Il-Hbieb Isejhu - Frar 2023

Page 1

Isej]u Il-}bieb

FRAR 2023

numru 678

NEWSPAPER POST

FRAR2023

numru 678

supermarket kien bniedem tan-negozju.

Iħaddem għexieren iżda ma jaħrablu xejn. Idur minn naħa għall-oħra talklijenti qed jiġu moqdija. Għax kien jemmen li biex aħjar servizz.

U għalhekk jum wieħed tgħidx kemm tmasħan f’qalbu meta sema’ wieħed mill-impjegati jgħid lill-klijenta li inzertat quddiemu:

“M’għandniex. U lanqas ser ikollna għada, jew pitgħada, jew ilġimgħa d-dieħla!”

Il-maniġer ħares bl-ikrah lejn limpjegat u biddaħka anġelika qal lill-klijenta, “Tagħtix kas x’qed jgħid dak. Dak għadu jibda u ma jifhimx.

Ibqa’ ċerta li llejla jew l-iktar għada filgħodu jkollna.

Għidli x’għandek bżonn?”

Il-klijenta tatu ħarsa kerha u baqgħet sejra.

Imsaħħan il-maniġer dar lejn il-ħaddiem, “Kemm-il darba għedtilkom li dak li l-klijenti ma jsibux illum ikun għandna llejla jew għada? X’riedet il-klijenta?”

Il-ħaddiem wieġeb, “Staqsietna jekk hux ser ikollna xita llejla u jien kont naf għax qrajt il-pronostiku li la ser ikollna llejla, la għada u lanqas il-ġimgħa d-dieħla?”

Ġudizzju ta’ malajr aktarx li ma jkunx l-iktar ġudizzju rett.

+L-Iben t'Alla sar Bniedem
1

Niftakar…

Konna qegħdin ħdejn

il-bieb prinċipali

ta’ Victoria Station f’Londra

tard filgħaxija.

Qabel ninżlu

biex insibu t-trejn tagħna.

Xi membri tal-grupp

speċjalment iż-żgħażagħ riedu ġelat.

Gergirt ftit f’qalbi

għax kien ifisser li ser ikollna

nistennew xi kwarta oħra biex kulħadd imur jixtri

dak li jogħġbu

u mbagħad nistennewhom jilagħquh.

Għax ġo dik il-massa ta’ nies ma tantx hu faċli tiekol ġelat.

U kif konna hemm inparlaw u nidħku –

għax meta tkun fi grupp

tista’ tgerger

imma wara ftit tispiċċa tidħak –

ġiet ħdejna mara anzjana

li dehret imbikkija.

Intom Maltin?” staqsietna.

Għawdxin fil-fatt. X’għandek?

Għax qed tibki?”

Għax għandi ’l żewġi marid.

Wasalna issa bit-trejn

u kellhom jiġu għalina

biex jeħduna għand is-sorijiet

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar 2023
2

imma ma ġie ħadd!”

B’kumbinazzjoni kont naf

li s-sorijiet Maltin

ma kinux joqogħdu bogħod.

U meta sirna nafu li lesti li jimxu

offrejnielhom li nġorrulhom

il-bagalji.

Ratna anġli tas-sema.

Iż-żgħażagħ tagħna

malajr qabdu l-bagalji

u bdejna l-mixja

lejn post is-sorijiet

bil-mara u żewġha

jirringrazzjawna

ma’ kull pass li nagħmlu.

Sakemm wassalniehom fejn xtaqu.

U f’qalbi raddejt ħajr

lil dawk li xxennqu għall-ġelat

għax kieku l-mara mbikkija

ma kinitx issibna

u ż-żgħażagħ tagħna

kienu jitilfu okkażjoni

li għadhom jirrakkontaw

sal-lum.

U sal-lum

għadha titfa’ f’qalbhom

ħafna paċi u ferħ qaddis.

Toroq il-Mulej kultant

ma jkunux it-toroq tagħna

u t-tgergir tagħna

ikun frott li mhux naraw

l-istampa kollha.

