Il-Hbieb Isejhu - Ottubru 2023

Page 1

Il-}bieb

OTTUBRU 2023 numru 686

NEWSPAPER POST
Isej]u

Iben t'Alla sar Bniedem

OTTUBRU 2023 numru 686

xi sitt snin u darba, wara li waqt lezzjoni tadAlla fil-ħolqien mar id-dar u oħtu

Oħtu kienet imħabbta u ftit kellha aptit diskors. Għalhekk qatgħetlu barra mill-ewwel, “Alla joqgħod bogħod ħafna u ma nistgħux narawh u nkellmuh.”

Għaddew xi ġranet u darba ntasab fejn ommu li kienet qed tipprepara l-ikla ta’ nofsinhar. U għamlilha l-istess mistoqsija, “Mummy, int qatt rajtu lil Alla?”

“Ibni Alla hu spirtu u aħna la nistgħu narawh u lanqas inkellmuh wiċċ imb’wiċċ.”

Għaddew il-ġimgħat u darba Twanny kien qiegħed ma’ nannuh jistad fuq dgħajsa żgħira. F’ħin minnhom, waqt li x-xemx kienet qed tgħib fil-baħar ta’ quddiemhom, Twanny ra lil nannuh jieqaf jistad u jħares ċass lejn lispettaklu. Ta’ tfajjel li kien kien ma fehem xejn minn dak li kien għaddej minn moħħ nannuh iżda ftakar fil-mistoqsija li kien għamel lil oħtu u lil ommu u staqsieha wkoll lil nannuh, “Nann int qatt rajtu lil Alla?”

In-nannu resaq iktar qrib tiegħu u wieġbu, “Meta staqsejtni kont qed nitkellem miegħu.”

Għax-xiħ id-dehra ta’ dak il-ballun ħamrani nieżel ħelu ħelu fl-ilma ta’ quddiemhom waqt li s-sema kien mimli b’qawsalla ta’ kuluri, kien ilmument propizju li jħoss il-preżenza ta’ Alla.

Jalla aħna wkoll nidraw naraw lill-Mulej fil-ħolqien ta’ madwarna… filbaħar mieles, ċar u sabiħ, fil-fjuri mimlijin kuluri, fis-sema sajfi miżgħud bil-kwiekeb. U ma’ dawn id-dehriet niftakru wkoll li nkunu qed naraw lillMulej meta quddiemna jitfaċċa xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna. Iva, il-Mulej hu ferm eqreb milli kultant naħsbu. Iżda l-aljenazzjonijiet talħajja kultant inessuna l-preżenza tiegħu.

1

Niftakar…

Konna morna grupp imdaqqas f’Rhede l-Ġermanja mistiedna ta’ Soċjetà li kienet tilqa’ kull Sajf għexieren ta’ żgħażagħ u l-mexxejja tagħhom.

Kienet vaganza fantastika għax dan l-imkien imsejjaħ Klausenhof kien jipprovdilna ikel u akkommodazzjoni b’xejn.

Kulma konna għamilna aħna

kien li meta l-membri tagħhom kienu jkunu Għawdex sajf wara sajf konna nilqgħuhom bil-qalb

fil-qasam tagħna

noffrulhom drink u nilagħbu xi logħba football magħom. Ħallsuna bil-kbir.

U kuljum

konna mmorru nisimgħu quddiesa fi knisja li kienet qrib.

Ħadd minna ma kien jifhem kelma bil-Ġermaniż.

Iżda l-quddiesa hi talba internazzjonali u tista’ tgħixha u tipparteċipa fiha

għad li ma tkunx tifhem il-lingwa tal-post.

Tgħidx kemm ħa pjaċir bina il-qassis żagħżugħ ta’ Rhede l-ewwel darba li attendejna tant li malli spiċċat il-quddiesa ħareġ bilġri jiltaqa’ magħna

u b’Ingliż perfett ried ikun jaf minn fejn aħna.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2023
2

u twasslilhom

il-messaġġ tal-Mulej.

