Nimxu Id F'Id - Awwissu 2023

Page 1

Ritratt tal-faċċata: WIDNET IL-BAĦAR (Cheirolophus crassifolius)

Pjanta endemika u meqjusa bħala l-Pjanta Nazzjonali ta' Malta. Tħaddar is-sena kollha imma twarrad minn Mejju sa Lulju biss. Tagħmel irjus ta' ward ta' lewn maġenta fuq zkuk twal. L-ambjent naturali huma s-sisien u l-widien qrib il-baħar, l-aktar fin-nofsinhar u l-punent tal-gżejjer. Madankollu llum hija kkultivata u ssibha spiss f'ġonna pubbliċi u diversi roundabouts.

Ritratt meħud: fi Ġnien Ta'Kenuna, in-Nadur, fit-2 ta' Lulju 2023 - Martin Attard

Nimxu Id F’Id

Awwissu 2023

ħarġa numru522

GħandekMinuta?

F’Bagdad ta’ ħafna mijiet ta’ snin ilu, bidwi fqajjar kien qed ikun imġiegħel jitlaq minn għalqa li kienet ilha għand il-familja bosta għexieren ta’ snin. Iżda ma kellux karti x’juri dwar kif waslet għandu.

Dan ġara għax raġel sinjur sar jaf b’din l-għalqa u bin-nuqqas ta’ xhieda ta’ kitba u għalhekk ħaseb kif seta’ jiksibha. Sab xi xhieda li ħallashom sew biex jixhdu li jiftakru lil nanniethom jaħdmu dik l-għalqa. U biex ikun ċert li l-għalqa tispiċċa għandu bagħat ukoll 500 dukat lill-maġistrat bħala rigal. Issa s-sinjur kellu kollox lest biex jikseb dik l-għalqa. Kellu xhieda li għax imħallsa kienu ser jgħidu li fis-snin żgħorithom kienu jiftakru lillantenati tas-sinjur jaħdmu dik ir-rabaʼ. U kellu wkoll il-maġistrat li wara li rċieva dak ir-rigal żgur li ma kienx ser jaqta’ l-kawża kontrieh. Waqt ilkawża l-maġistrat sema’ l-bidwi u x-xhieda u mbagħad qal: “Il-bidwi ma għandux xhieda iswed fuq l-abjad li din l-għalqa kienet tal-familja imma jien għandi 500 karta li turi li din kienet dejjem għand familtu.”

U dlonk xeħet fin-nofs il-500 dukat li s-sinjur kien bagħatlu biex mingħalih jixtrih.

Kemm hi sabiħa l-integrità. In-nies ta’ Bagdad ħassew li għandhom jiktbu l-istorja biex ta’ warajhom jifhmu s-sabiħ ta’ din il-virtù.

1

Wirt il-Fundatur

X’jaf min ma ġarrabx?

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimtnagħtijekkirridlijiena jkolli.

 Tgħallimtnibża’ għaż-żmien.

 Tgħallimtlijgħallemtajjebmin isaħħaħbl-eżempju.

 Tgħallimtliminmietmaregaxgiefid-dinja.

 Tgħallimtliminmajaħrabxil-periklujintradamfih.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem

Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri

tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien

iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

2

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2023

Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf

L-għalliem qalilna li cobra kapaċi toqtol iljun. Stħajt

insaqsih x’inhi cobra.

Għamilt ħażin għax min ma jistaqsix ma jitgħallimx. Aħna

semmejna din is-sensiela Il-mistoqsija oħt il-għerf!!

Cobra hi serp li jikber sa

18-il pied jiġifieri ma joqgħodx

bi dritt fil-klassi li titgħallem

fiha l-Museum għax din fiha

biss madwar 15-il pied.

Sriep bħal dawn, barra li huma

velenużi, huma wkoll

b’saħħithom ħafna u jekk

jirnexxilhom iduru ma’

annimal, tant jissikkaw fuqu li joqtluh. Imma l-iljuni ma tantx iħalluhom

iduru magħhom għax rari jattakkawhom. Iċ-ċerv joffri ikla aħjar u

mingħajr periklu.

