Nimxu Id F'Id - Novembru 2024

Page 1


Ritratt tal-faċċata: QERD IN-NAĦAL: European Bee-Eater (Merops apiaster). Dawn l-għasafar ipassu fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. Issibhom fi qtajja’ u tismagħhom jgħajtu mill-bogħod. L-għajta tagħhom tixbah lil tarbija tibki. Bħalma jixhed l-isem jieklu n-naħal. Imma mhux naħal biss; jiekol ukoll insetti oħra li jtiru, fosthom żnażan u mazzarell. Kull għasfur kapaċi jiekol sa 250 insett kuljum. Minkejja lkuluri sbieħ li għandu huwa ġeneralment meqjus bħala għasfur li jagħmel il-ħsara.

Ritratt meħud f'Wied Binġemma, in-Nadur, fl-1 ta' Mejju 2024 - Martin Attard

Nimxu Id F’Id - Novembru 2024

ħarġa - numru 537

F’Awwissu 2016 xi gazzetti lokali Amerikani rrakkontaw l-istorja talkelba Bella u ta’ sidha Sam li kien joqgħod f’South Carolina. Dan Sam kien raġel anzjan li kellu kelba sabiħa u intelliġenti ħafna li kien semmieha Bella. Billi kien ser imur f’dar tal-anzjani ma setax jeħodha miegħu. Kontra qalbu taha biex tkun adottata.

Appena l-kelba tpoġġiet għall-adozzjoni u dlonk inqala’ anzjan ieħor. Dan l-anzjan, bl-isem ta’ John, kien tilef il-kelb tiegħu għax kien marad u miet. John ried jakkwista lil Bella għax mir-ritratt intebaħ li kienet tixbah ħafna lill-kelb li kellu hu. Iżda ma kienx faċli li jaddotta din il-kelba għax waqt li lkelba kienet f’South Carolina, John kien joqgħod New Jersey u għalhekk kien hemm distanza ta’ iktar minn 650 mil bejniethom. L-awtoritajiet inkarigati mill-adozzjoni xtaqu jgħinu lil John iżda ntebħu li d-distanza kienet problema kbira u għalhekk iddeċidew li jfittxu sidien li kienu joqogħdu eqreb.

Semgħu bl-istorja żewġ pulizija li ddeċidew li jagħmlu ħilithom biex Bella tispiċċa ma’ John. Ħadu xi jiem leave u bil-kelba fil-karozza tagħhom telqu lejn New Jersey biex jiltaqgħu ma’ John. U tgħidx kemm ferħu meta raw il-kelba u sidha l-ġdid jitgħannqu qishom ilhom jafu lil xulxin is-snin. Donnhom it-tnejn xtaqu li jgħixu ma’ xulxin. Meta staqsewhom x’ġegħilhom jagħmlu dak li għamlu, wieħed minnhom tkellem għat-tnejn u qalilhom: “Ma nafux. Nafu biss li t-tnejn li aħna nbierku s-sagrifiċċju li għamilna għax din il-ġrajja mlietna b’ferħ li qajla niftakru bħalu f’ħajjitna.”

Xi ħadd darba qal: “Ir-riċetta tal-ferħ hi li tferraħ lil ħaddieħor.” Ħafna jieħdu gost jippruvaw riċetta ġdida. Għax ma nitħajrux nippruvawha aħna wkoll ? 1

Wirt il-Fundatur

Dun

Ġorġ

ħallielna teżor

. . .f’kitbietu

X’jaf min ma ġarrabx?

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimt li fid-dinja ssaltan lingratitudni.

 Tgħallimt li t-tagħlim tajjeb hu l-unika għajn ta’ ġid għar-ruħ u għall-ġisem.

 Tgħallimt li min jispaċenzja ruħu jkollu jsofri d-dannu.

