Ritratt tal-faċċata: MAZZARELL SKARLAT - Crocothemis Erythraea (Scarlet Darter) komuni fin-nofsinhar tal-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq. Ovvjament jieħu ismu mill-kulur tiegħu; il-maskili jkollu aħmar qawwi. Bħal mazzarelli kollha dejjem ifittex l-ilmijiet u jevita d-dellijiet. L-adulti ġieli anke ssibhom jittajru ftit 'l bogħod mill-ilma. Jiekol insetti li jaqbad waqt li jkun jittajjar. Jikber sa 4.5 ċentimetri. Nafu b’madwar 5,000 speċi differenti ta' dan l-insett. Jingħad li l-mazzarell ilu jeżisti madwar 300 miljun sena.
Ritratt meħud fil-Wied ta’ Marsalforn fl-1 t’April 2024 - Martin Attard
Triq it-Tiġrija Nadur Tel: 21552161 & FURNITURE
Nimxu Id F’Id - Mejju 2024
ħarġa - numru 531
F’Marzu 2016, fuq il-BBC issemmiet l-istorja tal-qattus bl-isem ta’ Cupcake. Il-qattus intilef u sidtu Julie Baggott tgħidx kemm fettxitu u għamlet appelli fuq il-facebook tagħha biex min għandu xi ħjiel fejn jista’ jkun is-siamese tagħha jgħidilha u tagħtih rigal sabiħ. U poġġiet ħafna ritratti ta’ Cupcake biex ikunjista’ jintgħaraf.
Il-jiem bdew għaddejjin u ma rċeviet l-ebda aħbar dwar il-pet tagħha. Iżda wara xi 7 ijiem, ħabiba tagħha li toqgħod Cornwall, 260 mil bogħod minn dar Julie ċemplitilha u qaltilha li l-qattus instab u għadu ħaj għad li kellu jittieħed fi sptar tal-annimali għax kien verament għajjien. Is-sejba tal-qattus kienet għal Julie l-isbaħ aħbar li setgħet taslilha. Iżda ma setgħetx tifhemkif il-qattus spiċċa għand il -ħabiba tagħha tant mili bogħod meta qatt ma kienet marret bih Cornwall.
Il-ħabiba tagħha mbagħad qaltilha l-istorja kollha. Il-qattus kien qiegħed ġo kaxxa li Julie bagħtitilha. Li ġara kien li waqt li Julie kienet qed tirranġa l-kaxxa mimlija ħwejjeg biex jingħataw lill-missjoni, il-qattus daħal fiha u nħeba ġol-ħwejjeg tas-suf. Julie għalqet il-kaxxa, u marret f’agenzija li twassal oġġetti minn belt għall-oħra fl-Ingilterra u għażlet li tħallas ftit għax ma kienx hemm għaġla biex il-kaxxa titwassal fid-destinazzjoni tagħha. Julie tgħid li l-qattus issa tgħidx kemm jiġri bogħod minn xi kaxxa li tkun qed tirranġa biex tibgħat xi ħwejjeġ lil ħbiebha ħalli dawn jgħadduhom lill-missjoni. Esperjenza li minnha Cupcake tgħallemħafna u żgur li ma jixtieqx jirrepetiha.
Jalla aħna wkoll nitgħallmu mill-iżbalji tagħna biex nagħmlu kull ma nistgħu ħalli ma nirrepetuhomx. U dan għall-ġid tagħna stess.
1
GħandekMinuta?
Wirt il-Fundatur
Dun
Ġorġ
ħallielna teżor
. . .f’kitbietu X’jaf min ma ġarrabx?
Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?
Tgħallimt li wieħ jew ħażin skont il jżomm.
Tgħallimt li napprezza l u mhux il fil-ħwejjeġ.
Tgħallimt li m fit-tgergir.
Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubblikufl-2005.
2 Nimxu Id F’Id - Mejju 2024
Dizzjunarju bibliku
Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi
Bartilmew
Wieħed mit-tnax-il Appostlu.
Bosta jorbtuh ma’ Nataniel, ir-raġel
twajjeb li kien taħt is-siġra tat-tin meta
ħabibu Filippu stiednu biex imur jisma’ lil Ġesù. Jekk inhu hekk Ġesù kellu
kliem sabiħ ħafna għalih għax isejjaħlu
“
Iżraelita bla ħtija.”
Fil-lista tal-Appostli li jagħtuna l-Evanġelisti Bartilmew nsibuh wara
Filippu u dan jagħmel iktar kredibbli dan li rreferejna għalih hawn fuq. Dwar il-ħidma ta’ Bartilmew wara l-mewt ta’ Ġesù ma nafu xejn biblikament iżda
tradizzjoni tgħid li mar l-Indja jxandar l-isemta’ Ġesù.
(aqra Ġwanni Kap 1 versi 45-50)
Nimxu Id F’Id - Mejju 2024
3
DrCoronatoGrech Mill-pinnata’
Sema blu
(. . .ikompli mill-ħarġa t’April)
Mistoqsija oħra relatata ma’ dan is-suġġett hija għaliex is-sema ta’ tlugħ jew nżul ix-xemx jieħu ħafna kuluri, l-iktar dawkħamranija.
Ir-raġuni hija wkoll minħabba
l-atmosfera u kif jgħaddi d-dawl
tax-xemx minnha. Is-saff t’isfel tal-atmosfera, fejn iseħħ it-temp u fih
għoli ta’ madwar 10 kilometri, barra li fih n-nitrogen u oxygen, fih ukoll molekoli ta’ ilma, kristalli tas-silġ, għabra u trab mill-irjieħ, irmied minn vulkani, u riċentament fl-istorja, tniġġiż mill-industriji. Dan is-saff huwa wkoll ħafna iktar sfiq minħabba l-piż tal-arja kollha ta’ fuqu. Jerġa’ meta x-xemx qiegħda qrib l-orizzont, ir-raġġi jridu jgħaddu minn ġo iktar atmosfera biex jilħqu l-osservatur. Dan kollu jirriżulta li l-kuluri vjola u blu jiġu assorbiti waqt li dawk fl-isfar, oranġjo u aħmar jibqgħu għaddejjin. U b’hekk naraw dawk ix-xeni spettakolari kollha!
(. . .ikompli fil-ħarġa ta’ Ġunju)
4 Nimxu Id F’Id - Mejju 2024
. . .jikteb Ritchie Grech
Il
-Laqlaq
“Mit-tjur dawn għandkom tistkerrhu, u ma għandkomx tieklu minnhom, għax moqżieża: l-ajkla, il-bugħadam, il-kuċċarda, l-astur, kull xorta ta’ bies, kull xorta ta’ ċawlun, in-nagħma, il-kokka, il-barbaġann, is-seqer skont ġenshom, il-barbaġann, il-margun, iż-żinna, il-kwakk, il-pellikan, it-tiġieġa tal-baħar, il-laqlaq, kull xorta ta’ russett, id-daqquqa tal-pinnaċċ u l-farfett il-lejl” (Lev11,13-19).
Din hi l-lista ta’ tajr li ma setax jittiekel mil-Lhud. Tinstab ukoll fil-ktieb tad-Dewteronomju (14,12-18). Interessanti li
fil-Bibbja bil-Malti nsibu inkluż din it-tajra sabiħa, il-laqlaq, bl-Ingliż common blackbird, (Turdus merula merula). Fil-Bibbja bl-Ingliż insibu li ntużat il-kelma stork flok laqlaq, li hi tajra ferm ikbar u differenti. Insibu wkoll: “Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u ara, kien hemm żewġ nisa resqin, bir-riħ fi ġwenħajhom, ġwenħajhom kienu bħal ġwenħajn iċ-ċikonja, u refgħu l-efa bejn l-art u s-sema” (Żak 5,9). Prof Saydon jikteb laqlaq flok ċikonja li kien l-isem bil-Malti li kien jintuża wkoll għaċ-ċikonja.
Il-laqlaq hu tajra sewda ta’ 24-25ċm fid-daqs li ismu proprju hu melvizz iswed imma f’pajjiżna ġieli nsejħulu laqlaq. Hu mill-familja talimlievez u f’pajjiżna hu frekwenti fejn jpassi fil-ħarifa fejn jibqa’ sa Marzu. Il-laqlaq tal-Palestina hu varjetà differenti minn tal-Ewropa u jagħti aktar fil -kulur kannella. Il-laqlaq jiekol frott u żrieragħ, insetti u dud. Ikollu mara waħda u l-biċċa l-kbira jibqgħu ma’ xulxin sal-mewt.
Nimxu Id F’Id - Mejju 2024
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
Kimlan Janakul, mara minn Tajlandja, dejjem xtaqet li tikseb degree mill-Università iżda fi tfulitha u żgħożitha dan kien impossibbli
minħabba l-mezzi limitati finanzjarji tal-familja u l-impenji li daħlet għalihomf’ħajjitha.
Iżda meta kibret sew fl-età setgħet twettaq il-ħolma ta’ ħajjitha. Ħolma li ħaditilha 10 snin studju bi gradwazzjoni meta kellha 91 sena. Aħbar li xxandret mad-dinja f’Awwissu 2017.
Nimxu Id F’Id - Mejju 2024
6
Il-passatemp ta’ Aatif
Rathad ta’ New Hampshire kien skydiving. Kien iqis lilu nnifsu
espert għax għamilha kemm-il darba. Iżda f’Awwissu 2017 spiċċa mbiegħed minn fejn xtaq
jinżel. Ir-riħ tefgħu lejn masġar u Aatif spiċċa mdendel ma’ siġra, xi 70 pied ’il fuq mill-art. B’messaġġi urġenti mill-mobile
ġew u salvawh għax li kieku
waqa’ mis-sigra li kien tħabbel fiha kien jispiċċa ħażin. Kien ikun niżel mijiet ta’ piedi u ma ġralu xejn imma l-waqgħa tiegħu mis-siġra kienet tħallih mejjet jew korrut sew.
Għax bħalma jgħidu: it-tiġrija sal-barkun. Mhux li tibda sew jgħodd imma li tispiċċa sew.
Għax għall-bidu ħafna jkunu mimlija entużjażmu iżda l-bravura li tkompli u ttemmdak li tkun bdejt.
Nimxu Id F’Id - Mejju 2024
7
Dik It-Tikka
Dgħajfa Blu
Joe Portelli
That Pale Blue Dot hu r-ritratt li qed jidher hawn fuq. Meħud minn Voyager I Spacecraft fl-1980 minn distanza ta’ 6 biljun kilometru, juri lid-dinja tagħna bħala tikka dgħajfa blu. Qabel ma tfew il-kameras ġiethom l-idea li jieħdu ritratt tas-sistema solari, ritratt tal-familja fejn jidhru l-pjaneti. Carl Sagan kiteb hekk: “Minn daqshekk ’il bogħod, id-dinja ma tantx tidher importanti jew ta’ interess. Imma għalina, dan ir-ritratt hu differenti. Erġa’ kkunsidra u kkontempla dik it-tikka. Dik it-tikka hija hawn. Dik it-tikka hi darna. Dik it-tikka hi aħna.”
Fir-ritratt ta’ taħt tidher id-dinja taħt iċ-ċrieki ta’ Saturnu, f’ritratt meħud minn Cassini Spacecraft. Ir-ritratt tawh l-isem: Il-Ġurnata Li Fiha Tbissmet Id-Dinja. Voyager I u Voyager 2 ġew mitfugħin fl-ispjazju fl-1977. Għaddew minn fejn Uranus, Neptune, Jupiter, Saturn u l-ikbar qamar ta’ Jupiter, Titan. Illum ħarġu ’l barra missistema solari u mexjin b’veloċità ta’ 15-il km fis-sekonda u bħalissa mbegħdin 163 AU (imbegħdin mix-xemx 163 darba d-distanza tad-dinja mix-xemx). 8 Nimxu Id F’Id - Mejju 2024
. . .jikteb
Nikteb x’imkien jew xi mkien?
GħandektiktebXIMKIEN.Għaliex?
Hawnhekk, il-partiċella xi (some) qed taqdi l-funzjoni ta’ aġġettiv indefinit u għalhekk m’għandhiex titqassar għal x’ .
Apparti dan, hawnhekk m’għandniex bżonn inżidu l-vokali talleħen (jiġifieri, l-i ta’imkien). Il-vokali tal-leħen nużawha biss meta jkollnabżonnha,uhawnhekknistgħungħaddumingħajrha.
Għalhekk, żomm f’moħħok li m’għandek la tqassar l-partiċella xi u lanqas iżżid vokali tal-leħen fejn m’hemmx bżonn. U ftakar, ikteb XI MKIEN mhux X’IMKIEN.
Nimxu Id F’Id - Mejju 2024 9 Tagħrifmogħtililnaminn Pristineworks Ltd. Għalaktartagħrifżuru: http://www.pristineworks.com
Maltija ...niktbubil-Maltitajjeb
Ortografija
tal-Qasam Mid-Djarju
April ġab miegħu l-vaganzi tal-Għid. Fl-ewwel jiem tajna figolla lil kull tifel u adolexxent li jattendi l-Qasam, f’forma ta’ ħaruf kif dejjemxtaq
il-Fundatur. Il-Ġimgħa 5 u l-Ħadd 7 t’April kellna l-play ‘Min għandu ż-żmien ma jistenniex żmien’, taħt id-direzzjoni ta’ ħabibna Joseph Farrugia. Grazzi lil dawk l-atturi li ħadu sehem kif ukoll lil dawk li ħadmu minn wara l-kwinti biex din il-produzzjoni li ssir dejjem fi żmien l-Għid setgħet tittella’.
Matul April tajna wkoll bidu
għal-league tal-football mal-klassijiet tas-sekondarja. Ta’ kuljum tliet timijiet jissieltu bejniethom biex jiksbu l-aktar punti possibbli ħalli ma’ tmiem Mejju jiġi ddikjarat ir-rebbieħ. Prosit lil dawk kollha li qegħdin jipparteċipaw f’din ilkompetizzjoni.
It-Tlieta 30 tax-xahar kellna żjara minn żewġ membri tal-Museum millQasam ta’ Ruiru fil-Kenya, Peter uJack.
10
Nimxu Id F’Id - Mejju 2024
Dawn qattgħu l-ħin ta’ filgħaxija magħna fejn taw preżentazzjoni kemm lit-tfal tal-Primarja kif ukoll dawk tas-Sekondarja fil-Kappella. Imbagħad ngħaqdu magħna l-membri għall-Assenjatur u wara ħadna xi ħaġa tajba flimkien.
Il-Qasam tagħna għandu rabta speċjali mas-Soċjetà fil-Kenya. Din tmur lura lejn is-sena 1988 meta l-Parroċċa tagħna kienet qed tiċċelebra t-300 sena mit-twaqqif tagħha. Dakinhar kien mistieden fostna l-Kardinal Maurice Michael Otunga. Huwa kien ġie mistieden il-Museum u
tant baqa’ impressjonat bis-Soċjetà Museumina li ftit ġimgħat wara bdew taħditiet biex jintbagħtu l-ewwel soċi fil-Kenya. Fil-fatt il-Museum filKenya fetaħ il-bibien tiegħu s-sena ta’ wara, f’Ottubru tal-1989. Peter u Jack iffirmaw wkoll il-visitors book u ngħataw folders għalihom u għal sħabhom li kienu qed iżuru oqsma oħra f’Għawdex bir-ritratti ta’ din il-vista memorabbli tal-1988. Mark
Nimxu Id F’Id - Mejju 2024 11 Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur ufuq issuu.com/Nimxu Id f’Id
Fuljett maħruġ mill
Museum tas
Subien tan
Nadur
-
-
-