦAFFIRA TA’ SPIERA FL‑ UGANDA
PROĠETTI MWETTQA



Fir‑raħal ta’ Buhumuriro f’Kagongo l‑Uganda li jagħmel parti mill‑Parroċċa ta’ Ibanda, inħass il‑bżonn urġenti li titħaffer spiera bil‑għan ewlieni li tiżviluppa faċilità ta’ provvista ta’ ilma sostenibbli u kostanti fil‑komunità kemm għal skopijiet domestiċi kif ukoll dawk agrikoli. Il‑komunità kienet tiddependi fuq l‑ilma tax‑xita bħala s‑sors ewlieni ta’ ilma. Matul l‑istaġun xott l‑uċuħ tar‑raba’ jinxfu u b’hekk jikkawżaw il‑ġuħ fost il‑parruċċani. In‑nisa u t‑tfal ikollhom jimxu distanzi twal sabiex ifittxu l‑ilma. Nuqqas ta’ ilma jwassal għal deidrazzjoni li tikkawża saħħa ħażina fil‑komunità.
L‑għan ewlieni tal‑proġett kien li jinstabu postijiet xierqa bl‑ogħla probabbiltà ta’ suċċess għat‑tħaffir ta’ spieri biex jiġi estratt l‑ilma ta’ taħt l‑art għall‑konsum mill‑bniedem. Wara t‑tħaffir b’suċċess, l‑ispiera tkun mgħammra b’pompa motorizzata u b’pompa sommerġibbli


biex jintlaħqu d‑djar u b’hekk jiffrankaw li joqogħdu jimlew il‑bramel bl‑ilma u jimxu bihom tqal sa djarhom.
Ir‑rapport ikkonferma li l‑ilma wera karatteristiċi fiżjo‑kimiċi konformi mal‑Istandards Nazzjonali għall‑ilma portabbli mhux ittrattat. Ir‑rakkomandazzjoni mogħtija kienet li jiġi ppompjat l‑ilma ġo ġibjun għall‑klorinazzjoni jew jiġi installat purifikatur biex jippurifika l‑ilma eżattament wara t‑tank qabel ma jidħol fl‑iżblokk.
“Bi gratitudni niktbu biex nesprimu r‑ringrazzjament tagħna lil Missio Malta għall‑appoġġ ġeneruż li rċevejna mingħandhom li ppermettielna jkollna azzjoni profonda mibnija sew fiż‑żona tagħna biex nindirizzaw l‑isfida tal‑iskarsezza tal‑ilma speċjalment fl‑istaġun xott,” Robert Tumuhimbise, il‑persuna responsabbli tal‑proġett.

TMIEN KLASSIJIET ĠODDA
FIT
‑ TANŻANIJA
PROĠETTI LI QED JITWETTQU
Missio Malta u l‑Bank APS qed jikkollaboraw bil‑għan li jinbnew tmien klassijiet ġodda fis‑Seminarju San Tumas t’Aquino f’Arusha fit‑Tanżanija. Dawn il‑klassijiet se jkunu qed jilqgħu fihom studenti minn komunitajiet fil‑bżonn sabiex jirċievu edukazzjoni xierqa u hekk ikollhom l‑opportunità li jtejbu l‑ħiliet tagħhom b’tama ta’ futur aħjar.
L‑edukazzjoni tibqa’ pilastru ċentrali għall‑iżvilupp tal‑persuni u għalhekk Missio Malta huwa sodisfatt li permezz tal‑għajnuna tal‑Bank APS jista’ jwettaq dan il‑proġett ta’ bżonn urġenti minn fost

ħafna oħrajn li għad iridu jiġu mwettqa jekk kemm‑il darba jinstabu benefatturi li lesti jgħinu. B’sodisfazzjon ninnutaw kif dan il‑proġett issa jista’ jidħol fil‑fażi li jmiss, li hija t‑tkomplija tal‑bini ta’ dawn it‑tmien klassijiet. In‑nies tal‑lokal kienu
Malta Missjunarja - April Ġunju 2025

