Il-Hbieb Isejhu - Mejju 2024

Page 1

Il-}bieb

Mejju 2024 nru 693

Iben t'Alla sar Bniedem

MEJJU2024 numru 693

Nelson Mandela illum hu magħruf bħala Missier Isfel. Għax irnexxielu jħabbeb żewġ popli u

kienx hemm bojod u suwed Ewropea u oħra Afrikana. Kien hemm biss pajjiż wieħed. L-Afrika ta’ Isfel.

Iżda mhux dejjem kien hekk. Sakemm wasal fejn wasal, Mandela kellu jgħaddi minn kalvarju ta’ tbatijiet. Fosthom 27 sena priġunerija fuq il-gżira Robben u fil-ħabs tas-sigurtà Polismoor. U s-sentenza tiegħu kienet mibnija fuq il-fatt li skont lawtoritajiet, dan Mandela kien joħloq linkwiet fil-pajjiż għax ma riedx li s-suwed jibqgħu jiġu iddiskriminati sempliċement għaliex huma ta’ ġilda skura. U dan meta l-pajjiz kien parti integrali mill-Kontinent Afrikan. Il-kontinent li niesu huma kollha ta’ lewn samrani.

U fiż-żmien li għamel priġunier għaddewh minn żmien diffiċli. Għamel żmien waħdu, ma jista’ jitkellem ma’ ħadd. Għall-bidu kien mimli qilla lejn min kien qed iżommu maqful iżda maż-żmien intebaħ li jekk ried jibqa’ f’sensih u ma jispiċċax f’manikomju ried jaħfer.

Kien proċess twil iżda Mandela wasal li ħafer lil dawk li inġustament kienu sakkruh għal tant snin f’dan il-ħabsijiet. Ħafer ukoll lil wieħed millgwardjani – ċertu Badenhorst – li donnu kien jieħu pjaċir ikiddu u jinkih. Ġie li beżaqlu biex jurih l-istmerrija li kellu lejh. Anke lil dan ħafer. U għalhekk Mandela feraħ li meta dan il-gwardjan wasal biex jirtira qallu: “Skużani tal-imġiba tiegħi miegħek. Onestament nixtieq lilek u lil ħutek is-suwed suċċess.”

Kienet sentenza li wriet lil Mandela li triq il-maħfra hi ferm iktar qawwija minn triq il-qilla u l-vendetta.

1

Konna ilna bil-ħsieb

li nżuru dan l-imkien f’Malta

għax smajna ħafna dwaru u donna ma kinitx f’postha

taħt l-art, qrib Paceville.

U meta dħalna f’dan l-imkien waqaft naħseb

kif kienet nibtet l-idea

għal dan il-lok ta’ qima.

Kien Fr Hilary

patri twajjeb Agostinjan li darba kien qed jirritorna tard il-kunvent

li l-ordni tiegħu għandha f’Paceville.

U fuq iz-zuntier

lemaħ xi żgħażagħ mitluqin fl-art

forsi kienu għajjenin

forsi kienu xurbana

forsi wkoll drogati

iżda meta kellimhom wieħed minnhom qallu li kienu xebgħu jiddevertu u xtaqu ftit mistrieħ.

U Fr Hilary ħolom b’post ta’ mistrieħ kappella żgħira

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2024
2

li tibqa’ miftuħa bil-lejl.

Kienet idea oriġinali u radikali u mhux kulħadd qabel magħha.

Għax Paceville

mhux post il-kappelli.

Ma kienx hemm wisa’ fil-kunvent biex tibniha.

Trid balla liri biex twaqqafha.

Trid ħafna persuni li lesti jibqgħu mqajmin biex jindukrawha.

U għaliex tant spejjeż u xogħol biex tibqa’ vojta?

Iżda fejn hemm ir-rieda hemm trejqa lesta u minkejja dawn id-diffikultajiet reali il-kappella tħaffret taħt l-art u saret. U jekk illum tmur taqra x’inkiteb fuq il-ktejjeb li hemm apposta tara kemm sewa ta’ ġid

dan il-post qaddis.

