Nimxu Id F'Id - Gunju 2024

Page 1

Ritratt tal-faċċata: IL-WIŻGĦA - Hemidactylus turcicus (Mediterranean House Gecko). Rettilu li ġeneralment jikber sa 10 ċentimetri, b'ġilda roża fil-kannella u li minn taħt kemxejn trasparenti. L-għajnejn ma jingħalqu qatt. Fil-fatt m'hemmx kpiepel tal-għajnejn. Issibhom kullimkien u komuni ħafna fid-djar; ġieli ssibhom wara l-għamara, jew xi inkwatru jew fit-tubi tal-aluminju tat-twieqi. Jieklu l-insetti. Saqajhomiwaħħlu u kapaċi jitilgħu mal-ħitan u anke jimxu mas-saqaf. Attivi l-aktar matul il-lejl u ġieli tismagħhom jgħajtu 'l xulxin; l-irġiel jagħmlu 'clicking sound' filwaqt in-nisa jemittu twerżiqa rqiqa. Il-frieħ jiġu permezz ta' bajd; ġeneralment ikollhom minn waħda sa tnejn u ġeneralment bejn Mejju u Awwissu. Meta jħossuhom mhedda, id-denb jinqata' u joqgħod jitkgħawweġ biex joħloq distrazzjoni. Il-wiżgħa ma tagħmilx ħsara, anzi pjuttost tagħmel il-ġid speċjalment jekk tiekol in-nemus qabel joqorsok.

Ritratt meħud f’xaft ta’ dar fin-Nadur fit-22 t’Awwissu 2020 - Martin Attard

Triq it-Tiġrija Nadur Tel: 21552161 & FURNITURE

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2024

ħarġa - numru532

GħandekMinuta?

Kien Marzu 2016. Mairi Holden kellha binha l-isptar ta’

Edinburgh’s Sick Kids Hospital. Damet ħafna ħdejh u meta raqad telqet lejn id-dar biex terġa’ tkun ħdejh kmieni l-għada filgħodu. Iżda malli waslet fejn il-karozza sabet ticket ta’ 25 lira sterlina għax kienet ipparkjata fuq il-linja u hekk setgħet fixklet xi karozza oħra li tipparkja ħdejha. Bil-fixla li kienet fiha ma kinitx ħaġa kbira li tipparkja xi ftit ħażin.

Iżda meta marret biex tneħħi t-ticket minn mal-windscreen sabet li xi ruħ twajba kien għamlilha karta ta’ 20 u oħra ta’ 5 liri sterlini u magħhomnota qasira:

“Ħallas dan it-ticket. Nifhem li min jkollu lil xi ħadd l-isptar ikun xi ftit aljenat.”

Il-mara bdiet tikbi bil-ferħ. Mhux għal 25 lira sterlina iżda għall-qalb tajba ta’ dan il-benefattur jew benefattriċi li ma kellhiex idea min kien jew kienet. U dlonk irrakkontat din l-istorja fuq il-facebook. U xi ħadd ħareġ bl-idea li jinġabru flus għal dak lisptar u fil-fatt fi ftit ġranet kienet telgħet is-somma ta’ 10,000 lira sterlina.

Il-qawl jgħid li kull qalb trid oħra u xi ħadd darba qal li l-karità tittieħed.

1

Wirt il-Fundatur

Dun Ġorġ ħallielna teżor

. . .f’kitbietu X’jaf min ma ġarrabx?

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex

jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimt ma mmieri qatt il tal-kuxjenza.

 Tgħallimt li nistaqsi meta nkun niddubita.

 Tgħallimt li d-dnub jiġ lill-ieħor.

 Tgħallimt li t-tajbin u l-ħżiena jħabbtu wiċċhom wieħ mal-ieħor.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqdatiegħufl-1956permezzta’ fuljettib’erba’ paġnilikien

iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubblikufl-2005.

2 Nimxu Id F’Id - Ġunju 2024

Dizzjunarju bibliku

Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi

Danjel

Profeta li għalih il-Mulej kien

jiġi l-ewwel u qabel kollox. Kien jgħix

fi żmien meta l-poplu Lhudi kien

imjassar fil-Babilonja. Ir-rejiet tassaltna saru jafu bl-għerf tiegħu u riduh

magħhom fil-palazz. Iżda Danjel qatt

ma ħalla din l-istima tar-rejiet tfixklu fil-ħajja tiegħu ta’ Lhudi ġenwin.

Anke meta s-sultan ħareġ ordni li ħadd ma seta’ jitlob fil-pubbliku, hu baqa’ jitlob xorta u spiċċa fl-għar tal-iljuni.

Iżda l-Mulej kien miegħu u ħelsu. Matul ħajtu interpreta ħafna ħolm u kien kapaċi juri l-qerq tal-profeti ta’ alla Bel li kuljum kienu jagħmlu ikla minn fuq dahar is-sultan. Kien kapaci wkoll jikxef il-qerq ta’ żewġ xjuħ tal-poplu li kienu kkundannaw tfajla Lhudija għall-mewt għax riedu jidinbu magħha u hi ma riditx. Il-ktieb kollu ta’ Danjel hu miżgħud b’dawnir-rakkonti u ħafna oħra magħhom.

(aqra Ktiebta’ Danjel) Nimxu Id F’Id - Ġunju 2024

3

Mill-pinnata’

DrCoronatoGrech

Sema blu

(. . .ikompli mill-ħarġa ta’ Mejju)

Ta’ min jistaqsi - għaliex il-baħar huwa blu meta l-ilma huwa trasparenti? Ir-raġuni hija li t-tliet kuluri l-aħmar, l-oranġjo u l-isfar (dawk ta’ wavelength twila) huma assorbiti mill-ilma iktar minn dawk blu u vjola (dawk ta’ wavelength qasira); u huma dawn tal-aħħar li huma fil-biċċa l-kbira riflessi u li aħna naraw b’għajnejna. Dan tal-inqas fil-bnazzi u meta

l-ilma baħar huwa ċar u għax huwa mielaħ. Għax iktar ma l-baħar ikun mielaħ, iktar ikun ta’ kulur blu, kif jidher il-Mediterran, baħar pjuttost magħluq u relattivament mielaħ.

Drabi oħra, il-kuluri tal-baħar jirriflettu l-kuluri tas-sema bħal dak griż tal-maltemp; jew anke jieħu kulur fl-aħdar meta hemm żjieda fil-plankton bħal fir-ritorn tax-xemx fir-rebbiegħa. Tant ikun hemm żjieda fil-plankton, li huma pjanti (il-phytoplankton), li l-baħar jieħu kulur ħadrani li anke kapaċi jidher ħadrani minn fuq is-Space Station, madwar 400 kilometru bogħod. U naturalment, baħar imdardar bil-ħama minn xmajjar mhuwiex blu. Dan it-tibdil fil-kuluri tal-baħar jidher ukoll mill-ispazju, bħal minn fuq s-Space Station.

Għaliex is-sema huwa blu? Mistoqsija qisha tat-tfal u kważi żejda. Imma minnha kapaċi joħorġu ħafna affarijiet mhux mistennija u tant interessanti. Hekk taħdemix-xjenza.

4 Nimxu Id F’Id - Ġunju 2024

. . .jikteb Ritchie Grech

Il-Pellikan

Il-pellikan hu tajra kbira b’munqar twil bil-borża taħtu biex fija jaqbad ħut kbir mill-ilma li jogħdos għalihom. Fuq l-art jimxi ftit skomdu imma meta jtir għandu titjira eleganti u b’saħħitha b’tul ta’ ġwienaħ ta’ madwar tmien piedi. Għandu mod uniku kif jitma’ lill-frieħ tiegħu billi jiftaħ ħalqu bl-ikel u ż-żgħar inaqqru minnu. Dan wassal għat-twemmin li l-pellikan jagħti minn ġismu bħala ikel għaż-żgħar tiegħu. Simboliżmu li ġie użat mill-Insara bħala tixbiha tal-Ewkaristija fejn Ġesù verament

jagħtina ġismu biex nikluh.

Fil-Ktieb tal-Profeta Isaija nsibu l-waqgħa tal-ġnus li kienu

jeħduha kontra Iżrael fejn

bliethom: “Jirtuha l-pellikan u l-qanfud” (Is 34,11). Anke fil-ktieb tal-profeta Sofonija nsibu t-theddida lill-Assirja dwar il-waqgħa tagħha fejn: “Ġo nofsha mbagħad jimteddu fl-art l-imrieħel u bhejjem ta’ kull ġens: sal-pellikan u sal-qanfud jgħammru fil-kapitelli tagħha. . .” (Sof 2,14).

