Nimxu Id F'Id - Jannar 2023

Page 1

Ritratt tal-faċċata: KAMALEONTE (Chamaeleonidae) - Rettilu mir-razza tal-gremxul adattat biex jgħix fis-siġar. Famuż għall-fatt li jibdel il-kulur. Fil-ġilda għandu ċelloli ta' kuluri differenti u skont kif jinfetħu u jingħalqu jibdel il-kulur tiegħu. Is-swaba' ta' saqajh, imqassma tlieta kontra tnejn, qishom morsa, flimkien mad-denb b'saħħtu tiegħu, jgħinuh jaqbad tajjeb maz-zkuk. Il-kamaleonte huwa kaċċatur tal-insetti; jiċċaqlaq bil-mod ħafna u jispara lsienu lejn l-insetti li jkunu sa għaxar ċentimetri 'l bogħod minnu. Ma tantx iħobb jinżel fl-art. F'pajjiżna jkollu jinżel minħabba n-nuqqas ta' siġar; u l-mara tinżel biex tbid minn 20 sa 30 bajda f'ħofra fil-ħamrija. Ritratt meħud fit-8 ta’ Diċembru 2022 fi Ġnien il-Kunsill, in-Nadur - Martin Attard

Nimxu Id F’Id Jannar 2023

ħarġa numru515

Il-President tar-Royal Society William Thomson qal li ma hemmx post għar-radio. Għalih din kienet invenzjoni li ma tagħmilx sens. Illum hawn iktar minn biljun sett tar-radio u iktar minn 33,000 stazzjon.

Lord Kelvin kiteb li l-X-rays ma fihomx użu u li ebda ħaġa itqal mill-arja ma tista’ ttir. Mur ġibu jara Jambo Jet llum.

It-telephone kien meqjus bħala ġugarell li ma kellux użu fid-dinja tannegozju.

Meta Elvis Presley mar għal audition min kien jieħu ħsieb qallu biex jitgħallem isuq it-trakkijiet ħalli jaqla’ x’jiekol għax bil-mużika ma kienx ser jirnexxi.

U fl-1962 id-ditta Decca Records warrbet il-Beatles għax qaltilhom li ma kienx hemm suq għall-mużika li kienu qedjipproduċu.

Iżda dawn il-persunaġġi flok qatgħu qalbhom komplew jistinkaw u jemmnu fihom infushom. Sakemm kisbu s-suċċess li kienu joħolmu bih.

Tagħlima għalina. Aħna naslu wkoll basta nkunu lesti nbatu xi ftit biex inwettqu l-ħolma tagħna. Anki jekk ta’ madwarna ftit ikunu jemmnu fil-ħolm tagħna.

1
GħandekMinuta?
X’tgħallimt kemm ilek fid  Tgħallimtinżommis  Tgħallimtnaħsebx’  Tgħallimtnimxibil Tgħallimtlimankunxkurjuż.  Tgħallimtlimanagħmilxdeċiżjonimetajienaagitat.  Tgħallimtlixejnmajonqsuminmajagħmilxdnub. 2 Nimxu Id F’Id - Jannar 2023 Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubblikufl-2005. Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu Wirt il-Fundatur X’jaf min ma ġarrabx? Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

Il-Mistoqsija

Oħt il-Għerf

Min ivvinta l-bozza tal-elettriku?

Joseph Swan u Thomas Edison kienu qed jaħdmu biex jagħtuna dan il-mezz utli ta’ dawl li mingħajru d-dinja tagħna kienet tinkifes fid-dlam għajr għal xi lampa tal-gass u tal-pitrolju. Iddeċidew li jgħaqqdu l-forzi tagħhom u fil-fatt id-dinja tagħti dan l-unur lit-tnejn li huma. Tidħak taqra l-avviż li kien ikun hemm fil-kmamar tal-lukandi li kienu jkunu mdawwla b’dan il-mezz:

Din il-kamra hi mdawla b’bozza mid-ditta Edison Electric Light. Tipprovaxtixgħelil-lampab’sulfarina. Għandek ċavetta fejn il-bieb. Dawwarha.Ibqa’ ċertlidanid-dawl majagħmilxħsaralis-saħħa.”

Nimxu Id F’Id -
2023 3
Jannar

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

IL-QAWSALLA

Xi kwotazzjonijiet inkoraġġanti

Hemm qawsalla fis-sema, il-ħin kollu; tkunx agħmaZiggy Marley

Int qatt m’int ser tara qawsalla jekk dejjem tħares ’l isfel - Charlie Chaplin

Meta hemm l-imħabba fil-qalb, hemm qawsalli fl-għajnejn, li jgħattu sħab isweb bl-isbaħ kuluri - Henry Ward Beecher