diġà bdew jibnu dawn il‑klassijiet, imma minkejja l‑isforzi kollha tagħhom ma waslux biex jiffinanzjawhom għalkollox.
Il‑klassijiet issa se jippermettu li l‑istudenti ma jibqgħux jirċievu l‑edukazzjoni tagħhom fi klassijiet imħallta b’etajiet differenti u b’hekk it‑tfal se jkunu jistgħu jgawdu minn livell ta’ edukazzjoni aqwa.
“Is‑sostenn pprovdut mill‑Bank
APS jifforma parti mill‑programm għar‑Responsabbilità Soċjali u Korporattiva (CSR) tal‑Bank. Fil‑fatt, il‑Bank APS jikkontribwixxi b’mod ġeneruż għal numru ta’ proġetti fl‑oqsma tal‑arti, tal‑edukazzjoni u tat‑taħriġ tul il‑ħajja u s‑sostenibbilità. Dan isir permezz ta’ sejħa pubblika li tkun miftuħa annwalment għal kull min jixtieq jibbenefika,” qal rappreżentant mill‑Bank APS.
missio jippreżenta

Ħin: 7:30pm Post: Ġnien tal‑Argotti, il‑Furjana.
Kbar €20
Laħam / Tiġieġ / Ħut Ikel Veġetarjan
BILJETTI: Faith Hope & Charity, il‑Belt Valletta
IMEJL: info@missio.org.mt | ĊEMPEL: 2123 6962 www.missio.org.mt
Tfal €12 bejn 6 u 12-il sena
19 ta’ Lulju 2025 (V0/1178)

Malta Missjunarja - April Ġunju 2025
Fid‑Djoċesi ta’ Dedza fil‑Malawi, inħass il‑bżonn urġenti ta’ ambulanza għal 46,280 ruħ sabiex:
• il‑morda jiġu trasferiti minn u lejn l‑isptar,
• titwassal il‑mediċina minn post għall‑ieħor,
• bħala karozza tal‑mejtin għal dawk li jmutu fi djarhom.
Missio Malta flimkien ma’ Missio Awstrija ikkofinanzjaw din l‑ambulanza.


“In‑nuqqas
ta’ ambulanza kien qed jikkontribwixxi għal żieda ta’ mwiet fost l‑ommijiet u t‑trabi tagħhom. Ninsabu kuntenti li bil‑preżenza ta’ ambulanza fiż‑żona tagħna ħafna ħajjiet se jkunu salvati,”

Rev. Dun Alfred Genesis Kalumbi.
IL‑ ĦAJJA SAĊERDOTALI
F’PAJJIŻI MISSJUNARJI

Fl‑aħħar
BOROŻ TA’ STUDJU – Rita Falzon Kordinatriċi


tliet edizzjonijiet tkellimna fuq il‑benefiċċju ta’ borża ta’ studju, fuq il‑ħajja fis‑seminarju u xi jsir wara li seminarista jilħaq saċerdot. Se nkompli nagħti tagħrif fuq aktar xogħlijiet diversi li jiġi involut fihom saċerdot ġdid fl‑Indja u fl‑Afrika.
1. Attivitajiet Spiritwali. Fid‑djoċesi fejn iqaddsu l‑quddiesa ta’ kuljum, jinvolvu liż‑żgħażagħ fl‑animazzjoni, iżuru l‑familji, imexxu servizzi liturġiċi, u jgħallmu l‑katekiżmu u studju tal‑Bibbja kull nhar ta’ Ħadd filgħodu.
2. Għajnuna Lit‑Tfal. Barra minn attivitajiet spiritwali, is‑saċerdoti ġodda jagħtu kull filgħaxija lezzjonijiet lit‑tfal biex itejbu l‑istudji tagħhom, speċjalment fl‑Ingliż, kif ukoll taħriġ lil dawk interessati fl‑arti u fit‑teatru. Id‑djoċesi tgħin finanzjarjament, speċjalment lit‑tfal anqas privileġġati ħalli jkollhom opportunità għal dawn il‑lezzjonijiet.


