Nimxu Id F'Id - Dicembru 2024

Page 1


Ritratt tal-faċċata:

IN-NANNAKOLA TAS-SEBA' TIKEK - Coccinella septempunctata

Hija komuni ħafna f’Malta, speċjalment fir-rebbiegħa. Għandha daqs medju ta’ 6-8mm u d-dieta tagħha tikkonsisti filli tiekol insetti żgħar bħall-mell (aphids), parassiti tal-pjanti li jagħmlu ħsara kbira. Fil-fatt bosta bdiewa jħobbu jużaw innannakola minflok il-pestiċidi. F’Malta nsibu madwar 30 speċi differenti ta' nannakola.

Ritratt meħud fit-13 ta' Marzu 2021 – Martin Attard

Nimxu Id F’Id - Diċembru 2024

ħarġa - numru 538

GħandekMinuta?

Paul tgħidx kemm ħa pjaċir meta s-Superjur qallu li kien intgħażel biex jagħmel il-prietka tal-Milied ta’ dik is-sena. U miegħu ferħu wkoll il-ġenituri li dejjem xtaqu li binhom jagħmel din il-prietka, fil-knisja quddiem udjenza numeruża. Ommu riedet li binha jaqta’ figura tajba u għalhekk kull filgħaxija kienet toqgħod tgħallmu biċċa biċċa. Malli jitgħallem paragrafu jduru għal ta’ warajh.

Barra Paul fil-familja kien hemm John, ħuh iżgħar minnu. Dan kien joqgħod ħdejn ommu u jisma’ l-prietka tirrepeti ruħha u billi kien intelliġenti beda jitgħallem il-prietka hu wkoll. U tgħidx kemm kien kapaċi jużaha filħajja. Għax malli ħuh kien jagħmillu xi ħaġa, arah liċ-ċkejken jibda jirrepeti xi sentenzi li kien hemm fil-prietka biex ifakkar lil ħuh li suppost jimxi aħjar milli qed jimxi miegħu. Hekk meta Paul ma ridux jilgħab bil-laptop tiegħu, John kien ikun pront jibda jirreċta:

Ġesù għinni biex inkun ta’ qalb tajba ... inkun lest ngħin lil min nara fil-bżonn ... naqsam mal-oħrajn dak li inti tipprovdili ...

U meta darba John ried imur ma’ ħuh Paul għal hike u dan ma xtaqux ma’ saqajh, John kien pront fakkru fil-kliem tal-prietka:

Mulej għinni naċċetta lill-bnedmin kollha anke dawk li forsi ftit jinżluli u li ma tantx togħġobni l preżenza tagħhom ...

F’mumenti bħal dawn Paul kien jisħet il-mument li aċċetta li jagħmel il-prietka. Għax permezz tagħha ħuh John beda jikseb dak li qabel kien diffiċli li jikseb. Paul intebaħ li diffiċli titgħallem il-prietka tal-Milied imma diffiċli iżjed li tgħix il-messaġġ li l-prietka tkun trid twassal.

Ejja nagħmlu ħilitna biex ngħixu l-messaġġ ta mħabba u rispett lejn l-oħrajn li l-prietki tal-Milied iwasslulna kull sena anke jekk fil-familja tagħna ħadd mhu qed jitgħallem il-prietka ta’ din is-sena.

Wirt il-Fundatur

Dun

Ġorġ

ħallielna teżor

. . .f’kitbietu

X’jaf min ma ġarrabx?

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex

jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimt li n-natura hi ħafifa biex tisraq iżda tqila biex trodd.

 Tgħallimt li l-ħajja tal-bniedem hija kumbattiment kontinwu.

 Tgħallimt li kull darba li ma għakkistx għajnejja xarrabthom bid-dmugħ.

 Tgħallimt li Alla jumilja lis-suppervi u jeżalta lill-umli.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

Nimxu Id F’Id - Diċembru 2024

Dizzjunarju bibliku

Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi

Filemon

l-fatt li baqgħet għand l-Insara juri l-qima u r-rispett li kellu dan Filemon lejn San Pawl. Żammha b’għożża qabel ma hu jew il-familjari għaddewha lill-komunità Nisranija.

