Skip to main content

NIMXU ID F'ID - Marzu 2020

Page 1

Ritratt tal-faċċata: Veduta tar-Ramla l-Ħamra meħud minn Ta’ Xordin

fin-Nadur fl-1 t’Awwissu 2004 - Martin A ttard


Għandek

Nimxu Id F’Id Marzu 2020

Minuta?

Ħarġa Nru. 481

Min hu dilettant tal-istorja Ingliża aktarx li sema’ bil-battibekki li kien ikun hemm bejn Churchill u Lady Astor. Uħud minnhom saru biċċa mit-tradizzjoni tal-Parlament Ingliż. Fosthom isemmu: Lady Astor: “Li kont martek kont nivvelenalek il-kafè.”

Churchill: “Li kont żewġek kont nixorbu.” Darba oħra Lady Astor kienet qed titkellem fuq l-agrikultura u Churchill interrompiha: Churchill: “Nemmen li Lady Astor lanqas taf kemm għandu swaba’ l-qasqus.” Lady Astor: “Inża’ ż-żarbun tiegħek u tkun taf.” Anki fis-senat Amerikan darba Senatur li kien fih daqs ġolf qam iwerżaq kontra Senatur ieħor li kien qisu tapp u qallu: “Jekk terġa’ ssemmi ismi niġi u nibilgħek.” U l-ieħor wieġbu: “F’dak il-każ ikollok iktar sens f’żaqqek milli qatt f’rasek.” Kliem iebes iġib kliem iebes u kliem ta’ paċi jġib sliem u għaqda. Bħall-eku. Jekk immoru fil-beraħ quddiem xi sies li jirbombja l-vuċi lura u ngħajtu kliem ta’ firda hekk ukoll nisimghu lura. Iżda jekk ngħajtu kliem sabiħ nifirħu bir-risposta li jagħtina l-eku. Anki fil-ħajja. Min jitkellem iebes ma jiskantax li jweġbuh iebes ukoll. Iżda min ikollu kliem ħelu għal ħaddiehor hu wkoll jirċievi messaġġi sbieħ. L-għażla f’idejna.

1


Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor. . . f’kitbietu

Il-Mexxej tal-Għomja - Dux Cœcorum L-agħma jeħtieġ li jkollu fiduċja f’min imexxih. Int min int, isma’ u studja. . . Sentenzi meħudin minn ktejjeb ta’  Agħmel li tista’ biex tevita l-inkwiet għax Dun Ġorġ Preca xejn mhu agħar minnu. bl-isem

Dux Cœcorum: Il-Mexxej  Meta l-kuxjenza turik li hemm ħażen, la tal-Għomja tagħti qatt widen għad-dnub, għax ikollok li deher biċċa tindem. biċċa fil-Kalendarju Museumin 1953/1957

2

Kwalunkwe ħsieb li jkun jinkwetak keċċih malajr, jekk ma tridx tispiċċaha ħażin. 

M’għandekx xi tridu kull ma jbiegħdek minn Alla, għax bla dubju jagħmlek infeliċi.


Stejjer marbuta ma’

Giovanni Battista Montini

San Papa Pawlu VI Darba x-xufier tiegħu ġie ferħan iħabbarlu li kellu tifla wara ħafna subien. L-arċisqof ta’ Milan staqsieh: “X’ser issemmuha?” “Clare, għax marti devota ħafna ta’ San Franġisk u Klara kienet mara qaddisa daqsu.”

“Veru isem sabiħ.” “U li kont Eċċellenza?”

int

x’kont

issemmiha

“Kont insemmiha Marcella għax din id-djocesi ta’ Milan għandha lil Sant’Ambroġġ bħala l-qaddis protettur u Marcella kienet oħtu. Ruħ twajba u qaddisa daqs Sant’Ambroġġ.” Ix-xufier biex ma jiksirlux qalbu semma t-tifla Clare Marcella. Anke meta laħaq Papa u x-xufier mar jiltaqa’ miegħu fil-Vatikan, staqsieh bid-daħka: “U kif inhi Clare Marcella?” “Tajba ħafna.” “Għidilha titlob ħafna għal min taha isimha”, qallu l-Papa.