3. Programmi Kulturali. Is‑saċerdot jifforma gruppi ta’ żgħażagħ interessati fil‑mużika, żfin u teatru. Dawn huma mezz ta’ evanġelizzazzjoni; huwa għalhekk li ż‑żgħażagħ flimkien mas‑saċerdot iżuru diversi rħula fejn jevanġelizzaw bil‑mużika, kant u żfin.
4. Evanġelizzazzjoni Fil‑Ħabsijiet. Is‑saċerdot ġdid jagħmel ukoll xogħol spiritwali fil‑ħabsijiet ta’ kull nhar ta’ Ħadd. Barra l‑mumenti spiritwali li joffru sapport morali lill‑priġunieri, iqatta’ wkoll ħin magħhom fejn jiġu organizzati logħob u kant spiritwali.
5. Dipartimenti Tal‑Gvern. F’kull dipartiment tal‑gvern, li jinkludu fost l‑oħrajn il‑kummissjoni Kattolika għall‑ġustizzja u l paċi, il‑kummissjoni Kattolika għas‑saħħa u dik tal‑edukazzjoni, issib saċerdot li jaħdem bis‑sħiħ billi jaqsam riżorsi, informazzjoni u t‑talenti tiegħu biex juri lill‑kummissjonijiet kif joħolqu proġetti utli fid‑djoċesi.
Malta Missjunarja - April Ġunju 2025
Kif qed naraw is‑saċerdot mhux biss qiegħed jesegwixxi l‑valuri spirtitwali man‑nies tad‑djoċesi, imma wkoll jgħin biex itejbilhom ħajjithom. F’dan il‑kuntest, finanzjarjament is‑saċerdot ikollu bżonn
l‑għajnuna biex il‑proġetti fil‑komunità jsiru realtà. Il‑ħajja saċerdotali f’pajjiżi missjunarji hija vasta u għalhekk nitolbu biex ikollna aktar seminaristi li joffru ħajjithom għal din il‑vokazzjoni.
KIF INT TISTA’ TGĦIN LIS ‑ SEMINARISTI
FL‑ AFRIKA U FL‑ INDJA:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju ‑ €43 • Paga ta’ għalliem fis‑seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek, tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) ‑ €2400 (l‑ispejjeż kollha)
Għal aktar dettalji ċemplu 2123 6962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB



TILFU LILL‑ ĠENITURI U SABU LIS ‑ SORIJIET
SPONSORIZZAZZJONI TAT‑TFAL
ieli nisimgħu lil min jgħid: “Trid
iġġarrab biex tkun taf!” U hekk
hu! Jekk ma tkunx għaddej jew għaddejt minn sitwazzjoni partikolari ma tista’ qatt tifhem lil ħaddieħor li jkun għaddej mill‑istess sitwazzjoni jew simili.
Ftit tas‑snin ilu, ħajjet l‑aħwa Dia u Sameer, li huma mill‑Pakistan,

il‑mejda, minkejja li kienu foqra. Minbarra li kien ħaddiem ħabrieki, il‑missier kien ukoll qalbu tajba. L‑ikel li kien ikun fadal kien jieħdu lis‑sorijiet li jmexxu orfanatrofju fil‑qrib, għaliex kien jemmen li la Alla pprovdielhom, kellhom jaqsmu dak li kellhom ma’ dawk anqas ixxurtjati. Iżda bħal sajjetta fil‑bnazzi, il‑missier marad u miet. It‑tfal baqgħu jgħixu ma’ ommhom, iżda l‑ħajja ma baqgħetx faċli bħal qabel. Mingħajr il‑missier biex imantni lill‑familja, l‑omm kienet qed issibha diffiċli titma’ lil uliedha. B’xorti ħażina, l‑omm ma damitx ma ħalliet din id‑dinja wkoll u f’kemm ilna ngħidu l‑aħwa sfaw orfni! Peress li ma kellhomx min jieħu ħsiebhom spiċċaw jiġġerrew fit‑toroq
Is‑sorijiet tal‑orfanatrofju ma damux ma saru jafu bihom u laqgħuhom b’idejhom miftuħin, imma kemm stagħġbu meta għarfu min kienu! Ilum il‑ġurnata, Dia u Sameer jinsabu kuntenti jgħixu
ma’ tfal oħra li għaddew minn sitwazzjonijiet

simili, u minbarra li għandhom saqaf fuq rashom, ikel u ħwejjeġ, reġgħu sabu l‑imħabba! Swor Sabaya, li tmexxi l‑orfanatrofju fetħet qalbha ma’ Missio Malta u wriet ix‑xewqa li jkollha aktar flus sabiex tkompli tgħin lit‑tfal tad‑dar u ħafna oħrajn li għadhom jittallbu fit‑toroq tal‑Pakistan.
Naf li inti li qed taqra tixtieq tgħin lil dawn iż‑żewġt itfal u ħafna oħrajn bħalhom imxerrdin mad‑dinja kollha. Missio Malta qed jagħmel ħiltu kollha sabiex isib sponsers Maltin u Għawdxin li lesti jgħinu lil tfal bħal Dia u Sameer ikollhom opportunità li jitgħallmu f’ambejnt xieraq, fejn minbarra edukazzjoni jirċievu wkoll ilma nadif għax‑xorb u ikla sustanzjuża kuljum. Ftit taż‑żmien wara li ssir l‑isponsorizzazzjoni, jintbagħtu ritratt u dettalji ta’ tifla jew tifel li se tkun qed tiġi megħjuna, filwaqt li darbtejn fis‑sena, għal għaxar snin, jibqgħu jintbagħtu ritratt riċenti tat‑tifel jew tifla, ittra u/ jew tpinġija mit‑tfal stess u r‑riżultat tal‑assessjar tas‑suġġetti li jitgħallmu l‑iskola. Agħmel kuntatt magħna jekk tixtieq tgħin. Grazzi mill‑qalb.

