Il-Hbieb Isejhu -- Ottubru 2020

Page 1

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

OTTUBRU 2020 numru 650 Din li għandek f’idejk hi s-650 ħarġa tal-fuljett tagħna u tagħkom IlĦbieb Isejħu. U f’din l-okkażjoni sabiħa l-fuljett tagħna t-tnejn qed ixidd libsa ġdida. Libsa li kienet ilha f’moħħna imma diffikultajiet loġistiċi u finanzjarji żammewna li nwettqu xewqitna. F’din l-okkażjoni sabiħa rroddu ħajr lill-Mulej Ġesù tal-għajnuna li tana tul dawn il-55 sena ta’ pubblikazzjoni. U mal-Mulej irroddu ħajr lill-mijiet ta’ ħbieb li għenuna tul iż-żmien. Fosthom dawk li jirreklamaw fih, dawk li jsostnuna b’għotjiet ġenerużi, dawk il-ħbieb li jorganizzaw għalina coffee morning kull Novembru, dawk li jiktbu xi artiklu fih u dawk li tul is-snin dejjem tawna dik l-imbuttatura ’l quddiem b’kummenti ta’ kuraġġ u inkoraġġiment. Fosthom issuperjuri Musewmini Victor Delicata u John Formosa li tant ħabbew dan il-fuljett. Xieraq ukoll insemmu lil dawk il-qlub ġenerużi li kull xahar iterrqu madwar ir-raħal biex iwasslu dan il-fuljett fi djar ilqarrejja u lill-ħbieb tagħna Sammy u Silvana Portelli (Portelli Print) li tul ħafna snin tawna cover ikkulurit għall-fuljett u la qatt ħadu ċenteżmu tax-xogħol u lanqas tal-materjal. Il-fuljett għamel bosta ħbieb f’dawn is-sitt mija u ħamsin xahar. Forsi iktar milli qatt ħaseb is-saċerdot twajjeb Dun Mikiel Attard li welldu, ħabbu u sostnieh tul ħajtu kollha. U miegħu xieraq insemmu wkoll benefattur ieħor – Dr Coronato Grech li issa ilu għal mijiet ta’ ħarġiet ma jonqos qatt li jgħaddilna l-artikli tiegħu li jkopru enċiklopedija sħiħa ta’ suġġetti varji. Dawn kollha jifirħu magħna f’din l-okkażjoni sabiħa tas-650 ħarġa… issa mwassla b’mezz ferm iktar modern mill-ħarġiet ta’ qabel. Jalla din il-libsa ġdida tħajjar iktar qarrejja u iktar ħbieb li jattendu għallaqgħa tal-ġuvintur tal-ewwel Sibt li magħha l-fuljett tagħna kien dejjem marbut.

1


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.