Ikbar mhi l-maltempata, isbaħ tkun il-qawsalla - Warren Wendel Wiersbe

Għodd il-qawsalli ta’ ħajtek mhux il-maltempati - Alyssa Knight

Nimxu Id F’Id - Jannar

4
2023

Il-bodbod

Il-bodbod, ir-raġel tal-mogħża, kien annimal tajjeb għal ħafna sagrifiċċji li kellhom il-Lhud. Fil-jum tal-espjazzjoni kien jintgħażel bodbod minn tnejn: “u jqiegħed Aron idejh it-tnejn fuq ras il-bodbod ħaj, u jistqarr fuqu l-ħażen kollu ta’ wlied Iżrael, id-dnubiet kollha tagħhom, u l-ħtijiet kollha tagħhom, u jgħaddihom għal fuq ras il-bodbod, u jitilqu għad-deżert” (Lev 16, 21). Fil-fatt il-kelma bl-Ingliż scapegoat minn hawn ġejja, li wieħed jieħu fuqu xi ħtija ta’ ħaddieħor. U l-bodbod l-ieħor: “Aron imbagħad joffri l-bodbod li fuqu titla’ x-xorti għall-Mulej, u joffrih b’sagrifiċċju ta’ purifikazzjoni” (Lev 16, 9). Ried ikun ukoll bla difett: “malli jintebaħ bid-dnub li jkun għamel, jagħmel offerta ta’ bodbod bla difett” (Lev 4, 23). Għal Għid il-Ħamsin tal-Lhud kellhom l-ordni: “U toffru wkoll mal-ħobż sebat iħrief bla difett, tas-sena, u għoġol, u żewġ bdabad għal sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej” (Lev 23, 19).

Meta Ġosafat laħaq sultan ta’ Ġuda: “l-Għarab ukoll kienu jġibulu mrieħel sħaħ; sebat elef u seba’ mitt muntun, u sebat elef u seba’ mitt bodbod” (2 Kron 17, 11). Anke joffru: “f’jum il-qamar ġdid ikun għoġol bla difett, sitt iħrief u bodbod bla difett” (Eżek 46, 6). Danjel fid-dehra li kellu ra bodbod simboliku u: “. . .dan il-bodbod kellu qarn daqsiex bejn għajnejh” (Dan 8, 5).

5
Nimxu Id F’Id - Jannar 2023 . . .jikteb Ritchie Grech

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Bejn is-snin 1904 u 1906 is-Soċjetà Brittanika tal-Bijoloġija Marittima tefgħet fin-North Sea mijiet ta’ fliexken u fihom kien hemm messaġġ biex min isib il-flixkun jikteb lis-soċjetà u jgħidilha fejn sabu u l-ġurnata li fiha nstab. Dan għamluh biex ikollhom ħjiel ta’ kif jaħdmu l-irjieħ matul is-sena. Uħud minn dawn il-fliexken intilfu, ħafna minnhom instabu u l-messaġġi twasslu. Kien hemm xi ftit nies li milli jidher qajla taw kas u ma taw informazzjoni lil ħadd bis-sejba tagħhom. Iżda tal-għaġeb il-fatt li f’Awwissu 2015, iktar minn 100 sena wara, flixkun minnhom instab fuq ix-xtajta ta’ gżira żgħira Ġermaniża bl-isem ta’ Amrum.

Il-koppja Ġermaniża bagħtet il-messaġġ mitlub. Aktarx li dan kien l-iktar messaġġ li dam ma wasal. . . iżda aħjar tard milli qatt. U s-soċjetà bagħtitilha nota ta’ apprezzament għalkemm illum għandha mezzi ferm iktar sofistikati biex tkun taf kif jaħdmu u jaħkmu l-irjieħ mal-kosta Brittanika.

6
2023
Nimxu Id F’Id - Jannar

F’Awwissu 2015, koppja Amerikana minn Buffalo nefqet 27,000 dollar f’operazzjoni lill-qattus tagħha biex tagħtih massimu ta’ 3 snin oħra ħajja. Kellu bżonn bdil ta’ kilwa u l-qattus l-ieħor tagħhom ipprovdihielu. Min jaf kemm hawn bnedmin li kellhom bżonn urġenti ta’ operazzjoni u baqgħu ma għamluhiex għax ma kellhomx flus. Min mejjet għall-qatra u min mejjet fis-sakra.

Nimxu Id F’Id -
2023 7
Jannar

Riżonanza (Resonance)

Dan l-esperiment tista’ tagħmlu d-dar u jsejħulu l-pendli ta’ Barton. Fl-istampa t’hawn taħt jidher kif trid tarma dan l-esperiment. Meta pendlu P jitbandal, iġiegħel lill-oħrajn jitbandlu wkoll. Imma l-iktar pendlu li jirrispondi għas-sejħa hu pendlu Y għax issir reżonanza bejn P u Y. Għax Y qed jiġi mġiegħel jivvibra (jitbandal) bil-frekwenza naturali tiegħu. U għalhekk ħafna enerġija tgħaddi minn P għal Y. Il-frekwenza naturali hi kemm jitbandal drabi f’sekonda meta tħallih jitbandal waħdu.