Il-pellikan kien ukoll inkluż fil-lista ta’ tajr ‘mhux pur’ għall-poplu Lhudi: “. . .il-kwakk, il-pellikan, it-tiġieġa tal-baħar. . .” (Lev 11,18). Ara wkoll il-ktieb tad-Dewteronomju, kap 14, versi minn 11 sa 20.

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2024

5

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Fl-1921 Albert Einstein kien f’lukanda l-Ġappun. Meta kien hemm waslitlu l-aħbar li kien rebaħ il-premju Nobel. Ma kellux tip għall-messaġġier li tah din il-ferħa iżda minflok tah karta bil-kliem:

“Il-ferħ hu frott ħajja kwieta u kalma. Mhux frott tas-suċċess li ħafna drabi jagħmel il-ħajja ġirja waħda.”

Il-messaġġier kien jaf li dak il-klijent hu persuna famuża. Għalhekk għożżha ferm il-karta li tah. Tant li għamilha mal-ġojjelli tal-familja u ħalla fit-testment biex jibżgħu għaliha għax min tahielu kien bniedem magħruf mad-dinja kollha.

U qrabatu għamlu bħalma qalilhom. Żammew il-karta u għaddewha lil ta’ warajhom. U sewwa għamlu għax fi rkant li sar fl-2017 dik il-karta ġabet lill-werriet is-somma fenominali ta’ 1.2 miljun sterlina.

6 Nimxu Id F’Id - Ġunju 2024

Grupp ta’ sorijiet minn pajjiżi differenti imma kollha kienu jgħixu f’kunvent Peruvjan iddeċidew li joħolqu kor biex iwasslu l-aħbar it-tajba. Għamlu dan fl-2014 u sa ftit snin wara kienu biegħu eluf ta’ diski u dehru iktar minn miljun darba fuq You Tube. Jikkalkulaw li kienu l-miljuni li b’xi mod ġew f’kuntatt mat-twemmin permezz ta’ dawn is-sorijiet li jidhru dejjemikantaw bl-abitu tagħhomta’ sorijiet.

Lill-ġurnalist li mar jieħu intervista qalulu: “Aħna ddedikajna ħajjitna għal Ġesù u sibna mezz modern biex inwassluismulilħafnaeluf.”

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2024 7

Iċ-Ċikkulata

. . .jikteb

Joe Portelli

Nafu li magħmula mit-trab tal-kawkaw (cocoa bl-Ingliż) u li meta nħalltu dan it-trab mal-ilma sħun jew mal-ħalib, nagħmlu xarba li nsejħulha kokotina (kukudina) li bl-Ingliż insejħulha hotchocolate.

Is-siġra tal-kawkaw (Theobroma cacao) hija indiġena fit-Tramuntana tal-Amażonja; jiġifieri postha b’mod naturali hu hemm u oriġinat minn hemmhekk: illum l-Ekwador u l-Veneżwela. L-Amażonja hi l-art madwar ix-xmara Amażon u x-xmara Orinoko. Din is-siġra tal-kawkaw dejjem tħaddar, tgħix sa 100 sena, u togħla sa 40 pied (12-il metru), u tagħmel miżwed twil xi 35 ċentimetru li jkun fih minn 20 sa 70 żerriegħa. Kull żerriegħa hi xi 2.5 cm twila. Xħin ineħħu l-qoxra ta’ din iż-żerriegħa wara li titħalla tiffermenta, jitħnu l-materjal fil-ġewwieni ta’ din iż-żerriegħa biex jifforma l-kawkaw. Din is-siġra trid ħamrija b’ħafna ħumus u poruża, kenn mill-irjiħat, temperatura bejn l-20 u t-28 grad Celsius u 100 sa 200 ċentimetru xita (!) imqassma matul is-sena kollha. Għalhekk trid klima tropikali.

