Nimxu Id F'Id - Gunju 2023

Page 1

Ritratt tal-faċċata: IL-ĠEBLA TAL-ĠENERAL (The Fungus Rock) Tinsab id-Dwejra, Għawdex. Fl-1746 il-Gran Mastru Pinto ħareġ ordni li ħadd ma seta’ jmur fuqha. Dan l-għaliex fuqha kien jikber tip ta’ fungu ħamrani rari ħafna li kien maħsub li kellu kwalitajiet mediċinali. Il-ġnub ta’ din il-blata saħansitra ġew illixxati biex jagħmlu l-aċċess prattikament impossibbli. L-aċċess kien biss permezz ta’ funikular uniku li kien dejjem mgħasses. Min kien jinqabad jipprova jmur fuqha seta’ jeħel sa tliet sninjaqdef fuq ix-xwieni tal-Ordni.

Ritratt meħud fil-25 t’April 2023 - Martin Attard

ħarġa numru 520

Ġunju 2023 GħandekMinuta?

Naħseb li xi darba smajtu lill-mummy titlob lil SantʼAntnin għax tkun qed tfittex xi ħaġa u ma tistax issibha. Għax dan il-qaddis hu proprju dak li għandu l-fama li jsibilna dak li nkunu tlifna. U din il-fama ħarġet minn episodjuli għadda minnu l-istess qaddis.

Jingħad li meta kien għadu fostna, jgħix bħala patri fqajjar, Anton ta’ Padova kellu Bibbja li kienet għażiża ħafna għalih. Għax fiha kellu ħafna noti li kien għamilhom hu stess waqt li kien jaqraha. Noti li nkitbu matul medda twila ta’ snin. U għalih kienu ta’ importanza kbira għall-prietki tiegħu. Iżda darba, novizz fil-kunvent li kien xebaʼ jgħix mal-patrijiet għax ħaseb li ma għandux vokazzjoni ħadlu dan il-ktieb bil-ħsieb li jbigħu. Patri Anton fettex bis-sħiħ iżda naturalment ma setax isibu għax il-ġuvnott kien ħarab u ħadd qatt ma basar li miegħu ħa wkoll din il-Bibbjatant għażiża għal danil-patri qaddis.

U Patri Anton talab bil-qalb biex il-Mulej isiblu din il-Bibbja. Il-Mulej mess il-qalb taż-żagħżugħ maħrub biex jerġa’ lura u jħalli l-Bibbja fil-post minn fejn kien seraqha. Dan il-maħrub għall-bidu ma tax kas iżda l-leħen ħassu qawwi. Tant li ddeċieda li jmur lura u jitlob maħfra lil Patri Anton li kien ċert li jagħtihielu. U hekk għamel. Mar lura bil-Bibbja. Il-qaddis laqgħu u mhux talli ħafirlu imma wkoll qagħad

ikellmu bil-ħlewwa u jurih li fih kien hemm vokazzjoni għad li hu kien

ħarab mill-kunvent. U fil-fatt Sant’Antnin mhux talli sab il-Bibbja mitlufa

iżda wkoll vokazzjoni li bħall-Bibbja kienet intilfet.

Sewwa naraw fejn nagħmlu ħwejjiġna ħalli ma nitilfuhomx imma meta nitilfuhom ma ninsewx nitolbu lil Sant’Antnin li sar il-qaddis tal-ħwejjeġmitlufin.

1
Nimxu Id F’Id

Wirt il-Fundatur

Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu

X’jaf min ma ġarrabx?

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid

 Tgħallimtnag il-bżonn.

 Tgħallimtlil

 Tgħallimtnistennal mument.

 Tgħallimtlilkollbż tal-ieħor.

 Tgħallimtlin huwainfinit.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

-

2
Id
Nimxu
F’Id
Ġunju 2023

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf

Kont qed naqra ktieb u sibt il-kliem Pilgrim Fathers. X’inhuma dawn?