3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2023

DR CORONATO GRECH M.D. jibda artiklu bl-isem:

dawn fost l-eqreb kwiekeb li nistgħu nosservaw. Dan ifisser li fl-univers hemm biljuni ta’ pjaneti. Madankollu nafu wkoll li, almenu s’issa, fuq din il-pjaneta tagħna biss hemm il-ħajja. Meta tqis dan kollu aktarx li taħseb li fost dawk il-biljuni ta’ pjaneti lprobabbiltà li hemm xi forma ħajja hija għolja ħafna. Imma mbagħad, meta terġa’ tqis iċċirkustanzi tad-dinja tagħna u sSistema Solari li tinsab fiha, ilprobabbilitajiet jonqsu ħafna.

Ikkunsidra…

Xemx stabbli u ta’ eżistenza twila Ix-xemx, li hija kewkba, meta mqabbla ma’ kwiekeb oħra, hija kewkba medja ħafna, la kbira

splużjoni li hija supernova. U ftit miljuni ta’ snin li huwa żmien qasir wisq għall-iżvilupp talħajja1 .Kewkba żgħira ħafna (ftit ikbar mill-pjaneta Jupiter u msejħa red dwarf), titfa’ enerġija dgħajfa ħafna biex tmanti ħajja fuq pjaneta, li terġa’ mbagħad trid tkun tant qrib ix-xemx żgħira, li lorbita tal-pjaneta aktarx tkun instabbli.

Ix-xemx ‘tagħna’ hija kewkba nofsana, la kbira ħafna u lanqas żgħira ħafna. Nafu li ilha

teżisti għal madwar 5 biljun sena, u fadlilha madwar daqshekk ieħor biex tispiċċa. Dan huwa

żmien biżżejjed biex tevolvi ħajja minn molekoli sempliċi, kif nafu

1 Għal dan l-artiklu, meta ngħidu ‘ħajja’, din hija l-ħajja kif nafuha, ibbażata fuq l-molekoli tal-ilma u l-karbon, u li kapaċi tevolvi mis-sempliċi għallikkumplikat. Jekk tistax teżisti xi ħajja b’forom oħra, totalment differenti, sempliċement ma nafux.

IL ĦBIEB ISEJĦU/Frar2023 4

minn fdalijiet fil-blat li ġara fiddinja. Barra minn hekk ix-xemx hija kewkba stabbli, minkejja xi maltempati li kapaċi għal ftit jinterferu ma’ komunikazzjonijiet bir-radju, barra li jagħmlu wkoll aurorae spettakulari. Hemm ħafna kwiekeb li huma varjabbli flenerġija li jitfgħu, li huma instabbli għal xi raġuni jew oħra u li anke jesplodu. Ħajja fuq pjaneta madwar waħda minn dawn malajr tinqered.

Id-daqs tad-dinja

Id-dinja għandha daqs kbir biżżejjed biex il-forza tal-gravità tagħha żżomm atmosfera ta’ gassijiet, u oċeani u ibħra ta’ ilma. Massa inqas u dawn lingredjenti tant importanti għallħajja jevaporaw u jitilqu. Dan jidher li ġara fuq il-pjaneta Mars li fiha daqs ta’ madwar nofs iddinja. Mars għandha atmosfera rqiqa ħafna, deżerti niexfa u widien kbar li jidher li darba minnhom għadda ħafna ilma. Meta vetturi spazjali mid-dinja

żaru Mars u eżaminaw il-ħamrija ma sabu ebda traċċa ta’ ħajja, lanqas dik mikroskopika.

Distanza mix-xemx

Imma d-daqs biss mhux biżżejjed. Wara kollox il-pjaneta Venus, li hija kbira kważi daqs id-dinja, għandha atmosfera sfiqa ta’ gassijiet velenużi u temperaturi għoljin ħafna. Min-naħa l-oħra Mars hija pjaneta kiesħa ħafna, bil-ftit ilma u gassijiet kważi dejjem solidi. Id-dinja, li qiegħda f’orbita madwar ix-xemx li tiġi bejn dik ta’ Venus (eqreb lejn ixxemx) u Mars (iktar bogħod mixxemx), għandha temperatura li fiha l-ilma jista’ jkun solidu, likwidu jew gass, u fejn ilmolekoli kkumplikati tal-ħajja huma stabbli. Kull xemx għandha din iż-żona ta’ stabbiltà għallħajja u d-dinja tagħna tinsab eżatt ġo żona bħal din.

