Nimxu Id F'Id - Marzu 2025

Page 1


Triq it-Tiġrija, Nadur. Tel. 21552161

Ritratt tal-faċċata: IT-TIEQA TAD-DWEJRA - The Azure WindowKienet formazzjoni ta' arkata naturali fid-Dwejra, fil-limiti tar-raħal ta' San Lawrenz. L-arkata, li kienet għolja 28 metru mill-baħar, kienet waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin f'Għawdex. L-ewwel referenza għatTieqa tad-Dwejra tmur lura għall-1824, meta tidher fl-isfond fi tpinġija tattorri li jinsab fl-inħawi. It-Tieqa waqgħet waqt maltempata qawwija nhar it-8 ta' Marzu 2017.

Ritratt meħud nhar il-25 ta' Lulju 2004 – MartinAttard

Michelin Guide huwa pubblikazzjoni serja ħafna li turi lit-turisti x’għandhom ifittxu meta jkunu f’xi belt partikolari. U għal meta jkunu Pariġi l-ktieb ħajjar lill-qarrejja biex jippruvaw jaslu sa Bourges u jieklu xi ħaġa mir-Restaurant La Bouche a Oreilles. U naturalment kien hemm ħafna li obdew id-direttivi imma kienu diżappuntati bil-kbir għax kulma sabu kien ħanut żgħir li kulma kien iservi kien xi ftit kafè, panini u pastini u l-klijenti tiegħu kienu ħaddiema li jaħdmu f’postijiet tax-xogħol f’din il-belt żgħira ħdejn Pariġi.

Sidt il-ħanut ma

setgħetx tifhem kif ħanutha spiċċa f’dan il-magażin prestiġjuż sakemm xi ħadd

intebaħ li min ippubblika l ktieb biddel il-post u flok bagħathom f’Boutervilliers mexxiehom għal Bourges. L isem kien l-istess imma x’differenza! Wieħed kellu chef li rebaħ ħafna premjijiet mondjali u lieħor kien jasal biss sa pizza u sandwich.

Ġesù qalilna li meta agħma jmexxi agħma t-tnejn jispiċċaw filħofra. U fil-ħajja meta nimxu wara gwidi li ma jkunux jafu triq issewwa nispiċċaw diżappuntati ferm iktar mit-turisti li marru Bourges flok Boutervilliers.

Imbierek min isib għalliema serji li jservuh ta’ gwidi veri.

Nimxu Id F’Id
Marzu 2025 Ħarġa numru 541

Wirt il-Fundatur

Dun Ġorġ ħallielna teżor

...

f’kitbietu

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimt li l-bniedem qatt mhu dejjem fl-istess stat.

 Tgħallimt li nkun kuntent bix-xorti tiegħi.

 Tgħallimt inħallat il-ħelu mal-morr.

 Tgħallimt napprezza l-oġġetti fil-bżonn tagħhom.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra

Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956

permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’ . Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

Nimxu Id F’Id - Marzu 2025

Dizzjunarju Bibliku

Ġob

Raġel twajjeb li baqa’ jħobb lill-Mulej minkejja kollox. L-istorja

tibda biex turina kemm kien raġel sinjur. Kellu familja kbira, ħafna bhejjem u ġid. Iżda għadda minn mumenti diffiċli u tilef kollox. Spiċċa fqir fuq miżbla. Iżda xorta baqa’ jħobb lil Alla, jgħid: “Alla tani, Alla ħadli. Ikun imbierek Alla.”

Il-Mulej ippremja

l-qdusija ta’ Ġob u reġa’ tah lura ħafna iktar minn dak li kellu qabel għax ra li Ġob baqa’ jħobbu anke meta għaddieh minn toroq diffiċli. Ġob joffri

tagħlima għalina lkoll li jgħallimna nħobbu lil Alla mhux biss meta jkollna kollox ġej favur tagħna iżda wkoll meta jiġru ħwejjeġ u stejjer kontra qalbna.

(Aqra: Il-Ktieb ta’ Ġob)

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

(... ikompli mill-ħarġa ta’ Frar)

L-istudju xjentifiku tal-għabra, li bl-Ingliż

jissejjaħ koniology, kelma li hija fformata mill-kelma Griega konis li tfisser għabra u mill-kelma logos li ġieli hija mfissra bħala l-istudju ta’ xi ħaġa, tista’ tgħid li bdieh lIskoċċiz John Aitkin (1839-1919). Fl-1880, Aitkin wera li l-għabra fl-atmosfera hija

essenzjali għad-dinja kif nafuha partikolarment għas-sħab u x-xita. U anke vvinta apparat li jkejjel n-numru ta’ partiċelli ta għabra f kull ċentimetru kubu u sab li dan ivarja bl-ikbar densità fi bliet industrijali.