U stedinna biex immorru d-dar tal-parroċċa u nieħdu drink flimkien.

Ma kienx faċli għalina li nilqgħu l-istedina

għax kellna programm mimli imma hu baqa’ jinsisti u proprju fl-aħħar jum tal-vaganza morna niltaqgħu miegħu.

Laqagħna fil-ġnien u waqt li dewwaqna ħlewwiet Ġermaniżi

ried ikun jaf iżjed dwar Għawdex tagħna.

Kien saċerdot waħdu f’Rhede. Kultant kien ikun hemm jgħinu qassis xwejjaħ.

Il-bqija kollox f’idejh iżda d-daħka sinċiera li biha kien iwettaq il-missjoni tiegħu

ottimist għal darba donnu ċert li l-Mulej rebaħ id-dinja anke jekk forsi

ċ-ċirkustanzi ta’ ħajtu ma kinux juru li t-trijonf hu fil-qrib.

Għallimna dan il-qassis kif tista’ sservi l-Mulej bil-ferħ u mhux bil-gdiedem

għax kieku ried igerger kellu għalfejn mhux faċli li kuljum tkun kappillan mingħajr għajnuna ta’ almenu qassis jew tnejn.

Kien iħabbar kuljum reliġjon ta’ ferħ mhux waħda ta’ lmenti u qrid.

‘Servu l-Mulej fil-ferħ’, kiteb San Pawl.

U dan il-qassis ta’ Rhede kien kapaċi jgħix dan il-kliem perfettament.

3

Fost il-mard li jista’ jiġi ttrattat (u mhux bilfors imfejjaq) insibu ansjetà, dipressjoni, fobji jew beżgħat, insomnia, fibromyalgia, uġigħ rikurrenti u vag taż-żaqq (irritable bowel sydrome), sintomi tal-menopawsa, ażżma, u psoriasi, kollha mard b’element psikosomatiku. Riskju kurjuż huwa dak ta’ false memory syndrome fejn ilpazjent bħal jiftakar xi ħaġa li ġratlu fil-passat (inkluż abbuż sesswali li imma fil-fatt qatt ma ġara). Każijiet traġiċi ġraw.

Xi effetti komuni mhux mixtieqa minn ipnożi huma mejt, dardir, uġigħ ta’ ras, ansjetà u insomnia. L-ipnożi mbagħad jista’ jkun perikoluż f’pazjenti b’mard mentali serju bħal skiżofrenija, dipressjoni qawwija, alkoħoliċi,

Dawn kienu xi eżempji ta mediċina alternattiva. Hemm ħafna iktar, inkluż naturapatija, aromaterapija, reiki, osteopatija, ayurveda, hydrotherapy, detoxification, yoga, magnet therapy, reflexology, u psychic surgery. Mhux ta’ min jaħli ħin iktar fuq dawn ukoll.

Intant, jaħdmu dawn? Ovvjament la huma xi ftit jew wisq imfittxija, jidher li, minkejja l-avvanzi u s-suċċessi kollha tal-mediċina moderna, hawn ukoll post għalihom. Imma veru jaħdmu? Għax-xjentisti ladarba dawn il-metodi ma jgħaddux mill-passatur tal-

4

metodu tax-xjenza1, allura huma kollha frodi, psewdoxjenza. U

jekk jidher li jaħdmu huwa biss minħabba l-effett placebo.

L-effett placebo2 huwa lfenomenu li pazjent iħossu li jmur

tajjeb għax qed jieħu xi forma ta’ mediċina, hi x’inhi, anke meta ma fiha xejn attiv fiha. Tant hu hekk li meta jridu jeżaminaw leffettività ta’ xi mediċina ġdida, ir-riċerkaturi jagħmlu studji fejn grupp ta’ pazjenti jieħdu l-mediċina (eż pillola) li fiha lingredjenti li qegħdin jiġu studjati, u grupp ieħor jieħu pillola eżatt bħalha imma ma fiha xejn attiv3. U la l-pazjenti u lanqas ir-riċerkaturi ma jkunu jafu

liema huma l-pilolli attivi. Dawn l-hekk imsejħa double blind trials huma importanti ħafna fir-riċerka farmaċewtika.

Intant, dawn kienu xi metodi talmediċina alternattiva. Il-fatt li hawn tant minnhom u għadhom imfittxija, juri li l-mediċina moderna blavvanzi u tteknoloġija kollha li għandha ma tissodisfax lil kulħadd, anzi finalment u bilfors trid tfalli – ħadd ma hu ser jirbaħ ix-xjuħija u l-mewt. U

allura l-attrazzjonijiet talmediċina alternattiva ser jibqgħu magħna, anzi hemm anke lok għal xi oħrajn ġodda. Ara tivvintax xi waħda!

1. Bażikament il-metodu xjentifiku jinvestiga xi fenomenu (hu x’inhu, u stramb kemm hu stramb) billi jsiru osservazzjonijiet, jifforma ipoteżi, isiru esperimenti, u joħorġu konklużjonijet; u ippubblikat kollox ħalli kull pass jista’ jiġi ripetut minn kulħadd. Minkejja li mhux xi metodu perfett, dan huwa l-aħjar metodu li għandna kif insiru nafu sew l-affarijiet, (avolja qatt b’ċertezza assoluta). U fuq kollox ma nitqarqux, l-iktar waqt xi investigazzjonijet bħal tal-mediċina alternattiva.

2. Placebo Latin għal ‘tfaħħar’.

3. Anke kemm il-pazjent jaf u jafda lit-tabib, u kemm it-tabib jidher konfidenti (avolja mhux bilfors ikun), jaffettwa lill-pazjent. Li juri kemm il-moħħ jaffettwa l-ġisem, u għax hemm ħafna mard jissejjaħ psikosomatiku (mill-Grieg ‘psiko’ moħħ, u ‘soma’ ġisem), fejn l-influwenza tal-moħħ hija prominenti.

5 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2023

Fis-sala tal-Oscars

Waqt serata tal-Oscars xi ħadd anonimu qassam karti lil dawk li kienu fis-sala u qalilhom: ‘Ħafna minnkom m’intomx ser tirbħu Oscars. Iżda xorta tistgħu tieħdu gost taraw xi qamar mimli f’sema sajfi, xi frotta sabiħa delizzjuża, xi ikla tajba malfamiljari. Ħudu gost b’dawn ilħwejjeġ żgħar li jissodisfawkom ferm iktar mill-Oscars.’

Ma nafx kemm aċċettaw dan ilmessaġġ imma żgur li jagħmel ħafna sens mhux biss għal min ikun qed jistenna r-rebħ talOscars imma għalina lkoll. Ejja nieħdu gost bl-affarijiet żgħar ta’ madwarna biex ingergru inqas u napprezzaw iżjed.

Jaf x’jgħid

Waqt ikla mogħtija f’ġieħu, Lord Coggan qam biex jirrispondi diskors tal-okkażjoni li kien sar. F’dan id-diskors il-kelliem kien elenka dak kollu li wettaq Lord Coggan u faħħar kull inizjattiva li kien ħa favur dak u l-ieħor.

Għollieh mas-seba’ sema b’dak li

qal. Bħas-soltu l-mistieden

speċjali jqum biex iwieġeb u Lord Coggan bit-tbissima stqarr: “Nitlob maħfra doppjament. L-ewwel maħfra għall-gideb li qal fuqi l-kelliem ta’ qabli u maħfra wkoll lili li ħadt tant pjaċir nisma’ dan ilgideb kollu!”

Parir

Meta xi studenti staqsew lil

Sadhu Vaswani – għaref Indjan – min tah l iktar

parir importanti fil-ħajja, dan wieġeb: “L-għażiża ommi. Qaltli biex kuljum nibda l-ġurnata

b’talba lil Alla u nispiċċaha b’talba oħra.”

Naħseb li dan il-parir ommijietna tawh lilna wkoll.

6

Mistoqsija antipatika

Meta l-awtur ċelebri George Bernard Shaw kien qed imut xi ħadd kellu l-ardir jistaqsih x’jagħżel li jkun kieku kellu jitwieled mill-ġdid. Liema persunaġġ storiku jixtieq li jkun. U

Shaw wieġeb: “Kieku kelli nitwieled mill-ġdid nixtieq inkun Bernard Shaw li seta’ kien u li qatt ma kien!”

Xewqat il-bniedem flaħħar jiem tal-ħajja huma differenti ħafna minn xewqatu fl-aħjar ta’ żmienu.

Bejn re attur u re veru

L-attur Anthony Quayle kien qed jaħdem il-parti tas-sultan Enriku VIII fi play li kellha l-istess isem ta’ dan ilpersunaġġ. Fiż-żmien li

attur kien qed idawwar lir-re urih il-kamra tiegħu fejn kellu lkostumi tas-sultan Enriku.

Naħseb, Sur Quayle, int ma tafx kif suppost tilbes it-terħa għax aktarx li jlibbsuhielek ta’ madwarek.”

Quayle wieġeb li veru. Ma kienx jaf kif suppost tintlibes. Dan ixxogħol kien f’idejn min kien jieħu ħsieb il-kostumi.

“Mela ħa nurik kif biex tifhem li int xortik aħjar minn tiegħi għax jien personali jkolli naqfel it-terħa u int għandek min ilibbishielek. Mhux biss imma jkolli nilbisha anke meta ma jkollix aptitha.” “Imma jien sultan fuq palk għal ftit ġimgħat u int sultan għal ħajtek.”

kienet qiegħda ssir żar it-teatru sSultan renjanti George VI. Meta l-

It-tnejn daħku bil-qalb.

Kos hux f’kull tip ta’ ħajja hemm is-sabiħ u l-ikrah. It-tlugħ u l-inżul. Ħajja bla xkiel ma tantx għandha djar ta’ residenza fiddinja tagħna. U ngħiduha kif inhi… sfida tagħmel il-ġid ukoll.

7 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2023

IL-LAQGĦA TA’ SETTEMBRU

Il-laqgħa għamilha Joe Portelli u kellemna dwar il-ktieb talImħallfin fl-Antik Testment. Huwa l-ktieb li juri lill-poplu

Lhudi fuq l-għatba tal-art ta’ pajjiżhom. Jidhru bħala poplu dgħajjef li qiegħed jitħabat biex jistabbilixxi ruħu fil-pajjiż.

Għalhekk fih ċerti stejjer li jkollhom bżonn spjegazzjoni għax huma ferm ’il bogħod millmentalità tal-lum. L-imħallfin kienu mexxejja għad li aħna filħsieb tagħna l-kelma ‘mħallef’ tindikalna qorti. Forsi l-iktar imsemmija huma Sansun u Gidgħon. Fosthom insibu anke lil Debora għad li fil-mentalità

Lhudija ma tantx kienu jaċċettaw mexxejja nisa. Imma dawn kienu individwi li meta kienu fuq lgħatba ħadu deċiżjoni. U Joe żewwaq il-lezzjoni tiegħu b’episodji ta’ nies li meta ħabbtu wiċċhom ma’ għażliet diffiċli kienu kapaċi jieħdu deċiżjoni tajba. Semma l-każ interessanti ta’ Marc Buoniconti player talAmerican Football. Kien iben

player famuż, Nick li ismu jinsab fil-Hall of Fame. Fis-26 ta’ Ottubru 1985, meta kellu biss 19il sena waqt logħba l-Università sofra ksur fix-xewka ta’ dahru li

ħallietu pparalizzat. Waqqaf fondazzjoni ‘The Buoniconti

Fund’ li l-iskop tagħha huwa riċerka u għajnuna lil min bħalu jinsab fuq siġġu tar-roti. Barra minn hekk sar ħabib kbir malplayer Herman Jacobs li minħabba tackle tiegħu spiċċa

8

paralizzat. Marc kien fuq għatba ta’ deċiżjoni u dak li għamel wara wera kemm hu persuna nobbli.

Alessia Zecchini għandha rrekord tal-iktar għadsa fonda ta’ 351 pied fi tliet minuti u 26 sekonda. Iltaqgħet ma’ Stephen Keenan, diver espert li kellu skola tad-diving f’Dahab l-Eġittu. Stedinha għal dive diffiċli fil-Blue Hole. Laqgħet l-istedina. Xi ħaġa marret żmerċ. Alessia ma kinitx konxja sal-aħħar u jaħsbu li

Stephen imbuttaha ’l fuq qabel ma storda. Hi salvat u hu miet. Dan ġara f’Ġunju 2017 meta

Stephen kellu biss 39 sena. Din listorja saret film bl-isem ‘The Deepest Breath’. Kristu stess qalilna li ma hemmx imħabba akbar milli wieħed jagħti ħajtu għal ħaddieħor.

Anke aħna fil-ħajja jkollna sitwazzjonijiet li fihom nuru eżatt minn xiex aħna magħmula. Forsi mhux qawwija daqs dawn imma xorta jkunu importanti għalina. Nirringrazzjaw lil ħabibna Joe Portelli tal-lezzjoni interessanti li għamlilna.

għal-LAQGĦA TA’ OTTUBRU

Ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Ottubru fis-7.30p.m.

Għandu jiġi jkellemna l-

ħabib tagħna Dun Manuel Cutajar. Peress li dakinhar ser tkun il-festa tal-

Madonna tar-Rużarju

għandu jagħmlilna ħsieb dwar din il-festa.

Mela ħabib, ftakar nhar isSibt 7 ta’ Ottubru fis7.30p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2023
9

“Fl-aħħar deher lill-ħdax…

U qalilhom:

“Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara

lill-ħlejjaq kollha.”

Mark 16: 14-15

Fil-ktieb tiegħu

God’s Smuggler, Patri Andrew

tad-Dutch missionary

jirrakkonta kif kien jagħmel kontrabandu tal-Bibbji u jdaħħalhom

f’pajjiżi Komunisti

qabel il-waqgħa

tal-purtiera tal-ħadid.

Kien jagħmilhom

fil-pannelli tal-karozzi.

“Tiskanta,” jgħid

“kemm Bibbji żgħar karozza.

Ir-rekord personali tiegħi hu ta’ 800.”

Patri Andrew kien qed jilgħabha

ma’ tliet snin u nofs priġunerija jekk jinqabad.

Il-kmand ta’ Ġesù sabiex

immorru mad-dinja kollha

jxandru l-Bxara

laqgħu bil-qalb Patri Andrew.

Iġegħilni nistaqsi

jien x’riskju qed nieħu biex inwettaq dak li ried Ġesù?

X’riskju lest nieħu aktar ’il quddiem?

Il-Kristjanità hija battalja, mhux ħolma. Wendell Phillips

10 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2023
Kelmet #

Għaż-żgħażagħ tal-lum l-isem

meta mar fejn l-ispeċjalista

Simon and Garfunkel aktarx li ma jfisser xejn. Iżda għaż-żgħażagħ tas-snin sittin u sebgħin tas-seklu l-ieħor dan il-grupp mużikali kellu faxxinu fenomenali għalihom. Kien grupp popolari ferm speċjalment wara li rrekkordjaw il-kanzunetta ‘The Sound of Silence’.

Iżda aktarx li ħafna minnhom qatt ma bassru l-istorja wara din issong li tibda bil-kliem ‘Hello darkness, my old friend….’

Aħbar kerha

L-istorja tibda fis-snin sittin tasseklu l-ieħor meta Arthur Garfunkel beda jattendi luniversità ta’ Columbia. Hemm iltaqa’ u sar ħabib kbir ta’ żagħżugħ minn Buffalo bl-isem ta’ Sandy Greenberg. Kellhom listess kamra fl-università u t-tnejn kienu qed jistudjaw għal avukati. Iżda jum wieħed Sandy intebah li l-viżta tiegħu kienet qed tħabbtu u

ngħata l-aħbar krudili li lglawkomja kienet qed tiekol u tnixxef in-nervatura ta’ għajnejh. Sandy kien ser jitlef id-dawl fi ftit xhur.

Din l-aħbar kissret emozzjonalment lil Sandy li dlonk ippakkja kollox u telaq lura lejn Buffalo. Ma riedx jisma’ bi studju. Qata’ qalbu mill-ħajja. Intefa d-dar jibki xortih. Addio università, addio ħbieb u addio karriera.

Ħabibu kellu bżonnu

Ħabibu Arthur kien deċiż li ma jħallix lil Sandy jeqred ħajtu ħesrem. Mar ifittxu f’Buffalo u rnexxielu jipperswadih ikompli lkors. Hu kien ser ikun miegħu f’kull ħin biex ma jħallihx jitfixkel. U hekk Sandy biddel fehemtu u reġa’ lura lejn lUniversità ta’ Columbia.

Iż-żewġt iħbieb kienu dejjem ma’ xulxin. Arthur sar l-għajnejn u lbastun ta’ sieħbu. U kien jgħinu wkoll fl-istudju. Kien f’dawn issnin li Arthur laqqam lilu

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2023
11

nnifsu Darkness. U Sandy kien dejjem isellimlu bil-kliem: “Hello Darkness my old friend.”

Ħallieh waħdu

Iżda darba waqt li kienu ġo folla kbira ta’ nies Arthur telaq lil ħabibu waħdu. Sandy infixel. Tfixkel kemm-il darba u tgħidx kemm sabha diffiċli biex isib triqtu lejn l-istazzjon. Meta flaħħar, wara ħafna waqgħat ’l hawn u ’l hemm, wasal ħdejn ittren li kellu jwasslu l-università, ħabat ma’ żagħżugħ li ma kien

ħadd għajr Arthur. Fil-fatt Arthur ma kien qatt ħalla lil sieħbu. Kien il-ħin kollu warajh. Iżda riedu jsir indipendenti. U rnexxielu! Minn dakinhar Sandy beda jitgħallem jgħix ta’ għama mingħajr lgħajnuna kontinwa ta’ sieħbu.

Firda

Sandy iggradwa mill-Università ta’ Columbia imma kompla jistudja f’Harvard u f’Oxford. Seta’ jibda karriera ta’ suċċess għad li għal bidu kien jgħix f’ċerta akkarija.

Sadanittant Arthur taha għallkant. Iltaqa’ ma’ żagħżugħ blisem ta’ Paul Simon dilettant talmużika bħalu u t-tnejn iffurmaw il-grupp Simon and Garfunkel. Kellhom bżonn il-flus biex jibdew il-karriera u hawn daħal fl -istorja Sandy li sellef lil Arthur

400 dollar – kważi flusu kollha –biex Simon and Garfunkel setgħu jirrekordjaw l-ewwel album.

Kellhom bidu kajman iżda fi żmien sena l-kanzunetta tagħhom

The Sound of Silence saret hit fenomenali. U din is-song tibda proprju bil-kliem li bih Sandy kien isellem lil ħabibu Arthur: ‘Hello Darkness, my old friend…

Ħbiberija ta’ veru

Minkejja kull impenn iż-żewġ eks-studenti, Sandy u Arthur baqgħu ħbieb u t-tnejn jħobbu jitkellmu dwar kif il-ħbiberija ta’ bejniethom għenithom jiksbu suċċess f’ħajjithom. Għax ħbiberija vera hi ta’ benefiċċju għal min ikun fiha. Hi bastun għal min ikun qed jogħtor, dawl għal min ikun fid-dlam u serħan ilqalb għal min ikun għaddej minn żmien diffiċli. Hekk kienu għal xulxin Arthur Garfunkel u Sandy Greenberg. Din il-ġrajja jirrakkontaha b’mod sabiħ Sandy Greenberg innifsu fil-ktieb biografiku Memoirs: Hello Darkness my old friend.

12
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ottubru2023

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.