Skip to main content

Malta Missjunarja April 2019

Page 1

a in

NEWSPAPER POST APRIL 2019 SENA 87

md t m a Mgħ ibgħu um

02 Proġett Li Rnexxa  08 Iċ‑Ċiklun Gaya  14 Post It‑Tfal Hu L‑Iskola  26 Librerija Tal‑Bnedmin għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

April 2019

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm • Tel: 20330015 Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal

4 Messaġġ mill‑Assistent Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 14 Santa Infanzja 18 ‘Maximum Illud’ 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Mid‑Diskors tal‑Papa 32 Intervista 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Mumenti mill‑avventura tal‑parteċipanti ta’ Il‑Proġett. 2

I

Proġett li rnexxa

s‑sajf li għadda t‑tielet grupp ta’ personalitajiet Maltin parteċipanti f ’Il‑Proġett’, intgħażel biex din id‑darba jmorru volontarjat fl‑Indja. L‑iskema wżata hija dik li l‑personalitajiet ikunu minn oqsma differenti sabiex bl‑ideat u l‑enerġija tagħhom jagħmlu dan possibbli. Ray Calleja, Dorianne Mamo, Dario Mifsud Bonnici, Marika Caruana Smith, Joseph Borg (Ġorġ tad‑doughnuts) u Paulette (Pawla) Gafa, xammru l‑kmiem u telgħu biex jagħtu daqqa t’id f ’orfanatrofju f ’Munugode li, strutturalment kien jinsab fi stat mitluq u ħażin ħafna. Fost din it‑telqa, ta’ min isemmi soqfa jqattru, ħmieġ, ħġieġ imkisser, ħitan bla żebgħa u għamara mlaqqta. Wara l‑ħidma tal‑Maltin, id‑dormitorju, li kien jospita 150 tifel u tifla, ġie trasformat f ’post abitabbli fejn it‑tfal jistgħu jgħixu b’dinjità. Issa l‑orfanatrofju qed jilqa’ mal‑450 tifel u tifla li ma kellhomx fejn jistkennu. Il‑parteċipanti ħadmu qatigħ, sew hawn Malta, fejn minbarra laqgħat ta’ ‘team building’ organizzaw diversi attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi b’risq dan il‑proġett fl‑Indja, kif ukoll meta kienu Munugode. Hawn il‑parteċipanti, minbarra l‑isfida li jlestu l‑orfanatrofju, kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ stil ta’ ħajja differenti minn dak li mdorrijin bih, fosthom l‑ikel, l‑irqad u l‑kultura tal‑pajjiż (‘culture shock’). Matul il‑ġranet li għaddew jaħdmu u jirsistu biex itejbu l‑ħajja ta’ dawn it‑tfal, f ’dan il‑vjaġġ ‘life changing’, il‑parteċipanti kienu ffilmjati u intervistati dwar dak kollu li kienu għaddejjin minnu; għeja, emozzjonijiet, ferħ, niket, sodisfazzjon. Wieħed jista’ jsegwi l‑avventura ta’ dawn is‑sitt personalitajiet fuq it‑televiżjoni (dettalji fil‑paġna li jmiss). 


April 2019

Nixtiequ li l‑barka tal‑Mulej timla ’l qlubkom u djarkom bil‑ferh u l‑kuntentizza!

L‑Ghid it‑Tajjeb!

MIS‑7 TA' APRIL 2019 FUQ kull nhar ta’ Ħadd fis‑18:45

Indja 2018

Ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta fl‑22:30 u l‑Ġimgħa fis‑14:15

Bil‑kollaborazzjoni ta’

(V0/1178)

3


April 2019

MESSAĠĠ MILL‑ASSISTENT DIRETTUR – DUN VICTOR AGIUS

Dak is‑salib imdendel mal‑ħajt

K

emm insibu nies illum li jippreferu jneħħu s‑slaleb minn postijiet pubbliċi għax jgħidu li għandna nirrispettaw nies li għandhom twemmin differenti minn tagħna. Li nimponu fuq l‑oħrajn ma naħsibx li hija frott tal‑evanġelu li ħabbrilna Ġesù. Nies ta’ reliġjonijiet oħra mhux dejjem jifhmu, 4

u kif kien jgħid ħabib tiegħi mit‑Tajlandja, li hu Monaku Buddista: “Għaliex intom l‑Insara titkellmu dejjem fuq l‑imħabba u mbagħad tpoġġu lil Ġesù msammar ma’ salib, xi ħaġa li għall‑Buddisti hija wisq vjolenti u krudili.” Dan il‑Monaku Buddista kien sar ħabib tagħna għax

kellu qalbu tajba u kien jemmen li rridu nħobbu lil kulħadd, anki nies ta’ reliġjonijiet differenti minn tagħna. Min iħobb, iħobb għax jisma’ lill‑Ispirtu s‑Santu f’qalbu. Kull imħabba vera hija frott tal‑Ispirtu s‑Santu, u għalhekk dan il‑Monaku darba daħal ġo knisja u qagħad bilqiegħda fuq bank iħares lejn kurċifiss kbir imdendel f’nofs il‑knisja. F’mument sema’ bħal vuċi f’qalbu tgħidlu li Ġesù fuq is‑salib huwa l‑akbar espressjoni ta’ mħabba li qatt dehret fuq l‑art. Ħareġ mill‑knisja ferħan għax issa kien fehem għaliex aħna nħobbu daqshekk lil Ġesù fuq is‑salib. Bħall‑Monaku Buddista jiena wkoll kelli mument f’ħajti meta fhimt li l‑akbar tbatijiet ta’ Ġesù ma kinux biss il‑kuruna tax‑xewk, il‑flaġellazzjoni u l‑imsiemer, imma ħafna akbar kienet it‑tbatija meta


L‑Għid it‑Tajjeb lil kulħadd u x‑xewqa sinċiera li nwasslu lil Ġesù Rxoxt lil tant nies li qed jistennewh. 

‑ żmien ir‑Randan Irtir ghal IL‑ĦAMIS 11 TA' APRIL 2019 MID‑9:30AM SAS‑1:30PM

GĦAND IS‑SORIJIET BENEDITTINI TAL‑KLAWSURA, MONASTERU TA’ SAN PIETRU L‑IMDINA PROGRAMM: QUDDIESA, ADORAZZJONI, TALB SPIRITWALI, BARKA SAGRAMENTALI, ŻJARA FIĊ‑ĊELLA FEJN GĦEXET IL‑BEATA ADEODATA PISANI U KOLAZZJON BIT‑TE U L‑KAFÈ.

B’SMS B’SMSta’ta’€6.99 €6.99tkun tkunqed qed tixtri l‑kotba għalgħal tifel tifel jew tifla tixtri l‑kotba jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkuntkun qed titma’ B’SMS ta’ €2.33 qed 7 t’itfal għal għal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.

“F’idejk jien nerħi ruħi,” tkompli tgħid l‑umanità llum ukoll, kull darba li ma nifhmux x’qed jiġri madwarna, fil‑Knisja, fil‑gwerer, fl‑inġustizzji,

fil‑familji mkissra u fil‑qtil ta’ tfal innoċenti f’ġuf ommhom. Hemm Ġesù jibqa’ jgħajjat u jsalva: “Dan hu demmi li jixxerred għalikom u għall‑bnedmin kollha għall‑maħfra tad‑dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Kull darba li nħares lejn salib imdendel ma’ ħajt nerġa’ nfittex li nħobb lil Ġesù f’kull tbatija li niltaqa’ magħha, u ngħid lill‑Missier: “F’idejk jien nerħi ruħi”. Kull tbatija tista’ tinbidel f’imħabba u f’qawmien għall‑ħajja vera.

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

Ġesù ħass li minħabba d‑dnubiet tagħna li bihom tgħabba, ħassu għal kollox maqtugħ minn Missieru, u l‑għajta tiegħu: “Alla tiegħi, Alla tiegħi għaliex abbandunajtni”, saret il‑marka tal‑umanità midinba u feruta bil‑ħażen li Ġesù kien qed jirrappreżenta. Hemm twieldet l‑umanità ġdida f’Ġesù, li anki jekk imgħaffġa bit‑tbatija, tibqa’ tħobb u tgħaddi mill‑mewt għall‑ħajja.

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

April 2019

PREZZ: €10  TRASPORT MINN KULL LOKALITÀ €5 AKTAR TAGĦRIF U BIEX TIBBUKKJA ĊEMPEL LIL NATASHA FUQ 2033 0015 SA MHUX AKTAR TARD MILL‑ĠIMGĦA 5 TA' APRIL 2019.

5


April 2019

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: April 2019 “Nitolbu għat‑tobba u l‑kollaboraturi umanitarji li jaħdmu magħhom f’żoni ta’ gwerra, li jpoġġu ħajjithom f’periklu biex isalvaw il‑ħajjiet tal‑oħrajn.”

