Il-Hbieb Isejhu - Dicembru 2023

Page 1

Isej]u Il-}bieb

DIĊEMBRU 2023 numru 688

NEWSPAPER POST

Iben t'Alla sar Bniedem

DIĊEMBRU2023

numru 688

drawwa li fil-ġranet ta’ qabel -belt kienu joħorġu meta lfamilji jkunu ġa nġabru u bil-ġibs kienu jiktbu l-ittri CMB u warajhom issena li jkunu fiha. Kieku għadhom jagħmluha llum kienu jiktbu CMB 2023.

Il-kappillani kienu jagħżlu l-familji Kattoliċi biex fuq biebhom iħożżu dawn l-ittri. U kienu jservu biex ifakkru lill-parruċċani li jeżistu nies li kienu qed jgħixu fil-faqar u li fi żmien il-Milied kellhom ukoll dritt għal xi ħaġa speċjali għall-jiem ta’ festa. Ħafna mill-familji malli kienu jaraw littri ma’ biebhom jiftakru fi dmirhom u jħaffu biex iwasslu l-offerta tagħhom.

Maż-żmien qamet diskussjoni dwar it-tifsir ta’ dawn l-ittri. Xi wħud kienu jgħidu li l-ittri qegħdin jindikaw l-ismijiet tas-slaten Maġi li t-tradizzjoni qaltilna li kienu Caspar, Melchior u Balthassar. Bħalma l-maġi ġabu magħhom ir-rigali lil Ġesù hekk il-familji Kattoliċi kellhom iwasslu r-rigali tagħhom lill-familji fil-bżonn fl-istess parroċċa tagħhom u f’dawk tal-qrib.

Oħrajn sostnew li dawn l-ittri qed jaħbu sentenza qasira bil-Latin li kienet tgħid: ‘Christus Mansionem Benedicat’ li tfisser ‘Jalla Kristu jbierek din id-dar’. Skont dawn l-istudjużi l-kappillani kienu jridu jfakkru lillparruċċani tagħhom li kull għotja lill-foqra hi għotja lill-Mulej u tagħha jirċievu ħlas kbir. Skont Ġesù mija fil-wieħed.

Kemm l-ewwel kif ukoll it-tieni tifsira jwasslu l-istess messaġġ. Dak li naqsmu ma’ ħaddieħor dak li l-Mulej ipprovdielna. Jalla aħna wkoll għad li ma aħniex sinjuri noffru mill-ftit li l-Mulej tana biex xi familja fqira, f’dan il-Milied, jkollha xi ħaġa żejda fuq il-mejda tal-ikel f’dan il-jum qaddis tattwelid ta’ Ġesù. U dan nagħmluh anke jekk ma’ bieb darna ma nsibux littri CMB 2023.

1

Niftakar… Monumenti oħra

jpoġġu l-persunaġġi fil-għoli imperrċin

biex kull min ikun għaddej jarahom

iżda l-monument ta’ Jan Palach qiegħed mal-art fuq qiegħ immewweġ b’salib ħdejn ismu. Forsi għax parti minn ġismu spiċċat imħallta mal-asfalt ta’ taħtha.

Niftakarni nieqaf ma’ sħabi quddiem il-mużew nazzjonali ta’ Praga fi pjazza ddedikata

lir-re twajjeb Wenceslas

ħdejn dan il-monument ta’ eroj żagħżugħ

li ta ħajtu għal pajjiżu

biex fiċ-Ċekoslovakkja jkun hemm ħelsien

tal-kelma u tal-ħsieb.

Ir-Russja ta’ żmien Breshnev ma setgħet qatt tippermetti

li dan iseħħ.

Iżda Jan Pallach

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2023
2

student universitarju

waħdu

rnexxielu joħloq moviment

li fis-snin ta’ wara kellu jirbaħ

lill-qawwa Russa.

Għal dan il-għan ħallas b’ħajtu.

Ħaraq lilu nnifsu

fi pjazza Wenceslas.

U meta l-poplu Ċekoslovakk

ra tant qlubija

ħareġ fit-toroq jipprotesta.

Għal xi snin

il-moviment favur il-ħelsien trażżan

iżda kull sena bdiet issir tifkira

ta’ għemil Jan Palach u l-poplu jerġa’ juri l-għaqda tiegħu.

Illum ir-Repubblika Ċeka

hi pajjiż ħieles

frott ħidma ħafna nies

fosthom dan l-istudent

li kien kapaċi jħalli ħajtu

biex pajjiżu jibda triqtu lejn ilveru ħelsien.

