Ritratt tal-faċċata: IL-WIED TA’ ŻEJTA
Wied li jinsab fil-limiti tar-Rabat Għawdex, eżattament qabel taqbad Triq is-Sellum li tieħdok lejn ix-Xagħra. TA’ ŻEJTA huwa isem Semitiku (ġej mill-Għarbi) u jista’ jkun li għandu x’jaqsam ma’ xi sidien tar-raba’ tal-inħawi fl-imgħoddi. F’dan ilwied insibu għadira mdaqqsa li żżomm l-ilma għall-parti l-kbira tas-sena u għalhekk mimlija ħajja; apparti papri u l-għasafar li jieqfu biex jixorbu, insibu ż-żrinġ, diversi insetti, fosthom il-mazzarell, flora u fawna; u kif jibda jidlam anki xi farfett il-lejl jitfaċċa jittajjar fl-inħawi.
Ritratt meħud fis-6 ta’ Mejju 2023 - Martin Attard
Nimxu Id F’Id
ħarġa numru 521
Lulju 2023 GħandekMinuta?
Missier John kien iħobb jagħmilha darba kultant. F’xi jum vaganza, flok imur għand ommu bil-karozza kien jitlaq bil-mixi. Kmieni kmieni malli tkun tielgħa x-xemx. U billi ommu kienet toqgħod bogħod il-vjaġġ kien jeħodlu xi sagħtejn jew iżjed. Imma l-missier kien jieħu gost jimxiha. Għalih kien l-aħjar mod ta’ eżerċizzju proprju fil-bidu ta’ jum ġdid. U kull darba kien jistieden lil ibnu John jakkompanjah. Dan kien jibża’ jaċċetta għax it-triq kienet għalih twila wisq u kien jaħseb li jegħja. Fl-aħħar mill-aħħar fl-età ta’ seba’ snin ftit mili jidhru triq bla tmiem. Iżda darba għamel nitfa kuraġġ u aċċetta l-istedina ta’ missieru. It-tnejn telqu kmieni kmieni lejn id-destinazzjoni tagħhom.
U John beda josserva li d-dell tiegħu kien qed jimxi quddiemu. U x’waħda din dan kien dell twil ħafna. Ħassu kien superman.
Jew xi ġgant. Beda jimmaġina kemm ikun b’saħħtu kieku kellu jkun twil daqs dellu. U bil-mod il-mod nesa li dak kien biss dell u beda jaħseb li hu kien kiber u sar dak ir-raġel enormi . U beda jippoża bħalma jagħmlu r-wreslers qabel il-ġlieda. Għamel idejh ma’ ħuġbejh. Ra spallejn li ma jgħaddu mill-ebda bieb. Twil daqs sular u iktar. B’saħħtu daqs Sansun. Missieru ntebaħ bil-ħolm ta’ ibnu. Ħallieh joħlom ftit ieħor u mbagħad qallu: “Ibni iktar ma noqorbu lejn dar in-nanna iktar ser tiċkien. U jekk toħroġ f’nofsinhar issib li dellek sar daqs naqra. Tħallix il-fantasija timlielek moħħok u tibda taħseb li m’hawn ħadd jiflaħ daqsek.
U dak li qallu missieru beda jseħħ. Id-dell beda jiċkien u meta f’nofsinhar ħareġ barra sab li kien sar iżgħar minnu. Għax il-kobor tal-bniedem mhux fis-sura taʼ persuntu imma f’qalbu. Mother Theresa kienet mara żgħira ħafna. Iżda kellha qalb kbira. U kienet qalbha li għamlitha persunaġġ tant importanti.
1
Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf
Kultant inħares lejn il-keyboards tal-kompjuter u nistagħġeb kif għalkemm huma ta’disinn differenti, l-ittri ta’ fuqhom huma dejjem fl-istess post. Min
għamilhom l-ewwel darba hekk?