I

l‑Papa f ’dan ix‑xahar jistedinna sabiex nitolbu għat‑tobba u għall‑ħaddiema umanitarji 6

li qegħdin jaħdmu f ’żoni ta’ ġlied u kunflitti, u li jpoġġu ħajjithom f ’periklu kuljum. Kuljum nisimgħu dwar gwerer, ġlied, attakki terroristiċi u kunflitti fid‑dinja li jissarrfu fil‑qtil ta’ eluf ta’ persuni ċivili innoċenti. Xi drabi jinqatlu l‑ġurnalisti nfushom li jkunu qegħdin iwasslu l‑aħbarijiet, u f ’xi każi anke sptarijiet sħaħ ġew attakkati. Dan l‑aħħar fl‑Afrika kellna vjolenza persistenti f ’Darfur, fid‑Demokratika tal‑Kongo, f ’Chad, fl‑Afrika Ċentrali, fis‑Somalja, fil‑Kenja, fin‑Niġerja, fiż‑Żimbabwe u

fil‑Mali. Fil‑gwerra attwali fis‑Sirja, li bdiet fl‑2012, inqatlu mal‑450 elf persuna fost ħafna kunflitti oħra. Għalhekk, quddiem tant ġlied u kunflitti fid‑dinja jeħtieġ li nkomplu nitolbu għall‑paċi fid‑dinja. Huma tassew eroj u martri dawk it‑tobba u professuri li jkomplu jwettqu s‑servizz tagħhom favur l‑umanità f ’żoni ta’ ġlied u gwerer. Tobba li verament jagħmlu tant mirakli ma’ tant persuni innoċenti feruti, li jiġġieldu kontra l‑ħin biex isalvaw lil dawk l‑aktar gravi u jagħtu s‑saħħa mill‑ġdid lil tant li tilfuha fil‑bumbardamenti


April 2019

tal‑gwerra. U xi ngħidu għal tant ħaddiema umanitarji li jagħmlu minn kollox biex iwasslu fil‑ħin il‑provvisti tal‑ikel u tal‑mediċini fil‑postijiet milquta bil‑gwerra!? Nitolbu għalhekk biex dawn ħutna ma jaqtgħux qalbhom fil‑missjoni diffiċli tagħhom u sabiex il‑kawża ġusta tal‑ħajja tal‑bniedem tkompli timbuttahom biex ikunu hemm fil‑kumbattimenti ħalli jgħinu lill‑feruti u lill‑batuti, speċjalment dawk it‑tfal innoċenti li tant isofru fil‑gwerer. 

Mulej, Timxix qabli għax ma nlaħħaqx miegħek. Mulej, Timxix warajja għax ma narakx. Imma Mulej, Imxi miegħi biex jekk nogħtor inżomm miegħek. Quddiem Alla tiegħek toqgħodx tgħid: “Kemm għandi problemi kbar,” Imma quddiem il‑problemi tiegħek għid: “Kemm għandi Alla kbir.” Mibgħuta minn Mary Anne Fenech

BAŻAR

a. Grazzi. ħ g im ġ l‑ fi a qar ġurnat im id ’ t a q q a d għu jagħtu t s ji li a r ie t nn ta’ volun o ż b a n d n a Għ

BA

I N O J S S I M ‑ L I Q S I R ’ B R ŻA

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN

Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – SARAH AZZOPARDI

April 2019

L

Cyclone Gaya

ife was hit severely in Tamil Nadu, south east region of India, where houses, coconut and banana trees, agricultural land, electricity supply and transport were affected. As per the statistics of the Indian Government, the Gaya Cyclone storm led to the shifting of the following:

• 1,132,000 coconut and banana trees uprooted

• 39,938 electric poles broken

• More than 378,000 people forced out of their homes

• 4,044 boats damaged

• More than 117,000 huts and houses damaged

In view of this, Fr. Susai Alangaram from Lumezi Parish in the Diocese of Tamil Nadu, is seeking support to drill two water boreholes at worst hit

villages that have a combined total population of 2,113 people of which 1,307 are women. Due to the large displacement of people from 7 districts in Tamil Nadu, the Tamil Nadu State Disaster Management Authority is in crisis to help the 378,000 local refugees settle down, find their normal life again and have their basic needs sorted, such as electricity, medicine, working tools, fishing boats and agricultural practices. Already it has helped and made the following positive social impact:

• 372 medical camps

Local refugees that have been displaced from their home in Tamil Nadu, South India due to Gaya Cyclone. 8


April 2019

A school in Dindigul district, Tamil Nadu, South India affected by Gaya Cyclone.

• 1,014 mobile medical units have been set up.

Despite the work being implemented, there is in the next stage yet another important need of repairing or reconstructing the houses which need urgent attention. The cyclone has left many homeless and their houses have to be rebuilt. There is also the loss of household things like utensils and educational materials which have to be restituted in many parts. The goal of this project is to improve the households of the local communities

through the provision of construction of homes. Missio will contribute towards the raising of ₏10,000 towards community households. Immediately after the cyclone, the government officials worked day and night to restore normalcy, coming to know about the disaster situations. Due to the heavy damage and the shortage of manpower and materials, the work proceeds slowly. In the coming days there is the hope

it will be speeded up and the work will be completed quickly. However, with the power supply yet to be restored in many affected places, the relief and restoration works have yet to gain momentum. The heavy Kargil Leh

Srinagar Jammu Pathankot Amritsar

Simla Chandigarh Dehra Dun

Delhi Bikaner

New Delhi

Bareilly

Jaisalmer Jodhpur

Diu

Allahabad

Vadodara

Kohima

Shillong

Patna

Benares

Silchar Imphal

India Bhopal

Gandhinagar

Ahmadabad Jamnagar

Dispur

Gorakhpur

Gwalior Kota

Kandla

Okha

Tinsukia

Lucknow Kanpur

Udaipur

Dibrugarh Itanagar

Gangtok

Agra Jaipur

Agartala Aizawl

Ranchi

Jabalpur

Jamshedpur

Indore

Kolkata Haldia

Surat

Daman

Balasore Nagpur

Silvassa

Raipur

Cuttack Bhubaneswar

Mumbai

Paradip

Pune

Vishakhapatnam Hyderabad

Kakinada

Panaji

Marmagao

Guntakal

Mangalore

Chennai

Bangalore

Pondicherry Calicut

Coimbatore

ANDAMAN ISLANDS

Port Blair

Cuddalore

Madurai Cochin

Trivandrum

Tuticorin NICOBAR ISLANDS

9


April 2019

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – SARAH AZZOPARDI

severe damage and the children had to live without water and power for around one week. Housing is high on the agenda, that needs assistance.

Children at school that have been displaced from their school in Tamil Nadu, South India due to Gaya Cyclone.

rains due to a low pressure area in the Bay of Bengal, adds to the pressure in the area. The government has announced compensation for the loss of life, live stocks and crops. The aspect that requires the focus and attention of everyone is the rehabilitation of people in their respective homes. Many houses are terribly damaged and some have been totally destroyed. At the moment the government has announced a meagre amount of Rs.10,000 (€125), as compensation for every damaged house. They are in real need of some outside support to rebuild their homes. Even if many local community NGO’s are helping out, housing is an issue as it involves larger funds. However, there are local 10

NGOs, such as the Ilanthalir Charity Organization, who are willing to contribute towards housing. As a charitable organization, Ilanthalir has the obligation and responsibility to do the best to the people affected by the cyclone. Ilanthalir runs sponsorship programmes in three districts namely Trichy, Dindigul and Pudukkottai, which are areas that have less attention from government since they are not coastal areas. Some of the Ilanthalir children have become homeless and their possessions, like schoolbags, books, clothing and other educational materials have been lost. Many of their parents need external immediate assistance for their day-to-day living. The recruitment centre at Karungualm village faced

The request for Tamil Nadu is to help 100 families in these areas where each house costs approximately €450. The amounts raised through fundraising will be divided according to costings of €450 per house,

and the number of houses will be built accordingly. Missio is confident that the support towards this project will greatly benefit the communities, since households are one of the most basic needs for people to live in dignity. Having a proper home will help in restoring life to its normal routine, children to continue their schooling and families to rebuild their businesses and jobs, such as fishing and agricultural activities. 


April 2019

LUNCH

L‑Erbgħa 24 ta' April 2019

br m e 19 ‑ Parish Centre, P

oke

h

8t

Ma y 20

Ejja żurna fuq l‑istend ta’ Missio waqt il‑fiera ta’ San Girgor f’Marsaxlokk.

 10am – Mass at Pembroke Parish Church

 Entertainment by Tony Camilleri (L-Għannej)

 Special Raffle

 Food consists of:

Soup / 3 types of Pasta / Desert / Coffee Glass of Wine and soft drink  Price : € 15 (Including 5 games of Bingo)

Transport available €5 both ways For more information and to book kindly call Natasha on 2033 0015 by the 3rd May 2019.

Bejgħ ta’ ftajjar biż‑żejt magħmulin dak il‑ħin stess 

Bejgħ ta’ ħelu, kejkijiet, pasti u pudini tal‑ħobż

Taf taħmi? Għin lil Missio billi taħmi xi pasti, kejkijiet, eċċ ... Jew forsi taf xi dulċier li lest jgħinna? Matul il‑ġimgħa ser inkunu qed niġbru dan il‑ħelu bieb bieb bil‑vann ta' Missio.

Grazzi mill‑qalb.

MAKE ENDING POVERTY PART OF YOUR LIFE STORY

WILL TO GIVE

A lasting legacy that will change lives By remembering Missio Malta in your will, you could make a lasting difference in the world the next generation grows up in. A gift from you could, many years from now, be seen in the smiles of children in Third World Countries, who will benefit from your kindness and compassion. Your legacies left behind will always leave your smile alive in other people’s hearts.

