Nimxu Id F'Id - Frar 2024

Page 1

Triq

Tel:

Ritratt tal-faċċata: LELLUX - Glebionis Coronaria - Bl-Ingliż isibuha bħala Crown Daisy. F'Malta magħrufa wkoll bħala Żigland jew Margerita. Hija waħda mill-aktar fjuri komuni li jżejnu l-kampanja tagħna. Tinsab ukoll fil-pajjiżi Mediterranji kollha u saħansitra anke fl-Asja, minn fejn aktarx li oriġinat. Fin-nofs tal-warda hemm ġabra ta' fjuretti żgħar. Il-lellux jiddakkar minn diversi insetti żgħar, fosthom ħanfus, żunżan u dubbien. Iż-żerriegħa tinġarr bir-riħ jew anke min-nemel.

Ritratt meħud fl-14 ta’ Jannar 2024 f’Wied Binġemma, in-Nadur - MartinAttard

Tiġrija Nadur
it-
21552161 & FURNITURE

Nimxu Id F’Id - Frar 2024

ħarġa - numru 528

John Duckworth, tfajjel minn Colorado, ma tantx kien f’pożizzjoni sabiħa finanzjarment. Tant li l-vaganzi tal-Milied tas-sena 2015 qattagħhom jaħdem f’restorant f’beltu. Ħaseb li bil-flus li jdaħħal seta’ forsi jixtri xi rigal lil dawk qrib tiegħu speċjalment f’familtu. Għalhekk kienet tentazzjoni kbira għalih meta fuq siġġu ta’ waħda mill-imwejjed lemaħ kartiera mimlija flus. Seta’ ħbieha u mbaghad kien jeħodha miegħu meta jkun sejjer lejn id dar. Iktar u iktar meta sidha lanqas intebaħ li kien tilifha ħlief wara ħafna sigħat. Fiha kellu 3,000 dollar.

Iżda Johnny ġabar il-kartiera u bilġri mar u newwilha lis-sid restorant li malajr informa lillpulizija bis-sejba. Meta sidha ntebaħ nuqqas tagħha mar lura bi ftit tama li ser isibha. U ghalhekk skanta meta qalulu li l-kartiera tiegħu sabha ġuvnott li kien qed jaħdem part time biex ilaħħaq mal-ispejjeż li kellu.

Sid il-kartiera tah tip ta’ 300 dollar iżda meta l-istorja dehret fuq il-facebook tar-restorant Johnny dabbar ferm iżjed għax kienu ħafna dawk li offrewlu somom żgħar biex juruh kemm apprezzaw l-onestà tiegħu. Spiċċa li kellu iżjed milli kieku żamm il-kartiera u għabba l-kuxjenza!

Qal Johnny: “Lanqas biss għadda minn moħħi li nżommha. Ommi dejjem għallmitni li l-iktar imħadda ratba hi kuxjenza kwieta. U ma tantx kien ikolli kuxjenza kwieta kieku kelli nżomm dak li mhux tiegħi.”

Kliem il-ġenituri fih dejjem ħafna sens għax mimli mħabba u esperjenza u għalhekk jaqblilna li aħna wkoll nagħtu każ tieghu. Anke jekk forsi l-ġenituri ma tgħallmux skola daqsna. 1

GħandekMinuta?

Wirt il-Fundatur

Dun Ġorġ ħallielna teżor

. . .f’kitbietu

X’jaf min ma ġarrabx?

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

 Tgħallimt li s-saħħa tal-gisem hija fil-kwiet,fid-dietaufil-ferħ.

 Tgħallimt li ħwejjeg kbar bdew biż-żgħar.

 Tgħallimt li l-mistoqsija hija oħt il-għerf.

 Tgħallimt li min ikun sab ħabib tajjebikunsabteżor.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

2 Nimxu

Id F’Id
Frar
-
2024

Dizzjunarju bibliku

Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi

Abraham

Missier il-poplu Lhudi. Alla sejjaħlu mill-post fejn kien jgħix - Ur - u talbu jmur f’art li hu kien ser jurih u wiegħdu li ser ikun missier ta’ poplu kbir. Abram u martu Saraj emmnu u obdew il-Mulej u marru fl-art ta’ Kangħan. Il-Mulej biddillu ismu u sar jissejjaħ Abraham u martu bdiet tissejjaħ Sara. Fi xjuħithom il-Mulej żamm il-kelma li kien tahom u ferraħhom b’iben li huma semmewh Iżakk, iben il-wegħda. U minn dan iben kiber il-poplu Lhudi. (aqra ĠenesiKap12saKap25)