Stejjer ta’ żgħażagħ

li fil-kappella

sabu mkien ta’ mistrieħ.

Post ta’ talb.

Okkażjoni

li jiltaqgħu mal-infinit.

U meta ma’ sħabi konna f’din il-kappella nitolbu

ħarist lejn l-Ostja kkonsagrata mdawla b’dawl moħbi

u għidt f’qalbi, ‘Kemm ġid kien jintilef

kieku Fr Hilary u sħabu qatgħu qalbhom!’

U fhimt li anke f’ċentru

ta’ storbju, daqq, xorb u għajjat il-bniedem jibqa’ jixxennaq

għal dak li hu spiritwali u etern. Anke jekk quddiem l-oħrajn dan kollu

jitwaqqa’ għaċ-ċajt

u għaż-żufjett.

3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2024

Divertiment, passatempi u drawwieti. Dawn huma importanti, dari u llum, imma bħal ħafna affarijiet oħra, huma differenti ħafna. Dari kienu josservaw iktar strettament ilĦdud u l-festi kmandati, fejn kien isir biss l-iktar xogħol bżonjuż. U festi kmandati kien hemm ħafna iktar. Pereżempju l-festi talappostli kollha kienu kmandati u għalhekk xogħol ma jsirx. Imma bla dubju l-iktar festa popolari kienet dik tal-qaddisin patruni tarraħal. Kienet il-festa l-kbira tassena, bil-baned, marċijiet, tlielaq, mixegħla, sparar, purċissjonijiet, bnadar, tiżjin, ikel u xorb u lbies naqra aħjar; u opportunitajiet għat-tfal biex jiġru, namur għażżagħżagħ, u l-adulti jitħaddtu fuq elf ħaġa. Li jixbah sew il-festi talirħula tal-lum li b’xorti tajba baqgħu popolari.

Fost id-divertiment l-iktar komuni ta’ dari kien hemm l-għana, għana

fuq kull suġġett u għal kull okkażjoni, b’għannejja rġiel u anke xi ftit nisa. Xi wħud kienu mfittxija biex ikantaw jew anke jdoqqu f’xi okkażjoni speċjali. llmużika wkoll kienet imfittxija, listrumenti kienu fil-biċċa l-kbira pjuttost sempliċi jagħmluhom

4

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2024

huma, pereżempju, rubbaba, żaqq, betbut, flawt eċċ. Imbagħad

dari dawn kienu sors ta’ ikel. L insib kien ukoll komuni ħafna. Innisa mgħobbijin bid-dar, tfal u bhejjem ma tantx jidher li kellhom passatempi. Probabbli laħjar mistrieħ kien meta jitħaddtu naqra xħin jiltaqgħu għall-ilma, jmorru għall-ħobż, jew sempliċement jduru qaqoċċa fit-triq ipaċpċpu.

Drawwa komuni fl-irġiel ta’

dari kienet li filgħaxija jmorru f’xi ħanut tal-inbid u bejn pipata u oħra, xi tazza nbid u tgerrim ta’ ful, ċiċri u karawett, jgħaddu siegħa.

Illum id-diveriment huwa differenti ħafna, u tista’ tgħid

ta’ kuljum. Illum, bil-meravilja tal-internet, tista’ mill-kumdità tad-dar, iżżur ġungli, pajjiżi remoti jew anke tara ddinja millispazju. Jew tara

dokumentarji fuq kull suġġett, tisma’ mużika klassika sublimi jew dik nostalġika tassittinijiet; jew gosti tiegħek, anke dawk antiki ħafna. Imbagħad hemm ħafna attivitajiet oħra sportivi, jew passatempi attivi, mixi, li jpattu daqsxejn għal dak il-ħafna ħin bilqiegħda quddiem il-kompjuter.

