Il-Hbieb Isejhu - Gunju 2023

Page 1

Isej]u Il-}bieb

NEWSPAPER POST ĠUNJU2023 numru 682

ĠUNJU 2023

numru 682

Żewġ turisti Amerikani waqfu ħdejn dar fi triq mhix prinċipali fil-belt bieb kien hemm tabella bil-kelma

Antiques’. Peress li t-tnejn kienu dilettanti tal-għamara antika ħasbu li f’din id-dar jistgħu jsibu xi oġġett li jogħġobhom għad li xejn ma kien hemm x’juri li dik id-dar kienet ħanut jew li kien għaddej xi bejgħ hemmhekk.

It-turisti immaġinaw dar mimlija għamara ta’ xi seklu ilu li n nies tagħha riedu jeħilsu minnha. Bdew anke jiddiskutu kif setgħu jieħdu din lgħamara antika magħhom l-Amerika.

Ftiehmu li jinqdew bi trailor jekk isibu xi ħaġa li togħġobhom.

Ħabbtu l-bieb u fetħulhom żewġ aħwa nisa li kellhom ’il fuq minn tmenin. Kienu jitkellmu bl-Ingliż tajjeb għax ittnejn kienu għalliema tal-lingwa fis-snin li għaddew. Laqgħuhom bil-qalb, offrewlhom ftit kafè u xi pastini u bdew jitkellmu fuq kollox barra fuq l-għamara antika. Fl-aħħar it-turisti wrewhom ixxewqa tagħhom li jaraw l-għamara antika li kellhom għall bejgħ. U waħda mill-aħwa weġbithom, “Il-kelma ‘Antiques’ ma tirreferix għall għamara iżda biex tindika li f’din id-dar hawn żewġ aħwa antiki għax għandhom fuq tmenin. Permezz ta’ dik it-tabella tgħidx kemm għamilna ħbieb. Intom it-tnejn żidulna l-lista tagħhom.”

It-turisti tbissmu bil-qalb u ħadu gost li kienu daħlu fil-lista tal-ħbieb ta’ dawn l-aħwa ġentili Spanjoli tant li baqgħu jikkorrispondu magħhom xhur u snin wara.

Il-bniedem hu dejjem għatxan għall-ħbiberija vera u ġenwina.

1

Niftakar…

Kont qiegħed inħares

lejn il-monument ta’ Kristofru Kolombu fi Plaza de Colon f’Madrid.

Monument sabiħ li jixraq lil dan il-bniedem ta’ viżjoni u kuraġġ.

Bniedem li kellu ħolma kbira li donnu ħadd ħliefu ma kien jemminha.

Dar bosta rġejjen u slaten jitlobhom bil-ħniena biex jagħtuh xwieni u nies

ħalli jsalpa ’l hinn mill-Portugall u jġibilhom lura ħafna ġid f’kontinent li kien għadu mistur.

U r-rejiet u l-irġejjen kienu jibagħtuh lura idu f’idu għax għalihom u għal ta’ madwarhom ’il hemm mill-Portugall kien hemm biss baħar u baħħ.

Imma Kristofru baqa’ joħlom u jemmen. U fl-aħħar irnexxielu jipperswadi lil Isabella ta’ Spanja li tatu li xtaq u dan il-kaptan qalbieni salpa lejn dan il-kontinent li għal ħafna kien biss fantażma.

U anke n-nies li salpaw miegħu

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2023
2

mimli deheb u ġid ieħor.

U meta bdew għaddejjin ilġimgħat

u dan il-kontinent ma deher imkien

bdew jibżgħu li ser jispiċċaw

fid-dagħbien ta’ xi kaskata li fiha jintilfu għal dejjem.

U għalhekk bdew jaħsbu kif ser jeħilsu

minn dan il-ħolliem

ħalli jkunu jistgħu

jirritornaw lejn Spanja.

Kolombu sar jaf il-komplott

u talab bil-qalb lill-Mulej

li jipprovdi xhieda

li l-ħolma tiegħu kienet reali…

li veru hemm art kbira tistenniehom.

U ftit ġranet wara

Kristofru lemaħ weraq aħdar

jgħum ma’ wiċċ il-baħar

li fil-qrib ser jitfaċċa

l-kontinent li kien ħadlu ħsibijietu.

U hekk ġara tabilħaqq.