 Tgħallimt li l-mewt ma tħarisx lejn letà u lanqas lejn il-kondizzjoni.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

Nimxu Id F’Id - Novembru 2024

Dizzjunarju bibliku

Filippu

Appostlu minn

Betsajda. Tant iffaxxi nah Ġesù li xtaq li

anke ħabibu Natanjel imur ukoll miegħu u mal-appostli l-oħra biex jimxu wara Ġesù. U meta kien hemm xi Griegi li riedu jkellmu lill-Mulej inqdew ukoll b’Filippu biex iwassalhom s’għand Ġesù. Jidher li kien messaġġier tajjeb ħafna biex iressaq lill-oħrajn lejn il-Mulej. Kien ukoll Filippu li għamel stima ġenerali li riedu tal-inqas mitejn dinier ħobż biex kulħadd jitrejjaq meta Ġesù talabhom jitimgħu lill-folla enormi li kellu quddiemu. U kien wkoll hu li talab lil Ġesù biex jurihom lill-Missier.

Dwar ħidmietu wara l-mewt ta’ Ġesù m’għandna xejn għajr truf ta’ tradizzjonijiet li jgħidu li mar jgħallem f’diversi artijiet bogħod minn Iżrael.

(Aqra... l-Evanġelju ta’ San Ġwann kap 1 vrus 43-51)

Nimxu Id F’Id - Novembru 2024

Mill-pinnata’

DrCoronatoGrech

L-GĦABRA

Għabra! X’hemm xi tgħid fuq suġġett daqshekk komuni u anke irritanti, speċjalment għall-mara taddar jew min ibati blallerġiji? Imma, bħal ħafna suġġetti oħra ta’ kuljum u apparentament ta’ ebda interess, meta kkunsidrati mill-aspett tax-xjenza, isiru interessanti, anzi affaxxinanti.

Intant, x’inhi l-għabra? Ibda biex din tinsab kullimkien anke fl-iktar kamra nadifa, anke fl-ambjent kważi sterili tal-kamra tal-operazzjonijiet ta’ sptar. Kull ma trid biex tara din l-għabra huwa li taqbadha f’raġġ dawl bħal dak tax-xemx dieħel f’kamra daqsxejn mudlama.

Fiex tikkonsisti l-għabra?

Bażikament l-għabra hija frak irqiq ta’ kulma hemm fl-ambjent u allura jvarja ħafna minn post għal ieħor. U tant huwa żgħir, irqiq u ħafif, li kapaċi jtir fuq l-iċken kurrenti żgħar tal-arja.

(... ikompli fil-ħarġa ta’ Diċembru)

Nimxu Id F’Id - Novembru 2024

. . .jikteb Ritchie

Grech

L-Avultun

L-avultun hu tajra kbira li tisseqqer fil-għoli waqt li tosserva l-art ta’ taħtha biex meta tilmaħ xi ikla li tkun tikkonsisti f’xi annimal mejjet tinżel fuqu u tiekol minnu. Ikollha għonqha bla rix peress li tiekol mill-intern tal-vittma, biex ma tiċċappasx bid-demm. Il-biċċa l-kbira l-avultuni jkunu fi gruppi, kollha jieklu flimkien, u ġieli tant jieklu laħam li ma jkunux jistgħu jtiru.

Għall-Eġizzjani u l-Persjani l-avultun kien tajra li tissimbolizza poter irjali. Hu tajra importanti ferm fil-katina tal-ħajja għax kieku mingħajrha ħafna annimali kienu jintnu wara mewthom imma l-avultuni jnaddfu l-kampanja minnhom.

Fil-Bibbja bil-Malti ma tinstabx il-kelma avultun. Imma fit-traduzzjonijiet bl-Ingliż insibu din it-tajra mal-lista ta’ tajr li ma setax jittiekel mil-Lhud. Filfatt jissemmew tliet tipi ta’ avultuni f’din is-silta: “These are the birds that are detestable to you. You must never eat them: the griffon vulture, the bearded vulture, the black vulture ...” (Lev 11, 12).

Minflok, bil-Malti ntużaw il-kelmiet ‘l-ajkla, ilbugħadam, il-kuċċarda ...’ Fil-Ktieb tal-profeta Isaija nsibu: “jitħallew gozz għat-tajr tal-priża; u lbhejjem tal-art. Fuqhom jgħaddu s-sajf it-tajr talpriża; u l-bhejjem kollha tal-art jgħaddu x-xitwa” (Is 18, 6). Hawn għandna referenza għall-avultuni għax huma jieklu l-iġsma mejtin, waqt li tajr tal-priża ieħor iridu jaqbduh ħaj biex jikluh.

