Nimxu Id f'Id - Diċembru 2022

Page 1

Ritratt tal-faċċata: Frieħ ta’ Bufula Sewda (Sardinian Warbler Brood) Il-bufula sewda tbid minn darba sa tliet darbiet fir-rebbiegħa. Tibni l-bejta tagħha minn ħaxix niexef, madwar nofs metru ’l fuq mill-art, qalb ħaxix folt ħafna. Kull darba tbid minn tliet sa ħames bajdiet u kemm il-mara kif ukoll ir-raġel jinkubawhom għal madwar ġimagħtejn sakemm ifaqqsu. Wara jkomplu jmantnuhomsakemmjikbruujsiruindipendenti.

Ritratt meħud fis-6 t’April 2014 - f’Wied Binġemma, in-Nadur - Martin Attard

Għandek Minuta?

Nimxu Id F’Id

Diċembru 2022 Ħarġa Nru. 514

L-awtur Kattoliku Patrick Madrid jirrakkonta kif ħajtu tbiddlet wara ligħaddaminnl-esperjenzalisernirrakkontaw.

Jgħid li kien sejjer lejn id-dar tard filgħaxija. Mgħaġġel wara jum xogħol. Iżda kellu jieqaf ħdejn pompa tal-petrol għax intebaħ li t-tank tal-karozza kien kważi xott għal kollox u ma kellux biex iwasslu d-dar. Meta ħareġ mill-karozza resaq fuqu ġuvni u talbu xi ħaġa karità għax ma kellux biex jitrejjaq. Patrick għamel tabirruħu li ma rahx. Baqa’ dieħel fl-istabbilment u waqt li kienu qed jimlewlu t-tank tal-karozza bil-petrol, ordna tazza kafè. Xorobha, ħallas tagħha u tal-petrol u ħareġ biex jitlaq jitlob f’qalbu li ma jerġax jara lil dak iż-żagħżugħ. Iżda dan kien għadu hemm. Jittallab il-karità biex forsi hu wkoll jidħol jieħu tazza kafè u pastina. Patrick daħal fil-karozza u telaq lejn id-dar. Għat-tienidarbagħamilhaqisumarahx. Telaqiżda l-kuxjenza baqgħet tħabbtu:

Possibli ma stajtx tajtu imqar 5 dollari biex illejla ma jorqodx bil-ġuħ?” Ma tax kas tal-leħen ġewwien iżda dan baqa’ jirrepeti s-sentenza. Patrick waqaf. Ħassu ħati ta’ għemilu. Iddeċieda li jitlaq lura u din id-darba jitlob li ż-żagħżugħ ma jkunx telaq minn hemm. Sabu, talbu skuża li ma kienx waqaf ħdejh qabel u tah dak kollu li kellu fil-kartiera. Iż-żagħżugħ tgħidx kemmirringrazzjah: “Il-Mulej ibierek lilek u lil familtek. ”

Patrick jgħid li dan l-episodju biddillu ħajtu. Minn dakinhar għaraf li ma tistax tkun Nisrani u tagħlaq qalbek u għajnek għall-bżonnijiet tal-proxxmu.

Sentiment sabiħ għal kull żmien imma forsi joqgħod iżjed fil-ġranet viċin il-festa tal-Milied. . . il-festa tal-għotja sħiħa tal-Mulej Ġesù għalina lkoll.

1

L-esperjenza hija kbira majjistra: x’jaf min ma ġarrabx?

Ħmar kien għaddej mgħobbi bil-melħ ħdejn baħar baxx, u diżgrazzjatament waqa’ fih. Għadda ftit tal-ħin sakemm sidu refgħu. Il-ħmarsabruħuħafif.

Ġara li darb’oħra kien għaddej mgħobbi bl-isponoż, mill-istess triq, u ntefa’ apposta fil-baħar, iżda din id-darba sab ruħu agħar, għax l-isponoż xorbu ħafna ilma, u l-piżsaritqal.

Dan ir-rakkont huwa meħud mill-ktieb Gabinetti fil-Museum, kollezzjoni ta’ ġrajjiet b’tagħlimiet li Dun Ġorġ kien jippubblika minn żmien għal ieħor. Jeżisti abbozz ta’ dawn il-ġrajjiet li x’aktarx huwa tat-tmiem l-1947 jew il-bidu tal-1948.