VO/1178

7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11


April 2019

SAN PIETRU APPOSTLU – DUN VICTOR AGIUS

Minn Alla ta’ biża’ għal Alla li hu mħabba

N

irrifletti u nistaqsi: “U jien fejn ninsab?” Dan huwa rakkont sabiħ ta’ saċerdot Amerikan (Dun T.E.), fuq il‑ħajja tiegħu: “Fi tfuliti kienu jenfasizzaw ħafna fuq il‑biża’, l‑awtorità u l‑kastigi ta’ Alla. Kienu jgħidulna li Alla jaf kollox fuq kulħadd, li jista’ kollox, u jinsab kullimkien u ma tistax tistaħba għax dejjem jara dak li qed tagħmel. Kien ikun rari ħafna tisma’ li Alla huwa mħabba. Kien ikun hemm enfasi kbira fuq id‑dnubiet mejta għal nuqqasijiet li ħaqqhom il‑kastig etern tal‑infern. Fi tfuliti qatt ma fhimt xi jfisser Alla li jħobb 12

b’imħabba kbira, minħabba missieri. Nemmen li missieri ma kellux intenzjonijiet ħżiena, però ma kienx kapaċi jurini l‑imħabba. Ħafna drabi missieri kien isawwatni biċ‑ċintorin. Darba ġiet iz‑zija d‑dar u qaltlu: “Jekk ma tiqafx issawwat lil dak it‑tifel ser tispiċċa toqtlu!” Niftakar darba minnhom kien ser isawwatni, ħrabtlu u żammejt bogħod minnu biex ma jkunx jista’ jaqbadni. Biex iġegħelni nersaq lejh u jaqbadni qalli: “Kollox sew, m’iniex ser insawtek.” Għamilt sforz kbir biex nemmnu, imma meta rsaqt lejh ħatafni u faqqagħhieli. Ippruvajt kemm‑il darba nirbaħ imħabbtu, imma

qisni ma kont qatt tajjeb biżżejjed biex ikun jistħoqqli nkun maħbub. Dik il‑ħajja ħallietli immaġni ta’ Alla mċappsa bil‑biża’, awtorità u kastigi, kif ukoll biżà li Alla qiegħed dejjem lest biex jgħajjat miegħi. Min‑naħa l‑oħra, jien u nikber bdejt nitgħallem u niskopri lil Alla f ’ħajti b’mod indirett permezz ta’ devozzjonijiet bħal dik lejn il‑Qalb ta’ Ġesù u lejn Ġesù fl‑Ewkaristija, u kont nitkellem miegħu fil‑viżta lil Ġesù Sagramentat. Bħala adoloxxenti kont bdejt nitlob kuljum lill‑Madonna qabel norqod, u issa meta nħares lura naħseb li


April 2019

l‑imħabba lejn Marija kienet ukoll l‑imħabba tiegħi lejn Alla. Tgħallimt ukoll x’inhi l‑imħabba Nisranija minn Santa Tereża ta’ Lisieux. Ġara li darba ltqajt ma’ grupp ta’ lajċi Nsara li wassluni biex nerġa’ niskopri l‑Kristjaneżmu fuq livell aktar profond. Skoprejt li dak kollu li għandu x’jaqsam mal‑ħajja Nisranija kien konness mal‑imħabba. Wara li ġara dan, il‑kurċifiss ma baqax aktar sempliċiment xi ħaġa mdendla mal‑ħajt, imma kien Ġesù msallab u abbandunat li kien qrib tiegħi f ’kull mument ta’ ħajti, sew jekk ta’ ferħ jew ta’ tbatija. Bl‑istess mod, l‑imħabba ta’ Alla ma baqgħetx aktar ħsieb ’il bogħod minni, imma saret imħabba ħajja u preżenti f ’ħajti, f ’kull rokna, kemm fl‑imgħoddi u kemm issa. L‑imħabba ta’ Alla ħafret u dewwiet kull waqgħa u kull nuqqas ta’ ħajti. Illum din l‑imħabba ta’ Alla nħossha ħafna aktar f’ħajti. Nara ċar li Ġesù Msallab u Abbandunat hu dejjem hemm f’kull mument, kbir jew żgħir, ta’ ferħ jew ta’ tbatija, u li Alla huwa dejjem qrib ħafna tagħna bil‑ħniena u l‑maħfra tiegħu f’mumenti ta’ debbolizza, ta’ limitu u ta’ infedeltà.” 

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


SANTA INFANZJA – VIKKI

April 2019

Post it‑tfal hu l‑iskola

I

nderjit Khurana minn dejjem kienet taħdem fil‑qasam edukattiv. Hija kienet il‑fundatriċi u s‑sid ta’ skola privata f ’Bhubaneswar, fl‑Indja. F’din l‑iskola kienu jattendu tfal sinjuri mwielda f ’familji tat‑tajjeb. Jum wara jum Inderjit kienet tilmaħ tfal imlibbsa ħwejjeġ imqattgħin u maħmuġin, jittawlu minn wara l‑gradi tal‑iskola lejn it‑tfal sinjuri mlibbsa uniformijiet nodfa u puliti. Kienu jiċċassaw jarawhom jilagħbu fil‑bitħa tal‑iskola. B’geddum sal‑art, bid‑dmugħ f ’għajnejhom u b’diqa liema bħalha dawn it‑tfal kienu jbaxxu rashom u jkomplu fi triqthom lejn il‑post tax‑xogħol. Kienet biss ħolma għalihom li xi darba seta’ jkollhom l‑opportunità li jitgħallmu u jilagħbu. Dawn it‑tfal la kellhom il‑ħin u wisq anqas il‑flus sabiex imorru l‑iskola. 14

Inderjit ma damitx wisq biex tirrealizza li din kienet sitwazzjoni komuni madwar l‑Indja kollha. L‑Indja kienet mimlija b’eluf ta’ tfal li ma setgħux imorru l‑iskola. It‑tfal imwielda f ’familji foqra kienu joħorġu jaħdmu ta’ età żgħira. Ħafna minnhom kienu jispiċċaw jaħdmu fl‑istazzjonijiet tal‑ferrovija jew fuq il‑ferrovija nfisha. Il‑muviment tan‑nies minn belt għall‑oħra kien jagħti l‑opportunità lil dawn it‑tfal sabiex jaqilgħu xi ħaġa tal‑flus. L‑unika tama għalihom għal xi forma ta’ tagħlim kienet l‑esperjenzi li jgħaddu minnhom fl‑istazzjon tal‑ferrovija waqt il‑ħin tax‑xogħol. Ta’ kuljum Inderjit nfisha kienet tuża s‑servizzi tal‑ferrovija biex tivvjaġġa minn u lejn l‑iskola li kienet tmexxi. Kienet tara u tiltaqa’ ma’ bosta tfal jaħdmu bla waqfien fl‑istazzjon, minn sbieħ il‑jum sad‑dlam. “Dawn it‑tfal posthom l‑iskola”, kienet tisħaq Inderjit ma’ kull min tiltaqa’.

Jum fost l‑oħrajn waqt li kienet qiegħda fuq il‑ferrovija, Inderjit qabdet titkellem ma’ tifel żgħir li kien qiegħed jiknes l‑art tal‑kabina fejn kienet bilqiegħda. “Kif mhux qiegħed l‑iskola?” staqsietu Inderjit. “Missieri mejjet u ommi ma tistax tlaħħaq mal‑ħajja mingħajr l‑għajnuna tiegħi,” kien pront wieġeb it‑tifel. Minkejja li ħafna nies kienu jgħinu lit‑tfal foqra fl‑Indja, din l‑għajnuna ma kinitx tasal s’għand l‑ifqar tfal li kienu jaħdmu fl‑istazzjonijiet tal‑ferrovija. Biex isalvaw, dawn it‑tfal kienu jiddependu mix‑xogħol li jinħoloq waqt l‑iktar ħinijiet impenjattivi fl‑istazzjon. Kien biss f ’dawn il‑ħinijiet li t‑tfal kien ikollhom l‑opportunità li jaqilgħu xi ħaġa tal‑flus għalihom u għall‑familja tagħhom. Il‑kliem ta’ dak iċ‑ċkejken baqa’ jidwi ġo moħħ Inderjit. “Dawn it‑tfal posthom fuq il‑bankijiet tal‑iskola u mhux fuq il‑postijiet tax‑xogħol. Kull


April 2019

tifel u tifla għandhom dritt li jgawdu t‑tfulija u li jkollhom edukazzjoni xierqa. Imma jien kif nista’ ngħin sabiex dawn it‑tfal ikollhom din l‑opportunità?” kienet ta’ spiss tistaqsi lil sħabha u lill‑familjari tagħha Inderjit. Il‑familjari u l‑ħbieb tagħha dejjem kellhom reazzjoni negattiva għal dak li kienet tgħidilhom Inderjit. Li kieku ma kinitx għad‑determinazzjoni u l‑imħabba tagħha għal dawn it‑tfal, żgur li kienet tispiċċa taqta’ qalbha. Għal ħaddieħor l‑istazzjonijiet tal‑ferrovija kienu postijiet maħmuġin u perikolużi. “L‑istazzjonijiet tal‑ferrovija huma mimlija tfal li mill‑ewwel opportunità li jsibu jkunu lesti li jweġġgħuk sabiex jisirquk, jew agħar minn hekk, jinfettawk b’xi marda,” kienu ta’ spiss jgħidulha sħabha. Iżda dan kollu ma waqqafx lil Inderjit milli twettaq dak li kellha f ’moħħha. “Jekk dawn it‑tfal ma jistgħux jiġu l‑iskola, allura nieħu l‑iskola jien fl‑istazzjonijiet tal‑ferrovija,” kienet tkun pronta tweġibhom it‑tfajla. Tlieta u sittin sena ilu Inderjit bdiet bl‑ewwel tentattiv tagħha sabiex tgħin lil dawn it‑tfal. Jum fost l‑oħrajn erħitilha lejn l‑istazzjon tal‑ferrovija