Anke jekk ma taqbilx

ma’ għemil Jan

għax il-ħajja hija għażiża

li ħadd ma jista’ jagħmel ħsara

tant kbira lilu nifsu.

Iżda xorta tammira l-kuraġġ

ta’ dan il-bniedem

li ħabb tassew lil pajjiżu.

U wieqaf ħdejn il-monument

xtaqt li l-poplu kollu

tal-gżejjer tagħna

jkollu l-istess rispett u mħabba

li kellu Jan Palach għal pajjiżu.

Forsi mhux fi grad ta’ eroj

imma almenu

bħala ċittadini onesti

biex inħallu lil ta’ warajna

dak li ta’ qabilna

b’tant għożża ħallewlna.

3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2023

DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna:

Charles Dickens (1812-70) huwa

meqjus, bir-raġun, bħala wieħed mill-kittieba ewlenin filletteratura Ingliża. Il-kitbiet tiegħu, sew novelli u artikli, kellhom impatt qawwi soċjali. F’xogħlijiet bħal Oliver Twist (1838), Hard Times (1854), u Little Dorrit (1855), huwa jiddeskrivi b’mod inimitabbli, ilkundizzjonijiet ħorox tax-xogħol, it-triqat u djar maħmuġa tal-foqra, it-trattament tat-tfal, u lindifferenza tas-sinjuri. Dan kollu għen ħafna biex fost l-oħrajn, jitbiddlu u jitjiebu liġijiet, jinfetħu djar għan-nisa mitluqa, u jinfetaħ l-ewwel sptar tat-tfal f’Londra.

Imma Dickens kiteb ħafna wkoll

fuq il Milied fejn ukoll kellu mpatt qawwi, tant li jingħad li kważi vvinta l-Milied tradizzjonali Ingliż: borra barra, il-fuklar isaħħan, id-dar kollha tiżjin u dwal, il-familja kbira miġbura, tfal, kant, żfin, ikel, rigali, u atmosfera ġenerali ta’ ferħ.1

S’intendi, fid-dinja Kristjana, ilMilied kien ilu jiġi ċċelebrat għal mijiet ta’ snin, l-iktar wara li San Franġisk ta’ Assisi, fil-1223, għamel l-ewwel immaġni vividi tal-ġrajja ta’ Betlehem. U anke xi drawwiet li bdew fi żmienu u llum huma parti integrali millMilied, bħall-kartolini2 , u s-siġra tal-Milied3, ma bdihomx Dickens,

1. Dickens ukoll kważi vvinta Londra Vittorjana. Kif qal Oscar Wild ‘There was no fog in London until Dickens invented it’. Li forsi iktar preċiż huwa li Dickens tant tana stampa ċara, dettaljata u ħajja ta’ Londra u tant ħoloq karattri daqstant affaxxintanti u memorabbli, li d-deskrizzjonijiet tiegħu daħlu fil-kultura Ingliża. U peress li din kienet imperu mferrex, kien ta’ influwenza mondjali.

2. L-ewwel kartolini ħariġhom, edizzjoni ta’ elf mpittra bl-idejn, kien ċertu John Horsley f’Londra fil-1843.

3. Li kienet ilha drawwa l-Ġermanja, imma introduċieha l-Ingilterra, fil-1840, irraġel tar-Reġina Vittorja, il-Prinċep Albert.

4

imma l-influwenza tiegħu kienet u għadha kbira.

Forsi l-iktar xogħol popolari ta’ Dickens dwar il-Milied hija listorja A Christmas Carol li kitibha għall-Milied tal-1843. Kitibha f’sitt ġimgħat, meta kien għaddej b’xogħlijiet oħra, martu tqila bil-ħames tarbija, u bi problemi finanzjari. Ħafna millideat kien jaħsibhom meta kien imur jimxi mili sħaħ bil-lejl madwar Londra.

Fuq fuq, l-istorja

A Christmas Carol, li mhix twila ħafna, tikkonsisti f’ċertu karattru xħiħ u egoist bl-isem ta’ Ebenezer Scrooge li fil-lejl tal-Milied jiġu jżuruh, lewwel l-ispirtu tal-kollega mejjet, Jacob Marley, u wara l-ispirti talMilied tal-Passat, tal-Preżent u tal-Futur. Wara dawn il-viżti kollha ta’ bil-lejl, Scrooge jiftaħ għajnejh u jinbidel fi bniedem ferħan, qalbu tajba, u karitattiv; fi kliem ieħor mimli bl-ispirtu talMilied.