Aaron

Ħu Mosè u kien kapaċi jitkellem ferm iktar minnu. Għalhekk Mosè kien jieħdu dejjem miegħu u jħallih jitkellem għalih. Kien l-ewwel Qassis il-Kbir u mir-razza tiegħu ħareġ is-Saċerdozju Lhudi. Meta Mosè tela’ fuq il-muntanja biex il-Mulej jagħtih il-kmandamenti Aaron ma kienx sod biżżejjed mal-poplu u ħalliehom jagħmlu l-għoġol tad-deheb biex jagħtuh qima. Iżda nidem u l-Mulej ħafirlu. U baqa’ sal-aħħar riffied ta’ Mosè fil-biċċa xoghol kbira li kellu dan tal-aħħar li jwassal il-poplu mill-Eġittu għall-art imwiegħda (aqra. . . EżoduKap1saKap7)

Nimxu Id F’Id - Frar 2024 3

Mill-pinnata’

DrCoronatoGrech

Xiqaddisinfil-qwiel

(. . .ikompli mill-ħarġa ta’ Jannar)

Nhar l-Imnarja (29 ta’ Ġunju) il-bajd itir fl-arja. Għall-Imnarja l-bajd kien jiskarsa.

It-tin bejn Sant’Anna (26 ta Lulju) u San Ġakbu (25 ta’ Lulju) jbexxaq fommu. Fl-aħħar ġimgħa ta Lulju jilħaq it-tin.

Nhar il-Vitorja (8 ta’ Settembru)in-nieskollhalbiesuborja (ftaħir).

F’San Mattew (21 ta’ Settembru) qtigħ ir-rummien u żrigħ it-tewm.

F’Santa Tereża (16 ta’ Ottubru) il-bidwi jsuq il-ħmar bin-niggieża. Wara l-ewwel xita jkun hemm ħafna xogħol x’isir fir-raba’ u l-bidwi dejjem mgħaġġel.

Għal San Xmun (28 ta’ Ottubru) iżra’ fin-niexef u fil-miblul.

4 Nimxu Id F’Id - Frar 2024

L-Arpa

Il-bagħdan jew bugħadam, bl-Ingliż harrier, hu tajra tal-priża ta’ qies medju. Hemm diversi speċi ta’ bagħdan ilkoll mill familja Accipitridae.

Hu tajra li fil-Bibbja tissemma biss fil-lista ta’ tajr ‘imniġġes għal-Lhud u għalhekk ma kienx jittiekel: “Mit-tjur dawn għandkom tistkerrhu, u ma għandkomx tieklu minnhom, għax moqżieża: lil-bugħadam, il-kuċċarda” (Levitiku 11,13). Lista li hija ripetuta wkoll fil-ktieb tad-Dewteronomju 14,12.

Din kienet kodiċi ta’ regoli rigward liema tajr u annimali kellhom iqisuhom ‘indaf’ jew ‘imniġġsin’.

Il-bagħdan ipassi komuni f’pajjiżna kemm fir-rebbiegħa u anke fil-ħarifa. Hi tajra li qed tiżdied u l-priża tagħha hi ġrieden, rettili, għasafar u annimali oħra żgħar. Karatteristika tipika tal-bagħdan hi t-titjira tiegħu fil-baxx ifittex il-priża. Jintgħaraf mill-għamla tiegħu fejn denbu hu twil u rqiq u ġwenħajn twal.

Ir-raġel ikollu żewġ nisa jew tlieta lkoll bil-bejta tagħhom. Il-biċċa l-kbira jdumu staġun wieħed biss ma’ xulxin, għalkemm xi pari jdumu snin ma’ xulxin ukoll. Ibidu bejn tliet u tmien bajdiet bojod li jfaqqsu wara 31 sa 38 ġurnata.

Nimxu Id F’Id - Frar 2024 5

. . .jikteb Ritchie Grech

Għal Tanya Flowers kollox deher bla tama hekk kif għaddiet

ġimgħa u l-kelb għażiż tagħha bl-isem ta’ Paris intilfilha. Fittxitu fil-madwar fejn soltu toħorġu għall-mixja ta’ kuljum iżda għalxejn. Iżda ma qatgħetx qalbha. Baqgħet tittama. Għamlet anke reklami fil-gazzetti lokali. Iżda għalxejn. Meta għaddew bosta ġimgħat kull

tama kienet għosfrot. Iżda darba wara sitt xhur Tanya rċeviet l-aħbar li l

tagħha kien instab. Fil kien qed jgħix fid

raġel li ra l-kelb jixxennaq għal ftit ikel u meta temgħu dan baqa’ miegħu. Hu ma setax iżommu u għalhekk għaddieh lil ommu li kienet toqgħod ftit mili bogħod mhux ħażin. Darba din il-mara ħadet il-kelb għand il-vet u meta qaltlu l-istorja tiegħu ntebaħ li kellu ċippa u permezz tagħha sar jaf il-kelb ta’ min kien u kif setgħu jikkuntatjaw lil sidtu. U hekk Tanya u l-kelb Paris reġgħu ngħaqdu. U l-ferħ tal-kelb kien xhieda biżżejjed li ċ-ċippa ma gidbitx!

6 Nimxu Id F’Id - Frar 2024
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

F’Marzu 2017 in-nies ta’ Gloucestershire fl-Ingilterra ħadu gost jaqraw dwar kif żewġ pensjonanti, wieħed ta’ 82 u l-ieħor ta’ 72 sena rnexxielhom jwaqqfu ħalliel li kien seraq il-kartiera ta’ wieħed minnhom.

Il-misruq beda jiġri warajh u ħabibu li b’kumbinazzjoni kien ġej fid-direzzjoni tagħhom ntebaħ li ġara xi ħaġa lil sieħbu u mbarra t-triq lill-ħalliel. Imbagħad nies oħra għenuhom biex iżommu lill-aggressur sakemm waslu l-pulizija u min abbuża sab ruħu fiċ-ċipp. U l-kartiera sabet ruħha f’but sidha. Naturalment il-ħalliel irid iwieġeb għal għemilu. Mhux biss xilja dwar serq imma wkoll attakk fuq anzjan, agir li jġorr piena iebsa.

Flus is-serq dejjem inkwiet ġabu magħhom.

Nimxu Id F’Id - Frar 2024 7

In-Narwhal

Narwhal hija balena żgħira bis-snien. Hija mammiferu: dan ifisser li twelled il-frieħ ħajjin u tagħtihom il-ħalib u l-frieħ jinfatmu wara xi sena. Dawn l-annimali jieħdu n-nifs bil-pulmuni u jgħixu sa iktar minn mitt sena. In-nisa jdumu jgħixu ħafna wara l-menopawsa. Bħal mammiferi oħra għandhom ix-xagħar: qishom mustaċċi ma’ ħalqhom u mat-toqba minn fejn jieħdu n-nifs. It-toqba minn fejn jieħdu nifs hi minħar (singular ta’ mnieħer) u bl-Ingliż tissejjaħ blowhole. L-isem narwhal jista’ jkun ġej minn żewġ kelmiet bl-Iżlandiż li jfissru baħri mgħarraq, għax dik hi d-dehra tal-ġilda tagħhom.

Dawn l-annimali jgħixu fil-Baħar Arktiku fejn hemm il-Kanada, ir-Russja, Greenland u n-Norveġja. Billi dan il-baħar qed jinħall minħabba li d-dinja qiegħda tisħon, il-ħsejjes minħabba l-vapuri u minħabba tfittxija għar-riżorsi żdiedu u dan qed ikollu effett ħażin fuq in-narwhal. Dawn il-baleni qed jiġu mifxulin b’din il-kakafonija ta’ ħsejjes. Għax in-narwhal tuża l-ħsejjes biex titkellem ma’ sħabha, biex tfittex l-ikel u biex issib triqitha fil-baħar. Minħabba dan l-istorbju ġej mill-bnedmin, in-narwhal qiegħda tkun iktar siekta. U dan hu ħażin. In-narwhal isejħulha l-unicorn tal-baħar għax għandha sinna twila metru jew iktar. Din hi waħda minn żewġ sinniet li għandhom. Normalment ir-raġel ikollu s-sinna twila. Fil-fatt l-isem xjentifiku tagħha Monodon Monoceros hekk ifisser. Qiegħda fl-Ordni Cetacea. Iċ-Ċetaċi huwa grupp li fih il-baleni (whales), id-denfili u l-porpoises.

8 Nimxu Id F’Id - Frar 2024 . . .jikteb
Joe Portelli

Ortografija Maltija

...niktbubil-Maltitajjeb

X’ suppost għandek tikteb: għeja jew għejja?