b’żewġ basktijiet kotba, bosta stampi u logħob edukattiv. Qagħdet bilqiegħda u stenniet lit‑tfal jersqu lejha. Minn dakinhar ’l quddiem qatt ma ħarset lura. Inderjit kienet tassew ħadet l‑iskola ġol‑istazzjon tal‑ferrovija. Illum il‑ġurnata, l‑organizzazzjoni ‘Ruchika’, imwaqqfa minn Inderjit, tmexxi madwar tnax‑il skola fl‑istazzjonijiet tal‑ferrovija, sitt ċentri għat‑trabi u tfal żgħar, ħamsa u sebgħin skola fi rħula fqar, bosta proġetti għall‑prevenzjoni tal‑mard tal‑HIV u AIDS, żewġ skejjel li jimxu minn post għall‑ieħor skond il‑bżonnijiet tat‑tfal (‘schools on wheels’), u taħriġ vokazzjonali. Inderjit u ‘Ruchika’ jmexxu wkoll bosta proġetti sabiex jiżguraw li jkun hemm ilma nadif u ambjent tajjeb fiż‑żoni l‑aktar fqar, joffru kura tas‑saħħa b’xejn, u jmexxu servizz ta’ ambulanza għall‑emerġenzi. Barra minn hekk, ‘Ruchika’ għandha żewġ linji tat‑telefown għall‑għajnuna lit‑tfal u n‑nisa, u tagħti boroż ta’ studju lit‑tfal foqra b’potenzjal. Inderjit minn dejjem emmnet li jekk it‑tfal ma jistgħux imorru l‑iskola,

l‑iskola għandha tmur għandhom hi. Permezz ta’ ‘Ruchika’, Inderjit tat id‑dritt bażiku tal‑edukazzjoni lil bosta tfal Indjani, u għenithom ikollhom aktar kunfidenza fihom infushom. Dan kollu bil‑għan li dawn it‑tfal jinħelsu mill‑faqar darba għal dejjem. Permezz tal‑edukazzjoni, it‑tfal ikunu f’pożizzjoni aħjar li jsibu xogħol tajjeb u jkunu ppreparati iktar biex jiġġieldu kontra l‑abbuż, il‑vjolenza, l‑iskjavitù u t‑traffikar. Inderjit ħalliet din id‑dinja fl‑2010, iżda l‑ġid li għamlet ser jibqa’ fil‑memorja ta’ ħafna nies għal dejjem. Fl‑2007, Inderjit Khurana ngħatat il‑premju ‘The World’s Children’s Honorary Award’ għax‑xogħol kbir li għamlet sabiex irnexxielha tagħti d‑dritt u l‑opportunità għall‑edukazzjoni lill‑ifqar tfal fl‑Indja. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org  15


April 2019

CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.

Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:

tal‑iskola għal 6 itfal

€58 – 6 xhur terapija kontra t‑tuberkolożi għal tifel jew tifla morda

€104 – lavanja tal‑‘braille’

€160 – ħobż kuljum għal

€300 – bini ta’ klassi fi

għal 40 tifel u tifla neqsin mid‑dawl

xahar sħiħ għal 100 tifel u tifla abbandunati jew orfni

skola f’Myanmar

16

€30 – uniformi u materjal


April 2019

Ġwanni 4:14

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

17


April 2019

‘MAXIMUM ILLUD’ – MONS. VALENT BORG

a in

Inħejju rwieħna md t m Mgħaibgħu um

B

i tħejjija għall‑Ġurnata Missjunarja, li din is‑sena ser tkun iċċelebrata fl‑20 ta’ Ottubru, Papa Franġisku talab lill‑poplu Nisrani sabiex dawn ix‑xhur ta’ qabel din il‑ġurnata jkunu xhur ta’ tħejjija spiritwali. Il‑Papa talab dan għaliex xtaq li jiċċelebra l‑ewwel ċentinarju mill‑pubblikazzjoni tal‑enċiklika ‘Maximum Illud’ ta’ Papa Benedittu XV. Din l‑enċiklika kienet ippubblikata nhar it‑30 ta’ Novembru 1919, sena wara t‑tmiem tal‑Ewwel Gwerra Dinjija li biddlet il‑mappa tal‑Ewropa. Din l‑enċiklika hija meqjusa bħala l‑‘magna carta’ tat‑tagħlim dwar il‑missjoni. Papa Benedittu XV, imqanqal mill‑kmand ta’ Kristu lill‑appostli sabiex “imorru fid‑dinja kollha jxandru l‑Evanġelju lill‑ħolqien kollu” (Mk, 16:15), wera l‑ħtieġa li l‑Knisja għandha tkun imħejjija tajjeb biex ixxandar l‑Evanġelju f’kulturi diversi u li titgħallem l‑ilsien tal‑post ta’ fejn tkun ser twettaq ħidma ta’ evanġelizzazzjoni. 18

Il‑Papa ħeġġeġ lil dawk kollha li ser iwettqu din il‑ħidma missjunarja hekk importanti għall‑Knisja, sabiex ifittxu, qabel kollox, li jikbru fil‑qdusija; filwaqt li faħħar lil tant reliġjużi nisa għall‑ħidma tagħhom f’diversi pajjiżi tal‑missjoni. Huwa fakkar ukoll li f’dan l‑appostolat għandu jkun hemm l‑involviment ta’ kull Nisrani, billi jitlob lil Alla jbierek kull ħidma missjunarja, jgħin finanzjarjament għall‑formazzjoni tas‑seminaristi u ta’ dawk kollha nieqsa mill‑bżonnijiet essenzjali tal‑ħajja.

 ‘Evangelii Praecones’ ta’ Papa Piju XII maħruġa fit‑2 ta’ Ġunju 1951  ‘Fidei Donum’ ta’ Papa Piju XII maħruġa fil‑21 ta’ April 1957  ‘Princeps Pastorum’ ta’ Papa Ġwanni XXIII maħruġa fit‑28 ta’ Novembru 1959  ‘Ecclesiam Suam’ ta’ Papa Pawlu VI maħruġa fis‑6 ta’ Awwissu 1964  ‘Lumen Gentium’ Kostituzzjoni Dommatika tal‑Vatikan II maħruġa fil‑21 ta’ Novembru 1964  ‘Nostra Aetate’ Dikjarazzjoni tal‑Konċilju Vatikan II maħruġa fit‑28 ta’ Ottubru 1965

Matul is‑snin kienu diversi l‑Papiet li komplew jiżviluppaw it‑tagħlim li nsibu fl‑enċiklika ‘Maximum Illud’. Inkunu nissodisfaw ix‑xewqa ta’ Papa Franġisku jekk insibu ftit tal‑ħin u naqraw uħud mill‑enċikliċi u ittri appostoliċi tal‑Papiet kollha li telgħu fuq is‑siġġu ta’ Pietru, fosthom:

 ‘Ad Gentes’ Digriet tal‑Konċilju Vatikan II maħruġ fis‑7 ta’ Diċembru 1965

 ‘Rerum Ecclesiae’ ta’ Papa Piju XI maħruġa fit‑28 ta’ Frar 1926

 ‘Ecclesia in Africa’ ta’ Papa Ġwanni Pawlu II maħruġa fl‑14 ta’ Settembru 1995

 ‘Evangelii Nuntiandi’ ta’ Papa Pawlu VI maħruġa fit‑8 ta’ Diċembru 1975  ‘Christifidelis Laici’ ta’ Papa Ġwanni Pawlu II maħruġa fit‑30 ta’ Diċembru 1988


April 2019

 ‘Ecclesia in Asia’ ta’ Papa Ġwanni Pawlu II maħruġa fis‑6 ta’ Novembru 1999

 ‘Verbum Domini’ ta’ Papa Benedittu XVI maħruġa fit‑30 ta’ Settembru 2010

 ‘Misericordiae Vultus’ ta’ Papa Franġisku maħruġa fil‑11 ta’ April 2015

 ‘Novo Millenio Ineunte’ ta’ Papa Ġwanni Pawlu II maħruġa fis‑6 ta’ Jannar 2011

 ‘Evangelii Gaudium’ ta’ Papa Franġisku maħruġa fl‑24 ta’ Novembru 2013

 ‘Misericordia et Misera’ ta’ Papa Franġisku maħruġa fl‑20 ta’ Novembru 2016 

LOTTERIJA B’RISQ IL‑MISSJONI 2019 Ġwanni 4:14

Prezz ta’ folja sħiħa (25 biljett) €10 Ċekkijiet għandhom jiġu indirizzati lill‑Missio Malta.

(V0/1178)

DPL/xx/2019

Data tat‑Tlugħ: Settembru 2019 Ħu sehem f’din il‑lotterija billi tixtri l‑biljetti kollha u ibgħathom lil Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 sa mhux aktar tard mis‑6 ta’ Settembru 2019.

