Nimxu Id F'Id - Marzu 2024

Page 1

Ritratt tal-faċċata: PITIRROSS - Erithacus rubecula. L-isem ta' dan lgħasfur ġej mill-kliem Taljan petto rosso, li jfisser sider aħmar. Dan lgħasfur ipassi fi gżiritna f'Ottubru u jqatta' x-xhur tax-xitwa magħna. Għasfur territorjali u jiġġieled ma' kull min jidħollu fit-territorju tiegħu. Dan l‑għasfur jiekol brimb, insetti, dud, frott u żrieragħ. Il-pitirross huwa protett bil-liġi, u ġeneralment imut meta jinżamm f'ġaġġa. Illum il-prattika tal-qbid tal-pitirrossi, fortunatament, naqset sew.

Ritratt meħud fil-31 ta’ Diċembru 2021 - Martin Attard

it-Tiġrija Nadur Tel: 21552161 & FURNITURE
Triq

Saroo kien tfajjel Indjan li mar ma’ ħuh il-kbir f’Kalkutta biex jipprovaw isibu xi qraba ħalli jagħtuhom xogħol. Ma kienx faċli li jsibuhom. Ħuh il-kbir kien iħallih ħdejn l-istazzjon tat-trejn u jerġa’ jmur ħdejh meta jidlam. Jieklu xi ħaġa flimkien u l-għada tirrepeti ruħha l-istess storja. Iżda l-qraba baqgħu ma dehru mkien. Din il-ħajja damet biss ftit jiem. Imbagħad ħuh il-kbir għeb għal kollox u Saroo sab ruħu waħdu jittallab l-ikel u jiġri mal-belt ta’ Kalkutta. Sakemm xi ħadd ħenn għalih, ħadu f’orfanatrofju u minn hemm Saroo

ġie adottat mill-familja Brierley, li kienet tgħix fit-Tasmania, l-Awstralja. Dan ġara fl-1990.

F’din il-familja ma kien jonqsu xejn. Iżda dejjem xtaq li jkun jaf min kienu l-veri ġenituri tiegħu. Ma kien jiftakar xejn dwar isem il-villaġġ li fih twieled. Lanqas il-lokazzjoni tiegħu fuq il-mappa tal Kien jiftakar biss li fil-villaġġ kien hemm moxa żgħira u bir fiha.

Issa Saroo kellu kważi tletin sena. Kellu xogħol u kien ferħan iżda x-xewqa li jsib lil familtu kienet kibret miegħu. Beda jidħol kuljum fuq Google Earth u jfittex kull villaġġ Indjan li kien jara. U darba wara mijiet ta’ serati miluf fit-tfittxija għal dak li kien it-teżor ta’ ħajtu, sab villaġġ bl-isem ta’ Khandwa u hemm lemaħ moxa li kienet tixbah dik li kellu fis-subkonxju tiegħu.

U għamel f’moħħu li jmur ifittex dan il-post. U sabu u għaraf li dak kien raħal twelidu. U hemm wkoll lil familtu. Sar jaf ukoll li ħuh ma kienx abbandunah iżda kien intlaqat mit-trejn u miet fil-post. Issa l-omm almenu setgħet tifraħ bir-ritorn ta’ wieħed minn wliedha.

Il-qawl jgħid li min irid jista’. U xi ħadd ikomplih: U min ma jridx isib elf skuża.

1
numru 529 GħandekMinuta?
Id F’Id - Marzu 2024
ħarġa -
Nimxu

Wirt il-Fundatur

Dun

Ġorġ

ħallielna teżor

. . .f’kitbietu X’jaf min ma ġarrabx?

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimt li l-għerq ta’ kull deni hija r-rebgħa.

 Tgħallimt li qatt xejn ma ġara addoċċ.

 Tgħallimt li l-għani u l-fqir huma bżonn xulxin.