Fil-fatt, it-tnejn jintużaw f’kuntesti differenti għax għandhom tifsira differenti. Meta tkun trid tfisser li inti qed tħossok għajjien/qed tegħja, allura għandek tuża l-verb ‘għejejt’ b’j waħda (bl-Ingliż to get tired; to become fatigued). Fil-grammatika ngħidu li l-verb ‘għeja’ huwa verb ewlieni tal-ewwel forma, dgħajjef u nieqes, bl-għ fil-bidu u bil-j fin-nofs: għ v j v j. Bħala mudelli, nistgħu nimxu fuq il-verbi: nesa, beda, qara u mela.

U l-verb għejjejt (bl-Ingliż to tire or wear out) fejn nużawh? Dan trid tużah jekk trid tfisser li inti ġegħelt lil xi ħaddieħor iħossu għajjien. Pereżempju: in-nannu qalli li għejjejtu.

Mela ftakar:

Għejejt = jiena qed inħossni għajjien

Għejjejt = jiena qed ngħejji lil xi ħaddieħor

Innota: Il-verb ‘għajja’ huwa varjant ta’ ‘għejja’, u allura nistgħu niktbu wkoll ‘għajjejt’.

Nimxu Id F’Id - Frar 2024 9 Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

Wara l-attivitajiet li kellna marbuta mal-Milied, kien imiss li fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar inżarmaw it-tiżjin kollu tal-Milied. Dan sar f’medda ta’ ħamest ijiem u kollox intrefa’ f’postu biex jerġa’ jintuża sena oħra.

Wara waqfa qasira

erġajna bdejna l-passiġġati ta’ nhar ta’ Ħadd. Dawn ħaduna lejn is-Salini tal-Qbajjar, l-inħawi tas-Sanap fil-Munxar

fejn spiċċajna fil-bajja tax-Xlendi u manhunt ġewwa d-Dwejra u l-madwar. Kellna

wkoll il-quddiesa tat-tieni Ħamis tax-xahar fejn qaddes għalina Mons Ġużepp Attard.

Bdejna wkoll ix-xogħol marbut maċ-Ċena tas-Sinjur minħabba li din is-sena l-Festi tal-Għid huma fil-qrib u din il-Wirja titlob ħafna xogħol. Tkun miftuħa fil-Ġimgħa Mqaddsa bħas-snin limgħoddija.

10 Nimxu Id F’Id - Frar 2024
tal-Qasam Mid-Djarju

Ix-xogħol ta’ rinnovar fil-gamesroom għadu għaddej biex, jekk Alla jrid, fil-ġimgħat li ġejjin tkun tista’ tilqa’ fiha għexieren ta’ tfal u adolexxenti biex jilagħbu diversi indoor games qabel il-lezzjonijiet.

Bdew ukoll it-tħejjijiet marbuta mal-Play ta’ Żmien l-Għid li din is-sena ġġib l-isem ta’ ‘Min għandu żmien ma jistenniex żmien’. Din il-play hija f’idejn ħabibna Josef Farrugia bis-sehem taż-żgħażagħ u l-adolexxenti tagħna.

Fi Frar nibdew naħsbu għar-Randan fejn permezz tal-laqgħat fil-klassijiet tagħna nitħejjew biex dan iż-żmien sabiħ ma nħalluhx għaddej imma nħejju ruħna biex niksbu minn dan iż-żmien opportunità li nsiru nixbhu aktar lil Ġesù. Se jkollna fostna wkoll lil Fr Raymond li mhux biss se jkun il-kelliem tal-laqgħa tal-Ewwel Sibt imma se jqaddes ukoll fil-Quddiesa tat-Tieni Ħamis.

Mark

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id

Nimxu Id F’Id - Frar 2024

11
Call +356 2122 4405 Laferla Insurance Agency Ltd E-mail info@laferla.com.mt 204A, Vincenti Buildings Visit www.laferla.com.mt Old Bakery Street, Valletta VLT 1453, Malta Europe.
enrolled
Insurance Distribution Act, Cap 487 to act as an Insurance
Malta Financial Service
the MFSA.
Laferla
Insurance Agency Ltd. is
under the
Agent for MAPRE plc (MMS). MMS is authorised by
the
Authority (MFSA) under the Insurance Business Act, Cap 403 of the Laws of Malta. Both entities are regulated by
LAFERLA
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.