LOTTERY IN AID OF THE MISSIONS ‑ www.missio.org.mt

LOTTERIJA 2019 ‑ B'RISQ MISSIO MALTA

Il‑biljetti ser jibdew jitqassmu matul dan ix‑xahar ‑ Ħafna premjijiet sbieħ fosthom: Air‑Conditions, Vjaġġ għal 2 u ħafna week‑end breaks

KNISJA–FAMILJA–MISSJONI K–F–M

Meta: Fejn: Imexxi: Programm:

Laqgħat ta’ formazzjoni li jwassluna biex ngħixu aktar għall‑oħrajn milli għalina nfusna. Kull laqgħa jkollha viżjoni tal‑Knisja tal‑lum, filwaqt li nidħlu fil‑fond fuq punt importanti tal‑fidi tagħna. Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Uffiċċju ta’ Missio Malta, il‑Belt Valletta Dun Victor Agius, Assistent Direttur ta’ Missio, li għandu aktar minn 40 sena esperjenza missjunarja 6:00pm – Quddiesa  6:30pm – Taħdita ta’ nofs siegħa 7:00pm – Te, kafè u ‘snack’

Għal aktar tagħrif jew jekk ser tattendi għall‑ewwel darba kkuntattja lil Dun Victor fuq 7923 6114. Grazzi. 19


April 2019

Papa San Pawlu VI (1897‑1978), imwieled Giovanni Battista Enrico Antonio Maria Montini fi Brescia l‑Italja. Missieru kien avukat, ġurnalist u membru parlamentari, u ommu kienet minn familja nobbli. Attenda skola tal‑Ġiżwiti, fejn ħafna drabi l‑istudji tiegħu kienu interrotti minħabba mard. Huwa ġie ordnat saċerdot fl‑1920, sar arċisqof ta’ Milan fl‑1954 u mlaħħaq Kardinal fl‑1958. Kien Papa mill‑1963 sal‑1978. Nhar l‑14 ta’ Ottubru 2018, Papa Franġisku ddikkjarah qaddis. Il‑festa liturġika tiegħu taħbat fis‑26 ta’ Settembru. Wara l‑mewt ta’ Papa San Ġwanni XXIII, ħa f’idejh il‑Konċilju Vatikan II. Ħareġ tliet Enċikliċi Marjani u l‑Enċiklika ‘Humanae Vitae’ fl‑1968. 20


April 2019

“Il‑bniedem modern jisma’ iżjed bil‑qalb lix‑xhieda milli lill‑għalliema, u jekk jisma’ lill‑għalliema dan jagħmlu għaliex huma xhieda!” Papa San Pawlu VI

21


April 2019

QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

San Luwiġi Scrosoppi din kienet okkażjoni mill‑isbaħ biex Luwiġi jmidd għonqu għax‑xogħol u jagħmel ħafna ġid mal‑foqra. Flimkien ma’ qassisin oħra ġabru bosta tfal bniet u bdew jgħallmuhom l‑iskola. Barra minn hekk, Luwiġi kien joħroġ jiġbor il‑karità u l‑providenza ta’ Alla dejjem ipprovdietlu.

L

uwiġi Scrosoppi twieled l‑Italja ta’ Fuq fir‑reġjun ta’ Friuli nhar l‑4 ta’ Awwissu 1804. Luwiġi għex f ’atmosfera ta’ fidi u karità Nisranija. Ta’ tnax‑il sena diġà kellu l‑ħerqa li jsir saċerdot. Huwa ħa t‑taħriġ tiegħu għal saċerdot fis‑Seminarju ta’ Udine fl‑Italja u ġie ordnat saċerdot fl‑1827. Luwiġi kellu żewġ ħutu oħra, Charles u John Baptist, li kienu qassisin. Fi żmien Luwiġi, fi Friuli kien hemm faqar kbir, u 22

Aktar ’il quddiem Luwiġi waqqaf Kongregazzjoni tas‑Sorijiet tal‑Providenza. Is‑sorijiet kellhom iħallu ruħhom f ’idejn il‑providenza ta’ Alla kif inhi msemmija l‑istess kongregazzjoni. F’din il‑kongregazzjoni ssieħbu bosta nies foqra u anke sinjuri. Il‑missjoni aħħarija ta’ dawn is‑sorijiet kellha tkun it‑tagħlim lill‑bniet, mhux biss dak akkademiku, imma wkoll jgħallmuhom jgħixu ħajja onesta.

L‑istinkar u l‑għeja ma kinux jaqtgħulhom qalbhom għaliex dan ix‑xogħol kienu jagħmluh għal Ġesù. Lil Luwiġi kienet tolqtu ħafna l‑ħajja ta’ San Franġisk, imma l‑istil tal‑ħajja ta’ appostolat li huwa għażel, kien aktar ixaqleb lejn dak ta’ San Filippu Neri, li kien waqqaf l‑oratorju għaż‑żgħażagħ. Luwiġi sar membru tal‑Ordni Oratarjana fl‑1846. F’din l‑ordni Luwiġi tgħallem ikun aktar umli u sensittiv għall‑bżonnijiet tal‑oħrajn. Maż‑żmien il‑Kongregazzjoni tas‑Sorijiet tal‑Providenza fetħet aktar djar ta’ akkoljenza għat‑tfal foqra, morda u anzjani waħedhom. Luwiġi kien iħobb jgħin finanzjarjament lil seminaristi foqra li jkunu ser jordnaw saċerdoti. Kien hemm żmien meta ħafna nies anti‑klerikali, jiġifieri nies kontra l‑Knisja, ippruvaw ifixklu l‑ħidma tal‑Kongregazzjoni tas‑Sorijiet tal‑Providenza, imma ma rnexxilhomx. Lejn l‑aħħar ta’ ħajtu, San Luwiġi Scrosoppi qabdu deni qawwi. Huwa miet nhar it‑3 ta’ April 1884. Dan il‑qaddis huwa l‑patrun ta’ dawk li jilagħbu l‑futbol. 


April 2019

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


April 2019

AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Ħolma li saret realtà

N

har il‑Ħadd 20 ta’ Jannar sebaħ b’ħafna ksieħ u xita. “Imma possibbli!” għedt bejni u bejn ruħi, “li wara tant ħolm, xogħol u eċċitament biex nagħmlu xi ħaġa li tista’ tgħaqqad nies ta’ kulturi differenti flimkien, ser tispiċċa fix‑xejn minħabba l‑maltemp? Ġesù Bambin inħalliha f ’idejk. Jekk tridha, ibagħtilna x‑xemx!” Ridna nagħmlu festa popolari Filippina għall‑ewwel darba f ’Malta. Il‑ħafna Filippini li qed jaħdmu hawn Malta, xtaqu jagħtu lilna l‑Maltin rigal bil‑festa ta’ ‘Santo Niño’. 24

Filgħodu kmieni bdew jinġabru fuq iz‑zuntier tal‑knisja parrokkjali ta’ Marsaskala. Aħna l‑Maltin nibżgħu minn ftit xita, imma għall‑Filippini l‑maltemp tagħna huwa bħal tempesta f ’tazza ilma. Fl‑10:00am bdejna bil‑purċissjoni u ż‑żfin. Iggustajt żewġ pulizija li kienu hemm biex jikkontrollaw it‑traffiku, li bdew jieħdu r‑ritratti taż‑żfin Filippin. Sa fl‑aħħar ħarġet ix‑xemx u kulħadd, barranin u Maltin, jitbissem u jifraħ. Il‑purċissjoni spiċċat b’quddiesa li kull nhar ta’ Ħadd niċċelebraw f ’kappella żgħira. Imma din id‑darba

kellna nagħmluha taħt tinda kbira biex takkomoda madwar it‑300 ruħ li kienu preżenti għall‑okkażjoni. Wara, f ’xemx sħuna u sabiħa qsamna flimkien l‑ikel Malti u Filippin li n‑nies kienu ġabu magħhom. Kemm hu sabiħ li popli differenti jersqu lejn xulxin u jsiru familja waħda; isiru don għal xulxin. Grazzi ‘Santo Niño’, inti bambin żgħir imqareb, li dejjem timliena b’sorpriżi sbieħ biex turina kemm tħobbna! Dun Victor Agius ‑ Assistent Direttur ta’ Missio Malta  ikompli f’paġna 26


April 2019

George Żammit WELCOME AUTO DEALER HERBS, SPICES, ESSENCES, FOODSTUFFS & DOMESTIC CATERING

TAL‑ĦWAWAR

LOCAL ‑ UK ‑ AMERICAN IMPORTS

Clint La Rosa

Johann Farrugia Proprietor

Mob: 7768 0026 Mimosa Street, G’Manġa

15, St. John Str., VLT 1168, Valletta Tel: 21236553

clintlarosa@hotmail.com www.welcomeautodealer.com

ARTHUR

T H E

G I L D E R

Gilder, 70 Doni Street, Rabat ‑ Malta Tel: 00356 9982 1006 Email: arthurthegilder@gmail.com Gilder Arthur Vassallo

Louise Azzopardi 24, Mons. A. Buhagiar Str., Rabat RBT 1836 ‑ Malta Tel: 27565445 77280775 Shop online www.binkycrafts.com 25


April 2019

AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Tnedija tax‑xahar straordinarju

I

l‑ġurnata tat‑tnedija tax‑xahar straordinarju missjunarju, nhar id‑19 ta’ Jannar, kienet speċjali għall‑Knisja Kattolika fit‑Tanżanija. Il‑quddiesa tal‑okkażjoni kienet iċċelebrata minn dsatax‑il isqof, flimkien ma’ diversi qassisin, sorijiet, lajċi u tfal membri tas‑Santa Infanzja. Din is‑sena ser ikun qed jiġi ċċelebrat il‑100 sena anniversarju mill‑proklamazzjoni tal‑Ittra Appostolika ‘Maximum Illud’ li fiha Papa Benedittu XV

fittex li jagħti spinta ’l quddiem lix‑xogħol missjunarju fit‑tixrid tal‑Vanġelu. Papa Franġisku sejjaħ ix‑xahar missjunarju ‘straordinarju’ bil‑għan li tiżdied kuxjenza għall‑missjoni lin‑nazzjonijiet kollha u terġa’ tiġġedded il‑passjoni missjunarja fit‑trasformazzjoni tal‑ħajja tal‑Knisja u fl‑attività pastorali. L‑isqfijiet Tanżaniżi riedu jiċċelebraw dan il‑jum ta’ tnedija malajr kemm jista’ jkun hekk kif il‑Papa wera

x‑xewqa tax‑xahar straordinarju. Dan sabiex il‑fidili jkollhom biżżejjed żmien biex jgħixu dan ix‑xahar spiritwali u jkattru benefiċċju spiritwali fil‑mod kif il‑Knisja u l‑Papa jixtiequ. Fi tmiem il‑quddiesa nqrat it‑talba missjunarja hekk kif maħruġa mill‑Papa. 