Divertiment tal-lum li lanqas kienu joħolmu bih ta’ dari, huma l-meravilji tas-safar u l-ġiti.

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu filħarġa ta’ Ġunju)

5

Mewġa mdaqqsa inzertat veloċità mewġ blat u warajha

Għalfejn qed tibża’? ’ ssir żmien Alla. quddiemna idejn li jaf isabbarna ta’

marbut b’kuntratt ta’ bosta snin mal-katidral ta’ Clermont. Kien imħallas bis-soldi. Il-komunità tal katidral kienet taf li ħaqqu iżjed iżda ma kellhiex minn fejn tħallsu. Rameau talabhom bil-ħniena biex iħolluh mill-kuntratt imma lmembri tal-kumitat responsabbli mill-katidral ma ridux jitilqu minn taħt idejhom organista ta’ tant ħila. Sa fl-aħħar, Rameau ddejjaq jittallab u beda jkanta b’ħafna stonaturi u jdoqq mingħajr nitfa ħlewwa. In-nies iddejqet tisma’ mużika sabiħa ddissakrata u l-

Mess korda

Mara anzjana daħlet f’ħanut biex tixtri kappell.

Mara: Sinjur, xtaqt kappell għal mara anzjana.

Sinjur: Tgħidli, jekk jogħġbok, jekk din l-anzjana hix twila jew qasira, hix irqiqa jew fiha mara.

membri tal-kumitat, wara ġlieda kbira ma’ Rameau, ma kellhomx għażla ħlief li jħolluh mill-kuntratt u jħalluh ifittex xortih f’Pariġi.

Meta kiseb dak li ried, Rameau ta laħħar kunċert tiegħu fil-katidral ta’ Clermont u għaxxaq lill-udjenza bil-mużika ħelwa li daqqilhom. Ried iħallihom b’togħma tajba u jurihom li ma kellu l-ebda qilla f’qalbu għaż-żmien li tellfuh.

Li tibqa’ żżomm f’qalbek tkun qed iġġor piż li tgħix ħafna aħjar mingħajru.

Mara:L-anzjana hija jien.

Sinjur: Sinjura, għaliex qed tipprova tgħaddini biżżmien. Għajnejja f’wiċċi u naf ċert li int ma taqax filkategorija tal-anzjani. Baqagħlek ħafna snin biex tidħol fiha!

Il-mara tbissmet u xtrat tliet kpiepel. U s-sinjur tgħidx kemm tbissem meta l-mara ħarġet minn ħanutu.

Kien doqqilha l-korda preferita u allura kellha bilfors tiżfen.

7 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2024

IL-LAQGĦA TA’ APRIL

Bħalma ktibna fil-fuljett il-laqgħa għamilha Dr Mario Saliba M.D. dwar ‘In-Nadur u Għawdex fi

żmien l-Arċipriet Dun Martin Camilleri’. Stajna ninnutaw linformazzjoni kbira li kellu dwar dan is-suġġett għaliex mhux faċli li f’inqas minn siegħa ddaħħal dak li ridt ktieb sħiħ sabiex

tispjegah. Matul l-Arċipretat ta’ Dun Martin Camilleri, aktar minn 100 sena ilu ovvjament id-dinja

kienet ferm differenti minn kif nafuha llum. Kien żmien ta’ faqar u nuqqas ta’ edukazzjoni. Kien hemm l-Ewwel Gwerra li bosta

drabi jirreferu għaliha bħala ‘lgwerra l-kbira’ u l-pandemija talinfluwenza Spanjola. Il-Knisja kienet attenta ħafna li ma jidħolx it-tagħlim Protestant fil-gżejjer tagħna. Meta mqabbel ma’ Malta, Għawdex kien minsi. Biżżejjed tgħid li d-dawl elettriku wasal fi gżiritna 30 sena wara Malta. Toroq tat-torba, trab u ħmieġ. Servizzi soċjali ineżistenti. Ilpopolazzjoni ta’ Għawdex kienet madwar 20,000 u dik tan-Nadur taqbeż it-3,000. Tobba