U forsi għalhekk

semma l-art li rifsu fuqha El Salvador

għax iddedikaha lill-Mulej li kien ħelsu minn mewt żgura.

Dawn il-ħsibijiet kollha

għaddew minn moħħi

meta ħarist lejn dan il-monument u fhimt li meta l-Mulej

inissel f’qalbna ħolma

irridu nibqgħu nemmnu fiha

anke jekk ta’ madwarna jippruvaw jgħadduna biż­żmien.

Trid tibqa’ temmen

li min nissel il-ħolma f’qalbek jgħinek twettaqha.

3

mezz possibbli. Madankollu hija daqsxejn sorpriża kemm huwa riċenti li sirna nafu kif jaħdem ilġisem, il-kawża tal-mard u mezzi ta’ kura tassew effettivi. Imma mhux effettivi għal kollox u finalment dejjem hemm il-mewt! U forsi għalhekk minkejja lavvanzi kollha tal-mediċina

moderna għad baqa’ sal-lum attentati għall-kura tal-mard li mhumiex xjentifiċi, anzi strambi ħafna.

L-istorja tal-mediċina effettiva moderna tibda biss minn madwar nofs is-seklu dsatax bl-iskoperti tal-mikrobi bħala kawża ta’ ċertu

iskoperta tal-antibijotiċi. Qabel dawn, it-tbatija minn mard, ilħerba minn epidemiji u mortalità fiż-żgħar kienu komuni, anzi parti mill-ħajja ta’ kuljum. Hekk, pereżempju, it-tul ta’ ħajja kemm jgħixu l-biċċa l-kbira tan-nies irdoppja mill-1900.

Peress li l-mediċina moderna ma għandhiex kura għal kollox, mhux dejjem tirnexxi, u finalment dejjem tfalli, hawn min idur għal xi tipi oħra ta’ kura - il-mediċina alternattiva. Fost din it-tip ta’ kura alternattiva nsibu:

Acupunture. Din tidher li bdiet madwar elfejn sena ilu fiċ-Ċina, u

1 Minn fost l-oħrajn Louis Pasteur (1822-95), rabies; Robert Koch (1843-1910), anthrax, tuberkulożi, kolera; u Roland Ross (1857-1932), malaria.

2 Pereżempju Edward Jenner (1749-1823), ġidri; Jonas Salk (1914-1995) polio.

3 L-iskoperti tal-ewwel loppji huma mimlija kontroversji u pika bejn mill-inqas erba’ karattri għajjurin, imma l-anestesija hija waħda mill-aqwa benefiċċji għallumanità. Biha issa setgħu jsiru operazzjonijiet dejjem iktar ikkumplikati, bilmod, u fuq kollox mingħajr tbatija. Hekk amputazzjoni mingħajr loppju kienet issir b’għaġla kbira, fi ftit minuti, bil-pazjent jgħajjat.

4

jingħad li bdiet meta xi gwerriera ntlaqtu minn vleġeġ f’ċerti postijiet tal-ġisem u ħassewhom marru tajjeb! Hemm diversi tipi ta’ acupunture xi ftit differenti minn xulxin. F’xi verżjonjiet huwa maħsub li biex acupunture tkun effettiva jiddependi jekk hux bi nhar jew bil-lejl, mill-fażijiet tal-qamar u anke mill-istaġuni tas-sena.

L-idea wara l-acupunture hija li fil-ġisem hemm forzi opposti, inklużi Yin4 u Yang5, li żbilanċ fihom iġib il-mard; kif ukoll li filġisem hemm għaddejjin madwar tnax-il linja, meridjani, li matulhom tgħaddi ċerta enerġija msejħa Chi. Dawn l-ideat ma fihom ebda xhieda xjentifika u għalhekk bla verifikazzjoni. Illum, xi wħud minn dawk li jipprattikaw l-acupunture jammettu li taħdem fuq bażi iktar fiżjoloġika billi pereżempju taffettwa n-nervituri u l-kimiċi bħal endorphins6 .