Librerija tal‑bnedmin

D

an l‑aħħar l‑Istati Uniti ra żieda fil‑libreriji tal‑bnedmin. F’dawn il‑libreriji wieħed jista’ jmur u jikseb informazzjoni mingħand persuni oħra minflok mill‑kotba. Inti tista’ tmur f ’dawn il‑postijiet, u minflok tissellef ktieb, ‘tissellef ’ persuna li 26

tirrakkontalek l‑istejjer u l‑esperjenzi uniċi ta’ ħajjitha. Hazel Dickinson żaret waħda minn dawn il‑libreriji, u fost l‑esperjenzi li qasmu magħha kien hemm l‑esperjenza ta’ raġel li rrakkonta dwar il‑vjaġġ ta’ qtigħ il‑qalb li għamel mill‑Afrika f ’dgħajsa li kien qed jidħlilha l‑ilma sa

ma wasal fuq art soda u sigura. Esperjenza oħra kienet dik ta’ veteran tat‑Tieni Gwerra Dinjija li kien milqut u hu u jiġi meħud b’ajruplan fi sptar biex jiddewwa; kien għoddu tilef ħajtu meta kważi kkraxxjaw. Minkejja li ħafna ma jaqblu xejn ma’ din l‑idea, oħrajn jemmnu li dawn it‑tip ta’ libreriji għandhom ikunu f ’kull belt u raħal, għaliex bit‑teknoloġija moderna qed nitilfu l‑kuntatt uman ta’ bejnietna. Xi individwi saħqu li jekk iżżur dar tal‑anzjani u tisma’ l‑istejjer inkredibbli tagħhom, tkun qisek mort f ’librerija tal‑bnedmin!  ikompli f’paġna 28


April 2019

DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com

Triq ir‑Riħan, San Ġwann ‑ Malta. tel: +356 2766 1166 info@thecyclistmalta.com www.thecyclistmalta.com

MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267  Email:mariannastationery@gmail.com

PRINTING  BINDING  LAMINATION  TOYS  HABERDASHERY  HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm 27


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

April 2019

Ikel jitqassam qabel jiskadi

Q

rajna u smajna kemm‑il darba fejn ċerti pajjiżi ħadu l‑inizjattiva li jagħtu b’karità ikel żejjed, ikel li jkun wasal biex jiskadi, kif ukoll ikel, frott u ħaxix li ma jkunx ‘attraenti’ biżżejjed biex jinbiegħ. Bil‑mod il‑mod, f ’Malta wkoll qed tidħol din id‑drawwa sabiħa. Skont stima maħruġa mill‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Istatistika, f ’Malta kwart tal‑ikel li jinxtara qed jintrema u jinħela. Dan ifisser li l‑familji Maltin mhux qed joqogħdu biżżejjed attenti f ’dak li jixtru. Dan qed jiswa lil pajjiżna

għexieren ta’ miljuni, u għalhekk hemm bżonn li l‑Maltin jitgħallmu jonfqu flushom aktar bilgħaqal. Il‑ħela tal‑ikel qed tħalli wkoll effetti fuq l‑iskart iġġenerat fil‑pajjiż, fejn jistgħu jiġu evitati ċerti emissjonijiet fl‑arja billi noqogħdu attenti li nixtru l‑ikel li ser nikkonsmaw biss. Malta hija fost l‑aktar pajjiżi li tiġġenera skart fl‑Unjoni Ewropea. Importatur ewlieni qiegħed iforni postijiet li jaħdmu ma’ nies foqra, b’ikel li jkun għadu tajjeb qabel dan jiskadi. Fost dawn hemm insalati, jogarts,

irkotta u mozzarella. Dar Papa Franġisku hija waħda mir‑residenzi li jibbenefikaw minn dan l‑ikel, fejn ta’ kuljum iridu jitimgħu mill‑inqas 80 ruħ. Ta’ min isemmi li hemm min jassigura li dawk li qed jieklu dan l‑ikel qed isegwu dieta tajba u bbilanċjata. 

L‑albini fil‑Malawi

S

kont figuri maħruġa mill‑pulizija Malawani, in‑numru ta’ reati kriminali kontra l‑albini żdied b’148 każ mis‑sena 2014, fosthom erbatax‑il qtil u seba’ attentati ta’ qtil. Rapport maħruġ minn Amnesty International jgħid li kienu 21 persuna albina li nqatlu mis‑sena 2014 ’il hawn. Mill‑148 każ, 30 fil‑mija biss ġew konkludi. Dan minħabba nuqqas ta’ maġistrati kwalifikati fuq każijiet relatati ma’ persuni albini. Dan l‑aħħar ħarġet l‑aħbar tal‑ħtif ta’ tarbija ta’ tmintax‑il xahar, f’Karonga, ġimgħat biss wara l‑qtil brutali ta’ raġel ta’ 52 sena 28

fil‑Bajja ta’ Nkhata. Iċ‑ċittadini Malawani qed jingħaqdu flimkien ma’ nies madwar id‑dinja kollha biex jappellaw lill‑President, lill‑Ministru tas‑Sigurtà, lill‑Ispettur Ġenerali tal‑Pulizija u lill‑Ispiker tal‑Parlament biex,

fost l‑oħrajn, joffru protezzjoni lill‑albini, speċjalment trabi tat‑twelid, billi jgħaddu liġi speċifika li tipproteġi lil dawn in‑nies u jedukaw lill‑pubbliku inġenerali b’mod speċjali biex ma jibqgħux superstizzjużi fejn jidħlu l‑albini. 


April 2019

BEST PRODUCTS ‑ BEST PRICES Sales & Import of TV’s, Hi‑Fi & Appliances

Cristopher hair stylist zammit_kris@yahoo.co.uk

21421913 99452643

David Azzopardi Director Tel: +356 27570916 Mob: +356 99445723 Email: info@sathobby.com

Sathobby, St. Paul’s Road, St. Paul’s Bay SPB3300, Malta.

www.sathobby.com

ChriZam

unihair by Christopher zammit curmi cassar

no 20 triq l-Għemba Attard

ART & DESIGN STUDIO art & design

Antoinette Busutil RhDipl Interior Designer

Pitkali Road, Attard, ATD 2216 - Malta.

Tel: 2142 1867 , Fax: 2141 5253, antoinettedesign@mail.com www.antoinetteinteriordesign.com

29


April 2019

MID‑DISKORS TAL‑PAPA – DUN GEOFFREY GEORGE ATTARD

L‑imħabba lejn il‑Via Sagra għandu jitlob “Kulħadd it‑talba tal‑Via Sagra,” stqarr

il‑Papa hu u jsemmi kif dejjem iżomm fil‑but tal‑qalziet ktejjeb ċkejken tal‑‘Via Crucis’ bil‑meditazzjonijiet sabiex jitlob bihom meta jkollu mument liberu. “Li timxi ma’ Marija wara Ġesù jġorr is‑salib, hija l‑iskola tal‑ħajja Nisranija; hemm titgħallem tkun pazjent sieket u anke kif tħobb tassew,” stqarr il‑Papa huwa u jitkellem dwar dan. Waqt il‑laqgħa, Papa Franġisku ħareġ mill‑but ktejjeb ċkejken tat‑Triq tas‑Salib li qal li kien rigal miż‑żmien tiegħu fi Buenos Aires, u wrieh lill‑folla miġbura. “Meta jkolli ż‑żmien, jien nimmedita t‑Triq tas‑Salib. Itolbu intom ukoll it‑Triq tas‑Salib,” inkuraġġixxa lill‑udjenza. L‑Istazzjonijiet tas‑Salib (‘Via Crucis’), huma dejjem parti importanti mill‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ, spjega l‑Papa huwa u jirrifletti dwar il‑vjaġġ tiegħu lejn il‑Panama bejn it‑23 u t‑28 ta’ Jannar. Papa Franġisku stqarr li aspett ieħor tal‑ġimgħa li ħalla impressjoni fuqu kien il‑ħafna ġenituri u tfal li ra flimkien. Kull meta l‑karozza tal‑Papa kienet tgħaddi 30

minn qalb il‑folol, kien ikun hemm ħafna ġenituri li jgħollu t‑trabi u t‑tfal lejh daqslikieku biex jgħidulu: “Ara l‑kburija tiegħi, il‑futur tiegħi!” Fil‑qalba ta’ dik li sejħilha ‘xitwa demografika’ fl‑Ewropa, il‑Papa sab li dak il‑ġest huwa wieħed ta’ dinjità u elokwenza. Il‑kburija ta’ dawk il‑familji huma t‑tfal,