Being a Ghost Story of Christmas, kif oriġinarjament semmieha

Dickens, kienet suċċess millewwel. Għalkemm mhux suċċess finanzjarju għax ftit wara fittex legalment, b’ħafna spejjeż, xi kittieba żgħar u pubblikaturi li ħarġu verżjonijiet inferjuri ta’ din l-istorja. Madankollu ħafna kittieba kontemporanji faħħruha u ftit wara ġiet adattata għal palk bl-approvazzjoni ta’ Dickens, li kien iħobb ħafna lpalk.4

Dickens kiteb stejjer oħra apposta għall-Milied, bħal

The Chimes (1844), The Cricket on the Hearth (1845) u

The Haunted Man and the Ghost’s Bargain (1848), li ma laħqux il-livell ta’ popolarità ta’ A Christmas Carol.

Din l-istorja, li ġiet adattata għal tant drammi, films, musicals, cartoons eċċ u għadha popolari sal-lum.

A Christmas Carol. In Prose.

Dickens qabad sew l-essenza talMilied meta jispiċċa l-istorja famuża bil-kliem: And so as Tiny Tim observed, “God bless us.

Everyone” .

4. Fil-fatt għall-aħħar ta’ ħajtu kien famuż u mfittex għal reċtar drammatiku ta’ episodji mill-istejjer tiegħu (eż il-qtil ta’ Nancy f’Oliver Twist jew il-mewt ta’ Little Nell ta’ Old Curiosity Shop). Dawn ir-rakkonti spiss kienu jħallu ludjenza, u Dickens stess, emozzjonalment għajjiena. Fil-fatt Dickens miet, pjuttost qasir il-għomor ta’ 58 sena, mifni bix-xogħol ta’ kitba, ivjaġġar u dan irreċtar.

5 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2023

Għal ħafna snin (forsi għadu hekk illum ukoll) f’Danikon, raħal żgħir fl-Iżvizzera, hemm iddrawwa li għal kull twelid ikun hemm tlugħ ta’ bandiera fuq larbli tal-kunsill. Bandiera fuq larblu tal-lemin tal-binja jfisser li l-wild hu tifel, tan-nofs ifisser twelid ta’ tifla u tan-naħa taxxellug ifisser li twieldu tewmin… jew iktar.

Il-bandiera turi ċikonja ġġorr tarbija ġo kontenitur taċ-ċarruta.

L-iktar

L-iktar ktieb li jiġi stampat kull sena hu l-Bibbja. Li jiskantak hu l-fatt li l-Bibbja hi wkoll l-iktar ktieb li jinsteraq mill-ħwienet li jbigħu l-kotba.

Taċ-ċajt tisraq ktieb li fih issib kemm-il darba referenza għallkmandament: La tisraqx!

Qalbiena beżgħana u tfal kuraġġjużi

Tiskanta kultant kif anke nies kbar kienu jibżgħu mill-ħmerijiet. Uħud issibhom jibżgħu millwirdien, oħrajn mill-ġrieden jew mill-brimb. Fl-istorja nafu li

Ġulju Cesri, Napuljun u Field Marshal Robert kienu jibżgħu mill-qtates. Nies tant kbar jibżgħu minn annimal li t-tfal jgħannquh magħhom u li jorqod fuq saqajhom jew ħdejhom fis-sodda. Mur ifhem id-dinja!

6

Kwistjoni ta’

attitudni

Fil-magazine ‘God Winks’ li

joħroġ il-Kanada, f’Jannar 2015

kien hemm dan l-episodju.

Raġel kien qed jikteb fid-djarju

tiegħu proprju fl-aħħar tas-sena:

‘Din kienet sena mill-agħar.

Tlift lil missieri. Miet f’Ġunju. Kelli nagħmel operazzjoni serja.

Ħriġt bil-pensjoni u kultant lanqas naf x’nagħmel b’ħajti. Ibni kellu inċident bil-karozza. Karozza total loss u ibni qatta’ xahar l-isptar.

Tilef l-eżamijiet tal-università. Kienet verament sena mill-agħar.’

Martu daħlet fil-kamra u sabitu jongħos. Qrat li kien kiteb u taħt kitbietu kitbet hekk: ‘Żewġi tilef lil missieru

meta dan kellu 95 sena. Età sabiħa. Gawdieh ħafna iktar minn bosta wlied li tilfu lil missierhom f’età ferm iżgħar. Żewġi għamel operazzjoni serja iżda ħareġ minnha b’wiċċ il-ġid. Illum ma għadux isofri l-inkonvenjenza ta’ qabel. It-tifel tagħna twieled millġdid għax f’inċident tat-traffiku ma sofra l-ebda ħsara permanenti. Issena li tilef l-università jġibha fi ftit xhur oħra. Kienet għalina verament sena mill-isbaħ.’