JOAN’S CRAFTS FOR CHARITY
IN AID OF MISSIO ‑ Joan Libreri
“The most effective way to do it, is to do it.” Emelia Earhart.
This is my motto as I continue working for the poor in third‑world countries. This time, I’ve decided not to repeat myself about how incredible and fulfilling it is to support these communities; well, there I go again! Cannot help it! Instead, I’ll let the photos speak for themselves. Loads and loads of resources and workbooks to choose from. A purchase or donation is highly appreciated! Take a look at all the good work we’ve accomplished together! Thank you for your ongoing help and support. God bless you!



1. Sister Josephine Community: Christine project manager: Water meter in the bathrooms and toilets project part 2.


2. Father Anton Community in Guatamala: 4 eco‑filters for different premises.



3. Father Eric Community in India: Boys Seminary: Beds, mattresses and bedding for the students.
4. Kenya Community: Joslina: Hospital treatment, Moses medication, fees, food, clothes and Christmas gifts.

5. Kenya Community: Christine project manager: Gifts, food, clothes, shoes and toys for the poor children.






6. Kenya Community: Food and clothes for the poor families.





7. Kenya Community: Minto Children’s Home: Orphanage: Bunk beds, mattresses, bedding, food, school resources and chairs for the children.





8. Kenya Community: Nebas Children’s Home: Orphanage: Iron bunk beds, mattresses, bedding, school resources, chairs, tables, toys, biscuits, soda, plates and cups for the children.


9. Zambia Community: Father Grevazio: Shoes and school bags for the poor kids.









10.Workbooks: Kinder to Grade 6. Website: https://www.joanscraftsforcharity.com
Facebook Page: Joan Libreri; joan’s crafts for charity
Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Account No: 41474120039
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
Swift Code: APSBMTMT
• Iftaħ l‑app myAPS
• Agħfas fuq “P2M” fil‑qiegħ tal‑iskrin
• Agħżel il‑kont minn fejn trid tagħmel id‑donazzjoni
• Daħħal l‑ammont tad‑donazzjoni
• Daħħal in‑numru tal‑mowbajl 77236962
• Daħħal kumment f’ “Payment Reference”
• Agħfas “Confirm”
Donazzjoni b’SMS
• 5061 7383 ‑ €2.33
• 5061 8998 ‑ €6.99
(Numri miftuħin is‑sena kollha.)
RELAZZJONIJIET


Programmi bi produzzjoni ta’
Missio Malta u preżentazzjoni ta’
Dun Victor Agius u Claudia Cini.
Relazzjonijiet: bejn April u Ġunju
Kull nhar ta’ Erbgħa fis 2:30pm. B’ripetizzjoni kull nhar ta’ Ġimgħa fis‑1:00am.
● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).

Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 50011468005
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: VALLMTMT
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar
• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15
• 5180 2026 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
www.missio.org.mt
Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
Jien. Int. Aħna. Flimkien. CHARITY SHOP
No.92, Qormi Road, Hamrun
Opening hours: Monday‑Saturday 9.30am‑12.30pm




We sell:
Clothing for men, women, children and babies ● Baby essentials ● Accessories
● Books ● School Items ● Toys ● Cards
● Kitchenware ● Glassware ● Homeware
● Household Goods ● Gifts ● Bric & Brac
IL‑VENERABBLI LUISA GUIDOTTI: MISSJUNARJA MARTRI
QADDISA TAX‑XAHAR