(Aqra ... l-Ittra ta’ San Pawl lil Filemon)

DrCoronatoGrech Mill-pinnata’

L-GĦABRA

( ... ikompli mill-ħarġa ta’ Novembru)

L-għabra li ssib tgħatti l-għamajjar fiddjar tvarja sew. Iżda fil-biċċa l-kbira hija trab tat-triq li jidħol mit-twieqi, l-iktar meta hemm ir-riħ, triqat nixfin u ħafna traffiku, trab mill-ġnien (jekk hemm) jew qsari, inkluż meta fl-istaġun ħafna trab id-dakra, frak irqiq mill-ħwejjeġ, frak mill-annimali domestiċi, klieb, qtates jew l-iktar xi għasfur ġo gaġġa, u b’daqsxejn sorpriża, ammont kbir (madwar 50%) huwa mill-ġilda tagħna. Interessanti li ninnotaw li ġie kkalkulat li l-ġilda umana tiġġedded madwar kull erba’ ġimgħat, biċ-ċelloli tas-saffi ta’ fuq imutu u oħrajn kontinwament telgħin biex jieħdu posthom. Ġie kkalkulat ukoll li lġilda titlef madwar 30 elf u 40 elf ċellola kull minuta u li tiġġedded kollha kull madwar erba’ ġimgħat, għalkemm fiż-żgħażagħ inqas, anke fi tliet ġimgħat. Imma fix-xjuħ iktar, anke seba’ ġimgħat. F’min ibati bil-brija jew ċertu mard tal-ġilda, bħal psoriasis, iċ-ċiklu tal-ġilda huwa ħafna iqsar.

L-għabra li hemm fl-arja mbagħad għandha storja forsi iktar interessanti, iktar bżonjuża u iktar ikkulurita. Għax mingħajr għabra fl-arja ma jkollniex sħab fis-sema, sema blu, qawsalli u żerniq u għabex spiss tant ikkuluriti.

( ... ikompli fil-ħarġa ta’ Jannar)

Nimxu

. . .jikteb

Ritchie Grech

L-Għasafar

B’dan l-artiklu ser nagħlqu s-sezzjoni fuq it-tajr fil-Bibbja. Żgur li fl-art tal-Bibbja kien hemm ħafna aktar għasafar milli semmejna hawn imma ma jissemmewx b’isimhom. Għalhekk ser naraw ftit referenzi fejn jissemmew lgħasafar mingħajr l-isem tal-ispeċi partikulari tagħhom.

Nibdew b’liġi sabiħa tal-Lhud favur lambjent: “Jekk tiltaqa’ fit-triq ma’ bejta għasafar, f’xi siġra jew fl-art, bil-frieħ jew bilbajd, bl-omm fuq il-frieħ jew fuq il-bajd, ma għandekx tieħu l-omm u l-frieħ” (Dewt 22,6). Il-Ġenesi jpittrilna lil Alla ħallieq: “u jittajru ttjur fuq l-art fil-wesgħa tas-smewwiet” (Ġen 1,20). Noè u l-arka: “u kull tajra skont ġensha, u kull xorta ta’ għasafar” (Ġen 7,14).

Meta Tobit raqad fuq barra: “Ma ġinix f’rasi li kien hemm l-għasafar fil-ħajt ta’ fuqi, u lħmieġ sħun tagħhom waqa’ fuq għajnejja, u ġiebli l-bjada fuqhom” (Tob 2,10). Koħelet jgħallem: “Tisħetx lis-sultan lanqas ġo qalbek, u tidgħix lis-setgħan lanqas fis-satra ta’ fejn torqod, għax l-għasafar tal-ajru għandhom mnejn iġorru leħnek, u t-tjur iwasslu kliemek” (Koħ 10,20). Ġeremija jikteb: “għasfur ta’ lewn imżewwaq hu wirti għalija...” (Ġer 12,9).

U fil-Proverbji nsibu: “għalxejn tifrex ix-xibka, fejn kull għasfur jista’ jaraha” (Prov 1,17).

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Salvation Army hi organizzazzjoni li tieħu ħsieb li twassal ikel u ħwejjeg lil dawk fil-bżonn. Insibuha f’ħafna pajjiżi fid-dinja. Fil-ġranet ta’ qabel il-Milied tas-sena 2017 lorganizzaturi fi Florida fl-Istati Uniti, sabu xi muniti tad-deheb. Dan kien ir-raba’ Milied li fih xi ħadd misterjuż tefa’ fil-kaxxa tal-karità dawn il-muniti li jiswew iktar minn 1,300 dollaru-il waħda.

trombi. Il-Mulej ħeġġiġna nagħmlu karità bla ma noqogħdu niftaħru b’għemilna. Qalilna li l-id tax-xellug lanqas m’għandha tkun taf b’dak li għamlet dik tal-lemin. U wegħidna li dak li jara fil-moħbi jħallasna mija filwieħed.

Nimxu Id F’Id - Diċembru 2024

Għall-familja Tuttles il-Milied tassena 2017 jibqa’ f’moħħhom. Għax f’dan ix-xahar waslitilhom aħbar li żgur qatt ma stennew. Il-qattus tagħhom bl-isem ta’ Raja kien instab f’Georgetown ħafna mili bogħod minn fejn kienu joqogħdu huma. Xi ħaddiema jieħdu ħsieb l-annimali mitlufa u mitluqa f’dan il-lokal qabdu dan il-qattus li deher mifxul u ntebħu li kellu ċippa li kienet turi min kienu s-sidien tiegħu. U għalkemm kellhom jagħmlu vjaġġ twil, ilmembri tal-familja Tuttles tgħidx kemm ferħu li setgħu jerġgħu jingħaqdu mal-pet tagħhom meta kienu ilhom li qatgħu qalbhom li xi darba għad jerġgħu jarawh. Wieħed minnhom qal: “Konna lesti nħallsu somma ta’ flus biex inġibuh lura. Għalina Raja hu teżor.”