Bażikament sessjoni tipika ta’ acupunture tikkonsisti bil-pazjent mistoqsi fuq is-sintomi, fejn huwa muġugħ u eżami biex jinstabu lpartijiet morda u l-meridjani

affettwati. Parti importanti hija leżami tal-polz, jew aħjar polzijiet, għax huwa maħsub li hemm tnax-il polz, sitta f’kull id, kull polz għal kull meridjan prinċipali. Imbagħad, fejn huwa maħsub li hemm mard, jitwaħħlu l-famużi labar, ġeneralment bejn 5 u 25 waħda. Il-labar huma rqaq ħafna, illum aktarx tal-istainless steel, dari tal-fidda jew anke deheb. Ġeneralment jiddaħħlu għal ftit millimetri, għalkemm ġieli fond iktar, anke xi ċentimetri u aktarx jiġu manipulati daqsxejn ’l hemm u ’l hawn. Jitħallew hemm għal madwar 20 minuta bil-pazjent aktarx li ma jħoss kważi xejn uġigħ. Dawn il-labar suppost iġibu bilanċ tajjeb tal-Ying u Yang u Chi. Illum jintużaw ukoll magni li jpoġġu u jivvibraw illabar electro-acupunture) u anke acupunture bil-laser, għalkemm dan ma tantx jista’ jidħol fil-fond taħt il-ġilda, u użat l-iktar għattikmix.

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu filħarġa ta’ Lulju)

4 Yin il-femminil, negattiv, mudlam, artab, passiv. 5 Yang, il-maskil, pożittiv, mdawwal, iebes, attiv. 6 Fi kliem ieħor jippruvaw jagħtuha libsa xjentifika. Endorphins huma kimiċi li l-ġisem jipproduċi waqt stress, bħal eżerċizzju qawwi, li imma jagħtu sensazzjoni pjaċevoli.

5 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2023

Hu kien diġà sew…

Kien membru żagħżugħ tal-

Parlament Ingliż li kien għadu kemm laħaq u ħaseb li d-dinja kollha kienet taf bih. Għalhekk ħassu urtat meta xi pulizija, ħdejn il-bini tal-Parlament, ma tax kas tiegħu u mar bilġri jirrapporta lkaż lil Churchill li kien Prim Ministru.

“Il-pulizija għamel ta’ birruħu li ma jafx min jien!”

U Churchill, bil-kalma biex jifqagħlu l-bużżieqa, qallu: “U proprjament int min int?”

Xi ntqal wara ma nafux.

Kif tpoġġi l-kliem

Meta l-kumpanija tal-Coca Cola għamlet il-ħsieb li tidħol fiċ-Ċina riedet issib xi kliem li jixbah ilħoss ta’ Coca Cola u li t-tifsira tagħhom twassal messaġġ attraenti. Qabbdu nies apposta u bejniethom raw xi 40,000 suġġeriment qabel ma waqgħu fuq il-kliem:

Ko kou ko lo li jfissru Jalla ħalqek jifraħ. Reklamar stupend li min jaf kemm ġibed miljuni.

6

Amerika. Kienu inkwetati li tul dawn il-ġimgħat id-dehra tal-ġnien li kellhom quddiem darhom kienet ser tikxifhom li mhumiex id-dar u dan seta’ jħajjar xi ħallelin jidħlu u jisirquhom. Għalhekk qabdu student li kien jgħix qrib tagħhom biex fiż-żmien li jkunu l-Amerika jieħu ħsieb il-ġnien hu u naturalment tawh xi ftit flus u wegħduh iktar meta jmorru lura.

U meta waslu mis-safra, sabu lġnien miżmum pinna għajr għal roqgħa waħda li tħalliet b’ħaxix ħażin u xewk. Ma setgħux jifhmu għaliex l-istudent kien traskura din ir-rokna u meta staqsewh, dan wieġeb, “Biex tkunu tafu kif kontu

ssibu l-ġnien li ma kienx għal ħidmieti.”

Ħallielhom xhieda perfetta li ħaqqu ħlas xieraq.

Qliehom b’żejthom

L-inkwilini fi blokk ta’ flettijiet kienu qegħdin jiġġieldu fuq xi kwistjoni ta’ bejniethom. Għajjat u storbju, kliem ħażin u tgħajjir. Kulħadd irid jgħid tiegħu u kulħadd donnu kellu raġun. Wasal fuq il-post il-pulizija li ried ikun jaf l-istorja qabel ikun jista’ jieħu xi azzjoni. Imma kif seta’ la darba kollha riedu jitkellmu ma’ xulxin u jsemmgħu l-qanpiena tagħhom. Iżda ġie ħsieb f’moħħu u għajjat iktar minnhom, “Waħda, waħda. Jekk titkellmu flimkien ma nifhimkomx. U tibda l-iktar waħda anzjana fostkom!”