2
NimxuIdF’Id-Diċembru2022
. . .f
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor
’kitbietu

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf

Aħna f pajjiżna naraw għasafar li fil-fatt ikunu ġejjin minn pajjiżi ferm ’l bogħod. Xi kemm kapaċi jtiru bogħod l-għasafar minn post biex imorru f’ieħor u mbagħad jerġgħu jirritornaw għall-ewwel pajjiż tagħhom?

Jiddependi mit-tip ta’ għasfur li jkun. Ħafna minnhom jitilqu minn pajjiż u bil-mod il-mod wara ħafna waqfiet isibu l-pajjiż li jkunu jridu biex jgħaddu x-xitwa f’temp iktar sħun. Id-distanza aħħarija tkun mijiet ta’ mili. Iżda hemm għasafar oħra li d-distanza aħħarija tlaħħaq eluf ta’ mili fosthom tip ta’ għasafar li jgħixu fl-Artiku. Jikkalkulaw li għasfur f’din iż-żona f’sena jkun għamel 22,000 mil. U l-pluvier Amerikan jgħidu li kapaċi jagħmel titjira ta’ 2,400 mil bla waqfien minn Nova Scotia għall-kontinenttal-Amerikat’Isfel.

F’Californiajsostnu, għalkemmmhux dejjemhekkjiġri,li l-alwett ta’ Kapistrano jħallu l-pajjiż fit-23 ta’ Ottubru u jirritornaw fid-19 ta’ Marzu. Eżatt bil-ġurnata. Iżda ġew snin li l-alwett kienu xi ftit ġranet tard. .. jewbikrija.Tant sar famużl-alwettta’ Kapistranolifis-sittinijiet kien hemm diska ddedikata għalihom: When the swallows come back to Capistrano litgħidxkemmġennenqlubbiha PatBoone.

NimxuIdF’Id-Diċembru2022 3

Il-Qawsallafil-Miti

...jiktebDr.CoronatoGrech

(. . .ikompli mill-ħarġa ta’ Novembru)

F’xi miti Ħindi, il-qawsalla hija l-qaws ta’ Indra (raġel), alla tal-beraqul-gwerra,ulijużal-qawsbiexjitfa’ s-sajjetti.

Għal xi tribujiet Amerindjani fil-foresti tal-Amażonja, il-qawsalla jaħsbu li ġġib xorti ħażina u t-tfal huma mwissija biex ma jħarsux lejha, waqt li l-kbar jibżgħu li ġġibilhom il-mard tal-ġilda u lin-nisa korriment fit-tqala.

Iktar ħelwa hija l-leġġenda minn xi nħawi tal-Irlanda li tgħid li fejn il-qawsalla tmiss mal-art għandek issib borża deheb, imma mgħassa minn leprekun, nanu żgħir, bid-daqna, liebes l-aħdarujiċċajtagoff.

Intant, dawn kienu xi stejjer, leġġendi u miti fuq il-qawsalla. Hemm ħafna iktar. Anke llum minkejja l-ispjegazzjoni xjentifika l-qawsalla tibqa’ fenomenukkulurituaffaxxinanti.

4 NimxuIdF’Id-Diċembru2022

Is-Sangisuga

Fil-Bibbja nsibu referenza waħda biss għal din il-ħlejqa fil-ktieb tal-Proverbji: ‘Is-sangisuga għandha żewġt ibniet u dejjem jgħidu: “Tini, tini”’(Prov 30,15). Hawnhekkil-kittieb qed jirreferi għal dawkl-affarijiet fil-ħajja li ma jixbgħu qatt fosthom s-sangisuga li ma tixba’ qatt terda’ d-demm minn fuq il-vittma tagħha. Interessanti li l-professur Saydon isejjaħ lil dan id-dudu bħala ‘għalaq’ li hi l-proprja kelma għax bil-Malti Semitiku. L-awtur talProverbji meta jsemmi li s-sangisug għandu żewġt ibniet qed jirriferi għaż-żewġt iħluq li bihom iżomm mal-vittma. Għandu wkoll tliet niggiżiet li bihom itaqqab il-ġilda biex jiġbed id-demm għax hu parassita.