Nimxu Id F’Id - Novembru 2024

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

L-impjieg tal-pumpieri hu mimli perikli. Mhux l-ewwel darba li naqraw li waqt il-qadi ta’ dmirijiethom uħud minnhom jispiċċaw vittma tan-nar li jkunu marru jitfu. Iżda għall-pumpieri ta’ Alabama l-periklu ma ġiex mill-fjammi iżda mill-istazzjon tagħhom stess. Għax waqt li xi pumpieri kienu qed inaddfu kamra mimlija imbarazz flistazzjon, ingidmu minn brimb velenuż li daħħal lil dawk migduma f’periklu kbir. Kieku mhux għax ħaduhom immedjatament l-isptar aktarx li kienu jitilfu ħajjithom tant kien qawwi l-velenu li injettaw fihom il-brimb.

Kultant fil-ħajja l-bniedem joqgħod attent mill-iżbalji l-kbar iżda ftit iħabbel rasu minn dawk żgħar għax jinsa li difetti żgħar ripetuti jistgħu jwassluk fl-istess ħondoq li jwassluk in-nuqqasijiet kbar. Dawk li jimxu fil-foresta iktar jibżgħu min-nemus milli mill-iljunfanti għax tal-aħħar tarahom mill-bogħod u tevitahom imma l-insetti żgħar jinjettaw b’mard terribbli u tintebaħ meta jkun tard wisq.

Munita antika li ġġib l-immaġni tassultan Brittaniku Enriku VII inbiegħet iktar minn 50,000 lira sterlina fi rkant li sar f’Diċembru 2017. Il-munita nxtrat millMuseum Royal Mint ta’ Wales li fih hemm kollezzjoni kbira ta’ muniti mid-dinja kollha.

Għal min jifhem flistorja din il-munita hija imprezzabbli. Għal min ma jifhimx din ma tfisser xejn u jkun lest jibdilha għal ftit ewro. Eżatt kif nagħmlu aħna meta ma napprezzawx biżżejjed Quddiesa u Tqarbina u nwarrbuhom bi skużi banali.

Il-BIBBJAu l-Metodu Xjentifiku

Meta aħna nippruvaw nifhmu l-

Bibbja billi nużaw ir-raġuni, inkunu qed nużaw il-metodu xjentifiku. Ħa nħarsu lejn il-parabboli ta’ Ġesù. L-Evanġelju

skont San Luqa jgħallimna l-ħniena

t’Alla u l-kompassjoni li għandna nuru lejn xulxin. Fil-fatt insibu l-parabboli

tal-Iben il-Ħali u tas-Samaritan itTajjeb. San Luqa jagħti importanza linnisa u jpoġġi mara bħala protagonista bħal f’tal-Imħallef Ħażin. U jiftħilna

għajnejna mill-periklu tal-flus li jistgħu jikkorrompuna bħal f’ta’ dak is-sinjur li qal lil ruħu biex titpaxxa. U jgħidilna nippreferu lill-foqra bħal fil-parabbola tal-Għani u Lażżru.

Van Gogh – Is-Samaritan It-Tajjeb

F’San Mattew, jissemmew affarijiet ekstravaganti: 10,000 talent li hi somma li hi iktar mit-taxxi li kienu jinġabru mis-Sirja, mil-Lhudija, ilGalilija, mis-Samarija u mill-Feniċja f’daqqa. Jissemma d-dlam ta’ barra u l-biki u t-tahżiż tas-snien. Jiġifieri s-salvazzjoni tagħna għandna neħduha bis-serjetà. San Mattew jgħallem ukoll kif għandhom ikunu l-mexxejja: ilparabbola tan-nagħġa l-mitlufa jużaha biex jgħallimna kif għandu jġib ruħu mexxej: il-bastun jintuża bħala wens mhux biex isawwat.

