Għandek
Minuta?
Nimxu Id F’Id Frar 2020
Ħarġa Nru. 480
Kellha tkun lejla memorabbli dik tat-18 ta’ Novembru 1995 għax fis-sala prinċipali ta’ Avery Fisher f’Lincoln Center fi New York kellu jagħmel kunċert il-vjolinista famuż Itzhak Perlman. Ħafna kienu jiskantaw kif dan ir-raġel li kien marad bil-polio u kien jimxi biss fuq il-krozzi kien kapaci jdoqq b’dik il-ħlewwa. Il-kritiċi kienu jgħidu li f’idejn Itzhak il-vjolin kien kważi jibki. Iżda f’dik il-lejla ġrat xi ħaġa li kull vjolinista joħlomha iżda jixtieq li qatt ma tiġrilu. Waħda mill-erba’ kordi tal-vjolin inqatgħet. Is-soltu l-vjolinista jieqaf, jitlob skuża, jagħmel korda oħra u jerġa’ jibda mill-ġdid dik il-melodija. Mhux hekk għamel Itzhak. Kompla jdoqq bl-istess ħlewwa għad li issa kellu biss tliet kordi. U l-kunċert baqa’ għaddej qisu ma kien ġara xejn. In-nies tan-naħa ta’ wara tas-sala ma ntebħux x’kien ġara. Kienu biss l-ispettaturi ta’ quddiem li kienu ntebħu u qamu bilwieqfa biex jagħtuh l-omaġġ li kien jistħoqqlu. Meta wara l-kunċert staqsewh għax ma waqafx wieġeb: “Jien fil-ħajja ili li drajt niġġieled il-kondizzjoni tiegħi. Ma ħallejthiex taqtagħli qalbi. Bħalma drajt nimxi fuq il-krozzi stajt indoqq fuq tliet flok fuq erba’ kordi.” Il-kuraġġ ta’ nies bħal dawn hu prietka lilna lkoll. Ejja flok infittxu l-iskużi nistinkaw biex nirnexxu minkejja s-sagrifiċċju. U dan ma jgħoddx biss għas-suċċess fl-iskola u fl-isports imma wkoll f’dak li għandu x’jaqsam mar-reliġjon. Ritratt tal-faċċata: Qamar Mimli fuq it-Torri ta’ Kenuna, in-Nadur - 20 ta’ Jannar 2019 - Martin Attard
1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor. . . f’kitbietu
Il-Mexxej tal-Għomja - Dux Cœcorum L-agħma jeħtieġ li jkollu fiduċja f’min imexxih. Int min int, isma’ u studja. . . Sentenzi meħudin minn ktejjeb ta’ Jekk tkun tagħmel ħaġa la taħsibx f’ħaġa Dun Ġorġ Preca oħra, għax xejn minnhom ma tagħmel tajjeb. bl-isem
Dux Cœcorum: Il-Mexxej Inqas ma titkellem ikbar ikun il-kwiet ta’ tal-Għomja moħħok. li deher biċċa biċċa fil-Kalendarju Museumin 1953/1957
2
Meta inti ma tiflaħx, tant fi ħwejjeġ temporali kemm ukoll fi ħwejjeġ spiritwali, fittex dejjem għajnuna biex ikollok dak li tixtieq.
Żomm f’kollox l-ordni biex ma jkollokx raġun titfixkel fl-affarijiet tiegħek.
Stejjer marbuta ma’
Giovanni Battista Montini
San Papa Pawlu VI Giovanni Battista jirrakkonta li meta kien tfajjel ta’ xi 6 snin mar m’ommu ħdejn niċċa tal-Madonna li kienet qrib id-dar tagħhom ta’ Brescia. U qagħdu hemm għal xi minuti bla ma qalu l-ebda talba. “Ma, illum m’aħniex ser nitolbu?”
“Ibni jien ili nitlob. Imma qed nitlob f’qalbi.”