Giovanni Battista Montini. . . . . .kien Kardinal Arċisqof ta’ Milan li fil-21 ta’ Ġunju 1963 ġie magħżul bħala l-Papa l-ġdid u ħa l-isem ta’ Pawlu VI. Miet fis-6 t’Awwissu 1978 u ġie ddikjarat qaddis fl-14 t’Ottubru 2018.

3


. . .jikteb Dr. Coronato Grech (dan l-artiklu jkompli mill-ħarġa tax-xahar ta’ Frar) L-isport huwa wieħed mill-aqwa passatempi u li jista’ jiġi pprattikat fil-ħin liberu tal-bniedem. Bir-raġun li sport kollettiv, bħalma hu l-futbol, huwa popolari. Għal dawk li jieħdu sehem hemm l-eċitament tal-logħob, l-isperanza ta’ rebħa jew ir-riskju ta’ telfa. Imma kollox f’sens sportiv. Fuq kollox titgħallem tieħu sehem f’tim, toqgħod għar-regoli, tikkopera ma’ sħabek, tara opinjonijiet oħra, tieħu gost b’rebħa u titgħallem ukoll kif taċċetta telfa; u stimolu għal iktar logħob. Fiżikament għall-ġisem hemm il-vantaġġi ta’ eżerċizzju erobiku: (isaħħaħ il-muskoli, il-qalb, iċ-ċirkulazzjoni u l-pulmuni), kif ukoll iserraħ il-moħħ u l-ewforja li tiġi wara eżerċizzju qawwi. Għall-ispettaturi mbagħad hemm ukoll il-vantaġġi kollha apparti minn dawk tal-eżerċizzju. Passatempi oħra sportivi imma forsi iktar solitarji jinkludu l-mixi u l-għawm. Il-mixi fi triqat imwarrba tal-kampanja xitwija jew tar-rebbiegħa huwa fost l-isbaħ attività f’pajjiżna, b’widien iħaddru, għelieqi kkuluriti, ħitan tas-sejjieħ, arja nadifa u l-bqija. L-għawm, speċjalment bil-maskra max-xtajta, jiftaħ dinja tant sabiħa ta’ blat, ċagħak, ramel, pjanti u ħut, u kollha f’kuluri brillanti fid-dawl tax-xemx. Ma’ dawn hemm ukoll il-benefiċċji kollha għall-ġisem ta’ eżerċizzju, anke moderat.

(dan l-artiklu jkompli fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)

4


. . .jikteb Ritchie Grech Il-Gawwija Il-gawwija hija tajra tal-ilma imma hija wkoll kostali jiġifieri tħobb iżżomm mal-kosta. Tiekol l-aktar ħut u kreaturi oħra mill-baħar imma tinstab ukoll fejn hemm miżbliet kbar fejn tfittex ikel li jgħodd għaliha bħal biċċiet ta’ laħam. Il-gawwija fil-Kotba Mqaddsa ma tantx tissemma. Filfatt insibu referenza għaliha biss fil -lista ta’ tajr li ma setax jittiekel mill-poplu Lhudi għax għalihom kienet moqżieża. Fil-ktieb tal-Levitiku nsibu: “in-nagħma, il-kokka, il-gawwija, is-seqer skont ġenshom,” [Lev. 11:16]. L-istess lista nsibuha fil-ktieb tad-Dewteronomju “in-nagħma, il-kokka, il-gawwija, u s-seqer ta' kull xorta” [Dt. 14:15]. Il-gawwi

jżomm

l-istess

sieħeb/sieħba għal għomru. Anke meta jiġi biex ibejjed jerġa’ lura għall-istess kolonja ta’ gawwi u anke ġieli l-istess bejta. Iħobb iżomm f’kolonji kbar li jbejjed fl-istess parti ta’ sies u għalhekk l-għajjat tagħhom jinstema’ ħafna. Ibid minn tnejn sa tliet bajdiet imtektkin li jofsqu wara 22 sa 26 ġurnata. Interessanti meta il-papa Franġisku telaq xi ħamiem mit-tieqa tal-Vatikan fis-26 ta’ Jannar, 2014 u dawn ġew attakkati minn gawwija u ċawlun. Din l-imġiba hi komuni speċjalment meta jkollhom il-frieħ.


Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima. Paul Edwards li jgħix f’Ipswich l-Ingilterra, skanta meta fil-bitħa tad-dar beda jsib oġġetti varji. . . issa xi biro, issa charger tal-mobile, issa xi pupa. Ħaseb li hemm xi ħalliel li ried iġibu fl-inkwiet billi jħallihom fil-bitħa tiegħu ħalli jeħel hu li seraqhom. Qagħad għassa u ntebaħ li l-ħalliel li kien qed iħallihomlu hemmhekk ma kien ħadd għajr il-qattus tiegħu li kien jidħol fid-djar tal-qrib u jġorr dak li jogħġbu u jwassalhom lil sidu. Paul inqeda bil-facebook biex juri l-oġġetti li waslulu u biex is-sidien tagħhom imorru għalihom.

F’Buñol, belt żgħira fi Spanja kull sena torganizza battalja bit-tadam. Tissejjaħ Tomatina. Eluf fuq eluf ta’ tadam jintuża biex jintefgħu fuq il-parteċipanti li jispiċċaw ħomor nar. Mis-sena 2013 mhux biss tispiċċa kollok zalza tat-tadam iżda trid ukoll tħallas biex tkun tista’ tipparteċipa. Il-kunsill tal-belt beda jieħu 10 ewro minn kull min juri x-xewqa li jieħu sehem.

6


Tyler Schaefer, tfajjel ta’ għaxar snin li kien ma’ missieru f’lukanda f’Kansas, beda jgħajjat ferħan li sab teżor f’wieħed mill-kxiexen tal-komodina li kellu ħdejn is-sodda. Missieru ftit ta kas għax Tyler kien jaqra ħafna novelli dwar teżori moħbija u għalih kollox kien teżor anki ċurkett tar-ram li ma jiswa xejn. Imma din id-darba kellu raġun jgħajjat għax f’kexxun minnhom sab mazz karti tal-flus li kienu jammontaw għal 10,000 dollari. Kien nesiehom ir-raġel li okkupa dik il-kamra fil-lejl ta’ qabel. Il-missier informa mill-ewwel lil min kien inkarigat. Sid il-flus instab u Tyler ingħata rigal mistħoqq tas-sejba tiegħu.

F’Ġunju 2013 il-familja ta’ Karen u Colin Rodger minn Glasgow fi Scotland tgħidx kemm kienu ferħanin għax kellhom tewmin bniet. Dan kien it-tielet sett ta’ tewmin għall-familja. Qabel kellha 4 subien, tnejn ta’ 14-il sena u tnejn oħra ta’ 12-il sena. Rari ferm li omm jista’ jkollha 3 pari ta’ tewmin. Il-missier qal: “Ser ikolli nixtri minibus biex joqgħod kulħadd fiha u jkolli wisa’ għall-pram.”

7


Il-Bacteria

u

l-Viruses

Il-viruses jikkawżaw il-mard. Il-poljo (il-paraliżi), l-influwenza, l-AIDS u l-meningite huma mard ikkawżati minn razez differenti ta’ virus. Il-virus jista’ jkollu daqs ta’ 20 nanometru sa daqs ta’ 400 nanometru. Nanometru hu wieħed minn miljun ta’ millimetru. Jiġifieri lanqas b’mikroskopju qawwi tad-dawl ma tara ċertu viruses. Il-virus lanqas mhu ċellola. Hu DNA jew RNA imdawwar b’kowt ta’ proteina. Biex jagħmel oħrajn bħalu u biex jgħix, juża ċ-ċelloli tal-ħlejqa li jinvadi. Il-bacterium (plural bacteria, bil-Malti batteri) hu magħmul minn ċellola. Hi ċellola prokaryote, jiġifieri l-istrutturi interni taċ-ċellola ma fihomx ġilda (membrane). Bacterium