Luisa Guidotti Mistrali twieldet f’Parma, l‑Italja fis‑16 ta’ Mejju 1931, l‑ewwel wild minn tlieta. Hija laħqet
tabiba fl‑1960 u sentejn wara speċjalizzat fil‑qasam tar‑radjoloġija. Fl‑1 t’Awwissu 1966, irċeviet is‑Salib Missjunarju minn idejn l‑Isqof ta’ Modena. Luisa kienet membru tal‑‘Women’s Medical Missions Association’ u ħadmet ħafna fil‑missjonijiet tar‑Rodeżja, illum iż‑Żimbabwe. Kienet magħrufa fost il‑pazjenti u dawk kollha li kienu jaħdmu magħha, bħala ‘it‑tabiba ferriħija’, għall‑mod li bih kienet tavviċina lin‑nies u għax kienet tkun ħafna qrib il‑morda fl‑isptar ‘All Souls’ ta’ Mutoku, f’Rodeżja. Kulħadd kien jara fiha mara ħajja u ferħana, li tħobb lil kulħadd, mgħarrsa max‑xogħol missjunarja li tant kien għal
qalbha. Kienet dejjem lesta li tissaporti kull diffikultà biex tkun tista’ taqdi lill‑morda u lin‑nies li tant kienet tħobb.
Meta fl‑1969 marret taħdem fl‑isptar ‘All Souls’ kien hemm biss żewġ tined u sitt għerejjex żgħar magħmula minn ħitan tat‑tajn u soqfa tat‑tiben. Fi ftit żmien, Luisa bidlet kollox u fl‑1971 l‑isptar kellu kapaċità li jieħu ħsieb 5,600 marid. Barra minn hekk, kienet tiffrekwenta sptar tal‑lebbrużi li kien qrib l‑inħawi. Fiż‑Żimbabwe kien hemm konflitt imdemmi. Luisa kienet tikkura lil kulħadd; lil kull min kellu bżonn; għaliha ma kinux jeżistu għedewwa. Tant hu hekk li darba kienet arrestata għaliex kienet ikkurat wieħed li kien kontra l‑armata tal‑gvern, imma wara ftit inħelset. Minkejja l‑perikli li kienu jeżistu, hija dejjem irrifjutat li tħalli ’l‑pajjiż. B’kuraġġ ħabbtet wiċċha mad‑diffikultajiet li kienet tiltaqa’ magħhom u l‑ewwel ħaġa li kienet tfittex kienet li ssalva l‑ħajja li tkun fil‑periklu. Dan kollu għamlitu biex tagħti xhieda tal‑Evanġelju li kienet temmen fih, jiġifieri għal Kristu.
Luisa nqatlet mill‑pulizija fis‑6 ta’ Lulju 1979, f’’road block’ wara li għenet mara biex twelled. Bħalissa għaddej il‑proċess tal‑beatifikazzjoni tagħha.
DAK LI INT, MHUX DAK LI GĦANDEK
ESPERJENZA MISSJUNARJA – Nancy Camilleri
Nhar it‑13 ta’
Lulju, jiena flimkien ma’ żewġi John, żewġ għalliema, żewġ miżżewġin friski, u flimkien ma’ saċerdot Kenjan tlaqna lejn il‑Kenja għal esperjenza missjunarja. Wara vjaġġ ta’ ħmistax‑il siegħa, wasalna fiċ‑Ċentru Pastorali f’Kangemi, post sempliċi magħruf ma’ dawk li jridu jqattgħu xi erbat ijiem irtir jew jorganizzaw xi konferenza.

L‑għada filgħodu morna fil‑Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem immexxija mill‑Ġiżwiti fejn smajna quddiesa animata miż‑żgħażagħ li fiha jipparteċipa kulħadd, kbar u żgħar, b’ħafna kant u żfin. In‑nies jagħtu l‑offerti mill‑aħjar li jistgħu, u impressjonanti kemm ikunu

ppreparati dawk li jaqraw il‑lezzjonijiet sabiex iwasslu bl‑aħjar mod il‑Kelma t’Alla. Kemm tħoss ferħ! Tkun tixtieq li ma tispiċċa qatt! Messewli qalbi, b’mod speċjali t‑tfal preżenti fil‑knisja li verament joqogħdu jsegwu fil‑kwiet. Għalkemm ftit minnhom ma jlaħħqux mal‑bank, isegwu nkiss inkiss minn taħt, jistennew bil‑ħerqa dak li jmiss, f’għajnejhom ħarsa ta’ stagħġib attenti għal dak li jkun qed jingħad u jsir mill‑kbar. Din kienet atmosfera li lili daħħlitni f’qoxorti. Esperjenza minnha