Skiet ta’ qabar. Ħadd ma lissen kelma. Il-ġlied waqaf u kulħadd reġa’ għal xogħlu. Il-pulizija kien sab il-parti debboli tal-ġellieda.

7 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2023

Il-laqgħa ta’ Mejju

Kellemna Dun Karm Gauci u peress li konna fix-xahar ta’

Mejju l-lezzjoni kienet dwar ‘Limportanza tad-devozzjoni lejn ilMadonna llum’. Bdielna bi ġrajja dwar Mahatma Gandhi li mar għand familja Nisranija. Meta daħal għandhom rahom bilkuruna tar-rużarju f’idejhom.

Qalilhom li ma’ min kienu qegħdin jitkellmu kien aktar importanti minnu u għalhekk tajjeb li jkomplu bit-talb tagħhom. Sew li waqt it-talb nippruvaw nifhmu l-kobor ta’ min qegħdin nitkellmu waqt it-talb.

Bosta drabi t-talb tagħna jsir bilburdati – meta għandi aptit; blinteressi bħal dak li kien jgħix ħajja spiritwali eżemplari iżda waqaf… meta għamel loperazzjoni!! u mgeżwer flegoiżmu… niftakru fina biss. Issabiħ tat-talba tas-Sliema hi li lewwel parti tagħha hi magħmula minn dak li qal l-Anġlu lil Marija u t-tieni parti minn dak li qaltilha Santa Eliżabetta. It-traduzzjoni proprja tal-ewwel kliem tasSliema hu ‘Ifraħ għax tassew

għandek biex tifraħ’. Dan huwa lkliem li fl-Antik Testment intqal lil żewġ eroj nisa Lhud… Ġuditta li rebħet lil Holofernes u Jagħel li rebħet lil Sisera. U din it-talba sabiħa nirrepetuha bosta u bosta drabi fir-rużarju. Tkun idea tajba li nagħmlu intenzjoni għat-talb tagħna… fir-rużarju nistgħu nagħmlu dan għal kull posta. Flintenzjoni nistgħu nsemmu nies qrib tagħna jew oħrajn li ma nafuhomx imma li smajna xi aħbar dwarhom fuq il-mezzi taxxandir. Talba sabiħa lill-Madonna tkun biex nagħrfu r-rieda ta’ Alla u kif ukoll sabiex nagħmluh anke

8

meta ma tantx ikollna aptit. Temm il-lezzjoni sabiħa tiegħu

b’referenza għall-ktieb sabiħ ta’

San Luigi Maria de Montford ‘Trattat fuq il-vera devozzjoni

lejn Marija’… ‘Alla ġie fid-dinja permezz ta’ Marija… illum sabiex jiġi għandna għandna bżonn talMadonna’.

Nirringrazzjaw lil Dun Karm tallezzjoni sabiħa li għamlilna u talktieb ta’ devozzjoni lill-Madonna li ġabilna u li ttella’ fost ilpreżenti.

għal-laqgħa ta’ Ġunju

Għalina Ġunju hu x-xahar tal-

festa u għalhekk ikun xieraq li nagħmlu laqgħa b’rabta malqaddisin protetturi tagħna.

Ser ikellemna l-ħabib tagħna

Daniel Meilak dwar ‘San Pietru u Ruma’. Żgur li dawk li ser jattendu jisimgħu xi ħaġa ġdida dwar San Pietru. Il-vera devozzjoni lejn ilqaddisin protetturi hi meta nitgħallmu dwarhom u nippruvaw nimitawhom. Il-

laqgħa ser issir nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju fit-8.00p.m. Ħabib ejja int u ġib lil ħbiebek ukoll.

Għażiż ħabib, nawguraw lilek u l-familja tiegħek ilfesta t-tajba.

Bħala preparazzjoni għallfesta tal-patruni tagħna ma hemm xejn isbaħ minn qrara utqarbina.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2023
9

[Ġesù qal:] imma min iħarishom kmandamenti) u jgħallimhom, dan ikun kbir saltna tas-smewwiet.” Mattew 5: 19

Tfajla tas-Sekondarja rrakkontat dan il-fatt. Għodwa waħda missierha kien ħiereġ xogħol.