Dan it-tagħrif għandu jgħinna nifhmu kemm aħna tal-Punent niddependu fuq partijiet oħra tad-dinja li hi iktar fqira u kemm għandna napprezzaw u ma naħlux, anke biċċa ċikkulata. Jalla nitgħallmu nibżgħu għar-riżorsi naturali tad-dinja.

8

Xgħelt ix-xemgħa jew xgħelt ix-xema’?

Iż-żewġ kelmiet, xemgħa u xema’ , jeżistu t-tnejn u huma miktubin tajjeb kif inhuma. Iżda l-ewwel waħda biss hija tajba miż-żewġ frażijiet t’hawn fuq. Għaliex?

Xemgħa u xema ’ għandhom tifsira differenti. Bażikament, meta xemgħa niktbuha bl-għ inkunu qed nirreferu għax-xemgħa li nixegħlu, li bl-Ingliż insibuha bħala ‘candle’.

Meta niktbu xema ’ bl-appostrofu fl-aħħar inkunu qed nirreferu għall-isem tal-materjal, li bl-Ingliż insejħulu ‘wax’.

Agħti ħarsa lejn dawn iż-żewġ eżempji t’hawn taħt biex tifhem aħjar kif jintużaw:

 Hekk kif telaq id-dawl xgħelt xemgħa biex tagħtini ftit dawl.

 Użajt ftit xema’ tan-naħal biex nipproteġi l-ġilda kontra l-ksieħ.

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2024 9 Tagħrifmogħtililnaminn Pristineworks Ltd. Għalaktartagħrifżuru: http://www.pristineworks.com
Ortografija Maltija ...niktbubil-Maltitajjeb

tal-Qasam Mid-Djarju

Fl-ewwel jiem tax-xahar ta’ Mejju niċċelebraw il-festa liturġika tal-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca. Saret quddiesa filBażilika bis-sehem tal-membri, tfal, adolexxenti, ġenituri u ħbieb. Qaddes Fr. Reuben Micallef u ħa sehem ukoll il-kor tal-Museum. Wara mbagħad komplejna bil-league tal-football fil-grawnd tagħna.

Fit-13 ta’ Mejju, kellna żjara mill-Amministratur Parrokkjali u futur Arċipriet, Fr Krystof Buttigieg. Huwa ltaqa’ mal-adolexxenti tagħna tat-tieni xift waqt il-ħin tal-logħob, u wara tlajna fil-kappella fejn għamel kelmtejn qosra lil dawk preżenti dwar l-importanza tat-tagħlim fil-Museum kif ukoll dwar l-attendenza tagħna fil-Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Il-membri kellhom ukoll l-okkażjoni

li jerġgħu jiltaqgħu ma’ Fr Krystof kif ukoll ma’ Mons Jimmy Xerri f’laqgħa rikreattiva li saret il-Ħadd 26 ta’ Mejju.

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2024

10

Il-Ħadd 26 ta’ Mejju ċċelebrajna wkoll il-festa sabiħa tal-Preċett flimkien ma’ 16-il tifel mill-Qasam tagħna u 25 tifla mill-Qasam tal-Bniet. Il-korteo telaq minn ħdejn il-Museum fid-9.30a.m. u fl-10.00 bdiet il-Quddiesa li għaliha qaddes ukoll Fr. Krystof Buttigieg.

Kellna wkoll il-premjazzjoni tal-league tal-football li ntrebaħ mit-tim ta’ Luca. Prosit lit-tim rebbieħ kif ukoll lill-captains l-oħra, Mason u Nathan u littimijiet tagħhom.

Nhar it-30 ta’ Mejju kellna l-Manifestazzjoni Marjana. Ilpurċissjoni telqet mill-Pjazza fis-7.30p.m. u wara assistejna

għall-Programm fil-ground bilkant, poeżiji, il-prietka tat-tifel kif ukoll l-offerti tal-bukketti talMadonna. Għalaqna s-serata b’messaġġ minn Fr Krystof u t-talba tal-konsagrazzjoni tagħna lill-Madonna.

Mark

Tista’ taqrawkollil-fuljettf’formadiġitali. Żuril-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur ufuq issuu.com/Nimxu Id f’Id

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2024 11

Fuljett maħruġ mill
Museum tas
Subien tan
Nadur
-
-
-

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Nimxu Id F'Id - Gunju 2024 by Michael Debono - Issuu