nnfisha! Impressjonatni wkoll il‑lista sħiħa ta’ bżonnijiet li kellha l‑parroċċa. Lil min se tgħin u x’għandhom f’moħħhom li jagħmlu. Lista li tinqara fl‑aħħar tal‑quddiesa flimkien mal‑attivitajiet li se jkunu qed isiru matul il‑ġimgħa u anki għal min se jitolbu. Dan kollu juri l‑involviment tal‑komunità kollha li ma jagħmlu xejn mingħajr xulxin u mingħajr l‑għajnuna ta’ xulxin. Il‑quddiesa tispiċċa b’atmosfera ta’ festa, bil‑kant u t‑tgħanniq fost in‑nies. Kulħadd xtaq jiltaqa’ magħna u jkellimna peress li konna barranin li morna nżuruhom. Kollha xtaqu jafu ftit aktar dwarna; minn fejn ġejjin u x’nagħmlu. Kemm apprezzawna! Konna milqugħin mhux għal dak li għandna, imma għal dak li aħna. Din il‑ħaġa ġegħlitni naħseb ħafna fuqi nnifsi: “Tgħid jien kif qed nilqa’ lil dawk ‘ġodda’ li jiġu fil‑parroċċa tiegħi? Jien kif qed nilqa’ lil dawk ‘barranin’ li niltaqa’ magħhom fit‑toroq, fil‑ħwienet, fuq ix‑xogħol u fuq tal‑linja?”
Però, l‑iktar ħaġa li laqtitni
kienet li meta morna lura ċ‑ċentru, wara l‑ikel bdejna nisimgħu l‑kant ta’ dawn iż‑żgħażagħ li baqa’ għaddej sal‑erbgħa ta’ waranofsinhar. Il‑kappillan qalilna li dawn kienu għaddejjin bil‑provi tal‑kant tal‑quddies u skantajna kif dawn iż‑żgħażagħ, il‑Ħadd waranofsinhar kienu għadhom ikantaw tifħir lil Alla sa sigħat wara li kienet spiċċat il‑quddiesa! Morna ħdejhom, u għednielhom kemm qed ikantaw sabiħ u li meta tkanta tkun qed titlob darbtejn. Kif rawna bdew ikantaw bl‑Ingliż. Kien hawn li nnutajt kemm għal dawn in‑nies il‑quddiesa hija xi ħaġa serja li trid tipprepara għaliha u tipparteċipa fiha, u mhux sempliċiment tmur tismagħha.
Forsi bħali tindunaw kemm b’esperjenzi bħal dawn għandna x’nitgħallmu u kemm għandna bżonn xulxin. Din l‑esperjenza f’din il‑parroċċa żgur li se tibqa’ mnaqqxa f’qalbi u f’qalb sħabi li għexuha miegħi.


TORTA TAL‑ ĦAXIX MORR
RIĊETTA
–
Patri Pawl Bugeja OFMCap

Kurżità:
Din it‑torta ta’ ħaxix morr hija attribwita lil Santa Katerina ta’ Siena. Din il‑qaddisa
Taljana mwielda fl‑1347, saret Terzjarja
Dumnikana meta kien għad kellha biss 15‑il sena. Kellha mħabba kbira lejn il‑foqra u l‑morda. Ħadmet ħafna kontra l‑ereżiji ta’ żmienha u għenet sabiex il‑Papa jmur lura minn Avignon għal Ruma. Mietet fis‑sena 1380 u ġiet iddikjarata qaddisa fl‑1461. Santa Katerina hija Patruna tal‑Italja flimkien ma’ San Franġisk t’Assisi, u għandha t‑titlu ta’
Duttur tal‑Knisja.
X’għandek bżonn:
• 150 gramma selp (kale)
• 150 gramma spinaċi mnaddfa u mqattgħa rqiq
• 2 sinniet tewm
• 300 gramma dqiq
• 300 gramma ġobon pekorino maħkuk
• Niskata bikarbonat
• Niskata noċimiskata
• Żejt taż‑żebbuġa
• Bżar u melħ
Metodu:
• Ġo skutella ħawwad flimkien id‑dqiq, il‑bikarbonat u ż‑żejt, u fforma f’għaġina.
• Għattiha u ħalliha tistrieħ għal siegħa fil‑friġġ.
• Qalli fi ftit żejt it‑tewm, is‑selp u l‑ispinaċi.
• Xħin isir żid il‑ġobon, in‑noċimiskata, il‑bżar u l‑melħ.
• Iftaħ l‑għaġina f’dixx midluk bil‑butir u tella’ xoffa għaġina madwar it‑torta kollha.
• Ferrex it‑taħlita u għattiha bix‑xoffa tal‑għaġina.
• Aħmi għal madwar siegħa f’forn 180º selsjus.
Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.