Gwido Lanfranco jgħid li fl-imgħoddi s-sangisug kien ukoll jissejjaħ ‘minjatta’ u kienu jwaħħluh mal-pazjent biex jiġbed id-demm għax kienu jemmnu li biex tneħħi xi mard trid tneħħi d-demm biex miegħu joħroġ l-inkwiet! Mhux l-ewwel darba li l-feriti kienu jinfettaw ruħhom. Illum b’mod iġeniku jintuża fl-isptarijiet biex inaddaf il-feriti infettati. Is-sangisug jgħix fl-ilma u ma fih l-ebda saqajn, għajnejn jew ras. Ma jinstabx fin-nixxigħat tagħna imma kien jidħol Malta mqabbad mal-barrin ta’ barra. Min kien iqabbdu mal-pazjentkienujgħidulu ‘barbier’ umara ‘barberotta’.

NimxuIdF’Id-Diċembru2022 5
. . .jikteb Ritchie Grech

Dawn il-plejers tal-futboll jafu jagħmlu imħatri immaġinattivi bejniethom.

Hekk għamlu l-plejer leġġendarju tal-Liverpool James Carragher u l-plejer leġġendarju ieħor talManchester United Gary Neville. Għamlu mħatra fuq kemm ser jiskorja fi staġun plejer partikolari u min jitlef kellu jilbes il-flokk tat-tim oppost u jgħaddi minn xi toroqprinċipali.

Tilef Garragher u kellu jippassiġġa għal xi ħin bil-flokk tal-Manchester United. Żgur li mhux fit-toroq tal-Liverpool!

6 NimxuIdF’Id-Diċembru2022
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Libes ta’ fqir b’qalziet imkabar, leħja u mustaċċi, u nuċċali taxxemx. Ħa miegħu ballun u kaxxa fejn jitfgħu l-flus. U beda jipprova jiġbed lattenzjoni tan-nies billi jilgħab bil-ballun u jitfgħu minn sieq għalloħra. Iżda n-nies kienu mgħaġġlin u ma tawxkas. Ħlief għal tifel li resaq viċinuqagħadiħareslejh.

Meta deherlu Ronaldo qabad il-ballun, iffirmah u tah lit-tifel, imbagħad neħħa l-mustaċċi u d-daqna u n-nies għarfuh. Iżda issa kien tard għax Ronaldo ħarab ġo karozza li kienet qed tistennieh.

U t-tifel ferħan li għandu ballun ffirmat minn dan il-plejer leġġendarjulimaż-żmiengħadiġiblufortunażgħira.

Christiano Ronaldo għamel ċajta sabiħa meta kien fl-aqwa tal-karrieratiegħuf’Awwissu2015.
NimxuIdF’Id-Diċembru2022 7

Għaliex is-C02 joħloq l-effett serra?

Għax dan il-gass jixrob ir-raġġi infrarossi (IR infrared rays) u xħin jerġa’ jitfagħhom ’il barra, ħafna minnhom jintefgħu ’l ġewwa u jibqgħu fl-atmosferatad-dinja.

Imma kif dan il-gass għandu din il-kapaċità li jixrob l-IR u gassijiet oħra le? Għax il-molikola ta’ C02 għandha modi differenti kif tivvibra. U jekk l-IR jagħmel reżonanza (resonance) mal-molikola ta’ C02, din il-mewġa li ġġorr is-sħana (infrared wave)tinxtorobmis-C02.

Frekwenza (frequency) fixxjenza hi kemm oġġett jivvibra f’sekonda. Jekk jitbandal ’l hawn u ’l hemm 10 darbiet f’sekonda, ilfrekwenza hi 10 Hz (hertz). Jekk oġġett li qed jivvibra b’xi mod jista’ jgħaddi l-vibrazzjonijiet lil oġġett ieħor, dan tal-aħħar jibda jivvibra wkoll. Issa jekk dan tal-aħħar għandu tendenza jivvibra bl-istess frekwenza tal-ewwel wieħed, jibda jivvibra b’ħafna enerġija u dan il-fenomenu jgħidulu reżonanza. Jekk oġġett jiġi mġiegħel jivvibra bil-frekwenza naturali tiegħu, tibda sseħħ ir-reżonanza. L-IR għandha frekwenza li għandha l-istess valur tal-frekwenza naturali tas-C02. Għalhekk ħafna enerġija tgħaddi mill-IR għas-C02 u din tissejjaħ reżonanza.

Ir-reżonanza tispjega kif radju jaqbad dak it-tali stazzjon, kif it-telefown ċellulari jaqbad il-microwaves li suppost jaqbad, kif kantanta jgħidu li darba kissret tazza tal-kristall tal-inbid bil-vuċi tagħha, u l-bqija. Il-parti tar-radju li tirċievi l-mewġa u t-tazza jiġu mġiegħla jivvibraw bil-frekwenza li għandhom tendenza jivvibraw biha (n-natural frequency tagħhom). Għalhekk jibdew jivvibraw b’ħafna enerġija u d-distanza li l-oġġett jiċċaqlaq minn postu xħin jitriegħed tkun kbira. L-amplitude tkun kbira u t-tazza ma tiflaħx titgħawweġ daqshekk; għalhekk il-kristall jinqasam.

8 NimxuIdF’Id-Diċembru2022
. . .jikteb Joe Portelli

. . .niktbu bil-Malti tajjeb Ortografija Maltija

X’suppost tikteb, lejliet il-Milied jew lejlet il-Milied ?

Niktbu lejlet il-Milied. Ġejja minn ‘il-lejla tal-Milied’. Fl-istat kostrutt inżidu t-t marbuta, u għalhekktiġi ‘lejletil-Milied’.

Għalkemm nisimgħu bħala ‘lejliet il-Milied’, din hija miktuba ħażin u m’għandhiex tinkiteb hekk. ‘Lejliet’ hija l-plural ta’ ‘lejla’ u la f’dan il-każ qed nitkellmu fuq lejla waħda partikolari, ma tagħmilx sens liniktbu ‘lejliet’.

NimxuIdF’Id-Diċembru2022 9 Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

tal-Qasam Mid-Djarju

Novembru huwa x-xahar li fih niftakru fil-mejtin tagħna. Huwa fi dmirna li niftakru fil-benefatturi mejtin tal-qasam tagħna. Organizzajna quddiesa fil-Kappella taċ-Ċimiterju ta’ Kenuna b’suffraġju ta’ dawk kollha li ħabbew tant ilQasam tagħna. Qaddes għalina Mons Salv Pace u tlabna wkoll b’suffraġju ta’ Bryan Portelli f’għeluq l-għaxar anniversarju mittraġedja tan-nar li seħħet l-Għarb. Bryan kienjiffrekwentata’ kuljumil -qasam tagħna u kien attiv ħafna filkorul-playslintellgħu.

Flimkien mal-Kunsill Lokali organizzajna wkoll Sports Day għassubien u għall-bniet fil-grawnd tal-qasam bħala parti mill-attivitajiet marbuta ma’ Jum il-Kunsill. Mexxa l-logħob Peter Paul Camilleri. Fi tmiemha kellna refreshments u saret il-premjazzjoni mis-Sindku Edward Saidlildawkkollhalirebħu.

Bqajna għaddejjin bilħidma marbuta mal-Milied ta’ din is-sena. Il-qasam beda jiġi mżejjen b’tiżjin sabiħ fl-intrata, ilkurituri u l-klassijiet tagħna. Komplew il-provi tal-Kor li qed iħejji bis-sħiħ għall-Kunċert talMilied li jsir nhar il-Milied filgħaxijafil-KnisjaParrokkjali.

10 NimxuIdF’Id-Diċembru2022

Komplew ukoll il-provi marbuta mal-Play ta’ din is-sena L-Għanja li Niżlet mis-Sema u ntrema x-xenarju flimkien maddwal kollha marbuta ma’ din il-produzzjoni. Ixxogħol fuq il-presepju huwa wkoll kważi lest.

Komplew ukoll ittħejjijiet marbuta malPurċissjoni tal-Bambin u nħeġġu lil kull min jista’ biexjieħusehemf’dinil-wirjata’ mħabbalejnĠesùBambin. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi għan-Novena tal-Milied. Għandna Novena sabiħa ħafna apposta għalikom. Ejjew nagħmlu mill-Miliedil-festata’ ĠesùBambin! Mark

NimxuIdF’Id-Diċembru2022 11 Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur Il-Milied it-Tajjeb lill-qarrejja kollha ta’ NimxuIdF’Id - Il-Bord Editorjali
-
-
-
Fuljett maħruġ mill
Museum tas
Subien tan
Nadur

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.