Dawn kienu l-ewwel Ingliżi li telqu minn pajjiżhom biex

jissetiljaw fil-kontinent Amerikan. Telqu fuq il-vapur Mayflower fl-1620 u waslu f’Diċembru f’post illum magħruf bħala Plymouth

Massachusetts. Nofshom mietu tul dik ix-xitwa qalila imma dawk li

għexu għamlu festa ta’ ħajr lill-Mulej li titqies bħala l-ewwel

Thanksgiving . . .illum

festa nazzjonali fl-

Amerika. Dawn in-nies

kienu jissejħu Old Comers, imbagħad

Forefathers sakemm

madwar mitejn sena ilu

ħadu l-isem ta’ Pilgrim Fathers li baqa’

mwaħħal magħhom sallum.

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023 3

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

Xiqaddisinfil-qwiel

Il-qwiel huma għerf miġbur matul iż-żminijiet u mqiegħed f’sentenzi qosra u aktarx bir-rima li jagħmilhom iktar memorabbli. Ovvjament il-qwiel jirriflettu d-dinja u l-interessi ta’ min jagħmilhom. F’kultura bħal tagħna (jew almenu kif kienet dari), dawn kienu l-biedja, il-kaċċa, it-temp, ilkalendarju u l-qaddisin, u għalhekk dawn jidħlu f’ħafna qwiel. Intant, fost dawn il-qwiel, u mingħajr ebda attentat għal klassifikazzjoni jew kategoriji, insibu:

San Bartilmew (24 ta’ Awwissu) għandu l-muftieħ tax-xita. Għall-aħħar t’Awwissu stenna x-xita.

U fil-fatt iridu jinġabru ujinżergħu xi affarijiet.

F’San Bartilmew aqta’ l-ħarrub u iżra’ ttewm.

Ftit qabel, is-sema jibda jissaħħab ħafif.

Għal Santa Marija (15 t’Awwissu) jibdew l-għarajjex.

U jiġi żmien ż-żrigħ: Santa Marija żrigħ ittomnija (tomnija = qamħ jew tgħam miżrugħ imwaħħar).

Imma ma ninsewx il-festa u t-tiġrijiet tal-bhejjem: Twelid Santa Marija jiġi msejjaħ għat-tiġrija.

(. . .aktar qwiel fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)

4 Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023

Il-Gendus

Interessanti kif il-Lhud kellhom liġijiet ħanina fuq l-annimal li jaħdem: “m’għandekx tagħmel is-sarima lillgendus li jkunjidres” (Dt 25,4) biex ikun jista’ jiekol. Kien hemm anke l-gendus selvaġġ li Ġużeppi ġie mxebbah lilu: “Il-glorja tiegħu bħal ta' gendus tal-bikri, qrunu l-qrun ta' gendus selvaġġ

(Dt 33,17). U f’Ġob insibu: “irid jewwilla l-gendus selvaġġ jaħdimlek, jew jgħaddi l-lejl ħdejn il-maxtura tiegħek?” (Ġob 39,10). U “ħaxix jiekol dak bħall-gendus” (Ġob 40,15). Alla qal lil Balak permezz ta’ Bagħlam: “Bħalma huma l-qrun għall-gendus selvaġġ, hekk għalihomAlla, li ħariġhom mill-Eġittu” (Num23,22; 24,8).

Fis-Salmi nsibu: “salvani, minn qarn il-gniedes lili msejken” (S 22,22); “Sirjon bħal ferħ ta' gendus selvaġġ” (S 29,6); “Imma lili daqs gendus saħħaħtni (S 92,11). U “Jaqgħu l-bufli mal-għoġiela smien, ilgniedes mal-barrin (Is 34,7). Twissija kontra l-mara żienja: “iblah li hu, mar warajha, bħal gendus sejjer għall-qatla” (Prov 7,22). Isaija jċanfar: “il-gendus jagħraf lil sidu, u l-ħmar il-maxtura ta’ sidu; imma Iżrael ma jagħrafx” (Is 1,3). U l-kmandament: “la tixtieqx il-mara ta’ għajrek, il-qaddej jewil-qaddejjatiegħu, l-għoġol jew il-ħmar tiegħu” (Eż20,17).