Intant, l-għabra hija importanti wkoll fl-astronomija: id-dawl żodjaku, il-kometi, mikrometeoriti u fl-ispazju interstellari.

Id-dawl żodjaku huwa dawl bajdani, mhux qawwi, li jidher l-iktar

ħdejn l-orizzont fejn tkun niżlet ix-xemx jew qabel titla’ x-xemx u jestendi mill-orizzont fejn kienet jew ser tkun ix-xemx u jestendi matul iż-żodjaku jew minn fejn tgħaddi x-xemx fis-sema. U jissejjaħ żodjaku għax dan ikun fejn tkun l-konstellazzjoni taż-żodjaku, pereżempju Leo, Gemini, Taurus u l-bqija.

(... ikompli fil-ħarġa ta’ April)

Nimxu Id F’Id - Marzu 2025

... jikteb Ritchie Grech

Iċ-Ċedru

Is-siġra taċ-ċedru hi waħda li togħla ħafna anke sa 20-25 metru. Kienet is-siġra prinċipali li minnha l-antiki kienu jagħmlu t-travi għallbini, qabel ġie l-ħadid u s-siment. L-injam taċ-ċedru kien jintuża ħafna anke fuq id-dgħajjes, armaturi u strumenti tal-mużika. Din is-siġra kienet komunissima fil-Libanu tant li baqgħet magħrufa bħala ċ-ċedru tal-Libanu. Anke f’manuskritti antiki l-Libanu kien jissejjaħ l-Għolja taċ-Ċedru. Is-siġra taċ-ċedru hi l-emblema nazzjonali tal-Libanu u tinstab ukoll fuq il-bandiera tal-pajjiż.

Fil-Bibbja nsibu li

David u ibnu Salamun għamlu ħafna xogħol millinjam iebes taċ-ċedru li kienu jixtru mingħand

Hiram, sultan ta’ Tir (1 Sam 5,11; 1 SIat 5,22).

Użaw dan l-injam għallpalazzi tagħhom u fil-bini tat-Tempju ta’ Ġerusalemm. Fil-bini tat-tieni

Tempju, Esdra wkoll għamel użu minn dan l-injam (Esd 3, 7). Iċ-ċedru ġieli nsibuh wkoll jissemma bħala seder fil-Bibbja.

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib... u forsi tbissima.

F’Marzu 2018 Tony Illman kien miexi ma’ martu fuq ir-ramel ta’ bajja Awstraljana meta lemaħ flixkun u fih kien hemm donnu xi ħaġa ssiġillata. Martu ġabret il-flixkun u ħaditu d-dar u meta flewh sewwa ntebħu li fih veru kien hemm xi karti mkebbin forma ta’ sigarett.

Fetħuhom bil-mod u sabu messaġġ li kien ilu li nkiteb 132 sena. Fil-fatt kien tħalla fil-flixkun minn nies imqabbdin mill-gvern Ġermaniż biex jaraw kif jimxu l-kurrenti fl-oċeani madwar id-dinja. Kellu d-data 12 ta’ Ġunju 1886. Ħadd ma jaf eżatt meta spiċċa fir-ramel u allura lanqas nafu kemm dam jgħum fl-ibħra tad-dinja qabel ma spiċċa fuq din il-bajja Awstraljana. Iżda l-esperti qisuh bħala l-iktar messaġġ antik li qatt instab fi flixkun mixħut fil-baħar.

Ħafna dilettanti lesti li joffru flus tajba biex jiksbu l-flixkun u l-messaġġ.

Nimxu Id F’Id - Marzu 2025

’ idejhom ... jaħdmux bil-lemin jew bix-xellug. Fil-bnedmin jgħidu li 8 filmija huma xellugin. Issa nstab li anke l-qtates għandhom ukoll ilpreferenza tagħhom. Uħud jużaw is-sieq ix-xellugija biex jiġbdu l-ikel

għal ħdejn ħalqhom waqt li

oħrajn jużaw issieq il-leminija.

Iżda s’issa dan listudju għadu ma stabilixxiex

kemm huma dawk li jużaw iktar saqajhom

ix-xellugija milleminija.

Fil-każ tal-bnedmin illum jeżistu ħwienet li jbigħu oġġetti u għodod li jagħmilha eħfef għal min hu xellugi biex jaħdem. U s-slogan li jħobbu jagħmlu biex jiġbdu l-attenzjoni hu kontra dak li jidher issoltu. Għax normalment t-tabelli jħabbru:

The Customer is always Right.

Imma f’dawn il-ħwienet it-tabelli jkunu jgħidu:

The Customer is always left.