Il-velenu tal-cobra meta tinqabad jintuża għal skopijiet ta’ mediċina.

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2023 3

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

Xiqaddisinfil-qwiel

(. . .ikompli mill-ħarġa ta’ Lulju)

Għal San Annard (6 ta’ Novembru) l-isponsun ma jmiddx saqajh ma’ l-art. Għal bidu ta’ Novembru passa tal-għasafar tibda tonqos.

-isem proprju ta’ San Annard huwa Leonardu ta’ Nabloc (seklu 6), eremit Franċiż li ġabar madwaru xi patrijiet (ġeneralment ppreżentat bħala patri bil-ktajjen f’idu) u patrun tal-priġunieri, nisa fil-ħlas u mard tal-bhejjem, speċjalment baqar u żwiemel.

Għal San Annard ibża’ għall-art għax it-tgħaffiġ jagħmlilha l-mard.

F’Novembru tkun għamlet ix-xita u jekk tirfes iżżejjed il-ħamrija titballat.

Madankollu, tant bħalissa jkun żmien iż-żriegħ, li qawl ieħor jagħti l-parir biex dan isir (b’attenzjoni ta’ min jassumi). Għal San Annard iżra’ f’kullart.

(. . .aktar qwiel fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)

4 Nimxu Id F’Id - Awwissu 2023

Il-Ħanżir

Il-ħanżir hu annimal imniġġes

għal-Lhud: “il-ħanżir ukoll hu mniġġes għax, għalkemm difrejh maqsumin, ma jixtarrx” (Dewt 14,8). Meta Ġesù keċċa leġjun xjaten u tefagħhom f’merħla qżieqeż kien f’territorju mhux Lhudi, f’Gerasin: “mela kien hemm merħla kbira ta’ ħnieżer jirgħu fuq l-għolja” (Lq 8,32). Xi popli kienu joffru dan il-laħam f’riti superstizzjużi u mbagħad setgħu jikluh: “joffru sagrifiċċji fil-ġonna. . . li jieklu laħam il-ħanżir...” (Is 65,3-4; 66,3-7).

Għal-Lhud kien xogħol baxx li trabbi l-ħnieżer: “mar daħal ma’ wieħed minn dak il-pajjiż, li bagħtu fir-raba’ tiegħu jirgħa l-ħnieżer (Lq 15,15). Elgħażar u s-sebat aħwa flimkien ma’ ommhom ppreferew imutu milli jieklu minn laħam il-majjal (1 Mak 1,47; 2 Mak 7, 1). Fil-ktieb tal-Proverbji: “bħal ħolqa tad-deheb fi mnieħer ħanżir, hi mara sabiħa imma bla għaqal” (Prov 11,22). Ġesù jwissi: “tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom” (Mt 7,6). San Pietru jxebbah lil min reġa’ lura għad-dnub ma’: “il-ħanżira l-maħsula titmiegħek fit-tajn” (2 Pt 2,22). Fil-Bibbja nsibu wkoll referenza waħda għall-ħanżir selvaġġ li kien komuni fil-Palestina: “iħarbatha l-ħanżir selvaġġ, il-bhejjem tar-raba’ jirgħu fiha” (Salm 80,14).

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2023 5
. . .jikteb Ritchie Grech

F’Settembru 2015, żewġt iklieb ħarbu flimkien minn ċentru tal-annimali. Fettxewhom imma ma sabuhomx. Ippretendew li jiġu lura meta jagħtihom il-ġuħ. Ma ġewx iżda ġimgħa wara xi nies irrapportaw li kien hemm kelb qisu mitluf fil-kampanja ta’ Vashon Island, fl-istat ta’ Washington, il-post fejn kien iċ-ċentru.

Il-voluntieri taċ-ċentru

marru iżda ma sabu xejn.

Imma r-rapporti tal-kelb

jinbaħ baqgħu deħlin. Saret tfittxija intensiva u fl-aħħar sabuhom. Wieħed minnhom

kien waqa’ ġo bir bi ftit ilma u l-ieħor kien baqa’ miegħu

biex jagħtih l-għajnuna

kollha li seta’. U din l-għajnuna kien tahielu billi kien imur jinbaħ fejn jara xi nies u jerġa’ jitlaq jiġri lejn fejn kien sieħbu.