bl-influwenza Spanjola. FinNadur hemm imniżżel li mietu sitt persuni b’din il-pandemija. Luniku trasport bejn Malta u Għawdex kienu d-dgħajjes tallatini. Ċerti rħula f’Għawdex tant kienu maqtugħin għalihom li anke l-mard dam ħafna sabiex wasal. L-uniku mezz ta’ trasport bejn lirħula kienu l-bhejjem għax is-

8

sinjuri biss setgħu jħallsu kaless jew karozzin. L-Arċipriet

Dun Martin Camilleri kien

bniedem ħawtiel u dejjem jaħseb kif jista’ jtejjeb il-ħajja talparruċċani tiegħu. Saħansitra kien

ħoloq sistema ta’ kċina pubblika li kienu joffru ikel lil min kien tant fqir li lanqas ikel ma kellu.

Trid tgħid ukoll li peress li f’Għawdex kważi kulħadd kellu dik id-daqsxejn ta’ ġnien jew għalqa mad-dar il-faqar ma kienx estrem bħal xi każijiet f’Malta. Xi

ħxejjex tal-borma u tiġieġ u fniek kont issibhom kważi f’kull dar.

F’dawn il-kundizzjonijiet diffiċli

xorta waħda kien hemm nies minNadur li kienu tawha għannegozju u rnexxew tant li anke mħażen il-Belt Valletta kellhom.

Iżda minkejja dan il-faqar kollu mifrux f’pajjiżna, xorta waħda l-

Arċipriet Dun Martin Camilleri kien irnexxielu jkabbar il-knisja parrokkjali u jżejjinha bl-aqwa talent li kienu joffru dawn ilgżejjer.

Nirringrazzjaw lil Dr Mario

Saliba M.D. tal-lezzjoni interessanti li għamlilna frott ta’ riċerka diretta li għamel b’mod speċjali Manuskritt tal-Viżti

Pastorali li għamel l-Arċipriet

Dun Martin Portelli bħala Vigarju Foranju tal-Isqof Gio Maria

Camilleri (Frar 1919); l-arkivju tal-Parroċċa tan-Nadur u r-

Reġistri Sanitarji Uffiċċju tas-

Sanità t’Għawdex li fihom hemm minjiera sħiħa ta’ informazzjoni.

għal-LAQGĦA TA’ MEJJU

F’dan ix-xahar iddedikat lil

Madonna stedinna lil Daniel Meilak sabiex ikellemna dwar ‘Devozzjonijiet Marjani fin-

Nadur’. Kull meta għamlilna

Daniel dejjem żejjen il-lezzjoni tiegħu b’referenzi ċari għal dak li kien jiġri f’raħalna filpassat. Tieħu gost tisma’ dak li għaddew minnu l-antenati tagħna.

Mela ħabib nistennewk. Nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju fit-8.00p.m.

Ejja int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.

9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2024

Mulej] ifarraġ lil dawk li qatgħu jieshom. lejn il-Mulej dnubiet; itolbu wiċċek art u naqqas it-tfixkil.” Bin Sirak 17: 24-25

Pittura famuża turi żagħżugħ anzjuż -ċess max-xitan. xitan għandu kemm għamillu checkmate sultan.

Min jaf jilgħab xi ftit logħba taċ-ċess -ebda tama żagħżugħ.

Paul Murphy, player espert taċ-ċess studja sew il-pittura. F’daqqa waħda sab soluzzjoni.

Eċitat għajjat, “Taqtax qalbek żagħżugħ. Tista’ tirbaħlu!”

X’inhi l-akbar tama tiegħi meta ttentat għad-dnub?