Fil-fatt dawn ma sarux għal kompjuter imma għat-typewriter. U għamilhom hekk il-ġurnalist Christopher Latham Sholes tal-gazzetta
Milwaukee News fis-sena 1868. Qabel żmienu kull ditta kienet tagħmel
l-ittra kif jidhirlha imma dan il-ġurnalist ipperfezzjona l-ittri b’tali mod li ittra popolari ma tkunx ħdejn oħra popolari daqsha biex is-swaba’ ma jaħbtux flimkien. Meta ditti oħra raw kemm kien hemm ħsieb wara din l-għamla ta’ ittri, ikkupjawha huma wkoll. Hekk spiċċa t-tgergir
tat-tajpisti li kienu jsibu diffikultà kbira meta d-ditta tbiddel il-mudell tat-typewriter. Issa kull ditta kienet toqgħod għall-istess sura ta’ keyboard fejn tidħol il-pożizzjoni tal-ittri. U milli jidher s’issa
l-kompjuters għamlu l-istess.
Żammew dik li llum tissejjaħ
QWERTY keyboard għax dawn
huma s-sitt ittri min-naħa tax-
xellug fil-filliera ta’ fuq. Iżda
fil-futur mhux ’il bogħod għad
naraw tibdil f’din is-sistema u
fil-fatt hawn ditti li diġà qed
jagħmlu keyboards f’sura oħra.
Nimxu Id F’Id - Lulju 2023 3
Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech
(. . .mill-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
Sant’Antnin isib il mitlufin. U saħansitra, anke jekk hemm bżonn, Sant’Antnin itella l-qannata minn ġol-bir mil-leġġenda li xi ħadd seraqlu l tas-Salmi, u meta Sant’Antnin għamel talba, minn serqu minnufih ġabhulu. Jew skont verżjoni oħra, xi ħadd li tilef dan il-ktieb, meta talab lil Sant’Antnin dan malajr instab.
Nhar San Girgor (12 ta’ Marzu) il-kaboċċi ’tihom lill-ħmar għax wara nofs Marzu l-kaboċċa ma tibqax tajba.
Eviva San Filep (6 ta’ Ġunju ) la x-xitan irid hekk, jgħidha xi ħadd li jkollu jagħmel xi ħaġa li ma jridx jagħmilha. Konnessjoni daqsxejn kurjuża. U jerġa’ aktar l-oħra li tingħad meta xi ħadd jirrabja: Telagħlu San Filep.
Għal San Luqa (18 t’Ottubru) fiż-żara’ tistaħba għattuqa. Sa nofs Ottubru ż-żara’ jkun kiber daqs tiġieġa żgħira.
(. . .aktar qwiel fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
-
Xiqaddisinfil-qwiel
4 Nimxu Id F’Id
Lulju 2023
Il-Ġurdien u l-Far
Il-ġurdien minn dejjem kien preżenti fejn jgħix il-bniedem u anke
fl-art tal-Palestina nsibu madwar 20 tip ta’ ġurdienn. Il-kelma Lhudija akbar kienet tirreferi għall-ispeċi kollha tal-ġrieden u firien. Kien annimal aborrit kif għadu sal-lum għax jagħmel ħafna ħsara lill-prodotti tar-raba’ u kien anke annimal imniġġes għal-Lhud: “U minn fost l-annimali li jitkaxkru fl-art dawn huma kollha mniġġsin: il
il-ġurdien...” (Lev 11,29
il-pesta. Kien għalhekk li
l-Filistin raddew lura lill
Iżraelin l-Arka tal-
kienu milquta minn din
l-epidemija qerrieda. Bħala
tpattija raddew ukoll ħames
ġrieden tad-deheb:
bżieżaq tad-deheb u ħames
ġrieden tad-deheb, skont
l-għadd tal-prinċpijiet tal
Filistin, għaliex marda waħda qabditkom, lilkom ilkoll u l
tagħkom. Agħmlu mela xbihat tal bżieżaq tagħkom u tal ġrieden li ħarbtu
l-art, u tagħtu ġieħ lil Alla ta' Iżrael” (1 Sam 6,4-5).
Sal-lum għadek issib nies li jieklu l-ġrieden imma Iżaija x’aktarx kien qed jirreferi għal xi tip ta’ sħarijiet jew maġija meta jgħid: “. . .imorru fil-
ġonna wara xulxin fid-dawra tas-sħarijiet, dawk li jieklu l-laħam tal-ħanżir, il-qżiżijiet u l-ġrieden, ilkoll jintemmu f'daqqa, oraklu tal-Mulej” (Is 66,17).