Mid-Dinja tax-Xjenza ... jikteb Joe Portelli

Biex Tbiddel il-Momentum

Momentum ta' oġġett hu kemm jiżen multiplikat b'kemm hu miexi:

Momentum = massa tal-oġġett X veloċità tal-oġġett.

Mela oġġett wieqaf m'għandu xejn momentum. Jekk timbotta jew tiġbed oġġett, tbiddillu l-momentum. Mhux hekk? Għax jew iżżidlu jew tnaqqaslu b'kemm hu miexi. Jekk ikun wieqaf jibda miexi. Jekk miexi taf tgħinu jew ittellfu jew tbiddillu d-direzzjoni.

Issa jekk ikollok oġġett fraġli li hemm periklu jinkiser u tħabbtu ma’ xi mkien, hemm ċans kbir jinkiser. Għax xħin jaħbat jinbidillu lmomentum għax jieqaf. U biex jieqaf xi ħadd iridu jimbuttah u dik limbuttatura tkisser lill-oġġett. Imma hemm mod kif tħabbat lill-oġġett jew twaqqgħu mingħajr ma tkissru. Dan tagħmlu billi żżidlu l-ħin biex l-oġġett jieqaf. Mela jekk twaqqa' tazza u tkun imdawra f'xi ħaġa ratba, iktar hemm ċans li ssalvaha. U jekk wiċċek jaħbat malairbag minfuħa meta taħbat karozza, inqas hemm ċans li tweġġa’.

Ortografija Maltija ... niktbu bil-Malti tajjeb

Għalfejn jeħtieġ li nżidu h f’niftaħhulu?

Dan għaliex hawnhekk għandna pronom mehmuż dirett u ieħor indirett magħqudin flimkien. Ejja nieħdu dan l-eżempju biex nifhmu aħjar:

niftaħ il-bieb lilu

L-oġġett dirett hawnhekk huwa l-bieb, u dan jieħu l-pronom mehmuż dirett fit-tielet persuna maskil singular, li jiġi rrappreżentat minn ‘hu’ fin-nofs ta’ niftaħhulu.

L-oġġett indirett huwa r-raġel lil min qed niftaħ il-bieb, jiġifieri ‘lilu’. Il-pronom mehmuż indirett hawnhekk jiġi rrappreżentat minn ‘lu’

fl-aħħar ta’ niftaħhulu.

Mod iktar faċli kif tasal għaliha huwa billi ssaqsi 2 mistoqsijiet:

nixtri l-ktieb lilu = nixtrihulu

 nixtri xiex? il-ktieb (hu)

 lil min? lilu (lu)

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.

Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

tal-Qasam Mid-Djarju

Raymond Portelli li huwa old boy talQasam tagħna u missjunarju

f’Iquitos ġewwa lPerù. Ta’ kull sena nistednuh jiġi l-

Qasam tagħna mhux biss biex iqaddes il-quddiesa ta’ Frar imma anke biex imexxi l-laqgħa talĠuvintur u Old Boys.

Kellna wkoll il-Passiġġati ta’ nhar ta’ Ħadd. F’ħarġa minnhom morna tas-Sanap u spiċċajna l-bajja taxXlendi filwaqt li f’ħarġa oħra morna Wied il-Mielaħ biex naraw it-tieqa naturali f’tarf il-wied.

Inħeġġu lil aktar tfal u adolexxenti biex jingħaqdu magħna f’dawn ilħarġiet tal-Ħadd.

Il-Ħamis 20 tax-

xahar kellna l-

Ewwel Qrara għat-

tfal li din is-sena qed jitħejjew għall-

Ewwel Tqarbina.

Bdiet bi tħejjija

ġewwa l-Qasam tal-

Bniet minn fejn wara mxejna lejn il Knisja biex it-tfal jirċievu dan istfal ingħataw ukoll ċertifikat ta’ dan

Beda x-xogħol ukoll fuq iċ-Ċena tas-Sinjur fis-sala t’isfel. Ix-xogħol għaddej b’ritmu

tajjeb biex anke din is-sena f’Ħadd il-Palm tinfetaħ il-35 edizzjoni ta’ din il-wirja. Beda wkoll ix-xogħol fuq il-Play tal-Għid li din issena ġġib l-isem ta’ Faqar li Stagħna. Aktar dettalji jingħataw fil-ħarġa tax-xahar iddieħel.

Mark

Il-Ġimgħa 21 tax-xahar kellna l-laqgħa talMagħżulin u l-Aspiranti filQasam tagħna. Wara llaqgħa l-adolexxenti ħadu

xi ħaġa tajba flimkien u wara sar ukoll tournament qasir tal

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna talFacebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.