Iz-żewġt iklieb batew il-ġuħ għax għaddew 10 ijiem bogħod

miċ-ċentru. Iżda l-imħabba lejn xulxin kienet iktar qawwija mill-ġuħ.

Tagħlima anki għalina l-bnedmin, hux veru.

6 Nimxu Id F’Id - Awwissu 2023
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Raġel f’Maryland f’Settembru 2015 ħa l-qatgħa ta’ ħajtu meta mar biex jgħum ftit fis-swimming pool li kellu d-dar u fl-ilma lemaħ kukkudrill ta’ xi 3 piedi. Twerwer. Malajr ċempel lill-pulizija li ġew ma’ xi uffiċjali responsabbli mill-kontroll tal-annimali.

Il-kukkudrill malajr inqabad iżda la s-sid u lanqas il-pulizija ma jistgħu jifhmu kif dan il-kukkudrill spiċċa fejn spiċċa. Seta’ kien hemm xi ħadd li ried jeħles minnu u sab l-ewwel swimming pool u tefgħu fih. Jew forsi kien hemm xi ħadd li ried jagħmel ċajta goffa lir-raġel, sid id-dar. Biex jinkih u biex jarah jissaħħan jew biex iwerwru. Xi ħadd qal li forsi kienu xi ħallelin li ppretendew li r-raġel joħroġ ifittex l-għajnuna u xħin ikun barra jidħlu u jisirquh. Għexieren ta’ ideat iżda x’ġara sewwa ħadd ma jaf. Nafu biss li r-raġel ma riedx jgħum mal-kukkudrill. U għamel sew għax min jilgħab mal-periklu malajr jaqa’ fih. U dan ma jgħoddx biss ma’ min isib kukkudrill fis-swimming pool ta’ daru.

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2023 7

Dark Matter u Dark Energy

Dark Matter jagħmel 26% tal-Univers. Isejħulu hekk għax ma jidhirx u lanqas jixrob dawl. Ittenda bih l-ewwel darba Fritz Zwicky fl-1933 għax grupp ta’ galassji msejjaħ l-Coma Cluster ma jidhirx li kellu piż biżżejjed biex il-galassji jkollhom gravità biżżejjed biex joqogħdu ma’ xulxin. Imbagħad Vera Rubin u W. Kent Ford sabu li fi kwalunkwe galassja, il-piż li tista’ tara hu biss 10% ta’ dak li hemm bżonn biex iżomm il-kwiekeb iduru. Il-kwiekeb tan-naħa ta’ barra ta’ galassja għandhom l-istess veloċità jew anke iktar minn dawk ta’ ġewwa. Dawn il-fatti huma l-prova li jeżisti d-dark matter.

Fl-1998 żewġ timijiet urew li l-univers tagħna qed jaċċelera fil-mod kif qed jikber. L-univers tagħna qed jespandi, jiġifieri l-galassji qed jitbiegħdu minn xulxin għax qed jinħoloq spazju ġdid bejniethom. Bħal meta tonfoħ bużżieqa bit-tikek fuqha: it-tikek jitbiegħdu għax qed jinħoloq spazju ġdid bejniethom. Issa dawn sabu li l-veloċità li biha qed jitbiegħdu minn xulxin qiegħda tiżdied. Waslu għal din il-konlużjoni meta studjaw id-dawl minn supernovae tat-tip 1A. U rebħu l-Premju Nobel. Din l-imbuttatura li qed iżżid l-espansjoni sejħulha dark energy u tikkostitwixxi 70% tal-Univers.

8
2023 . . .jikteb
Nimxu Id F’Id - Awwissu
Joe Portelli

Liema hi t-tajba x’ħin jew xħin?

X’ħin u xħin jeżistu t-tnejn fil-kitba tal-Malti, iżda jġorru tifsira differenti. Għalhekk ta’ min naraw xi jfissru eżatt biex niskopru liema

waħda miż-żewġ eżempji t’hawn fuq għandna nużaw u f’liema

ċirkostanza għandhom jintużaw it-tnejn li huma.