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu filħarġa ta’ Marzu)

5 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2023

Ditta li toffri servizz ta’ tiswija tal-elettriku fid-dar, irċeviet dan lilment minn klijent tagħha blisem ta’ Walter Slater:

‘F’moħħi għandi ittra li nixtieq niktiblek biex nurik kemm għamiltu xogħol ħażin fid-dar talvilleġġjatura li kellkom tirranġaw. Iżda peress li s-segretarja hi binti mrobbija tajjeb ħafna, u jien ġentlom, ma nistax niktibha. Iżda tifhem żgur il-kontenut tagħha.’

Walter jgħid li d-ditta fehmet ilkontenut ta’ din l-ittra fantażma u bagħtet ħaddiem li wettaq xxogħol kif xtaq hu.

Kultant aħjar kelma nieqsa minn waħda żejda.

Risposta f’waqtha

Fil-Lvant iħobbu jirrakkontaw stejjer leġġendarji li taparsi ġraw bejn is-sultan Akbar u s-seftur

tiegħu Birbal. Darba s-sultan qal lis-seftur, “Dal-lejl ħlomt li jien u int waqajna ġo toqba. Jien ħriġt midluk bil-għasel u int kollok

ħmieġ tal-bhejjem. X’taħseb li tfisser?”

Birbal wieġeb, “Xi tfisser ma nafx imma naf kif spiċċat għax jien ukoll

kelli l-istess ħolma. U tiegħi

spiċċat hekk. Jien mort fix-xmara u nħsilt u int dawruk in-naħal u

spiċċajt qisek passatur bit-tingiż tagħhom.”

Ma kienx iblah daqskemm kien

jagħmlu s-sultan.

6

somma kbira ta’ flus biex iqaxxar il-mustaċċi. Din is-somma kienet offruta minn ditta li kienet tagħmel ix-xfafar tal-leħja. Għad-ditta kienet tkun okkażjoni ta’ reklam stupend. Iżda Mark ma aċċettax lofferta. Kien ferħan wisq b’mustaċċih.

U ma kienx waħda. Għax fl-istorja Russa nsibu li l-Kżar Pietru l-Kbir kien għamel taxxa fuq il-leħja. U iktar ma jkun sinjur min ikollu din il-leħja iktar iħallas taxxa. U ħafna sinjuri kienu lesti jħallsu ttaxxa iżda ma ridux iqaxxru leħjithom.

Meta ħaġa tkun għażiża għalik tkun lest tbati għaliha. Għalhekk ilqaddisin batew għall-Mulej u għallfidi tagħhom fih għax għalihom dawn kienu ħwejjeġ għeżież.

Warren Kimble jħossu xxurtjat għax jaf li għandu teżor żgħir. Li jolqtok f’dan il-pittur hu l-fatt li beda jpitter biss meta tilef limpieg bħala għalliem tal-arti għax l-iskola għalqet. Waqt li beda japplika biex isib xi impieg ieħor martu ħajritu jpitter xi ħaġa bilpatt li jippruvaw ibigħuha f’xi rkant jew għand xi regettier.

Għall-bidu kien ibigħ ftit millpitturi imma almenu kien jaqla’ biex imantni l-familja. Sakemm xi ħadd skopra t-talent li kellu

Warren u xandru f’pubblikazzjoni tal-arti. Illum id-disinji u l-pitturi tiegħu jġorru magħhom fama mondjali.

Hawn min iħares lejn kriżi u jitkisser. Hawn min jara fiha sfida. L-għażla f’idejna.

7 IL ĦBIEB ISEJĦU/Frar2023

IL-LAQGĦA TA’ JANNAR

(Obsessive Compulsive Disorder). Min ikun għaddej minn dipressjoni jitlef dak li ssoltu jieħu gost iwettaq. B’hekk tiġih faċli li jħalli għal darb’oħra dak li suppost jagħmel. Għalhekk sabiex nirbħu dan id-difett

għandna bżonn nagħmlu lista’ ta’ needs u wants – dak li suppost isir u dak li nieħu gost nagħmel.

Kellna lezzjoni interessanti millPsikologu Dr Michael Galea PhD

dwar il-prokrastinazzjoni… meta

nħallu għal għada dak li nkunu nistgħu nagħmlu llum. Minn stħarriġ f’Universitajiet

Amerikani nstab li bejn 80 u 90

fil-mija tal-istudenti jħallu għal darb’oħra dak li jkunu jistgħu

jwettqu qabel. Inħallu għall-għada

għax naħsbu li għada ser ikollna

ħin biżżejjed li nwettqu dak li

għandna nagħmlu, ser inkunu

aktar motivati sabiex nagħmlu

dak li għandu jsir jew ser ikollna

l-ambjent ideali sabiex inwettquh.