Kompetizzjoni
Meħuda minn wordmint.com
TISLIBA: Ibgħat it‑tisliba kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tliet tweġibiet tajbin li jittellgħu bil‑polza jirbħu kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
Isem u kunjom:
Indirizz:
Kodiċi Postali:
It‑Tieni Gwerra Dinjija
Ħjiliet: Mimdudin
1. It‑tliet ajruplani li kellha Malta kienu Faith, Charity u _______________.
5. Il‑mexxej tal‑Italja kien _______________.
6. Il‑mexxej tal‑Ġermanja kien ____________.
8. L‑Ingilterra, Franza u l‑Amerika kienu jissejħu _______________.
10. Fuq il‑George Cross hemm miktub: For _______________.
Weqfin
2. L‑aħħar vapur tal‑konvoj li wasal Malta kien jismu _______________.
3. Il‑Ġermanja u l‑Italja kienu jissejħu _______________.
4. Meta joqorbu l‑ajruplani tal‑għadu, il‑Maltin kienu jisimgħu s‑_______________.
7. Minn min saru l‑ewwel attakki bl‑ajru fuq Malta?_______________.
9. Dak iż‑żmien min kien jaħkem fuq Malta?_______________.
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’
Settembru – Diċembru 2024: Il‑Milied
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni huma Nicolai Vella mis‑Siġġiewi, Amy Calleja Cassar mill‑Mosta, Marthese Demanuele mill‑Marsa u Joyce Abdilla miż‑Żejtun. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jsarrfu l‑kupun.
Nitbissmu ftit:
Bertu: Skużani! Wasalt tard għax lis‑Sur Pawl waqgħetlu €50.
Frida: Kont qed tgħinu jfittixha?
Bertu: Le, kelli sieqi fuqha!

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.
08 ta’ Ottubru, 2022 ‑ Joseph Sargent minn Birkirkara
25 ta’ Ġunju, 2024 ‑ Mariuccia Zammit minn Ta’ Xbiex
17 ta’ Novembru, 2024 ‑ Olimpia Scicluna mill‑Fgura
23 ta’ Novembru, 2024 ‑ Mary Vella minn Santa Venera
25 ta’ Novembru, 2024 ‑ Manuel Dimech minn Ħal Għaxaq
11 ta’ Diċembru, 2024 ‑ Peter Sammut min‑Naxxar
17 ta’ Diċembru, 2024 ‑ Christine Debattista mill‑Ħamrun
20 ta’ Diċembru, 2024 ‑ Melita Portelli minn Ħal Qormi
23 ta’ Diċembru, 2024 ‑ Katerina Sultana minn Ħaż‑Żabbar
28 ta’ Diċembru, 2024 ‑ Catherine Bugeja minn Marsaxlokk
22 ta’ Jannar, 2025 ‑ Isaac Grech minn Ħal Kirkop
28 ta’ Jannar, 2025 ‑ Victor Trapani minn Ħaż‑Żebbuġ
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Eżempji sbieħ
• Raymond Falzon mill‑Gudja
• Matthias Debono minn Ħal Qormi
• P. Debattista minn Ħaż‑Żabbar
• Anna Vella minn Ħal Għargħur
• A. Spiteri minn Ħ’Attard
• Yvonne Delia minn Tas‑Sliema
• Grazio Muscat minn Ħal Tarxien
• Sarah Buckle
Teresa Calleja mill‑Mosta
• BOV Wealth Management Santa Venera
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
• Grazzi wkoll mill‑qalb lil Teresa Muscat minn Ħal Għargħur għad‑donazzjoni ta’ €100 minn bejgħ ta’ pjanti.
• Proset u grazzi lil Mary Grace Hayman ta’ Hair Traffic ir‑Rabat, Malta għad‑donazzjoni ta’ €1,115 miġbura waqt ‘Coffee Morning’ b’risq Missio Malta.
DONAZZJONIJIET
B’SMS ta’ 6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla għal sena skolastika. B’SMS ta’ 2.33 tkun qed titma’ 7t itfal għal ġurnata.