Kien nofs siegħa kmieni, soltu. qaltlu, “għaliex ma teħodhiex bil-mod u tistrieħ nofs siegħa oħra flok titlaq mid-dar daqshekk qabel?”

Jien ma nibqax sejjer għax-xogħol. tmienja

Santissima Trinità.” tfajla qalet lil ħabibtha, Missieri impressjonani.

Tani dawl ġdid lejn il-quddiesa kif ukoll kif jaħsibha missieri.”

Jien tassew nemmen għemil jgħajjat aktar mill-kliem? eżempju tiegħi x’qed jgħid lil

Irġiel u nisa qaddisin iservu d-dinja billi jirriflettu d-dija tal-oħra. John W Donohue

10 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2023
Kelmet

b’tifisra qasira li mhux bilfors taqbel magħha

L-iblah iparla u l-għaref jisma’.

Għax il-paroli rħas. Kulħadd kapaċi jparla dwar x’għandu jsir u kif għandu jsir imma iebes li twettaq dak li tkun parlajt dwaru.

L-antiki kienu jgħidu li d-diskors

ma jibnix swar. Dawn jissawru bil-ħsieb u bix-xogħol. L-iblah dan jinsieh u l-għaref jaħseb ħafna fih. Għalhekk jippreferi jisma’ milli jparla.

Il-paċi tiswa l-flus imma ’l quddiem tbierek kull ċenteżmu

li nfaqt fiha. Il-paċi taf iġġorr prezz għoli. Mhux faċli żżomm il-paċi filfamilja. Trid tbati. Tgħid kelma inqas. Tmidd idejk għal iktar ħidma. Imma fl-aħħar tifraħ għax aħjar tiekol biċċa ħobż biż-żejt u t-tadam fil-paċi milli dundjan blinkwiet.

Ġenitur għaqli jnissel imħabba

lejn għeruq familtu imma xorta jitħabat biex ibnu jrabbi wkoll il-ġwienaħ.

Li ġenitur inissel imħabba lejn razztu u pajjiżu hu dmir. Għax jekk ma nkunux nafu ġrajjiet

artna u familtna nħossuna qisna ltima. Imma ġenitur għaqli jaħdem ukoll biex uliedu ma jibqgħux taħt id-dell tiegħu,

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2023 11

iħallihom jikbru ħielsa biex meta jħossu l-ħtieġa jtiru għad li aktarx iħoss ħafna n-nuqqas tagħhom. Mhux hekk jagħmlu l-għasafar?

Irabbu u jtajru. In-natura tgħallimna.

Jekk qed tibni dar tabbandunax ix-xogħol għax kissirt il-martell.

Kultant sfida jew xkiel żgħir kapaċi jħarbtu pjanijiet kbar. Min irnexxa aktarx li ma mexiex

dejjem fuq il-ward. Fl-aħħar mill

aħħar triq is-suċċess rari tkun għan-niżla u s-suċċess jiġi qabel ix-xogħol fid-dizzjunarju u mhux fil-ħajja. Xkiel u sfidi għandhom jixprunawna u mhux jaqtgħulna qalbna. Inbiddluhom f’opportunità flok fi qtigħ il-qalb.

jkolli bżonnok infittxek u meta ma jkollix ninsiek. Ħbiberija vera tfisser li timxi ma’ ħabibek u

toffrilu spalltek biex iserraħ fuqha meta dan ikun għaddej minn xi għawġ. Eżatt kif tixtieq li ħabibek jgħin lilek meta int ukoll tkun qed tpassi fi triq imġebla u mħarbta.

Ma tistax titma’ l-ħmar filġranet li qed tħaddmu biss.

Trid tieħu ħsiebu anke meta jkun fil-maqjel. Anke ħbiberija ma tistax tibniha fuq il-ħtieġa: meta

Jekk qed tifli l-ikel biex tara ssibx xi nemlu jfisser li m’intix bil-ġuħ. Il-ġuħ ma jħajrikx tifli għannemel imma jimbuttak biex timla żaqqek. Min qed isawwar proġett ma joqgħodx jintilef fl-intietef għax dawn żgur issibhom jekk toqgħod tifli l-irqaqat flok tiffoka fuq l-essenzjal.

12 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Ġunju2023

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.