Wara s-sħab hemm id-dawl, minn ġox-xita jgħaddi r-raġġ għaliex Alla lkoll iħobbna ġie Ġesù b’dan il-messaġġ. John Greenleaf Whittier

10 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2024
Kelmet #

Bil-lingwa oriġinali dan l-isem ifisser ‘palazz’ jew ‘kuruna’. Din il-binja, illum magħrufa bħala mawżolew, titqies fost l-isbaħ fiddinja.

Meta l-imperatur Indjan Shah Jahan tilef lil martu Mumtaz

Mahal meta kienet għadha żgħira fl-età għela ħafna għaliha u dam ġimgħat jibkiha. Kien verament iħobbha u għalhekk ħolom li jibnilha mafkar li jibqa’ jxandar isimha għas-sekli ta’ wara. Hekk twieldet l-idea tal-mawżolew illum magħruf bħala Taj Mahal.

Inbena qrib ix-xmara Ramura flistat ta’ Agra Uttar Prandesh flIndja in-naħa tan-Nepal. Lambjent hu sabiħ għax limperatur ried li martu tistrieħ f’binja li tkun ta’ seħer bħalma ta’ seħer kien il-madwar tagħha. Kienet ħolma li għalkemm kbira riedha titwettaq f’ħajtu bix-xewqa li meta hu wkoll jitlaq minn din id-dinja jidfnuh qrib martu ħalli jkun ħdejha għal dejjem.

Hi binja verament meraviljuża bi stili Indjani, Persjani u Iżlamiċi mħallta ma’ xulxin b’sengħa

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2024
11

kbira mill-perit Ustad Ahmad Lahauri. Kellu taħt idejh iktar minn 20,000 ħaddiem li damu 12-il sena biex sawru l-binja prinċipali u xi snin oħra biex komplew il-binjiet tal-madwar. Kapulavur tassew li titgħaxxaq

tħares lejh minn barra u togħxa

tidħol fih għax id-disinji li fih jgħaġġbuk u tifhem kemm

kellhom sengħa kbira dawk li ħallewlna din il-binja.

Hi binja tal-irħam u dan inġieb mit-Tibet, Ċina u l-Afganistan. Irħam bajdani iżda jieħu kuluri differenti ma’ tlugħ u nżul ixxemx. Qisu xi ħadd misterjuż jitfa’ dwal kuluriti biex jagħmlu lbinja qisha msaħħra.

Madwar 7 miljun viżitatur iżuru

lit-Taj Mahal fis-sena iżda nhar ta’ Ġimgħa ma jkunx hemm dħul

fil-binja għax għall-Musulmani, li

f’idejhom hi l-binja, ma jippermettux

viżitaturi fil-jum talmistrieħ tagħhom. Iħallu jidħlu biss

dawk id-devoti li jkunu jixtiequ jżuru lmoskea li qiegħda

f’parti mill-binja. Iżuruha mhux

b’kurżità imma

b’sens ta’ talb, mimdudin mal-art fuq twapet il-ġmiel tagħhom u b’għajnejhom iffissati fuq Mekka, iċ-ċentru tal-qima Iżlamika.

Il-binja hi meqjusa bħala Unesco World Heritage Site u ilha hekk mis-sena 1983. Intgħażlet ukoll fil-lista ta’ Modern Wonders of the World bil-qarrejja tal-internet jivvutaw għaliha u jpoġġuha fost tal-ewwel minn dawn il-maravilji moderni. U bir-raġun għax kulħadd jaqbel li din il-binja hi ġojjel tal-arkitettura Iżlamika.

Id-dħul għaliha hu tassew imponenti. Għandek żewġ passaġġi li jwasslu għaliha u bejniethom hemm medda ilma li fiha tirrifletti l-faċċata tal-binja ta’ Taj Mahal. Trid tpassi bosta metri qabel tasal ħdejha. Mixja li għandha ssir b’ċerta qima għax limkien hu meqjus bħala qaddis mill-Musulmani li jħarsuh b’kura u devozzjoni.

12 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2024

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.