Mal-prokrastinazzjoni jidħlu

ħafna d-dipressjoni u OCD

Imma bħal kull ħaġa oħra hemm ħwejjeġ li għandi nwettaqhom qabel oħrajn. Meta nagħmel lista nara x’ikun l-iktar urġenti u fejn possibbli nagħmel target date sa meta għandi llesti dak ix-xogħol partikolari. Meta biċċa xogħol naraha kbira nagħmel pjan sabiex naqsam ix-xogħol. Dr Galea semmielna dak li kienet

8

tgħidilhom lekċerer meta kien għadu jistudja l-Amerika. Kif tispjegalhom how to eat an elephant… one bite at a time.

Xogħol kbir hemm bżonn li

jinqasam f’biċċiet u meta laffarijiet isiru sew tiskanta kemm kapaċi jitla’ l-ammont ta’ xogħol. Matul dan kollu rridu noqogħdu attenti minn ħsibijiet ħżiena. Jekk jirnexxilna nikkontrollaw il-

ħsibijiet tagħna, naslu. Il-ħsieb tagħna kapaċi jkun l-ikbar ħabib inkella l-agħar għadu. Noqogħdu attenti li l-limitu tagħna ma jkunx il-ħsieb tagħna. U meta titwettaq biċċa xogħol inkunu kapaċi niċċelebraw dak li jirnexxilna nwettqu… inkunu kapaċi nagħtu taptipa fuq spallitna stess! Illum, issa hu tagħna. X’ser jiġri minna għada u aktar ’il quddiem ma nafux. Ikun sew li niffaċċjaw dak li nibżgħu minnu għaliex inkella jibqgħu beżgħat. Jekk nibża’ minn xi ħaġa dak għaliex xi darba meta kont iżgħar tgħallimt nibża’. Irrid inneħħi dak li tgħallimt u luniku mezz hu li niffaċċjah.

Nirringrazzjaw lil Dr Galea tallezzjoni sabiħa li għamlilna u jalla dawk li konna preżenti – kif ukoll int li qed taqra s-sintesi ta’ din illezzjoni - inpoġġu fil-prattika dawn il-punti għaliex żgur jgħinuna għal ħajja aħjar.

GĦAL-LAQGĦA TA’ FRAR

Fi Frar ser ikollna fostna millPerù lil ħabib kbir tagħna Dun

Raymond Portelli. Il-laqgħa ta’

Frar ser issir nhar is-Sibt 4 ta’

Frar u tibda fis-7.30p.m. Dun

Raymond dejjem iżejjen illezzjoni tiegħu bi ġrajjiet li jkun

għadda minnhom tul din is-sena li għaddiet kif ukoll jagħtina sinteżi ta’ dak li jkun qed iwettaq fil-parroċċa tropikali tiegħu.

Mela ħabib nistennewk. Nhar isSibt 4 ta’ Frar fis-7.30p.m.

Ejjew int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2023
9

[Ġesù qal,]

Jaqaw jista’

agħma jmexxi agħma?

Ma jaqgħux it-tnejn

Żewġt irġiel kienu bilqiegħda fuq bank u jargumentaw.

żgħir qal lill-kbir.

Tgħid li taf ħafna reliġjon. -flus li lanqas taf Missierna.”

xiħ ħareġ il-kartiera poġġa għaxar dollari bank.

Dan biex nurik li nafha!”

żgħir ħareġ għaxra oħra

U dawn biex nurik li ma tafhiex.”

xiħ beda… Jien u nimtedd biex norqod….”

żgħir tah l-għaxar dollari filwaqt li qallu, Qatt ma immaġinajt li tafha l-Missierna!”

Kemm jien onest ma’ ħaddieħor?

Nipprova kultant, nagħti l-impressjoni li naf aktar milli fil-fatt naf?

Aktar nakkwistaw meta nuru eżatt min aħna milli meta nilagħbuha ta’ dak li ma aħniex.

François de la Rochefoucauld

10 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2023
Kelmet #

Il-Messiku jġorr isem ħażin filmidja internazzjonali għax isejħulu pajjiż perikoluż. U birraġun għax f’dan il-pajjiż ta’ kważi 130 miljun ruħ, ikun hemm iktar minn 30,000 delitt fis-sena. Il-maġġoranza kbira tagħhom jkunu delitti marbuta mattraffikar tad-droga.

