Il-Ħbieb Isejħu - Novembru 2022

Page 1

NOVEMBRU 2022 numru 675

NOVEMBRU2022 numru 675

ferrovija li kellha twassalhom sal belt soltu. Iżda t tmiem tiegħu kien komunikazzjoni. Għax dan kien żmien ieħor. Qegħdin fis sena 1944. Is sewwieq kien qed joqrob lejn il belt u għadda bħas soltu minn taħt mina twila. Iżda f’nofs il mina ġrat xi ħaġa. Il magna tal ferrovija waqfet. Is sewwieq inħasad. Ma kienx jaf x’ġara. Iżda kien jaf li waqaf fl agħar post għax minħabba d dħaħen tal ferrovija, il mina tista’ tkun qabar għall passiġġieri.

Niżel malajr u ntebaħ x’kien ġara. Malajr ipprova jirranġa u rnexxielu. Daħal lura fil gabina biex ikompli triqtu. Iżda sadanittant is-sewwieq fl-aħħar vagun ħaseb li hemm xi ħsara kbira. Għalhekk qabbad malajr il-magni, ħalliehom jisħnu ftit u pprova joħroġ ilferrovija mill-mina. Qatt ma basar li sieħbu dak il-ħin kien reġa’ qabbad ilmagni wkoll u hekk bla ma ntebħu, is-sewwieqa kienu qed jippruvaw jieħdu l-ferrovija f’destinazzjonijiet differenti. Wieħed jaħseb kif ser ikompli triqtu lejn Leon u l-ieħor kif ser joħroġ il-ferrovija mill-mina. Dan in-nuqqas ta’ komunikazzjoni bejniethom stalla l-ferrovija u issa spiċċat mgeżwra ġo daħna kbira ta’ faħam u b’emissjonijiet qerrieda. U r-riżultat aħħari kien kważi ħames mitt ruħ tilfu ħajjithom f’waħda mill-akbar diżgrazzji talferroviji ta’ kull żmien. Meta nħarsu lura u nirriflettu naraw xebh mad-dinja tal-lum. Għalkemm ilkumunikazzjonijiet kotru bi sħiħ, il koperazzjoni bejn il pajjiżi kultant iktar tonqos milli tiżdied. Xi ħadd qal li n Nazzjonijiet Uniti kultant jidhru li huma nazzjonijiet mifruda. Flok ngħinu lil xulxin niżgambettaw lil xulxin. Kemm isbaħ kienet tkun ħajjitna kieku nitgħallmu nikkoperaw flok nitlewmu, niġġieldu u nfixklu lil xulxin.

+L Iben t'Alla sar Bniedem
1

għal Edi, mara Taljana tqila b tarbija. Ma qagħdux jinħbew wara subgħajhom, riedu jkunu sinċieri. Qalulha: “It-tarbija ta’ ġufek ser titwieled b’difett fiżiku. idejk jekk tabortix jew le.”

Edi ma damitx ma għażlet. Dak hu biċċa minni u naċċettah kif inhu.”

madwarha kellhom fehmiet imħallta. ’din iċ-ċirkustanza aħjar teħles mit-tarbija milli tħalliha titwieled u tbati. U min qal li Edi għamlet tajjeb għax kull abort hu qtil.

qatt ma kien żmien ħafif

iżda għal Edi kien forsi jidher itwal u itqal. Iżda ommha għożżitha u ħabbitha.

2 IL ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2022

U llum id-dinja kienet tkun ferm ifqar kieku Edi għażlet li ttemm it-tqala b’abort. Għax it tarbija li hi welldet illum magħrufa mad dinja u l-vuċi tagħha saħħret u ssaħħar miljuni ta’ nies li f’leħen dan il kantant jaraw dak kollu li hu sabiħ u misterjuż fil-mużika. It-tarbija llum nafuha bħala Andrea Bocelli.

Mill istess esperjenza għaddiet Mrs Carragher. Anke lilha t tobba qalulha li t-tarbija tagħha ser titwieled b’difett fiżiku għax kellha dik li fix Xjenza medika hi magħrufa bħala spina bifida.