L-istess esperjenzi iżda l-mod kif ħarsu lejhom ir-raġel u l-mara kienu differenti. Turina kemm hu importanti l-attitudni li nieħdu quddiem il-ġrajjiet ta’ ħajjitna.

Ħasibha tajjeb

Turist Amerikan ra ragħaj Skoċċiż għaddej mal-merħla u mal-kelb tiegħu. Peress li kien iħobb ħafna

l-klieb tgħaxxaq iħares lejh u qal lir-ragħaj: “Nagħtik 200 dollaru jekk tbegħhuli ħalli nieħdu miegħi

l-Amerika!”

Iżda r-ragħaj ma aċċettax il-prezz.

“Għalija jiswa ħafna iktar.

Iżda mat-turista kien hemm ilgwida Skoċċiż u lil dan ukoll għoġbu l-kelb:

“Nagħtik 30 lira tiegħu.”

U r-ragħaj aċċetta bil-qalb u tahulu. Filwaqt li qallu:

“Orbtu tajjeb għax jekk jiġi lura la tieħu l-kelb u lanqas il-flus li ħallast għalih!”

It-turist Amerikan irvilla bil-qilla:

“Jien tajtek 200 dollaru u ma tajthulix u dan tak 30 lira u tajtulu. Mela ma tafx li 200 dollaru jiġu iktar minn 100 lira?”

Ir-ragħaj ħalla lill-gwida jitbiegħed u mbagħad qallu:

“Il-kelb jiġi lura d-dar jieħdu fejn jieħdu fl-Iskozja għax xi darba jinsa jorbtu iżda ma naħsibx li jiġi lura jekk ikollu jaqsam l-Atlantiku.”

7 ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2023

IL-LAQGĦA TA’ NOVEMBRU

Ilna mill-2007 li l-laqgħa ta’ Novembru tkun tikkonsisti f’quddiesa b’suffraġju tażżgħażagħ u l-old boys tal-laqgħa tagħna li telqu qabilna. Matul din is-sena l-Mulej sejjaħ lil Fredu Attard u Peter Paul Debrincat. Fredu kien ilu jattendi mill-bidu

huma magħrufa bħala tal-qaddisin kollha kif ukoll l-Għid tal-Imwiet. Matul dan ix-xahar huma bosta li jmorru regolarment fiċ-ċimiterji fejn hemm miġbura l-fdalijiet mortali tal-għeżież tagħhom. U trid tkun il-fidi sabiex tipprova tifhem kif dawk il-fdalijiet għallkesħa tal-qiegħa tal-art huma ħajja. Imma Kristu rebaħ il-mewt – u d-dnub - u rebaħhom għalina.

nett ta’ din il-laqgħa u sakemm saħħtu kienet tippermetti kien baqa’ jattendi filwaqt li Peter Paul kien jiġi kull darba li kien ikun fostna mill-Amerika fejn kien emigrat. Qaddsilna Mons Ġużepp

Attard u bena l-omelija tiegħu fuq il-ġranet qaddisa li konna fihom. L-ewwel jiem ta’ Novembru

Kif Kristu qam mill-mewt għad irid iqajjem lill-għeżież tagħna u eventwalment lilna meta jkun imissna. L-istess nagħmlu fissagrifiċċju tal-quddiesa. Nagħmlu l-intenzjoni għal niesna u lgħeżież tagħna. Imma nemmnu li bosta minnhom ġa qegħdin igawdu lil Alla. B’hekk il-misteru tas-sagrifiċċju tal-quddiesa jkun

8

qed jgħin lilna sabiex nidħlu aktar f’dawn l-aspetti sbieħ tal-ħajja Nisranija. Anke l-Missierna li ngħidu waqt il-quddiesa għandha tinħass b’mod differenti minn

meta tingħad weħidha. Dan għaliex fil-ħsieb ta’ Missier wieħed iridu niftakru li qed nirreferu bħala ħutna wkoll għal dawk li telqu qabilna.

Nirringrazzjaw lil Mons Ġużepp

Attard li ġie jqaddsilna kif ukoll in-numru sabiħ ta’ dawk li attendew. Li kieku nagħmlu proponiment li nattendu għal kull

laqgħa ta’ matul is-sena żgur li nkunu qed nagħtu nifs ġdid lil din il-laqgħa li issa ilha ssir tant għexieren ta’ snin.