ċertament għaliex il‑ġejjieni huwa t‑tfal. Papa Franġisku semma wkoll l‑għadd kbir ta’ żgħażagħ preżenti fil‑laqgħa, speċjalment dawk minn pajjiżi tal‑Amerika Ċentrali, f ’perjodi differenti. Fil‑Panama, iż‑żgħażagħ refgħu flimkien ma’ Ġesù u ma’ Marija t‑toqol tal‑kundizzjoni ta’ ħafna aħwa fl‑Amerika Ċentrali u fid‑dinja kollha. Il‑messaġġ

tiegħu liż‑żgħażagħ laħaq il‑qofol tiegħu fil‑quddiesa tas‑27 ta’ Jannar. Il‑Papa qal li dawn iż‑żgħażagħ mhumiex biss il‑ġejjieni tal‑Knisja, imma l‑preżent ukoll. “Jiena appellajt għar‑responsabbiltà tal‑adulti sabiex ġenerazzjonijiet ġodda ma jkunx jonqoshom l‑edukazzjoni, ix‑xogħol, il‑komunità u l‑familja,” żied jgħid. Mument ieħor sinifikanti għaż‑żjara tiegħu fil‑Panama kienet il‑konsagrazzjoni tal‑altar tal‑Katidral ta’ Santa Marija La Antigua. Huwa qal li l‑katidral kien ilu magħluq għal seba’ snin minħabba r‑restawr, u li l‑konsagrazzjoni tal‑altar biż‑żejt tal‑griżma, l‑istess żejt użat għall‑imgħammdin, il‑konfermati, il‑presbiteri u l‑isqfijiet, kellu ‘valur simboliku qawwi’. Dan kien sinjal ta’ ġmiel skopert mill‑ġdid għall‑glorja ta’ Alla u għall‑fidi, kif ukoll għall‑festa tal‑poplu. “Jalla l‑familja tal‑Knisja fil‑Panama u fid‑dinja kollha, tislet mill‑Ispirtu s‑Santu frott ġdid sabiex il‑pellegrinaġġ tad‑dixxiplu missjunarju żagħżugħ ikompli jinfirex mad‑dinja kollha,” temm jgħid Papa Franġisku. 


April 2019

50 ġrajja miktuba minn ħutna

missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt

(V0/1178)

Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.

 Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:

Data:

Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:

Qiegħed nibgħat ċekk bl‑ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................

ktieb/ kotba bil‑posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss. 31


INTERVISTA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

April 2019

L‑Arċisqof tal‑Bavarja dwar is‑sena taż‑żgħażagħ

Mal-Arċisqof Mons. Prof. Dr. Ludwig Schick.

T

ul il‑missjoni edukattiva tiegħi f ’waħda mill‑ibliet tal‑Bavarja, fil‑Ġermanja, kelli l‑opportunità niltaqa’ personalment mal‑Arċisqof tal‑belt fuq stedina personali u nintervistah dwar is‑sena ddedikata liż‑żgħażagħ. L‑Arċisqof, Mons. Prof. Dr. Ludwig Schick, wera kemm għandu għal qalbu t‑tfal u ż‑żgħażagħ fid‑djoċesi tiegħu, u stqarr kemm‑il darba li ż‑żgħażagħ huma ‘il‑qalb tal‑Knisja’, u għalhekk irridu nieħdu ħsiebhom u nifhmu kontinwament il‑bżonnijiet tagħhom. Tul din is‑sena ddedikata liż‑żgħażagħ, 32

x’taħseb li għandha tkun il‑missjoni speċjali tal‑Knisja? Ċertament li l‑missjoni tal‑Knisja Kattolika tul din is‑sena għandha tkun li tara kif ser issaħħaħ u tqajjem mill‑ġdid il‑fidi Nisranija fiż‑żgħażagħ tagħna, waqt li tħoss iktar il‑polz tagħhom. Il‑fidi Nisranija għandha rwol importanti fil‑ħajja tal‑bniedem u naħseb li jekk ngħinu liż‑żgħażagħ jifhmu dan l‑irwol inkunu diġà qegħdin fit‑triq it‑tajba. Fil‑Ġermanja ż‑żgħażagħ qed ifittxu diversi forom u stili ta’ ħajja li fihom jistgħu jesprimu s‑solidarjetà tagħhom lejn l‑umanità. Għalhekk, bħala

Knisja qegħdin naraw kif kontinwament nistiednu liż‑żgħażagħ jipparteċipaw f ’kampijiet ta’ ħidma Nisranija Missjunarja favur l‑umanità fil‑bżonn. Huwa f ’dan il‑bżonn li rridu npoġġu l‑fidi Nisranija biex il‑Kristjaneżmu jagħmel iktar sens għaż‑żgħażagħ tagħna. Il‑fidi Nisranija hija mibnija fuq għotja kontinwa għall‑oħrajn u meta ninvolvu liż‑żgħażagħ f ’dawn il‑kampijiet ta’ solidarjetà missjunarja lejn min hu fil‑bżonn, inkunu qed ngħinuhom jifhmu u jesperjenzaw il‑Kristjaneżmu fil‑prattika. Barra minn hekk, Ġesù dejjem tkellem b’lingwaġġ li n‑nies ta’ żmienu setgħu jifhmu, u għalhekk aħna bħala Knisja rridu nsibu l‑lingwaġġ meħtieġ biex nikkomunikaw il‑messaġġ Nisrani liż‑żgħażagħ tal‑lum. Liema kwalitajiet sbieħ tara fiż‑żgħażagħ tal‑lum? Għalkemm iż‑żgħażagħ tal‑lum jinteressahom iktar il‑mument ta’ issa, min‑naħa l‑oħra qed juru interess u preokkupazzjoni fil‑ġejjieni tad‑dinja. Għandhom ħafna


April 2019

ideat x’joffru biex ikollna dinja aħjar u iktar magħquda minkejja d‑differenzi ta’ kultura, reliġjon u ħajja. Iż‑żgħażagħ tagħna huma esposti ħafna għal dak li qed jiġri fid‑dinja minħabba l‑użu kontinwu mill‑mezzi tal‑midja, kif ukoll minħabba l‑fatt li ż‑żgħażagħ tal‑lum jivvjaġġaw ħafna wkoll. Il‑materjaliżmu sfrenat u l‑kultura edonista (tal‑gost u l‑pjaċir) tal‑lum mhumiex qed jissodisfaw liż‑żgħażagħ tagħna, tant li qed ifittxu dak li tassew jimlielhom ħajjithom. F’din it‑tfittxija jiena għandi tama qawwija li ż‑żgħażagħ jiskopru l‑kobor tal‑mixja wara Ġesù. F’dan ir‑rigward nifraħ liż‑żgħażagħ għall‑fatt li qed ifittxu dak li tassew jimlielhom qalbhom b’mod sħiħ. X’inhuma l‑isfidi li ż‑żgħażagħ tal‑lum qed isibu f’soċjetà post‑moderna? Waħda mill‑ikbar sfidi li ż‑żgħażagħ qed ikollhom jaffaċċjaw hija d‑dinja tat‑teknoloġija u l‑mass midja: internet, ‘facebook’, twitter, eċċ... It‑teknoloġija hija għodda siewja u utli ħafna, imma qed tieħu ħafna mill‑ħin taż‑żgħażagħ waqt li toħloq manipulazzjoni kontinwa fuq l‑imħuħ b’tali mod li ma tħallihomx

jirriflettu biżżejjed fil‑ħajja. Li teduka liż‑żgħażagħ jikkontrollaw l‑użu tat‑teknoloġija, kif ukoll xi jfittxu u x’jiktbu fuq dawn il‑mezzi saret sfida kbira għal min jedukahom. Ma rridu bl‑ebda mod niddemonizzaw it‑teknoloġija u l‑mezzi tal‑midja, iżda jeħtiġilna nedukawhom iżjed kif jagħmlu użu aħjar b’dawn il‑mezzi waqt li jħallu spazji ta’ riflessjoni f ’ħajjithom. X’inhu jżomm liż‑żgħażagħ milli jimxu t‑triq Nisranija u jieħdu sehem fl‑attivitajiet u ċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Knisja? F’dan ir‑rigward tippreokkupani ħafna l‑attendenza batuta taż‑żgħażagħ fil‑quddiesa tal‑Ħadd. Jeħtiġilna nistudjaw bis‑serjetà kif ser

noffru liturgija li tappella iżjed għall‑ġenerazzjonijiet futuri. Ikolli ngħid li fil‑liturġija tagħna għandna ħafna KLIEM u inqas ħin għas‑SKIET u r‑RIFLESSJONI. Għaliex il‑komunità internazzjonali f ’Taize għadha tiġbed lejha daqstant żgħażagħ? Jista’ jkun għax hija komunità li għadha toffri mhux biss kant, liturġija u meditazzjoni, iżda wkoll spazji ta’ skiet u riflessjoni. Min‑naħa l‑oħra, iż‑żgħażagħ huma interessati ħafna fil‑Kristjaneżmu li joffri għajnuna lill‑umanità batuta minħabba gwerer u faqar. Għalhekk, il‑Knisja trid tiżviluppa dan il‑kamp u tinvolvi iżjed żgħażagħ fejn, fi spirtu Nisrani jistgħu jkunu ta’ servizz għal dawk kollha fil‑bżonn. Irridu wkoll nisfruttaw l‑użu tat‑teknoloġija biex nilħqu