Ġesù darba qal x’jagħmel bniedem li jsib teżor. Kif ibigħ kollox biex jixtri l-għalqa. Eżatt kif għandu jagħmel in-Nisrani biex jakkwista t-teżor etern ... il-Ġenna.

Giotto u l-Milied

Giotto (1266-1337), likbar pittur Taljan tal-14-il seklu, pitter il-kewkba tal-maġi bħala kometa għax ftit snin qabel, kienet dehret il-kometa Halley.

Kometa hi interessanti għax il-materjal li fiha ma nbidilx minn meta ffurmat issistema solari. Għandha orbita eċċentrika: jiġifieri xi kultant tkun qrib ix-xemx u mbagħad titbiegħed ħafna. Hi ċappa silġ maħmuġ, kbira b’daqs ta’ ftit kilometri. Meta tersaq lejn ix-xemx, tisħon u l-ilma ta’ ġo fiha jsir fwar u jifforma d-denb (ix-xuxa) li naraw. Ix-xuxa tipponta lil hinn mix-xemx minħabba s-solar wind. Kometa jkollha żewġt idnub.

L-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) kienet bagħtet vettura spazjali biex tistudja lill-kometa Halley u ovvjament semmietha Giotto.

Ortografija Maltija

Xi tfisser il-kelma mintba?

Kelma interessanti marbuta mal-ħidma tal-fuħħar, li llum il-ġurnata għosfrot u ntesiet għalkollox, hija ‘tontob’. Meta tontob it-tafal jiġifieri tkun qed tagħġen u tagħfas it-tafal bis-swaba’ ta’ jdejk biex tifforma loġġett mixtieq, bħal xi skutella jew bieqja.

U l-kelma ‘mintba’ kif tidħol? ‘Mintba’, li hija mibnija fuq l-istess għerq tal-verb ‘natab’, kienet tintuża biex nirreferu għall-għoljiet żgħar li jżejnu l-pajsaġġ Malti u Għawdxi, u li dari kienu ħafna iktar prominenti peress li ma kienx hawn daqstant bini. Nistħajlu lil missirijietna flimgħoddi jimmaġinaw u jirrakkuntaw stejjer ta’ kif kien hemm xi esseru ġgantesk li kien natab dawn l-għoljiet u għaġinhom fil-forma li naraw illum.

F’Għawdex, magħrufa

wkoll bħala l-gżira tat-tliet għoljiet, hemm diversi mintbiet, bħal pereżempju l-

Qolla l-Bajda u l-Qolla s-Safra ta’ Marsalforn, l-Għolja tasSalvatur, Ta’ Ġurdan, TadDabrani, Ta’ Kuljat u oħrajn.

tal-Qasam Mid-Djarju

Fil-vaganzi tal-

Mid-Term il-klassi tal-

Magħżulin kbar organizzaw hike mill-bajja

ta’ San Blas sar-Ramla lĦamra. It-temp kien tista’ tgħid sajfi tant li ma kienx jonqos li firRamla dawk li attendew

ħadu l-aħħar għawma qabel ma jibda t-temp xitwi.

Bħala parti millattivijajiet tal-Kunsill Lokali marbuta ma’ Jum il-Kunsill, saret Sports Day fil-grawnd talQasam għat-tfal kollha tal-lokalità tagħna. Kien hemm konkorrenza

sabiħa ħafna. Wara lkompetizzjonijiet kien hemm refreshments għal kulħadd u saret ukoll ilpremjazzjoni lill-partiċipanti u lir-rebbieħa.

Nimxu Id F’Id - Diċembru 2024

Fit-12 ta’ Novembru kellna quddiesa fil-kappella taċ-Ċimiterju ta’ Kenuna. Ta’ kull sena l-quddiesa tax-xahar ta’ Novembru ssir fiċċimiterju li fiha nitolbu b’suffraġju tal-benefatturi mejtin tal-qasam tagħna permezz tal-quddiesa. Qaddes Mons Salv Pace. Quddiesa oħra saret fillaqgħa tal-ewwel Sibt li fiha offrejna l-quddiesa b’suffraġju tal-ġuvintur mejtin tal-Parroċċa tagħna.

Matul ix-xahar ta’ Novembru tkompla xxogħol marbut mal-Milied. Il-Qasam beda jilbes illibsa tiegħu tal-Milied permezz tat-tiżjin. Tkomplew il-provi marbuta malPlay u mal-Kunċert talMilied u bdew jinkitbu ttfal għall-Purċissjoni talMilied.

Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.