Giovanni Battista kien jispiċċa r-rakkont hekk:
“Dakinhar tgħallimt li biex titlob m’hemmx bżonn titkellem. Dak li jaf kollox ikun qed isegwi ħsibijietek u x-xewqat tiegħek. Tagħlima li baqgħet miegħi ħajti kollha.”
Giovanni Battista Montini. . . . . .kien Kardinal Arċisqof ta’ Milan li fil-21 ta’ Ġunju 1963 ġie magħżul bħala l-Papa l-ġdid u ħa l-isem ta’ Pawlu VI. Miet fis-6 t’Awwissu 1978 u ġie ddikjarat qaddis fl-14 t’Ottubru 2018.
3
. . .jikteb Dr. Coronato Grech (dan l-artiklu jkompli mill-ħarġa tax-xahar ta’ Jannar) Bil-mod il-mod, il-progress teknoloġiku, beda jġib vantaġġi, ix-xogħol isir bil-magni u b’inqas nies, u bil-mod il-mod beda jitfaċċa l-lussu ta’ daqsxejn ħin liberu, tant li fis-sena 1871 fl-Ingilterra bdew l-ewwel vaganzi nazzjonali, l-hekk imsejħa bank holidays, għax il-banek ma kinux jiftħu, apparti mill-festi reliġjużi bħall-Milied u l-Ġimgħa l-Kbira. Pajjiżna wkoll, sa madwar 70 sena ilu, b’soċjetà bbażata fuq biedja u trobbija ta’ annimali, kien hemm ħafna xogħol xi jsir matul is-sena kollha; u kulħadd kien imidd idu. Imma festi reliġjużi, li jġibu ħin liberu mistrieħ, kien hawn ukoll, anzi ħafna iktar mil-lum. Pereżempju l-festi tal-Appostli kollha kienu festi pubbliċi. Illum is-sitwazzjoni hija li, f’pajjiżna u dawk oħra żviluppati, għall-kbar u għaż-żgħar, hawn ħin liberu iktar minn qatt qabel. Kif l-aħjar li tużah? Ovvjament dan jiddependi, fost ħafna affarijiet oħra, mill-inklinazzjoni, l-opportunitajiet, iċ-ċirkustanzi u l-livell ta’ edukazzjoni.
(dan l-artiklu jkompli fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
4
. . .jikteb Ritchie Grech Iċ-Ċikonja Iċ-ċikonja hi tajra kbira u sabiħa li hi assoċjata mat-trabi tat-twelid forsi għax il-koppja tieħu ħafna ħsieb tal-frieħ tagħhom. Fil-fatt l-isem bil-Lhudi jfisser xi ħadd ħanin jew leali. Hi tajra li tinstab fejn hemm l-ilma. L-ikel tagħha jikkonsisti fi żrinġijiet, ħut, ġrieden, gremxul u insetti.
kollox fejn is-salmista juri kif il-ħlejjaq kollha huma xhieda tal-għerf u l-kobor t’Alla. Juri kif fil-providenza tiegħu Alla jsib post għal kull ħlejqa. Fost l-oħrajn ħalaq is-siġar biex fihom jistkennu u jbejtu l-għasafar: “Jixbgħu bl-ilma s-siġar tal-Mulej, iċ-ċedri tal-Libanu li hu ħawwel. Fihom ibejtu l-għasafar, iċ-ċikonja tgħammar fil-qċaċet tagħhom.” [Salm 104: 16-17]
Fil-Bibbja nsibu wkoll referenzi għal din it-tajra. Salm 104 hu salm ta’ tifħir lil Alla ħallieq ta’
Fil-ktieb tal-profeta Żakkarija tissemma wkoll. Kien żmien meta l-Lhud reġgħu bdew jibnu t-tempju t’Alla fis-sena 520 Q.K. Jinqeda b’diversi dehriet biex iwassal il-messaġġ tiegħu: “Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u ara, kien hemm żewġ nisa resqin, bir-riħ fi ġwenħajhom, ġwenħajhom kienu bħal ġwenħajn iċ-ċikonja, u refgħu l-efa bejn l-art u s-sema” [Żak. 5: 9].
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima. Meta xi ħaddiema f’uffiċċju fil-Pakistan gergru li qed ikollhom ħafna sħana u riedu l-arja kondizzjonata, is-sidien tawhom dan il-parir: “Ejjew bla kalzetti u meta tħossu s-sħana inżgħu ż-żarbun u missu saqajkom mal-art. Is-sħana tħossuha ferm inqas.” Idea li ma tantx tiswa flus!
Fis-sajf tas-sena 2013 l-awtoritajiet Franċiżi fetħu skola speċjali għal dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mat-turisti biex iħajruhom u jgħallmuhom ikunu iktar edukati mal-barranin li jżuru pajjiżhom. Il-Pariġini ma tantx jitilfu tbissim mat-turisti speċjalment dawk li ma jkunux jafu jitkellmu bil-Franċiż. Iżda l-Gvern Franċiż ma jridx li pajjiżu jieħu isem li hu supperv mat-turist komuni għax jaf li din hi industrija indispensabbli għal Franza.
6
Toyoshige Sekiguchi, patri Buddista Ġappuniż, għandu xewqa kbira f’qalbu li jnissel il-paċi f’dinja mimlija ġlied. Kull sena malli jkun jaf fejn ser jiltaqgħu l-kapijiet tal-iktar pajjiżi industrijalizzati fid-dinja jagħmel f’moħħu li jmur hemm bit-tanbur tiegħu, idoqq dejjem l-istess nota u jġorr tabella favur il-paċi. Imur bil-mixi u jitlaq madwar 200 mil bogħod minn fejn ikunu ser jiltaqgħu biex hekk ħafna u ħafna nies jarawh u forsi jitħajru jaħdmu huma wkoll favur l-istess għan. . . li jkun hawn is-sliem fost il-bnedmin kollha.
Les u Helen Brown ħolqu sensazzjoni meta mietu f’Lulju 2013. Għax dawn kienu twieldu fl-istess data, iltaqgħu b’kumbinazzjoni, inġibdu lejn xulxin, iżżewġu, kellhom familja kbira, għexu sal-età veneranda ta’ 94 sena u mietu kważi fl-istess ħin. . . hu miet filgħaxija u hi mietet kmieni filgħodu tal-għada, fis-17 ta’ Lulju.
7
Il-Momentum Il-momentum ta' oġġett hu kemm jiżen l-oġġett multiplikat b'kemm hu miexi (momentum = massa tal-oġġett x veloċità tiegħu). Il-momentum jinbidel jekk jibqa' l-istess ammont, imma jekk l-oġġett jibdel id-direzzjoni lejn fejn ikun miexi. Din il-kwantità (momentum) hi importanti għax meta ssir splużjoni jew ħabta, il-momentum totali jibqa' l-istess bħal qabel, imbasta ma jkunx hemm xi forza timbotta jew tiġbed lill-oġġetti minn barra. Li jiġri hu li f'ħabta, karozza tgħaddi parti mill-momentum tagħha lill-oħra. U fi splużjoni,
8
jekk parti mill-bomba telqet lejn naħa b'ċertu ammont ta' momentum, il-parti li tmur lejn in-naħa l-oħra titlaq bl-istess momentum. Din tista' tippruvaha. Jekk tnejn ikunu fuq roller skates weqfin u jimbuttaw lil xulxin b'mod li jibdew jitbiegħdu minn xulxin, dak jew dik li għandu/ha piż iktar timxi b'veloċità inqas. Iktar ma oġġett ikollu momentum iktar tbati biex tbiddilhulu. Għalhekk trakk kbir miexi bl-istess veloċità ta' karozza żgħira tbati iktar biex twaqqfu. Barra minn hekk billi għandu iktar momentum, jagħmel iktar ħsara fejn jaħbat.
Niktbu bil-Malti tajjeb. . . Mistoqsija: Siegħat jew sigħat ? Liema hija t-tajba? Tweġiba: L-‘ie’ hija vokali li tħabbat lil ħafna nies u dan għaliex mhux dejjem faċli tkun taf fejn għandek iddaħħal il-‘ie’ u fejn għandek tibdilha għal ‘e’ jew ‘i’. Kif tista’ tiftakar? Meta l-aċċent, jiġifieri l-enfasi li nagħmlu fuq sillaba waħda mill-kelma meta nitkellmu, jimxi minn fuq il-‘ie’ u jmur fuq sillaba oħra, mela allura l-‘ie’ għandna nibdluha f’‘i’ jew ‘e’. Fil-każ ta’ ‘siegħa’, l-aċċent jinħass ċar li jaqa’ fuq il-‘ie’, iżda meta fil-plural ngħidu ‘sigħat’, l-aċċent hawnhekk iċċaqlaq fuq sillaba oħra (l-a: /sigħaat/) u allura l-‘ie’ trid taqa’.
Agħti ħarsa lejn eżempji simili oħra hawn taħt: qiegħ - qigħan nixxiegħa - nixxigħat xbieha - xbihat dulliegħa - dulligħat qurriegħa - qurrigħat
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com https://www.facebook.com/pristineworksMT/
9
Mid-Djarju tal-Qasam Il-Premjazzjoni Wara t-taħbit kollu li jġib il-Milied, meta tqabbel ix-xahar ta’ Jannar ma’ Diċembru, dan huwa pjuttost kwiet. Bdejna s-sena l-ġdida bil-premjazzjoni tal-kbar fil-qasam f’ċerimonja qasira u fl-istess ħin ħelwa fejn stedinna wkoll lill-ġenituri kollha sabiex jattendu. Qassamna tifkira tassew sabiħa lil dawk kollha li ħadu sehem fil-Kunċert tal-Milied, il-membri tal-Kor, dawk li għamlu poeżija kif ukoll il-prietka tat-tifel. Imbagħad ingħataw il-premju dawk kollha li jattendu l-klassijiet tas-Sekondarja. Ingħata wkoll kalendarju tas-Soċjetà lil kull min attenda.
Aktar attivitajiet fil-Kappella. . . Kellna wkoll il-quddiesa tat-Tieni Ħamis tax-xahar li fiha kkonċelebra Mons Ġużeppi Attard b’suffraġju tal-Benefatturi mejtin talQasam. Imbagħad nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar kellna laqgħa sabiħa mal-missjunarju Naduri Fr. Raymond Portelli, old boy ukoll tal-qasam tagħna, mal-adolexxenti tat-tieni shift. Fr. Raymond qasam magħna l-esperjenzi tiegħu fil-missjoni tiegħu tal-Perù fejn issa ilu jaħdem fil-parroċċa tiegħu fil-belt ta’ Iquitos għal dawn l-aħħar 25 sena.
10
Il-Passiġġati Fis-sena l-ġdida tkomplew ukoll il-passiġġati ta’ nhar ta’ Ħadd. Kellna mixja sabiħa tul Wied il-Mielaħ, limiti tal-Għarb kif ukoll mixja oħra mill-Għadira ta’ San Raflu sal-bajja tad-Dwejra. Kull min attenda magħna ħa gost fil-kumpanija ta’ xulxin.
Attivitajiet oħra Issa li għadda l-Milied jibdew ukoll il-preparamenti marbuta ma’ żmien l-Għid. Diġà beda x-xogħol marbut maċ-Ċena tas-Sinjur li din is-sena ser tittella’ għat-32 sena konsekuttiva. Prosit lit-tim ta’ adolexxenti li bdew jaħdmu fuq din il-wirja. Beda wkoll ix-xogħol marbut mal-Play tal-Għid li din is-sena ser iġġib l-isem “Ir-Rigal tan-Nannu” play li ser tittella’ darbtejn wara l-Għid. Aktar dettalji niktbuhom fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel.
Mark 11