U jkompli: “dakinhar il-bniedem jarmi xbihat allatu, tal-fidda u d-deheb li għamel biex iqimhom; jixħethom għall-ġrieden...” (Is 2,20).
Nimxu Id F’Id - Lulju 2023 5
. . .jikteb Ritchie Grech
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
Meta l-plejer Korean Son Heung-min ingħaqad mat-Tottenham xtaq jixtri karozza ġdida. U dik li għoġbitu kienet ħamra. Iżda
d-diriġenti tat-Tottenham ma ħallewx jixtri karozza b’dan il-kulur peress li hemm pika kbira f’Londra mal-klabb tal-Arsenal u billi dawn
il-kulur uffiċjali tagħhom hu aħmar għalhekk Tottenham riedu li Son Heung jagħmel għażla oħra. Il-pika rari tħallik tirraġuna!
6 Nimxu Id F’Id - Lulju 2023
F’Settembru 2015, in-nies ta’ Wales skantaw jaraw raġel iġorr salib fit-toroq tal-bliet tagħhom. Għaddej minn belt għall-oħra jiġbed warajh salib kbir li kellu rota fuq l-injama l-wieqfa. U naturalment il-ġurnalisti marru biex jaraw x’inhi l-istorja:
“Jien kont drug addict. Iddeċidejt li nibdel ħajti. Bdejt kors ta’ rijabilitazzjoni. Komplejtu u llum inħossni ċert li qatt iktar ma jien ser nerġa’ naqa’ għal dan il-vizzju.. U ddeċidejt li nagħmel dan l-ispeċi ta’ pellegrinaġġ biex min jarani u jisma’ l-istorja tiegħi jkun jaf li fil-ħajja ħadd m’għandu jaqta’ qalbu. . . għamel x’għamel.”
L-isem tar-raġel kien Clive Cornish. U l-pellegrinaġġ tiegħu serva żgur ta’ prietka.
Nimxu Id F’Id
Lulju 2023 7
-
Ix-Xemx Tagħna u L-Kwiekeb L-Oħra
Ix-xemx tagħna hija waħda minn mitt elf miljun xemx li nsibu
fil-galassja tagħna. Mitt elf miljun jinkiteb 100,000,000,000 = 1 x 1011 .
Il-galassja tagħna nsejħulha Milky Way bl-Ingliż, bit-Taljan Via
Latea u bil-Malti t-Triq Ta’ Sant’Anna. Nistgħu naraw parti minnha biss għax aħna parti minnha. Bil-lejl u b’sema ċar bla dawl nistgħu narawha.
L-eqreb kewkba qribna hi msejħa Proxima Centauri u d-dawl idum ftit iktar minn 4 snin biex jasal għandna. Jiġifieri din l-eqreb kewkba hi mbiegħda 4 snin ta’ dawl ( light years).
Forsi fl-univers hemm xi żewġ triljun galassja! U dan li nistgħu
naraw hu biss xi 4 fil-mija tal-univers. 26 fil-mija hu dark matter u 70 fil-mija hu dark energy.
Kull tikka fir-ritratt t’hawn taħt hi galassja. Deep Field Image mill-Hubble Space Telescope.
8 Nimxu Id F’Id - Lulju 2023
.jikteb
. .
Joe Portelli
X’inhi d-differenza bejn każ u kas?
Dawn huma żewġ kelmiet li jħawdu lil ħafna nies u għalhekk ħsibna li tkun idea tajba li niċċaraw ftit id-dubji li hemm dwarhom u naraw f’liema kuntest jintużaw ‘każ’ u ‘kas’.
‘Każ’, miktuba biż-ż, hija l-ekwivalenti ta’ ‘case’ bl-Ingliż, bħal meta ngħidu: ‘Il-każ seħħ fis-satra tal-lejl’ jew ‘Qegħdin jinvestigaw każ ta’ qtil.’ Mhux neċessarjament iġġorr konnotazzjoni legali jew kriminali, imma jista’ jkollha tifsira ġenerika wkoll, bħal pereżempju: ‘F’każ ta’ ħruq, oħroġ ’il barra mill-bini malajr kemm jista’ jkun.’ jew ‘Fil-każ li tasal l-ajruport qabli, stennieni sa ma nasal.’ Mela nistgħu ngħidu li ‘każ’ tirreferi għal xi sitwazzjoni jew okkażjoni partikolari, jew għal xi ħaġa li tiġri jew tkun se tiġri.