Jgħidu li kantanta rnexxielha tkisser tazza tal-kristall tal-inbid meta l-vuċi tagħha kellha l-istess frekwenza tal-frekwenza naturali tat-tazza. U l-pont Tacoma waqa’ fl-1940 għax ir-riħ beda jbandlu b’frekwenza li kienet l-istess bħal tal-pont. Il-pont kien imdendel (suspension bridge). Radju wkoll jagħżel bejn stazzjon u ieħor bl-istess mod. Meta ċ-ċirkuwitu tar-radju li jirċievi l-mewġa mill-istazzjon ikollu frekwenza naturali daqs tal-istazzjon, issir reżonanza.

8 Nimxu Id F’Id - Jannar 2023
. .jikteb
.
Joe Portelli

X’suppost tikteb: żminijiet jew żmienijiet?

Hawn min jitqarraq u jgħid li l-plural ta’ żmien huwa żmienijiet. IŻDA kelma qatt ma jista’ jkollha żewġ ie. Mela qis li tikteb żminijiet.

Din tapplika wkoll għall-plural ta’ ‘ġlieda’. Għandek tikteb ‘ġlidiet’ umhux ‘ġliediet’.

Nimxu Id F’Id - Jannar 2023 9 Tagħrifmogħti lilnaminn Pristineworks Ltd. Għalaktartagħrifżuru: http://www.pristineworks.com . . .niktbu bil-Malti tajjeb
Ortografija Maltija

tal-Qasam Mid-Djarju

Jekk Novembru ħalliena għaddejjin b’attività kontinwa bi tħejjija għall-Milied, xi ngħidu għalhekk għal Diċembru? Kellna xahar sħiħ mimli b’attivitajiet sbieħ li kellna ngħaddu mingħajrhom fis-sentejn ta’ qabel.

Kellna r-rappreżentazzjoni teatrali L-Għanja li niżlet mis-Sema li saret fil-11 u fis-17 ta’ Diċembru quddiem sala ppakkjata bin-nies għaż-żewġ rappreżentazzjonijiet. Play li wasslitilna l-istorja ta’ kif waslet għandna l-għanja O Lejl ta’ Skiet li llum hija meqjusa bħala l-aktar għanja popolari tal-Milied.

Kellna wkoll in-novena tal-Milied filQasam. Anke għallklassijiet tal-Primarja din inżammet kuljum barra l-Erbgħa. Kienu bosta t-temi li kellna flimkien fosthom l-istorja talikonografija tan-Nattività u s-sehem tal-Qasam tagħna fl-attivitajiet tal-Milied tul dawn l-aħħar 75 sena. In-Novena waslet fi tmiemha bil-Premjazzjoni taż-żgħar kif ukoll b’nofs siegħa adorazzjoni għall-kbar.

Din is-sena, wara nuqqas ta’ sentejn organizzajna mill-ġdid

10 Nimxu Id F’Id - Jannar 2023

id-Dimostrazzjoni tal-Bambin nhar lejlet il-Milied, li fir-raħal tagħna tieħu l-forma ta’ pageant. Kienu bosta t-tfal u l-adolexxenti li ħadu sehem billi libsu ta’ xi persunaġġ jew suldat flimkien ma’ bosta oħrajn li reġgħu taw il-kontribut tagħhom biex din il-Purċissjoni li teħtieġ organizzazzjoni kbira tkun tista’ toħroġ. Grazzi wkoll tmur lill-Banda Mnarja li ħadet ħsieb takkompanja l-Purċissjoni mat-toroq prinċipali tan-Nadur.

Nhar il-Milied mbagħad kellna l-Kunċert fil-Knisja, attività oħra li trid ħafna ħsieb għaliex irid jintrema l-palk, id-dwal u s-sound wara nofsinhar fil-Knisja. Anke l-Kunċert kien mistenni ħafna min-nies tant li minn madwar nofs siegħa qabel kellu jibda l-Programm ilKnisja kienet diġà mballata bin-nies. Ħadu sehem bosta kantanti flimkien mal-kor li kantaw madwar 14-il għanja tal-Milied. Ma kienx jonqos ukoll il-poeżiji, il-Priedka tat-Tifel u l-Play qasira li tkun ukoll mistennija ħafna. Wara l-Milied ħadna ħsieb ukoll norganizzaw il-Parties tal-Milied mill-ġdid wara li għal dawn l-aħħar sentejn kienu nqatgħu kif ukoll il-Premjazzjoni tal-Kbar li ntemmet b’ċerimonja qasira li saret fis-Sala u li fiha kienu wkoll mistiedna dawk it-tfal kollha li ħadu sehem fil-Programm tal-Knisja.

Tista’ taqrawkollil-fuljett f’formadiġitali. Żuril-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur ufuq issuu.com/NimxuIdf’Id

11
Mark Nimxu Id F’Id - Jannar 2023
-
-
-
Fuljett maħruġ mill
Museum tas
Subien tan
Nadur

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.