San Mark jgħallimna li bħala dixxipli ta’ Ġesù, mhux dejjem ħa nsibu min jilqagħna. Għalhekk il-parabbola tal-bdiewa qattiela. Imma m’għandniex naqtgħu qalbna: minkejja li ż-żerriegħa falliet 3 darbiet, imma mbagħad għamlet frott abbundanti. U ż-żerriegħa għandha l-qawwa minnha nnifisha. Għax id-destin qiegħed f’idejn Alla. Aħna biss ħaddiema u servi battala.

Nimxu Id F’Id - Novembru 2024

Xi tfisser il-kelma mirkeb?

Tajjeb ninnutaw li ‘mirkeb’ huwa dak li nsejħulu nom mimmat u huwa mnissel mill-verb ‘jirkeb’. Jekk inqisu dan, huwa pjuttost faċli li nisiltu ttifsira ta’ ‘mirkeb’.

‘Mirkeb’ (pl. mriekeb) hija kelma li slifna mill-Għarbi tas-Sirja (markab) u li nużawha biex nirreferu għal mezz li wieħed jirkeb biex isuqu jew jivvjaġġa bih. L-Għarab ġeneralment jużawha biex ifissru xi għamla ta’ dgħajsa, vapur jew bastiment, iżda aħna addattajnieha biex nużawha għal mezz ta’ trasport li jista’ jkun bl-art, bil-baħar jew bl-ajru.

F’sens ġenerali, nistgħu nużaw il-kelma mirkeb biex, ngħidu aħna, nirreferu għal xi mezz ta’ ġarr bil-bhejjem, bħal karettun, kaless jew karozzin, u anki vettura bil-mutur, bħal karozza. Infatti, Serracino Inglott jgħid li t-terminu jintuża għal kull vettura tas-sewqan li ttella’ u ġġor nies u/jew merkanzija.

Iżda llum il-ġurnata, ilkelma ‘mirkeb’ tintuża l-aktar sens ta' mirkeb tal-baħar. Nistgħu pereżempju nużaw itterminu mirkeb tal-baħar jekk irridu nirreferu għal xini, ġifen, bastiment, lanċa jew vapur.

tal-Qasam Mid-Djarju

Fil-bidu tax-xahar t’Ottubru bdejna bil-klassijiet il-ġodda fil-bidu ta’ sena

skolastika ġdida. Għandna 6 klassijiet tal-Primarja u 3 klassijiet oħra għal tas-Sekondarja. Il-Ħadd 6 ta’ Ottubru lqajna fostna lill-Arċipriet il-ġdid Fr. Krystof Buttigieg fejn kellna daqsxejn ta’ festin mal-membri tal-Assenjatur. Fiha rregalajna lill-Arċipriet sett kotba tal-Fundatur tagħna. Ottubru huwa xxahar tar-Rużarju. Għalhekk fit-tielet ġimgħa tax-xahar kellna mumenti ta’ talb permezz tat-talba tar-Rużarju mal-kategoriji tagħna. Dawn saru filkappella.

Kellna wkoll żjara uffiċjali tas-Superjur Ġenerali Roberto Zammit flimkien ma’ membri oħra fl-amministrazzjoni tal-Museum bħas-Segretarju Ġenerali, Reuben Pace, l-Asst. Superjur Ġenerali Oliver Aquilina u d-Delegat Joseph Bonnici, fost oħrajn. Din iż-żjara kienet mifruxa fuq jumejn. Fiha dawn il-

Nimxu Id F’Id - Novembru 2024

Bdejna wkoll it-tħejjiet tal-Milied. Ġa għamilna rrecording tal-Play ta’ din is-sena li ġġib l-isem ta’ Milied li għaqqad Mużajk u bdew ukoll il-provi fuq il-palk li ġie estiż apposta.

membri ltaqgħu mat-tfal u ladolexxenti tagħna kemm flimkien fil-Kappella kif ukoll fil-klassijiet tagħhom. Saru laqgħat ukoll malmembri fl-Assenjatur.

Bdew ukoll il-provi talKunċert fejn ġa kellna lewwel rehearsal ma’ grupp ta’ tfal ta’ madwar 50 li flimkien jiffurmaw il-kor. Dawn il-provi jkomplu filġimgħat li ġejjin.

Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.