 Tgħallimt li l-kelma dejjem tagħmel ġid jew deni ’l min jismagħha.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

2 Nimxu Id F’Id - Marzu 2024

Dizzjunarju bibliku

Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi

Barnaba

Kien ġej mir razza Lhudija imma kien atti jgħidilna li kien

Ġerusalemm u nafu li biegħ xi proprjetà biex foqra. Ħadem ħafna Knisja. Kien

hu li mar għal Pawlu li kien qiegħed Tarsu wara li kien ikkonverta. Mar għalih, ħadu miegħu Ġerusalemm u flimkien telqu

Luqa jsemmi lil Barnaba qabel Sawlu Knisja. Ma’ messaġġ ta’ Ġesù f din il gżira. Hemm il kap tal gżira ried jisma’ iktar dwar il-messaġġ tagħhom u hu wkoll aċċetta t-tagħlim ta’ Ġesù. Imbagħad Barnaba nfired minn ma’ Pawlu għad li xorta baqa’ jgħallem. Miegħu kien ikollu lil kuġinuh Marku, awtur tal-Evangelju.

(aqra Atti Kap 11 sa Kap 15)

Nimxu Id F’Id - Marzu 2024 3

DrCoronatoGrech Mill-pinnata’

Sema blu

Osservazzjoni komuni ħafna, anzi tant komuni li rari naħsbu fiha, hija li l-kulur tas-sema, (tal-inqas meta bnazzi), huwa fil-fatt blu. Għaliex blu u mhux kulur ieħor?

Ix-xemx, li hija ballun termonukleari, madwar 150 miljun kilometru bogħod minna, titfa’ ħafna radjazzjonijiet, inkluż X-ray, radiowaves, infrared u gamma rays, fost l-oħrajn. Ma’ dawn hemm anke r-radjazzjoni li għajnejna jaraw bħala dawl abjad, jew aħjar dawl inviżibbli għax sakemm jaħbat ma’ xi ħaġa, anke ma’ naqra għabra, u jiġi rifless f’għajnejna, ma jidhirx. Dan id-dawl huwa fil-fatt taħlita ta’ kuluri li huma: vjola, blu, aħdar, isfar, oranġjo u aħmar. Din l-iskoperta sabha l-Ingliż Isaac Newton fil-1666, meta minħabba l-epidemija tal-pesta, telaq mill-Univeristà ta’ Cambridge u mar jistudja fil-kwiet ta’ daru fil-kampanja. Din il-firxa ta’ kuluri, li hu ħariġha middawl tax-xemx permezz ta’ priżma u fin-natura narawhom bħala qawsalla, sejħilha ‘spektrum’ (mil-Latin għal ‘immaġini’ jew ‘spirtu’). (. . .ikompli fil-ħarġa t’April)

4

Nimxu Id F’Id - Marzu 2024

. . .jikteb Ritchie Grech

L-Għarnuq jew il-Grawwa

L-għarnuq hu tajra kbira u sabiħa u l-isem għarnuq hu l-isem sabiħ bil-Malti l-antik. Illum din it-tajra hi magħrufa bħala grawwa, common crane (Grus grus).

Fil-ktieb ta’ Ġob insibu kif Ġob għadda minn żmien diffiċli f’ħajtu u sħabu jakkużawh li ġralu hekk għax dineb. Ġob jiddefendi l-innoċenza tiegħu quddiemhom. Imma mbagħad jdur lejn Alla u jippretendi li Alla juri l-innoċenza tiegħu. Għal dan Alla jwieġbu b’sett ta’ mistoqsijiet biex juri lil Ġob li ħadd ma jista’ jifhem id-dehen ta’ Alla.

Fosthom insibu: “Ġewnaħ in-nagħma jħabbat bil-qawwa, iżda n-nagħma bħall-għarnuq ma ttirx” (Ġob 39,13). Interessanti imma li l-għarnuq hu tajra li ttir. Fil-fatt Prof Saydon fit-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja għall-Malti ma jsemmix l-għarnuq iżda: “Il-ġewnaħ tan-nagħma jferfer bil-ferħ; għandha rix sabiħ u ġwienaħ. . .” (Ġob 39,13).

L-għarnuq jerġa’ jissemma fil-ktieb ta’ Ġeremija: “Imqar il-laqlaq tal-ajru jagħraf żmienu; il-gamiema, il-ħuttafa, u l-għarnuq iħarsu ż-żmien tal-passa tagħhom. Imma l-poplu tiegħi ma jagħrafx id-dritt tal-Mulej” (Ġer 8,7). Hawn il-profeta qed iċanfar lill-poplu t’Alla li anke n-natura tagħraf lil Alla imma huma le.

Nimxu Id F’Id - Marzu 2024 5

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Meta nisimgħu l-kelma deżert jiġina f’moħħna spazju enormi miksi kollu ramel. Iżda fir-rebbiegħa tas-sena 2017 id-deżert ta’ Kalifornja għadda minn bidla speċjali għax wara xitwa li fiha niżlet ħafna iktar xita mis-soltu, nibtu bosta fjuri li ż-żerriegħa tagħhom kienu ilhom snin reqdin fir-ramel. Reqdin iżda mhux mejta. U tant ħolqu dehra sabiħa li hu kkalkulat li iktar minn 150,000 ruħ marru fil-belt żgħira ta’ Borrego Springs biex jaraw u jgawdu din il-meravilja ta’ kuluri.

6 Nimxu Id F’Id - Marzu 2024

Mhux faċli tiġri maratona għax trid tkopri madwar 26 mil. B’pass mgħaġġel ħafna. Jekk ma tkunx imdorri tispiċċa b’saqajk ma jifilhux it-toqol ta’ ġismek. Iżda

Gary Mckee, minn Cleator Moor f’Cumbria, Ingilterra, fix tiegħu li jiġbor flus għall

Fondazzjoni li qed tipprovdi finanzi għal riċerka dwar il-cancer, irnexxielu jagħmel 100 maratona f’100 jum fil

Jannar-April 2017. Ġirja ta mil kuljum għal iktar minn tliet xhur. Ikkalkulaw li Gary ġabar iktar minn 50,000 sterlina għal dan il-għan nobbli li għalihom għadda minn tant sagrifiċċji u tbatija.

Nimxu Id F’Id - Marzu 2024 7

Il-Ħanżir Selvaġġ

Hemm diversi razez ta’ ħanżir selvaġġ u dawn issibhom fl-Afrika, fl-Ewropa u anke fl-Asja. Marda msejħa l-African Swine Fever li bdiet fl-Afrika, qed toqtol ħafna ħnieżer selvaġġi fl-Asja. Din il-marda ġiet identifikata l-ewwel darba fil-Kenja fl-1910. Xterdet ’il barra mill-Afrika meta prodotti tal-majjal bdew jiġu esportati barra mill-Afrika. Waslet l-Ewropa, imbagħad l-Amerika u issa dal-aħħar daħlet fl-Asja. Xi snin ilu dehret fil-gżira tal-Borneo. Din hi t-tielet l-ikbar gżira tad-dinja wara Greenland u New Guinea. Parti kbira mill-gżira hi tal-Indoneżja, ftit minnha tagħmel parti mill-Malasja u fuqha hemm ukoll l-istat tal-Brunej. Hi gżira b’ħafna muntanji u tinstab fl-Ekwatur u għalhekk fiha ħafna foresti tropikali.

Ir-

selvaġġi huma ħolqa importanti fl

Il-ħmieġ tagħhom idemmlu l art u bil

ixerrdu ż

jieklu. Jipprovdu l tigra. U anke n jikluhom. Issa b

kkawżata minn virus, in numru tagħhom naqas ħafna. Il-marda tixtered għax in xi kultant jarmu xi ħnieżer li jkunu mietu b’dil-marda fixxmara. Il-ħnieżer slavaġ jieklu l-ġisem mejjet.

Nagħrfu kemm hu importanti li aħna l-bnedmin noqogħdu attenti li ma jixteridx mard minn kontinent għall-ieħor biex hekk innaqqsu l-impatt ħażin fuq l-ambjent.

8 Nimxu Id F’Id - Marzu 2024 . . .jikteb
Joe Portelli

Ortografija Maltija

...niktbubil-Maltitajjeb

L-ismijiet tal-bliet u l-irħula

Uħud mill-ismijiet tal-bliet u l-irħula Maltin għandhom Ħal, Ta’ jew l-artiklu quddiemhom. Dawn huma parti integrali mill-isem u huwa importanti li jinkitbu bihom biex l-isem ikun sħiħ.

Kif għandek tikteb Ħal: Meta l-isem jieħu Ħal (li hija t-taqsira ta’ “raħal”), għandek tiktbu

dejjem bla sing, pereżempju Ħal Balzan, Ħal Tarxien, Ħal Kirkop, Ħal Għaxaq u Ħal Qormi. Iżda meta lkonsonanti l ta’ Ħal issir bħall-ittra ta’ warajha, għandek tiktbu bis-sing, pereżempju Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġu Ħaż-Żabbar.

Nota: Niktbu Ħal Lija u Ħal Luqa, mhux Ħal-Lija u Ħal-Luqa.

Nimxu Id F’Id - Marzu 2024 9
mogħti
minn Pristineworks Ltd.
aktar tagħrif żuru:
Tagħrif
lilna
Għal
http://www.pristineworks.com

tal-Qasam Mid-Djarju

Passiġġati

Minħabba l-attivitajiet li jsiru fir-raħal kellna nħallu barra xi passiġġati ta’ nhar ta’ Ħadd.

Il-Ħadd 18 ta’ Frar morna mixja fl-inħawi ta’ San Dimitri. Kien temp sabiħ għad li ftit kiesaħ ta’ Frar. Għalina dan il-post jiġi fuq ix-xaqliba l-oħra ta’ Għawdex u wara kellna l-ħin ngħaddu sar-Rabat nieklu xi ħaġa flimkien.

Il-passiġġata tal-Ħadd ta’ wara kellha titħassar minħabba l-maltemp.

Iċ-Ċena tas-Sinjur

Il-qafas tal-kamra ta’ fuq fejn Sidna Ġesù Kristu lesta. Fadal id-dawl u nagħmlu f’posthom ilpersunaġġi bibliċi talAħħar Ċena. L-iskop tagħna hu dejjem li nwasslu l-ambjent fejn twaqqaf isSagrament tal-Ewkaristija.

Jalla kull min jiġi jżurha jitħeġġeġ biex, sakemm jista’, jitqarben kuljum u b’hekk inkunu nwettqu x-xewqa ta’ Sidna Ġesù Kristu li jiġi fina ta’ spiss. Tinfetaħ Ħadd il-Palm u kulħadd huwa mistiedenjiġi jżurha.

10 Nimxu Id F’Id - Marzu 2024

Il-play tal-Għid: Min għandu ż-żmien ma jistenniex żmien

Għaddejjin il-preparament għall-play li ntellgħu fil-weekend ta’ wara l-Għid. Din is-sena jisimha ‘Min għandu ż-żmien ma jistenniex żmien.’ Iż-żgħażagħ u l-Aspiranti tal-qasam għaddejjin bil-provi tista’ tgħid kull tmiem il-ġimgħa.

Ħajr lil dawk kollha li ser jieħdu sehem, seħibna Ġanni Mercieca tar-recording, Anton Mercieca tal-kitba u l-ħabib tagħna Josef Farrugia tad-direzzjoni.

Mark

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id

Nimxu Id F’Id - Marzu 2024 11

Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.