Ġesù fit-tagħlim tiegħu jsemmi wkoll il-barri: “ieħor qallu, ‘Xtrajt ħames żwieġ barrin, u sejjer nara x’jagħtu; nitolbok tagħdirni’ (Lq 14,19); “‘uċuħ b’oħra!’ wieġbu l-Mulej, ‘Mhux kull wieħed minnkom f’jum is-Sibt iħoll il-barri jew il-ħmar tiegħu mill-maxtura u jieħdu biex jisqih?’” (Lq 13,15).

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023 5
. . .jikteb Ritchie Grech

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Għamlet ferm sew il-familja ta’ Florence Sasso f’Massachusetts fl-Istati Uniti li ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni żammet ritratt li fih kienujidhruxi plejerstal-baseball tas-snin1860-1862.

Dan ir-ritratt tpoġġa għall-irkant u kien hemm ħafna li bdew joffru somom kbar għalih għax għad-dilettanti dan kien ritratt uniku u mhux ser jerġgħu jarawh għall-bejgħ. U komplew jiġġieldu ma’ xulxin

biex jiksbuh. Sakemm fl-aħħar spiċċa għand dilettant li ħallas tiegħu 179,000 dollaru.

Dwar min xtrah

id-ditta tal-irkant

Heitage Austions ta’

Chicago qalet biss li dan

jgħix in-naħa ta’

California imma ma tatx iżjed dettalji.

Min iħobb lil xi

ħadd jew xi ħaġa kapaċi

jagħmel sagrifiċċji kbar għal dak li jħobb. Bħalma għamel dan id-dilettant. U bħal ma jagħmlu l-ġenituri tagħna li tant ibatu għalina. U qabilhom dan urihulna wkoll Ġesù. . . li kien lest imut għalina għax

tant ħabbna.

6 Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023

Meta t-tfajjel Ian Mackinlay sar jaf fl-1947 li l-awtoritajiet kienu ser jaqtgħu siġra għax riedu li hemm jinbena l-Lock Tunnel u l-Clunie Dam, kitbilhom ittra qasira b’poeżija ta’ ftit vrus li fiha talabhom iħallu ħajja s-siġra għax għalihkienet għażiża ħafna.

L-awtoritajiet ftit taw kas tal-ittra u d-Dam inbena. Iżda l-ittra ma tqattgħetx u xi ħadd sabha fl-2015, 68 sena wara li nkitbet. U b’rispett lejn Ian reġgħu ħawlu fil-post eżatt siġra oħra bħalha u hekk Ian għalkemm illum jgħodd fuq is-sebgħin, jista’ fi xjuħitu jiggosta dak li fi tfulitu qerdulu ħesrem.

Aħjar tard milli qatt.

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023 7

Ix-Xemx

Iċ-ċentru (sun ’ s core) hu l-post fejn qed issir ir-reazzjoni nukleari (nuclear reaction). Minn hawn iġġib l-enerġija x-xemx tagħna. Qiegħda tibdel l-idroġenu (hydrogen) f’helium. F’reazzjoni nukleari, element

jinbidel f’element ieħor. It-temperatura hawnhekk hi xi 15-il miljun grad kelvin. Ir-reazzjoni nukleari hi msejħa l-PP (proton proton) chain reaction.

Barra fotoni (photons) ta’ mewġ elettromanjetiku (electromagnetic waves)

jintefgħu ’l barra wkoll neutrinos.

Is-saff li jmiss jissejjaħ iż-żona radjattiva fejn atoma tixrob fotona u terġa’ titfa’ oħra jew oħrajn. Biex fotona tgħaddi minn hawn, jiġifieri biex

tiġi mgħoddija minn id għal oħra, taf iddum mitejn elf sena.

Hemm żona ta’ tranżizzjoni li jsejħulha t-tachocline. Fiż-żona li jmiss

l-enerġija tinġarr ‘il barra bil-convection: Gass sħun jogħla ’l fuq u jieħu

miegħu l-enerġija u gass li jkun kesaħ jerġa’ jogħdos ’l isfel.

Is-saff li naraw hu l-fotosfera ta’ kulur safrani. Is-sunspots, solar flares, coronal mass ejections

u solar prominences kollha

jseħħu fil-fotosfera. Imbagħad

l-atmosfera tax-xemx li

narawha biss meta jkun

hemm eklissi totali tax-xemx

hi magħmula mill-kromosfera

u mill-korona. Nissuġġerilek

tfittex fuq il-Parker Solar

Probe li qed tgħaddi ħafna

qribix-xemx.

8
.
.jikteb
Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023
.
Joe Portelli

X’suppost tikteb: bilwieqfa jew bil-wieqfa?

Skont id-Deċiżjonijiet 1, għandna dejjem niktbu ‘bilwieqfa’

mingħajr is-sing. L-istess ħaġa tgħodd għal ‘bilqiegħda’ - għandek dejjemtikteb ‘bilqiegħda’ umhux ‘bil-qiegħda’.

X’inhu r-raġunar wara dan?

Id-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti jispjegali kliem li jkollu tifsira waħda għandu dejjem jinkiteb magħqud. Dan ma jgħoddx għal kliem li għalkemm għandu l-istess pronunzja, ikollu tifsira differenti, u għalhekk daqqa jinkiteb magħqud u daqqa mifrud, bħal pereżempju ‘fil-waqt’ u ‘filwaqt’.

Nieħduftit eżempji:

Fil-waqt tal-mewt tiegħu, xtaqjerġa’ jaralil ibnu.

Toni jħobbl-isfar, filwaqt li ħuhiħobbl-aħmar.

Metajindaqq l-Innu Malti nqumu bilwieqfa.

Mhuxrispett li metajidħol is-surmast fil-kamra tibqa’ bilqiegħda.

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.

Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023 9
. . .niktbu bil-Malti tajjeb Ortografija Maltija

Mid-Djarju

tal-Qasam

Matul Mejju ta’ kull sena

nfakkru l-festa liturġika tal-

Fundatur tagħna San Ġorġ Preca.

Għalhekk it-Tlieta 9 ta’ Mejju

ċċelebrajna quddiesa flimkien fil-

Knisja Parrokkjali. Qaddes l-

Arċipriet fejn fl-omelija wasslilna

aneddoti marbuta mal-importanza

tat-tagħlim Nisrani, b’bosta minnhom mill-ħajja ta’ Dun Ġorġ. Ħa sehem ukoll il-kor li kompla

sebbaħ din il-quddiesa. Wara l-adolexxenti kellhom it-tournament talfootball. Dan it-tournament li beda fl-aħħar jiem t’April ġibed ħafna interess u issa wasal ukoll fl-aħħar jiem tiegħu. Prosit lil dawk kollha li ħadu sehem.

Komplejna wkoll bilpassiġġati. Fost dawk li

organizzajna kellna waħda

għal fuq l-Għolja tas-

Salvatur u mixja oħra minn

Ta’ Kerċem għad-Dwejra.

Issa l-passiġġati fil-

kampanja jkomplu f’Ottubru li ġej.

10
Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023

Okkażjoni oħra sabiħa kien Jum l-

Ewwel Tqarbina. Sar nhar il-Ħadd 28

ta’ Mejju. Din is-sena kellna 19-il tifel li rċevew l-Ewwel Tqarbina flimkien

ma’ 12-il tifla mill-Qasamtal-Bniet.

It-Tlieta 30 ta’ Mejju kellna l-Purċissjoni u l-Manifestazzjoni

Marjana fil-grawnd tal-Qasam. Kien

hemm tassew attendenza numeruża għal din il-laqgħa Marjana li bdiet bil-

Purċissjoni minn ħdejn il-Knisja

sal-Museum, fejn wara fil-

grawnd sar programm ad unur

tal-Madonna. Ħa sehem ukoll il-

Kor flimkien ma’ tfal oħra li

rreċtaw poeżija u Gerrard

Camilleri wasslilna l-Prietka.

Wara rappreżentant minn kull

klassi offra bukkett fjuri lill-

Madonna u spiċċajna biex

flimkien mal-Arċipriet tlabna

flimkien il-Konsagrazzjoni

tagħna lill-Madonna. Kelma ta’

ħajr tmur ukoll lil dawk li refgħu

fl-istatwa u kull min ta sehmu

biex armajna l-palk u l-apparat

kollu li kellna bżonn.

Mark

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna

tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023 11

Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.