Iżda f’dan il-pajjiż hemm bosta meravilji li d-dinja tistagħġeb bihom. Fosthom:

1. F’dan il-pajjiż hemm 69 lingwa uffiċjali. Aħna hawn Malta għandna tnejn, il-Malti u l-Ingliż. Iżda fil-Messiku hemm dawn illingwi kollha. Uħud minnhom bi storja antika. U kull lingwa għandha mijiet ta’ eluf li jitkellmuha fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. U bid-dritt li jekk jeħtieġu xi ħaġa jistgħu jikkomunikaw mal-uffiċjali talpajjiż b’din il-lingwa.

2. Tiskanta tkun taf li fil-belt kapitali ta’ dan il-pajjiż hemm likbar flotta ta’ taxis ipparagunata ma’ kull belt oħra fid-dinja, bi New York inkuża. Hemm iktar minn 140,000 taxi! Eluf ta’ xuffiera li ssibhom f’kull triq talBelt lesti biex jaqdu lill-klijenti. Is-sewqan ta’ dawn ix-xuffiera hu msemmi mad-dinja u mhux dejjem b’isem tajjeb. Min

jużahom jgħidlek li l-aħjar trodd is-salib u tgħid xi Ave Marija

għax il-veloċità tagħhom hi straordinarja f’toroq miżgħuda b’ħafna mezzi oħra ta’

3. Meta nsemmu l-piramidi

moħħna jmur fl-Eġittu imma filfatt l-ikbar piramida fid-dinja nsibuha fil-Messiku magħrufa

bħala Piramida Cholula li hi għolja 180 pied u għandha bażi ta’ 1,480 pied kwadru.

4. Fil-Messiku hemm ukoll l-iktar università antika fil-kontinent Amerikan. Pajjiżi kbar bħall-Istati Uniti, Kanada, Brażil u Arġentina ma jeħdux gost b’dan it-tagħrif imma l-istorja hekk tixhed u listorja ma tistax titħassar. Kienet imsejħa Università Rjali Pontifiċja u ilha mwaqqfa missena 1551. Għadha tintuża sallum u meqjusa bħala sit ta’ preservazzjoni mill-Unesco.

5. Il-Messiku hu wkoll il-pajjiż li minnu oriġinat iċ-ċikkulata. L-

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2023 11

Ispanjoli daqu l-benna tagħha u ħaduha magħhom f’pajjiżhom u minn hemm xterdet mad-dinja.

Meta tkun qed tiggosta xi biċċa ċikkulata tajba ftakar li kienu lMessikani li tawha lid-dinja.

6. Fil-Messiku hemm iktar minn

160 mużew inklużi dawk talAntropoloġija bi storja antika

dwar it-tradizzjonijiet tal-Mayan u l-Aztec. Xhieda ta’ kultura

mimlija għerf u xjenza li kellhom l-Messikani qabel il-wasla talIspanjoli.

7. Fil-Messiku wkoll hemm

waħda mill-ikbar devozzjonijiet

Marjani fid-dinja… il-Madonna ta’ Gwadalupe. Tħabbatha sew ma’ Lourdes u Fatima. Anzi f’dawk li huma numru

tissuperahom għax iktar minn 10

miljun devot iżuru dan is-

santwarju fil-Belt kapitali u jqisu

lill-Madonna bħala l-Omm

spiritwali tagħhom. Rari ssib dar

Kattolika fil-Messiku li ma jkunx

hemm fiha replika ta’ din ixxbieha li fl-1531 dehret lill-bidwi

fqajjar bl-isem ta’ Juan Diego u

talbitu jgħid lill-Isqof biex jibni

knisja fl-inħawi ta’ Tapeyac. Xi

ħaġa li ġrat u minn dan il-post il-

Madonna għadha sal-lum ixxerred grazzji fuq grazzji.

Għax Marija hi omm il-bnedmin

kollha u aħna lkoll miżmuma

minnha bħala wliedha. Jalla nsibu

ftit ħin kuljum biex ngħidulha xi

talba qasira. U xieraq ukoll li fid-

dar tagħna jkollna xi xbieha tal-

Madonna li tfakkarna li aħna wlied din l-Omm ħanina.

12 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2023

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.