Waqt l-intervista mal-Arcisqof Mons. Prof. Dr. Ludwig Schick. 33


April 2019

INTERVISTA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

Ritratt: www.catholicbishops.ie

iżjed żgħażagħ u l‑messaġġ inwassluh malajr. Min‑naħa l‑oħra rridu nwettqu t‑teoloġija tat‑triq billi nilħqu liż‑żgħażagħ tagħna fl‑ambjenti fejn jiltaqgħu u fejn jistudjaw. L‑iskejjel illum saru art ta’ evanġelizzazzjoni maż‑żgħażagħ u għalhekk irid ikollna iżjed preżenza Nisranija qalb iż‑żgħażagħ fl‑iskejjel. X’inhuma l‑pjanijiet li għandkom jew li qed tfasslu fid‑djoċesi biex tilħqu iżjed żgħażagħ? Fid‑djoċesi għandna diversi ‘youth centres’ fejn inlaqqgħu liż‑żgħażagħ flimkien u wkoll fejn nistednuhom kontinwament jipparteċipaw f’’weekend breaks’ ta’ formazzjoni Nisranija, liturġija u spiritwalità. Dawn iċ‑ċentri huma b’saħħithom 34

ħafna u minnhom qed joħroġ ħafna u ħafna ġid. Barra minn hekk, darba f’sena tiġi organizzata ‘Youth Day’ fejn inlaqqgħu ż‑żgħażagħ kollha minn diversi parroċċi f’post wieħed u noffrulhom opportunità speċjali ta’ ġurnata biex ikunu jistgħu jitħalltu u jaqsmu l‑esperjenzi tagħhom. Dan isir grazzi għal tant ‘youth ministers’ u katekisti ddedikati li għandna fid‑djoċesi. Imbaghad dawk iż‑żgħażagħ li huma bierda jew li għadhom mhux jiffurmaw parti minn ‘youth centre’ ta’ formazzjoni Nisranija, nippruvaw nilħquhom permezz ta’ gruppi oħra attivi fil‑parroċċi kif ukoll permezz ta’ żjajjar regolari fl‑iskejjel. Iż‑żgħażagħ tal‑familji refuġjati huma wkoll fl‑attenzjoni tagħna, u grazzi

għall‑assoċjazzjonijiet bħal Caritas u s‑Salesjani, qed nippruvaw nilħquhom ukoll billi noffrulhom laqgħat regolari fejn ngħinuhom jifhmu l‑kultura u r‑reliġjon Nisranija waqt li ngħinuhom jintegraw iżjed fil‑kultura ta’ pajjiżna. X’inhu l‑messaġġ tiegħek personali liż‑żgħażagħ? Is‑sentenza li nixtieq naqsam maż‑żgħażagħ hija proprju s‑sentenza ta’ Ġesù li nsibuha fi Ġwanni 10:10: “Jiena ġejt biex ikollkom il‑ħajja, u jkollkom bil‑kotra”. Ċertament li ż‑żgħażagħ iħobbu l‑ħajja u għandhom xewqa kbira li jiksbu l‑milja tal‑ferħ fil‑ħajja, u allura rridu nippreżentawlhom lil Ġesù bħala s‑sors tal‑milja tal‑ħajja. 


April 2019

Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel

21236962

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK

Abbona issa fi Klabb Missio Tfal għal €5 biss fis‑sena. Mhux biss tkun qed tgħin lit‑tfal anqas ixxurtjati, imma wkoll tieħu pjaċir tiltaqa' ma' tfal ġodda. Niltaqgħu darba fix‑xahar biex flimkien nitgħallmu, norganizzaw xi attivitajiet, nagħmlu l‑krafts u ntellgħu xi drammi. Dan filwaqt li nitolbu għal tfal oħra madwar id‑dinja kollha. Ma' kull abbonament ta' sena tingħata 'discount card' li tissarraf f'diversi ħwienet popolari.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI KLABB MISSIO TFAL GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Klabb Missio Tfal, Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI – MARY ANNE FENECH

April 2019

SOPPA TAT-TUFFIEĦ U L-BROKKOLI MILL-AWSTRALJA

Metodu: • Saħħan iż‑żejt f ’borma fonda u sajjar

il‑basal u l‑kurrat sa ma jirtab u jiħmar. • Żid il‑butir, il‑fjuretti tal‑brokkoli u

t‑tuffieħ imqatta’ f ’dadi.

• Itfa’ l‑istokk tat‑tiġieġ/ħaxix u ż‑żagħfran. • Sajjar sa ma jirtabu l‑ħxejjex.

X’għandek bżonn: • 3 mgħaref żejt taż-żebbuġa • 2 mgħaref butir • 2 basliet imdaqqsa • 3 tuffiħat ħodor • 2 kurratiet • 2 brokkoli • 2 litri stokk tat-tiġieġ jew tal-ħaxix • 2 tazzi jogart naturali • Bżar iswed mitħun • Żagħfran (tumeric)

• Itħan sew it‑taħlit fi blender. • Ferra s‑soppa lura fil‑borma u żid il‑jogart. • Ħawwad kemm kemm. • Servi sħuna bi ftit bżar fil‑wiċċ. • Jekk tiggosta, tista’ sservi s‑soppa bi ftit

croutons.

HAVE A GOOD MEAL! (L‑Ikla t‑Tajba!)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171


April 2019

37


KOMPETIZZJONI ‑ APRIL 2019

April 2019

TISLIBA BIN‑NUMRI

Imla t-tisliba bin-numri t’hawn taħt skont fejn suppost. Tnejn min-numri huma lesti biex jgħinuk tibda. Ibgħat il-kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l-indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

1 4 2 6 1

3 DIGITS 217

625

4 DIGITS 1524

5731

5 DIGITS 14261

41385

246

756

1594

6174

24173

71490

251

842

2652

6205

34875

75216

258

924

3861

7326

35420

90162

321

925

4528

8275

328

961

4832

9527

367

5290

Ħu nota tal‑indirizz il‑ġdid fejn tibgħat il‑kompetizzjoni.

3 4 8 7 5 Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Frar 2019: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Mary DeBono mill‑Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

3 8 9 2 7 0 5 4 4 2 2 1 3 1 6 7 4 9 7 1 3 0 0 3 6 4 8 5 6 4 2 0 6 2 7 1 5 5 8

3 2 0 1 4 8 6 2 9 4

0 5 3 1 6 4 6 3 2 1 4 6 3 8 7 8 5 2 2 1 7 2 9 0 8 3 2 3 7 8 4 6

Nitbissmu ftit:

F

il‑qorti, il‑Maġistrat kien qed jaqra l‑att tal‑akkuża lill‑akkużat: “Hawn inti akkużat li sraqt €500 mill‑‘cash register’ ta’ ħanut tal‑ikel għad‑dannu tas‑Sur Ġanni Carbonaro. Xi tgħid, ħati jew mhux ħati?” “Le, jaħasra, sinjur m’iniex ħati,” wieġeb l‑akkużat. “Kif m’intix ħati?” staqsa l‑Maġistrat. “Jaħasra, kien hemm miktub fuq tabella: ‘Take away’, u jien qbadt u ħadt, ħeqq!”

38

1 5 9 7 2 7 9 3 1


April 2019

Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Stella Maris, Tas-Sliema • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż-Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż-Żurrieq • Silvana Vella mill-Gudja

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

• Emanuel Faure min-Naxxar

• 21 ta’ Frar 2018 Marie Theuma minn Ħaż‑Żabbar

• Miriam Said mill-Mosta

• 04 ta’ April 2018 Francis X.Gatt minn Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera

• Emcare Business Centre, Birkirkara

• 27 ta’ April 2018 Lora Aquilina minn Ħaż‑Żabbar • 01 ta’ Mejju 2018 Doris Fenech minn Ħaż‑Żabbar • 02 ta’ Diċembru 2018 Karmenu Vella minn Ħaż‑Żabbar • 13 ta’ Jannar 2019 Ċensina Camilleri miż‑Żurrieq • 29 ta’ Jannar 2019 Ġanni Falzon min‑Naxxar • 31 ta’ Jannar 2019 Vince Polidano mill‑Ħamrun • 31 ta’ Jannar 2019 Clautilde Costantino miż‑Żurrieq • 01 ta’ Frar 2019 Paul Vassallo minn Tas‑Sliema

• Connie Cini mill-Ħamrun

• Anna Vella u Nikolina Sciberras minn Ħal Għargħur • Lawrence Camilleri – BOV Wealth Management, Santa Venera • Violet Bonello, u Rose u Agnes Darmanin minn Ħaż-Żabbar Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 22 ta’ Frar 2019 Pauline Chrisy Galea mill‑Mellieħa • Carmen Vella minn Ħaż‑Żabbar • Ronald Barnett mill‑Gran Brittanja

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Għandna bżonn 'soft toys' f'kundizzjoni tajba u żibeġ. F'każ ta' ammont kbir niġu għalihom aħna. Ċempel lil Natasha fuq 20330015.

S e g w i l‑ e sp er jen z i u l‑av vent u r i ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin f l‑artijiet ta l‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut. 39


April 2019

384, Żabbar Road, Il‑Fgura, Malta. Tel: 2180 2130 Open: 9:00am ‑ 12:30pm, 4:00pm ‑ 7:00pm

www.raysjewellerymalta.com

Nick’s Agricultural Supplies All you need for agriculture

Jonathan Callus tel: 21465869 mob: 79296399 Mons Mikiel Azzopardi Str., Siġġiewi www.nickagriculture.com nickagriculture@hotmail.com

40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja April 2019 by Missio Malta - Issuu