U ‘kas’? ‘Kas’, bis-s, tfisser attenzjoni jew li tagħti kura u tintuża meta pereżempju ngħidu: ‘Agħti kasi!’ jew ‘Baqa’ dieħel fil-kamra mingħajr ma ta kas ta’ ħadd.’
Għalhekk, meta niġu biex niktbu ‘fil-każ’ għandna dejjem niktbuha biż-ż għax bażikament inkunu qed ngħidu ‘in the case of’, bħal meta ngħidu ‘Qed nispera li nilħaq nasal sal-10am, imma fil-każ ibdew mingħajri’ jiġifieri jekk il-KAŻ ikun li ma nilħaqx nasal fil-ħin, ibdew mingħajri.
Nimxu Id F’Id - Lulju 2023 9 Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com . . .niktbu bil-Malti tajjeb Ortografija Maltija
tal Qasam Mid-Djarju
Għallbidu ta’ Ġunju
ġie fi tmiemu ttournament talfootball li konna
bdejna lejn laħħar ta’ April. It-tournament
intrebaħ mit-tim ta’ Jody Paul
Said. Saret ukoll
premjazzjoni fejn tqassmu t-trophies lill-captain rebbieħ u l-captains tattimijiet l-oħra kif ukoll medalja lil kull min ħa sehem. Prosit lil kulħadd.
Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ġunju, 24 adolexxent mill-Qasam tagħna ħadu
s-sagrament tal-konfermazzjoni minn idejn Mons Isqof Anton Teuma. Inħeġġuhom li issa li ħadu l-Ġriżma jkomplu jattendu għat-tagħlim
regolari fil-Museum.
Matul l-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju beda wkoll Lobissajf taż-Żgħar permezz tal-kompetizzjonijiet tal-football. Qegħdin jieħdu sehem numru
kbir ta’ tfal minn Year 1 sa Year 6 bil-captains Braydon Muscat u Landon
Abela. Lobissajf taż-Żgħar issa jieħu xejra differenti matul Lulju b’ħafna logħob ta’ ġiri u bżieżaq tal-ilma sakemm jasal fi tmiemu bil-Final lejn nofs Awwissu.
Nimxu Id F’Id - Lulju 2023
10
Fil-bidu ta’ Lulju
bdejna wkoll Lobissajf talKbar. Minħabba n-numru
sabiħ ta’ tfal li nkitbu, din is-sena f’Lobissajf tal-Kbar se jikkompetu tliet timijiet. Nawguraw lill-captains
Jayden Abela, Carlos
Xuereb u Jody Paul Said kif ukoll lill f’dan il-logħob varjat u divertenti. Lobissajf tal jasal fi tmiemu t-Tlieta 8 ta’ Awissu.
Beda wkoll ix-xogħol marbut mal-Ġimgħa Museumina li din is-sena ser issir bejn is-7 u l-11 ta’ Awwissu, b’mod speċjali mal-Play li din is-sena ser tkun fuq il-ħajja ta’ San Ġwann Bosco. Il-Play ġġib l-isem ta’ Ħolma Li Sawret Ħajja li fiha ser jieħdu sehem madwar 40 attur. Aktar dettalji fil-ħarġa li jmiss! Mark
Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id
Nimxu Id F’Id - Lulju 2023 11
Call +356 2122 4405 Laferla Insurance Agency Ltd E-mail info@laferla.com.mt 204A, Vincenti Buildings Visit www.laferla.com.mt Old Bakery Street, Valletta VLT 1453, Malta Europe. Laferla Insurance Agency Ltd. is enrolled under the Insurance Distribution Act, Cap 487 to act as an Insurance Agent for MAPRE plc (MMS). MMS is authorised by the Malta Financial Service Authority (MFSA) under the Insurance Business Act, Cap 403 of the Laws of Malta. Both entities are regulated by the MFSA. LAFERLA
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur