Ritratt tal-faċċata: IL-FAR TAL-KAMPANJA (Brown Rat) - Rattus
Norvegicus. Huwa l-aktar far komuni u ssibu fil-Kontinenti kollha minbarra fl-Antartika. Jista’ jikber sa 28 ċentimetru fit-tul, rasu u ġismu biss, u bid-denb imbagħad jista’ jiżdied b’24 ċentimetru ieħor. Jista’ jkun jiżen sa 500g. Huwa maħsub li oriġina mit-tramuntana taċ-Ċina u l-inħawi tal-madwar. Kapaċi jħaffer ħafna u omnivoru ta’ veru għax jiekol kollox, iżda għandu preferenza għaċ-ċereali. L-omm jista’ jkollha sa 5 tqaliet fis-sena b’kull darba tferra’ bejn 7 u 14-il ferħ. Kapaċi jgħixu sa 3 snin imma ħafna jiġu maqtula qabel jagħlqu sena.
Ritratt meħud fit-12 ta’ Ġunju 2020 f’Wied Binġemma, in-Nadur - Martin Attard
ħarġa numru 517
Raġel ħa lil ommu f’ħanut taż-żraben imma ftiehem mas-sid li jekk
jirnexxilha ssib żarbun jogħġobha jitolbha 20 ewro biss. Jekk ikun jiswa
iżjed iħallas id-differenza hu. Kien jaf li hekk biss seta’ ma jitlifx sigħat jistenna biex ommu tagħmel l-għażla tagħha. U kien jaf li ma tkunx lesta
tonfoq iktar minn 20 ewro.
U ommu sabet par jogħġobha. U għoġobha
wkoll il-prezz. Telqu lura lejn
id-dar fi ftit ħin. Kien sab soluzzjoni perfetta. Imbagħad
għadda għand is-sid u sar jaf
li ż-żarbun kien jiswa
d-doppju iżda għalih ftit kien jagħmel differenza. L-importanti li kien
ħeles minn dan l-impenn fi ftit ħin.
Iżda s-sid ċempillu xi 3 ijiem wara mbaqbaq: “L-arranġament mar stupend għalik imma lili ħoloqli ħafna inkwiet. L-għażiża ommok qed tibgħatli ħafna klijenti, kollha jridu żarbun bħal tagħha u naturalment
kollha jippretendu li jħallsu biss għoxrin ewro meta bħalma taf int dak suppost li jinbiegħ erbgħin ewro. Ser ikollok tibda tħallas l-għoxrin ewro int jekk ma tridx li nikxef l-istorja kollha. Ma jistax ikun li flok naqla’ nitlef.”
X’ġara wara ma nafx imma niftakar lil xi ħadd jgħid li l-onestà hi
l-aħjar triq.
1
Nimxu Id F’Id
2023 GħandekMinuta?
Marzu
Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech
Xi kwotazzjonijiet inkoraġġanti
Kemm ix-xita, u kemm ix-xemx jagħmlu qawsalla - Paul
Cezanne.
Il-qawsalla tat xi ħaġa lin-nies li tgħaqqadhom - Gilbert Baker
Kuljum oħloq il-qawsalli tiegħek - Cas van Krah
Jekk tbiddel il-kuluri tal-qawsalla, il-qawsalla ma tibqax sabiħa -
Denis Diderot
Climb every mountain / ford every stream / follow every rainbow / till you find your dream
- Stephanie Laurens
Be thou the rainbow in the storms of life. The evening beam that smiles the clouds away, and tints tomorrow with prophetic ray
Lord Byron 4
IL-QAWSALLA
Il-Farfett il-lejl
Illum ilkoll nafu li l-farfett il-lejl hu mammiferu li jtir u huwa l-uniku wieħed li jagħmel hekk. Imma mhux minn dejjem kien magħruf hekk. U milli jidher fi żmien li nkitbet il-Bibbja kien maħsub li hu xi tip ta’ għasfur. Fil-fatt il-farfett il-lejl hu magħdud mal-lista tal-għasafar li kienu ‘mniġġsin’
għal-Lhud u għalhekk ma setgħux jikluhom, kif insibu fil-kotba tad-Dewteronomju u l-Levitiku: “Mit-tjur dawn għandkom tistkerrhu, u ma għandkomx tieklu minnhom, għax moqżieża: l-ajkla, il-bugħadam, il-kuċċarda, l-astur, kull xorta ta’ bies, kull xorta ta’ ċawlun, in-nagħma, il-kokka, il-gawwija u s-seqer ta’ kull ġens, il-barbaġann, il-margun, iż-żinna, il-kwakk, il-pellikan, it-tiġieġa tal-baħar, il-laqlaq, kull xorta ta’ russett, id-daqquqa tal-pinnaċċ u l-farfett il-lejl” (Lev 11, 14-19).
Il-farfett il-lejl joħroġ itir għall-frisk ta’ bil-lejl biex jaqbad l-insetti. Jibża’ mix-xemx u sħana u għalhekk matul il-jum jorqod ġo xi għar għall-frisk rasu ’l isfel. Interessaanti wkoll li l-farfett il-lejl ma jarax u jtir bla ma jaħbat permezz tal-echo location. Minħabba d-dehra tiegħu minn dejjem kien mistkerrah min-nies. Hekk jidher li kellu f’moħħu Isaija: “Dakinhar il-bniedem jarmi xbihat allatu, tal-fidda u d-deheb li għamel biex iqimhom; jixħethom għall-ġrieden u għall-friefet il-lejl; Dakinhar il-bniedem jarmi xbihat allatu, tal-fidda u d-deheb li għamel biex iqimhom; jixħethom għall-ġrieden u għall-friefet il-lejl;” (Is 2, 20). Imma fil-fatt jagħmel ħafna ġid għax jiekol l-insetti. Xi speċi kapaċi jġorru xi mard ukoll.
Nimxu Id F’Id - Marzu 2023 5
. . .jikteb Ritchie Grech
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
F’Lulju 2015 sewwieq ta’ karozza tal-mejtin ħa l-qatgħa ta’ ħajtu meta wara li niżel mill-vettura biex jiffirma xi karti u jwassal tebut b’katavru fi sptar f’Atlanta Georgia sab li kienu serqulu l-karozza. Min seraqha aktarx li ma ridhiex għat-tul għax din instabet ftit mili bogħod minn fejn insterqet. Jew forsi ma ppretendiex li fiha ser ikun hemm tebut bil-mejjet b’kollox.
Sid il-karozza qal:
“Naħseb li l-ewwel darba li katavru waqqaf ħalliel.”
6 Nimxu Id F’Id - Marzu 2023
John Pederson, Clayton Nattier u Keith Herefort, kollha Amerikani, kellhom ħaġa oħra komuni. It-tlieta kienu suldati Amerikani fit-tieni gwerra dinjija u t-tlieta tħallew barra meta ġew għal għoti tal-medalji. Kitbu lill-awtoritajiet kemm-il darba iżda l-ittri tagħhom baqgħu bla tweġiba. Sakemm f’Lulju 2015 xi ħadd sab dawn l-ittri u ħass li għandu jagħmel xi ħaġa. U s-suldati ngħataw il-medalji li kien jistħoqqilhom. . . 70 sena wara! U fl-età veneranda ta’ disgħin jew iktar.
Sabiħa l-gratitudni. . . li tkun kapaċi trodd ħajr għal xi ġid li tkun irċivejt. U dan il-ħajr għandek twasslu malajr u mhux tistenna 70 sena!
Nimxu Id F’Id - Marzu 2023 7
The Recovery Trial
Martin Landray u Jeremy Farrar kienu fuq ix-xarabank numru 18
jivvjaġġaw minn Marylebone Station għal Euston Road f’Londra u kienu qed jiddiskutu studju dwar x’mediċina hi effettiva kontra l-Covid-19. Kien id-9 ta’ Marzu 2020 ftit jiem qabel l-Ingilterra għalqet ħafna affarijiet minħabba l-pandemija. Kienu raw it-traġedja li laqtet lill-Italja ta’ Fuq: trakkijiet bil-friżi għax il-kmamar mortwarji kienu mtlew. U riedu joħolqu studju qabel il-pandemija tolqot l-Ingilterra. Għalhekk ma’ Peter Horby
ħolqu dan l-istudju: RECOVERY li tfisser Randomised Evaluation of COVID-19 Therapy.
Intgħażlu mediċini li
kienu jgħidu li tajbin għal kontra l-COVID bħal hydroxychoroquine u ddexamethosone. Il-pazjenti li
ntgħażlu għall-istudju kienu milqutin b’mod gravi b’din il-pulmonita kkawżata millvirus. Kellhom bżonn ikunu l-isptar bl-ossiġenu jew fuq il-ventilator. Il-pazjent jagħti l-kunsens tiegħu.
Imbagħad wara li jkun ingħata l-aħjar kura possibbli mill-isptar, il-kompjuter jagħżel li jagħtih jew ma jagħtihx din il-mediċina żejda. Hekk
l-għażla tkun mingħajr preferenzi. Bl-Ingliż ngħidu li kienet randomised. Ħadu sehem iktar minn 40 elf pazjent.
F’inqas minn 100 ġurnata wara bdew ħerġin ir-riżultati:
il-hydroxychoroquine ma tagħmel l-ebda differenza u d-dexamethosone
tnaqqas l-imwiet b’terz ta’ dawk li jkunu fuq ventilator.
Nitgħallmu li hekk għandu jsir servej xjentifiku. Tistaqsi lil kulħadd, mhux lil min jaqbillek. Hekk ukoll fil-ħajja ta’ kuljum jekk trid tiskopri l-fatti.
8 Nimxu Id F’Id - Marzu 2023 . . .jikteb
Joe Portelli
Żagħżagħ jew żgħażagħ: Liema hija t-tajba?
Niktbu ‘żagħżugħ’ skont il-mudell ta’ ‘karkur’ u l‘għ’
għandha tmur minflok r‘r’. Jekk insegwu l-mudell ta’ ‘krakar’
naraw kif għandna niktbu ‘żgħażagħ’ u mhux ‘żagħżagħ’. Tista’
wkoll issegwi l-mudell ta’ ‘żraben’ u fejn ikun hemm r‘r’ għandha
tiġi l‘għ’.
Ħares lejn l-eżempji t’hawn isfel biex tiftakar kif għandek tikteb
‘żgħażagħ’:
karkur - żagħżugħ
karkura - żagħżugħa
krakar - żgħażagħ
żarbun - żagħżugħ
żarbuna - żagħżugħa
żraben - żgħażagħ
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.
Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com
Nimxu Id F’Id - Marzu 2023 9
. . .niktbu
bil-Malti tajjeb Ortografija Maltija
tal-Qasam Mid-Djarju
Matul dan ix-xahar żarna
Fr. Raymond Portelli, missjunarju
fil-Perù u old-boy tal-qasam
tagħna. Għamlilna l-laqgħa
tal-Ġuvintur u l-old boys kif ukoll
qaddes il-quddiesa tat-tieni Ħamis
li inzertat lejlet il-Festa
tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.
Inzertat ġurnata ta’ maltemp kbir
b’temp li baqa’ jippersisti matul
Frar tant li anke xi passiġġata kellna nħassru. Imma organizzajna passiġġata
għas-Salini wara li minħabba l-weekend
tal-Karnival, il-passiġġata ma saritx.
Tkompla x-xogħol fuq il-Mejda
tal-Appostli magħrufa aħjar bħala Iċ-Ċena
tas-Sinjur Ġesù. Din issa tinfetaħ nhar
Ħadd il-Palm 2 ta’ April bi tberik
mill-Arċipriet u tibqa’ miftuħa sal-Ġimgħa
l-Kbira. Prosit lil dawk kollha li qegħdin jagħtu daqqa t’id biex din l-esebizzjoni titlesta.
10 Nimxu Id F’Id - Marzu 2023
Bdejna naħsbu wkoll għall-Play tal-Għid li din is-sena ġġib l-isem ta’ Ir-Rigal tan-Nannu. Se jieħdu sehem fiha diversi adolexxenti mill-Qasam tagħna taħt id-direzzjoni ta’ ħabibna Joseph Farrugia. Din ser issir darbtejn, il-Ġimgħa 14 u l-Ħadd 16 ta’ April. Prosit lil dawk kollha li qegħdin jattendu għall-provi! Mark
Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna
tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id
Nimxu Id F’Id - Marzu 2023
11
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur