Il-}bieb











AWWISSU 2023 numru 684
Leġġenda Lhudija tirrakkonta li darba kien hemm Rabbi qaddis li kien jagħmel ħafna penitenza. Fi ġranet partikolari ma kienx jiekol minn tlugħ xemx. Ħadd ma kien jaf b sagrifiċċju tiegħu iżda l-Mulej biex jurih li qed jaċċettah kien jippermetti li kewkba fis-sema tixgħel b’dawl qawwi iktar minn tal-oħrajn. Xhieda li s-sagrifiċċji tiegħu huma apprezzati minn Sid is-smewwiet.
Iżda darba mar jarah ħabib f’waħda minn dawn il-ġranet partikolari ta’ sawm. Ir-Rabbi ħassu bejn ħaltejn. Xtaq li jsum bħas-soltu iżda ma riedx li ħabibu jħossu skomdu jiekol meta hu kien sajjem. Iddeċieda għalhekk li jiekol ma’ ħabibu bla ma jgħidlu xejn.
U kielu flimkien u qagħdu jitkellmu għal bosta sigħat. Il-ħabib tar-Rabbi ħassu ferħan jaqsam l-esperjenzi tiegħu mar-raġel twajjeb u jirċievi mingħandu risposti għaddiffikultajiet li kellu. Fihom ra dawl ġdid quddiem sitwazzjonijiet li qabel dehru bla soluzzjoni.
Iżda r-Rabbi ħassu ħati. Għax ma kienx żamm il-wegħda tiegħu li jsum f’dak ilpartikolari. Kien ċert li f’dik il-lejla ma kienx ser jara l-kewkba tiddi għax kien naqas minn kelmtu. Lanqas xtaq li jidlam u meta dalam ma riedx iħares ’il fuq għax kien ċert mir


Iżda fl-aħħar il-kurżità għelbitu u ħares bħas-soltu. U ndiehex għax dakinhar flok kewkba tiddi ra tnejn. Il-Mulej ried jurih li qalb tajba hi likbar att ta’ mħabba.
Storja leġġenda li jekk toqgħod tifliha ssib ħafna tentufiet li ma jagħmlux sens iżda t-tagħlima prinċipali toħroġ weħidha. Il-Mulej iqis l-imħabba u rrispett lejn l-oħrajn bħala l-ikbar omaġġ li nistgħu nagħtuh.


Niftakar…

Wasalna kmieni ħafna f’Madrid wara vaganza qasira f’Ġibiltà.
Vjaġġ twil ta’ xi 9 sigħat.
Uħud raqdu mat-triq. Oħrajn ma għalqux għajn m’għajn. Iżda żgur li bħala grupp konna ser nibdew il-jum għajjenin ħafna.
U biex tagħqad il-mappa li kellna ta’ Madrid ma kinitx tkopri l-istazzjon li waqafna fih u għalhekk ma kellniex idea kif ser nagħmlu biex noqorbu lejn iċ-ċentru tal-belt fejn kellna npoġġu ħwejjiġna f’lukanda qrib Plaza del Sol.
L-uffiċini kienu kollha magħluqa.
U l-passiġġieri kulħadd mgħaġġel.
U ħadd minna ma kien jaf kelma bl-Ispanjol.
L-unika soluzzjoni kienet li noqogħdu hemm, inħalluh jisbaħ sakemm jinfetħu l-uffiċini u hekk inkomplu triqtna.

Iżda f’daqqa waħda waqaf raġel ħdejna kellimna l-ewwel bl-Ispanjol u mbagħad bit-Taljan.
Xtaq ikun jaf jekk jistax jgħinna. Rajnieh anġlu.
U bdejna nitkellmu.
Kien jaf ħafna fuq Malta għax fil-fatt għex fi gżiritna għal numru ta’ snin.
Kien patri Karmelitan u studjuż tal-lingwi Semitiċi li l-lingwa tagħna tal-Malti tagħmel parti minnhom.
Mhux biss uriena t-triq imma qagħad magħna fuq l-istage u meta waslet il-bus tela’ u informa lis-sewwieq
fejn irid iwaqqafna.
Għinna bla ma tlabnieh.
Ra l-ħtieġa u ma ħarisx band’oħra.
Seta’ baqa’ għaddej għax bħall-oħrajn kien mgħaġġel.
Iżda għażel li jieqaf, stħajjiltu s-Samaritan it-tajjeb li waqt li ħaddieħor ftit ta’ kasna hu waqaf u għinna.
Kull meta niftakar f’din il-waqfa ta’ ħsieb
ngħid talba qasira: ‘Mulej għinni biex
meta nara l-ħtieġa tal-għajnuna nagħtiha bil-qalb anke jekk ma nkunx mitlub.’

Palmer li kien għamel żmien
jgħid li jfejjaq bil-kalamiti, imma mbagħad beda jgħid li jfejjaq b’manipulazzjoni qawwija taxxewka tad-dahar, u li ġie ispirat mid-dinja l-oħra, minn tabib li miet ħamsin sena qabel. Kien wieħed mill-ewwel pazjenti
sodisfatti tiegħu li vvinta l-kelma kiropraktik1. Palmer u l-ewwel
segwaċi tiegħu, inkluż ibnu, kienu jsostnu li l-mard kollu ġej minn
żbilanċ f’ċerta enerġija vitali2 li
tgħaddi mix-xewka tad-dahar man-nervituri għal madwar ilġisem kollu. Jekk, pereżempju, in-nervituri affettwati huma dawk li jieħdu għall-qalb jew għallkliewi, allura dawn l-organi jimirdu. Issa ħafna min-nervituri tal-ġisem joħorgu minn toqob
jibqgħux allineati sew. U allura wkoll fejqan jista’ jiġi minn manipulazzjoni tax-xewka taddahar biex dawn jiġu għannormal, li hija l-proċedura prinċipali tal-kiropraktik. Però llum dawk li jipprattikaw ilkiropraktik ma tantx jemmnu f’dawn l-ideat, anzi jsibuhom imbarazzanti. Ukoll ħafna minn xogħolhom huwa manipulazzjoni mhux biss tad-dahar imma anke ta’ ġogi oħra.
Illum viżta għand il-kiroprakter tinvolvi l-ewwel nett l-istorja dettaljata tal-uġigħ; fejn hu, meta beda, xi kwalità, lejn fejn jimxi eċċ; aktarx (u aħjar) jintalbu Xrays tad-dahar kollu. Imbagħad
1. Mill-Grieg kheiro, id u praktikos, prattika.
2. Idea vaga, aktarx mid-duttrina tal-vitaliżmu li tgħid li affarijiet ħajjin huma hekk għax fihom xi ħaġa, sustanza vitali, li ma tinsabx f’affarijiet mhux ħajjin, bħal minerali. Għalkemm lanqas illum ma nafu x’inhi eżatt il-ħajja ( jew ilkonxju), però ma nstabet ebda differenza fil-materjali (molekoli) bejn affarijiet ħajjin u dawk mhumiex.
tibda l-manipulazzjoni li aktarx tkun ukoll bi skossi qawwija u anke jinstemgħu ħsejjes ta’ tfaqqigħ tal-ġogi u għalkemm dan jidher allarmanti ġeneralment ilpazjent3 ma tantx iħoss uġigħ. Ġeneralment ukoll issir iktar minn seduta waħda.
Però, bħal kull tip ta kura fil mediċina kollha, il kiropraktik fiha ċerti riskji u effetti mhux mixtieqa.
Żewġ riskji

serji ħafna huma li fil-manipulazzjoni u skossi ssir ħsara fl-arterji, partikularment tal-għonq; jew fin-nervituri, partikularment dawk kbar fin-naħa ta’ isfel tad-dahar. Każijiet ta’ emorraġiji u paraliżi u anke fatalitajiet ġew rapportati minn madwar id-dinja.
Meta l-kiropraktik huwa użat għal kundizzjonijiet oħra bħal dipressjoni jew dijabete, ilpazjent ma jkunx jieħu kura tajba u jista’ jipiċċa f’xi suwiċidju, jew dijabete bla kontroll mingħajr insulina. U jekk l-uġigħ dahar ġej minn xi kanċer ilkiropraktik waħedha ċertament mhux kura tajba.
Hawn Malta hawn kiroprakti liċenzjati5 .
Il-pazjenti li jfittxu servizz ta’ kiroprakter aktarx ikunu dawk diżappuntati bil-pilloli, dlik, suppożitorji, faxex u injections tal-ortopedija konvenzjonali. Min imur tajjeb u min le.
(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Settembru)
3. L-użu tal-maskil huwa għal konvenjenza biss.
4. Għalkemm il-kelma ‘seduta’ f’dan il-każ ma tantx hija l-aħjar waħda.
5. Fil-mediċina normali hawn ukoll il-fiżjoterapija, li wkoll tintuża l-iktar għal problemi ta’ muskoli u ġogi u anke tal-pulmun, eżempju wara xi ksur, operazzjoni jew waqt bronkite. Il-fiżjoterapija ssir ħafna iktar bil-mod u galbu, u bil-partiċipazzjoni tal-pazjent, li jista’, anzi spiss hemm bżonn, li jkompli leżercizzji waħdu.






Il-ġurnata minn filgħodu turik
Min hu dilettant taċ-ċinema tasseklu l-ieħor żgur li sema’ blartist Alec Guinness. Kien wieħed mill-iktar artisti versatili.
Jirrakkonta li meta kien żgħir, fliskola fejn kien jattendi, kienet qed issir play li fiha Alec kellu parti żgħira. Dik li jidħol b’messaġġ urġenti u jagħtih lillprim attur. Kellu jidher li ġej bla nifs biex ma jitlifx ħin sakemm iwasslu.
U biex il-parti jagħmilha naturali kemm seta’, Alec kien kull darba imur ġirja madwar il-grawnd ftit sekondi qabel ikun imissu jidħol biex il-qtugħ ta’ nifs tiegħu jkun naturali u mhux reċtar.
Mhux ta’ b’xejn li meta kiber kiseb tant suċċess.

Skont
Il-President Eisenhower daħal filħanut tad-deheb ta’ Tiffany fi New York biex jagħżel rigal għal martu. Meta għażlu, aktarx biex jiġbed ftit saqajn il-proprjetarju tad-ditta Tiffany staqsieh:
“Bħala President għandi xi trattament speċjali għal xi skont?” Id-ditta Tiffany kienet u għadha magħrufa bħala ditta ta’ prezzijiet fissi. Is-sid qallu:
“L-aħħar president li talab skont kien iktar minn mitt sena ilu – Lincoln u dakinhar għednielu li aħna ma nagħtux skont lil ħadd. Lanqas lill-president. U l-istess risposta ser ikolli nagħtiha lilek!”

Jiġi minnu
Is-Sur Howard Darley, raġel Ingliż, ried jagħmel konoxxenza tan-nies kollha fil-Gran Brittanja li kellhom l-istess kunjom bħal tiegħu. U kien jikseb l-indirizz u jibagħtilhom ittra pulita li fiha jitlobhom dettalji dwar familthom. Anke dawk li għexu għexieren ta’ snin ilu. Darba wieħed minn dawk li rċieva l-ittra inzerta avukat u kitiblu lura u tgħidx kemm għajru għax iddettalji ta’ familtu ma kinux affari ta’ Howard.
Dan ftit iddejjaq bir-risposta anzi kitiblu lura u qallu: ‘L-ittra tiegħek tagħmilha ċara li int wieħed mill-familja tagħna għax jitlagħlek malajr!’
U hekk bdiet orrispondenza bejn it-tnejn li minn għedewwa għamlithom ħbieb kbar. U fil-fatt veru li kienu jiġu minn xulxin.
Xi ħadd darba qal: ‘Kelma ħelwa hi iktar qawwija minn kelma iebsa’.
Farewell
Waqt ċerimonja li fiha direttur ta’ kumpanija kien ser jirtira, min kien qed jagħmel id-diskors talaħħar qal fuqu:
Dan kien bniedem li ma jafx xi tfisser iċċedi. Ma jafx ifisser taqa’ qalbek. Ma jafx xi jfisser biża’. Għalhekk iddeċidejna li nixtrulu dizzjunarju biex issa jkollu ħin biżżejjed jitgħallem
dawn x’ifissru.”

Faċilità korrettiva mhux fl-isem biss
Id-Direttur tal-ħabs laqa’ ftit ħabsin ġodda. Qalilhom: “Hawn tistgħu tibqgħu tagħmlu dak li kontu tagħmlu filkarriera tagħkom. Min kien mastrudaxxa għandna ħanut apposta għalih, min kien welder, min kien mekkanik…”
“Int x’kont tagħmel?”
Staqsa lill-ewwel wieħed.
“Jien kont nieħu ħsieb ilbieb ta’ barra ta’ fejn kont naħdem!”
Ma naħsibx li baqa’ bl-istess xogħol!



Il-laqgħa ta’ Lulju
Inzertat jumejn wara l-
Imnarja peress li l-ewwel
Sibt ta’ Lulju ħabat lewwel tax-xahar. LArċipriet Mons Daniel Xerri għamilna ħsibijiet tassew interessanti u sbieħ dwar l-Abbandun Totali li fi kliem sempliċi jfisser li nintelqu fi ħdan Alla li jaf aktar minna x’għandna bżonn. Kull bniedem iħabbat wiċċu ma’ problemi fil-ħajja… huwa parti min-natura tagħna. U meta nħossuna li ma
aħniex fil-kontroll ta’ dak kollu li qed jiġrilna faċli nitħawdu. Anzi l-ħajja tallum, bil-kumditajiet kollha li għandna, insibuha ferm iktar diffiċli li nintelqu u nħallu lil
Alla jagħmel il-parti tiegħu. Moħħna kif ser insolvu l-problemi li nħabbtu wiċċna magħhom. Ma aħniex kapaċi li nagħmlu pass lura u nitolbu. Nafdaw li Alla jaf iktar minna.

Fl-esperjenza tiegħu bħala arċipriet jiltaqa’ ma’ bosta individwi li meta jħabbtu wiċċhom ma’ problema kbira
jaslu bil-mod il-mod li jafdaw f’Alla imma jsibuha aktar diffiċli li jafdaw f’affarijiet żgħar. Issib minn kollox. Min ra ħafna mard fil-familja tiegħu u meta jasal biex jgħid il-Missierna jibża’ jintelaq fil-kliem ‘…ikun li trid Int.’ Naraw aħna fil-ħajja ta’ kuljum. Kemm nitilfu l-paċenzja fl-affarijiet iż-żgħar… ma nsibux parking, ma llaħqux mal-pjan tagħna tal-ġurnata eċċ eċċ. Ilqaddisin juruna kemm għaddew ħajja mentalment kwieta meta ntelqu f’dak li ried Alla minnhom. San Piju tal-Pjagi ma tħawwadx meta żammewlu l-quddies u lqrar. Dun Ġorġ Preca baqa’ kalm meta orndawlu jagħlaq l-oqsma





tal-Museum għad li kienu jafu li kienu qed jagħmlu l-ġid. Fil-ktieb ‘L-Abbandun Totali’ Dun Ġorġ jgħid li għandna nintelqu f’idejn
Alla dejjem u f’kollox. Ma nistgħux nagħżlu din iva u l-oħra
le. Meta naslu li nintelqu f’idejn
Alla, ħafna drabi f’affarijiet li ma nkunux nistgħu nifhmu, ngħixu ħajja ħafna aħjar. Importanti li nemmnu li Alla jħobbna dejjem, nagħrfu naċċettaw dak li jibagħtilna u mbagħad nintelqu f’idejh. Hu jaf aktar minna x’inhu l-aħjar għalina.
Nirringrazzjaw lil Mons Arċipriet
Daniel Xerri tal-pariri sbieħ li tana li aktar ma nippruvaw inwettquhom f’ħajjitna aktar ngħixu ħajja kwieta.
għal-laqgħa ta’ Awwissu F’Awwissu nfakkru lanniversarju tal-qasam tagħna. Għalhekk din illaqgħa ser tiftaħ il-Ġimgħa Museumina. Ser issir nhar isSibt 5 ta’ Awwissu. Stedinna lil seħibna Anton Mercieca sabiex jagħmlilna l-laqgħa. Żgur li bħas-soltu jżewwaq illezzjoni interessanti tiegħu b’bosta aneddoti li jinżlulna għasel. Għalhekk, ħabib, titlifx din il-laqgħa u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll. Mela għal nhar is-Sibt 5 ta’ Awwissu fit8.00p.m. Żgur li jibqagħlek ħafna ħin sabiex toħroġ ma’ sħabek.



Ngħarrafkom, ħuti, Alla, Maċedonja.
faqar tagħhom bla qies..
għax skont ma jistgħu u aktar milli jistgħu..”
2 Korintin 8:1-3
kien kummidjant popolari
Kellu mod kif idaħħak.
li daħal ħalliel u filwaqt
Jew ħajtek jew flusek?
Benny reġa’ ma weġbux. Il ħalliel saħan u għajjat,

Jew ħajtek jew flusek?!”
Benny wieġbu, “Ħallini ftit naħseb!”
Kemm kapaċi noħloq tbissima?
Ħafna nies jaħsbu li aktar ma jkollhom aktar ikunu ferħana. Meta fil-fatt tkun l-aktar ferħan meta tagħti l-aktar.


b’tifisra qasira li mhux bilfors taqbel magħha


L-iktar ħaddiem storbjuż mhux bilfors hu l-iktar ħaddiem li jirrendi. Nies ta’ kixfiet kbar ma kinux nies ta’ ħafna paroli imma ta’ ħafna azzjoni jew ħsieb.



li ferietha kienet qed titmexxa ’rixitha
Jiddispjaċik meta tirċievi azzjoni
ħażina li tkun frott xi għotja li int wassalt lil xi ħabib li f’daqqa waħda dar kontra tiegħek. Lingratitudni tweġġa’ tassew.
Ma tistax tgħaffeġ labra

imma mhux daqstant biex jitimgħuh
Il-fqir jippreferi biċċa ħobż minn xkora pariri. Fejn naraw il-ħtieġa aħjar noħorġu l-kartiera milli lsienna. Għax il-bżonn jippretendi għajnuna materjali mhux tpaċpiċ fieragħ.
’daqqa ta’ ponn fuq il-ponta tagħha
Kwistjoni taħraq ma tissolviex blgħajjat, ġlied u theddid imma bilkalma u t tattika.


naħla tagħti wkoll il-velenu lis-
serp
F’ħafna okkażjonijiet hemm it-
tajjeb u l-ħażin. L-azzjonijiet tagħna jafu jibnu jew iħottu. Jafu jfejqu jew ifieru. Jafu jferrħu jew ibikku. L għażla f’idejna.


Azzjoni ta’ bluha taf ikollha konsegwenzi serji. Tant serji li ssoluzzjonijiet jistgħu jkunu diffiċli meta mhux impossibbli.
Xi ħadd darba qal: Mument ta’ bluha jaf joħloq tsunami ta’

jispiċċaw mirfusa. Bħal dik ilmara li binha bħala rigal speċjali bagħtilha pappagall jitkellem biex iżommilha kumpanija u hi għamlitu brodu.
Jekk għasfur qiegħed f’gaġġa tad-deheb xorta jixxennaq għall-ħelsien tal-foresta
Il-libertà hi don ferm iprem millflus. Aħjar bukkun meta jien ħieles milli ikla gwappa meta jien skjav.
Ferita ta’ stallett titfejjaq imma waħda tal-ilsien ma titfejjaq qatt
Kelma iebsa tfieri u mhux faċli taħfirha u iktar minn hekk mhux faċli tinsieha. Għalhekk il-Mulej għamlilna 2 xatbiet quddiem lilsien… is-snien u x-xofftejn biex naħsbuha sew qabel inparlaw.


għal dejjem
Mhux kulħadd kapaċi japprezza l-

Aħna ngħidu wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Għalhekk ma naqtgħux qalbna meta l-ħajja ddewwaqna xi morr. Id-dawl f’tarf il-mina għad jerġa’ jitfaċċa bħalma titfaċċa xxemx li tkun mgħottija bis-sħab.