X’ħin (bl-appostrofu) nużawha biex nistaqsu għal xi ħin partikolari, pereżempju:

X’ħin se tibda l-logħba?

X’ħin se tasal Malta?

X’ħin ħa niltaqgħu llejla?

Mela fl-eżempji t’hawn fuq, it-tajba hija

x’ħin.

Xħin (mingħajr l-appostrofu) nużawha meta nkunu rridu ngħidu ‘meta...’ jew ‘waqtli...’, bħalpereżempju:

Xħin nasal, inċempillek.

Xħin kont ħiereġ indunajt li ħallejt iċ-ċwievet warajja.

Xħin kont miexi rajtu dieħel fil-ħanut.

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.

Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2023 9
. . .niktbu bil-Malti
Ortografija
tajjeb
Maltija

Mid-Djarju

tal-Qasam

Matul Lulju tellajna bosta

attivitajiet marbuta mas-sajf li wħud

minnhom saru appuntament fiss

kalendarju tagħna. Għall-klassi

kbar organizzajna nofstanhari

baħar fil-bajja pittoreska tar-Ramla Ħamra. Kellna wkoll Pizza Party

għal kulħadd, attività sponsorjata

minn Maria, Pietru u Joel ta Rabokk Pizzeria. Nirringrazzjaw lill-familja

Muscat li ta’ kull sena jieħdu ħsieb din l-attività. Kellna wkoll

il-Hamburger Party li bħas-soltu kienet f’idejn Sammy u Doris Buttigieg

flimkien ma’ Nina Bonello. Kellna wkoll mawra fi Splash and Fun Park

ġewwa Malta. Grupp sabiħ ta’ adolexxenti ħadu gost immens iqattgħu

ġurnata f’dan il‘water park’ - appuntament li nżommu ta’ kull sena.

Matul Lulju komplejna wkoll

b’Lobissajf 2023. Issa wasalna

fl-aħħar jiem ta’ din il-kompetizzjoni

fejn ir-rebbieħa jitħabbru fl-attività

tat-tfal tat-Tlieta 8 ta’ Awwissu bħala

parti mill-Ġimgħa Museumina.

Wara li tintemm din il-Ġimgħa

Museumina, tibda kompetizzjoni

oħra li teħodna sa nofs Settembru.

10
Nimxu Id F’Id - Awwissu 2023

Bqajna għaddejjin ukoll bit-tħejjijiet tal-Ġimgħa Museumina. L-attività prinċipali li fiha ħafna preparazzjoni hija l-play li ser tittella’ l-Ġimgħa 11 ta’

Awwissu fuq il-ħajja ta’ San Ġwann Bosco. Din iġġib li fiha jieħdu sehem madwar 35 attur

bejn kbar u żgħar. Anke din is-sena ser ikollna projections maħdumin fuq disinji ta’ Peter Aquilina li ser ikomplu jagħtu iktar kulur lil din ir-rappreżentazzjoni teatrali li żgur ser tingħoġob ma’ dawk li ser jarawha.

Inkomplu nħeġġukom

biex matul is-sajf iżżuru

l-Qasam tagħna fejn mhux

biss norganizzaw bosta

attivitajiet għalikom imma

nżommu l-appuntament

tagħna mat-tagħlim u nfittxu

li fil-ħin liberu tagħna nsibu

ħin biex niltaqgħu ma’ Ġesù

Ewkaristija permezz tal-quddiesa.

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna

tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur

u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2023 11
Mark
Call +356 2122 4405 Laferla Insurance Agency Ltd E-mail info@laferla.com.mt 204A, Vincenti Buildings Visit www.laferla.com.mt Old Bakery Street, Valletta VLT 1453, Malta Europe. Laferla Insurance Agency Ltd. is enrolled under the Insurance Distribution Act, Cap 487 to act as an Insurance Agent for MAPRE plc (MMS). MMS is authorised by the Malta Financial Service Authority (MFSA) under the Insurance Business Act, Cap 403 of the Laws of Malta. Both entities are regulated by the MFSA. LAFERLA
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.