8

għandu daqs ta’ 0.5 sa 2 mikrometri. Mikrometru hu wieħed minn elf ta’ millimetru. Jeżistu batteri li jmarrduna, bħalma hu t-tetanu. Dan joqgħod fil-ferita u jitfa’ t-tosku f’ġisimna. Hemm batteri li huma ta’ ġid għalina bħalma huma l-ħafna razez ta’ batteri li ghandna fil-musrana l-kbira. Jikkalkulaw li jekk ġisimna hu magħmul minn 50 sa 100 triljun ċellola, batteri u ħlejjaq żgħar oħra fuq ġisimna ilaħħqu ma’ 75 sa 200 triljun, jiġifieri darbtejn jew tliet darbiet iktar.


Niktbu bil-Malti tajjeb. . .

Mistoqsija: Liema waħda hija miktuba sew, qiegħda jew qegħda?

Tweġiba: Ara li tikteb qiegħda u mhux qegħda! Biex tiftakar, qabbel qiegħda ma’ nieżla - it-tnejn li huma jinkitbu bl-ie u ż-‘ż’ turik fejn trid tpoġġi l-‘għ’, kif tista’ tara aħjar hawn isfel: nieżel = qiegħed nieżel = qiegħed nieżel = qiegħed nieżla = qiegħda neżlin = qegħdin neżlin = qegħdin neżlin = qegħdin

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

9


Mid-Djarju tal-Qasam Ix-xahar ta’ Frar hu wieħed marbut mal-eżamijiet kif ukoll mal-Karnival li fir-raħal tagħna jiġi ċċelebrat bil-kbir. Minkejja dan, l-attività fil-qasam tagħna tibqa’ għaddejja xorta waħda kif ukoll it-tħejjijiet li huma marbuta mar-Randan u mal-Għid il-Kbir.

Il-quddiesa ta’ Frar Dan ix-xahar kellna fostna lil Dun Raymond li qaddes il-quddiesa tat-tieni Ħamis tax-xahar. Ma setax jonqos li Fr. Raymond jitkellem fuq il-missjoni tiegħu ta’ Iquitos fil-Perù kif ukoll dwar il-ħajja tal-missjunarju. Fakkarna kif San Pawl kien l-ewwel missjunarju għal gżiritna, hekk kif ftit jiem qabel fakkarna l-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.

Iċ-Ċena tas-Sinjur Beda wkoll ix-xogħol fuq il-mejda tal-Appostli, magħrufa aħjar bħala Iċ-Ċena tas-Sinjur Ġesù. Din hija t-32 sena li ilha tittella’. Ix-xogħol ma’

10


din il-wirja jieħu madwar għaxar ġimgħat sabiex imbagħad tinfetaħ nhar Ħadd il-Palm. Ta’ kull sena l-ambjent ta’ din il-wirja jinbidel u dan għen biex din l-attrazzjoni baqgħet dejjem tiġbed bosta viżitaturi. Ħajr lill-kandidati tagħna li flimkien mal-membri u l-old boys tagħna qed jagħtu kontribut siewi favur din il-wirja.

Il-Play tal-Għid Beda wkoll ix-xogħol marbut mal-play tal-Għid li din is-sena ser tittella’ l-Ħadd 19 u l-Ħadd 26 ta’ April. Il-play ta’ din is-sena ġġib l-isem ta’ Ir-Rigal tan-Nannu. Din il-play hija kitba ta’ Anton Mercieca u ġiet adattata sabiex tittella’ fuq il-palk għal żmien l-Għid. Ħajr lill-kandidati u adolexxenti li flimkien mad-direttur diġà bdew il-provi u x-xogħol l-ieħor relatat ma’ din ir-rappreżentazzjoni teatrali.

Mark 11


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
NIMXU ID F'ID - Marzu 2020 by Michael Debono - Issuu