GĦAL-LAQGĦA

TA’ DIĊEMBRU

It-tiżjin u l-preparazzjoni għal Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom. Donnha li kull ħaġa li ssir f’dan ix-xahar tipponta lejn id-data tal25. U kull laqgħa tagħna ta’

Diċembru tkun bħala preparazzjoni għall-misteru talInkarnazzjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu… L-Iben ta’ Alla jsir

Bniedem… il-kliem tant għeżież għal Dun Ġorġ u għas-Soċjetà tagħna.. Nippruvaw nerġgħu nqiegħdu lil Ġesù fiċ-ċentru talfesta tiegħu billi ma nħallux ilkummerċjalizzazzjoni ttellifna mill-veru sens ta’ din il-festa. Stedinna lil Miriam Portelli u ser tkellemna fuq ‘Il-Milied fil-Missjoni’. Żgur li ser issemmilna affarijiet u fatti li ma nafux bihom.

Għalhekk ħabib immarka din id-data u l-ħin u tkun żgur bidu ta’ preparazzjoni xierqa għal din il-festa reliġjuża. Mela għal nhar is-Sibt 2 ta’

Diċembru fis7.30p.m.

9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2023

[Ġwanni qal:]

“…hemm f’nofskom wieħed li ma tafuhx… li jien ma jixraqlix inħollu l-qafla tal-qorq.” Ġw 1, 26-27

Fil-paġna tal-puzzles ta’ gazzetta kien hemm tpinġija li turi xena.

Taħtha kien hemm il-mistoqsija:

Tista’ ssib it-tifla fit-tpinġija?’

Meta tifli t-tpinġija

stajt tilmaħ l-għajnejn u l-ħuġbejn

moħbija fil-friegħi.

Fergħa oħra kienet taħbi x-xofftejn u l-imnieħer.

Sħaba kienet ix-xagħar imtajjar.

Malli jirnexxilek tara t-tifla t-tpinġija ma kinitx tibqa’ l-istess.

L-istess jiġri ma’ Ġesù.

Jinsab f’ħajjitna.

Jistenna li nsibuh.

Meta nsibuh

ħajjitna ma tibqax l-istess.

Dan iqajjem mistoqsija:

Għalfejn qiegħed insibha diffiċli li nsib lil Ġesù f’ħajti?

Jum minnhom għad jiġi. Xi darba fil-kwiet…

tkun taf… mhux minn ktieb jew kelma ta’ xi ħadd imma mingħandu stess. Romano Guardini

10 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2023
Kelmet #

John kien għaddej minn żmien ftit diffiċli. Dar lejn il-Mulej u qallu: “Mulej semmagħli leħnek!”

U dak il-ħin rużinjol beda jkanta sabiħ. Imma John lanqas biss semgħu.

U reġa’ John għajjat u qal:

“Mulej kellemni!”

U dak il-ħin is-sema ddawwal b’sajjetta u ftit wara ragħda nstemgħet tkarwat mal-wied. Imma John qajla ntebaħ bil-leħħa u lanqas ma ta kas tar-ragħda.

U għal darb’oħra John karab u qal: “Mulej ħallini narak!”

U dak il-ħin ix-xemx xirfet minn wara sħaba sewdenija. Iżda John ma għamel l-ebda konnessjoni magħha anke jekk seta’ jħoss issħana tagħha.

U John kompla jilmenta u jibki waħdu: “Mulej ħallini nintebaħ bil-preżenza tiegħek!”

U dak il-ħin John ftakar meta hu refa’ għall-ewwel darba lil ibnu li martu kienet għadha kemm welldet. Imma John tajjar il-ħsieb

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2023
11

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Diċembru2023

bla ma qagħad jirrifletti dwar dan il-miraklu.

U reġa’ John gerger mal-Mulej u qallu: “Almenu Mulej ejja u miss miegħi!”

U dak il-ħin farfett sabiħ mar jistrieħ fuq driegħu. Imma John dlonk farfru minn fuqu għax dejqu tant qrib tiegħu.

U għal darb’oħra John talab ħerqan, “Mulej ibgħatli almenu messaġġ!”

U dak il-ħin sab fl-imejl tiegħu kliem Ġesù mlissen fil-Vanġelu ‘Ejjew għandi intom imtaqqlin u mgħobbijin u jien inserraħkom.’

Iżda John kien mgħaġġel u malajr għafas il-buttuna u ħassar kollox.

Ħafna drabi aħna bħal John, ma nintebħux kemm qrib tagħna hu l-Mulej. . .alla l-paci tat-Tarbijata’ Betlem tghammar f’qalbkom u f’darkom f’dawn il-jiem u tul is-sena l-gdida.

12

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Il-Hbieb Isejhu - Dicembru 2023 by Michael Debono - Issuu