It tarbija ma twelditx b’dan id difett iżda kellha gastroschisis u kien biss wara ħafna interventi li t tarbija għexet u kibret u kienet bħat trabi l oħra kollha. Tfulija xejn speċjali. It-tifel kien dilettant ħafna tal football. Spiċċa fin-nursery tal-Liverpool u llum id-dilettanti ta’ dan it-tim jiftakru żgur bil player leġġendarju tagħhom Jamie Carragher.

Żewġ ommijiet li wliedhom jispiċċaw ġrajjiethom bl-istes kliem, “li kieku ommi ma kinitx mara ta’ qalb kbira jien m’iniex hawn.”

It-tnejn għażlu li flok jagħlqu l bieb għall ħajja jiftħuh beraħ minkejja li ta’ madwarhom mhux dejjem tawhom is sapport li kienu jistennew.

Ma tħossx int ukoll li aħna l bnedmin kapaċi noħolqu atmosfera ta’ ferħ u ħbiberija jekk flok ponn magħqud niftħuh biex nieħdu b’idejn xulxin?

3
IL ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2022

DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna artiklu dwar:

bijoloġiku hija xi ħaga kkumplikata ħafna u improbabbli ħafna.

L-univers huwa fil-biċċa l-kbira sempliċi il kwiekeb huma bażikament globi enormi ta’ hydrogen u ftit elementi oħra, b’reazzjonijiet nukleari fiċ ċentri tagħhom. Anke l pjaneti huma magħmulin minn molekoli pjuttost sempliċi. Pereżempju d dinja li ngħixu fuqha hija magħmula, fil-biċċa l-kbira minn qoxra ġeblija l iktar ta’ minerali sempliċi; il-kisja tal-ilma tal-ibħra u l-oċeani; iktar ’l isfel magma (blat nofsu maħlul), u ċ ċentru, f’temperatura sħuna ħafna, metall maħlul l biċċa l kbira ħadid. Kollha molekoli sempliċi ta’ ftit atomi.

donnha trid teħodha kontra ttendenza tal univers li jagħmel kollox sempliċi.

Hija osservazzjoni komuni millħajja ta’ kuljum li affarijiet ikkumplikati għandhom tendenza jsiru sempliċi. Pereżempju kulma nagħmlu daqsxejn ikkumplikat bini minn ġebel, għamara mill injam, silġ, jew karozzi jew arloġġi minn affarijiet iktar sempliċi, kollha għandhom it tendenza li jinkisru u jiġu f’kundizzjoni ta’ iktar diżordni. Biex jibqgħu xi ftit kif inhuma iridu manutenzjoni kontinwa b’influss ta’ enerġija. Din hija l idea profonda xjentifika ta’ entropy. Entropy, li diskussjoni sħiħa tinvolvi ħafna matematika kkumplikata, huwa l ammont ta’

4

diżorganizzazzjoni fl univers u li safejn nafu din dejjem qed tiżdied. Li jfisser li l-univers beda bl inqas entropy u jispiċċa b’entropy massima, fejn ma hemmx iktar enerġija utli u jispiċċa.

Intant, x’jagħmel molekoli kumplessi ħajjin? Fi kliem ieħor x’inhi l-ħajja? It-tweġiba daqsxejn sorprendenti hija, li minkejja li meta naraw xi ħaġa ħajja nagħrfuha mill-ewwel, x’jagħmlu molekoli kkumplikat ‘ħajjjin’ s’issa għadna ma nafux. Nafu l-karatteristiċi prinċipali talħajja: li tirrispondi għal stimuli, li tiekol, li telimina l prodotti żejda, u li tirriproduċi. U mhux hekk biss, jekk ma nafux x’inhi l ħajja, inqas u inqas nafu x’jagħmlu organiżmi ikkumplikati, bħall bnedmin, konxji tagħhom infushom u kapaċi jaħsbu fuq l eżistenza, ħajja u mewt.

Issa, hi x’inhi l ħajja, din bħal kull ħaġa oħra trid tobdi l liġijiet naturali, inkluż dik tal-entropy. Tant, li biex iżżomm fi stat ikkumplikat, trid kontinwament tieħu l-enerġija mill-ambjent, liktar komuni dik kemikali tal ikel. Imma eventwalment il mekkaniżmi ma jibqgħux effiċjenti u naqra naqra tidħol d diżordni, fi kliem ieħor ix xjuħija. Din in-niżla ’l isfel tieħu fit-tul sew, fil każ tal bnedmin minn meta l-ġisem ikollu madwar għoxrin sena sal-mewt, forsi għaxriet ta’ snin wara.

Li jfisser li l mewt hija parti ċentrali fid drama tal ħajja, Novembru u mhux. Fejn hemm ilħajja għad tiġi l mewt, u fejn hemm il-mewt kien hemm ilħajja. Ta’ min għalhekk forsi nagħmlu xahar iddedikat għall ħajja! Forsi Frar, l-iqsar xahar u b’dak il ġenn tal karnival (fejn għal ftit ġranet ma neħdux il ħajja b’daqshekk serjetà) joqgħod sew

5 IL ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2022

Risposta ta’ qaddisa

Ġurnalist staqsa lil Mother

Teresa: “Jekk xi darba nsibu nies oħra fi pjaneti oħra taħseb li ssorijiet tiegħek imorru jgħinuhom?” “Jekk fost dawn in-nies ikun hemm morda u abbandunati, is sorijiet tagħna japplikaw biex imorru.”

Kollox jgħaddi

Paolo Coelho jirrakkonta li kien hemm turist li mar iżur monasteru fl artijiet tat Tibet. Intebaħ li mal monasteru hemm art kbira mhux maħduma. Qisha lesta għal xi binja ġdida. Meta staqsa dwarha qalulu: “Dik l-art lesta għal monasteru ġdid. Għax aħna kull 20 sena nwaqqgħu l-kunvent u nibnu ieħor ġdid.” It turist staqsa għaliex. “Biex il-patrijiet ma jitilfux is sengħa tal bini. Biex liż-żgħar nkunu nistgħu nħarrġuhom fis-sengħa. U biex infakkru lilna nfusna li xejn ma hu etern.”

Rekord

Nick Stoeberl sar famuż f’Settembru 2014 għax instab li kellu l itwal ilsien fid dinja… almenu skont il-Guinness Book of Records. Fih 10.1 ċentimetru. Ħafna kienu jsostnu li għandha tkun mara li tieħu dan l-unur għax il proverbju jgħid… twil daqs ilsien ta’ mara. Milli jidher hawn irġiel li għandhom ilsien twil daqs u forsi itwal minn tas sess femminili.

6

Ferħ ta’ mument

Mara kienet inkwetata ftit dwar ilpiż iżda meta tat ħarsa lid diary intebħet li sitt snin qabel, proprju fl-istess xahar, il-piż tagħha kien eżatt l istess. Ħadet gost li f’sitt snin ma kinitx żdiedet fil piż sakemm intebħet li f’dak ix-xahar partikulari, sitt snin qabel, kellha 8 xhur tqala!

Agħmel kuraġġ!

Fil-bidu tal-iskola tifel li kien għadu jibda l Primarja staqsa lill għalliem: “Sir, veru li rrid nibqa’ niġi f’din l-iskola sakemm ikolli tnax il sena? Jekk inhu veru jien l iktar tifel imdejjaq fid dinja!” “Ruħi qalbi mela x’kont tgħid li int kieku kellek tkun bħali… kien ikollok tibqa’ tiġi liskola sakemm ikollok 65 sena!”

Il-kliem

San Arsenju għandu sentenza qawwija: “Qatt ma ddispjaċieni għal dak li ma lħaqtx għedt imma ġie li ddispjaċieni għal dak li għedt.”

Tajjeb li nindukraw ilsienna għax kelma li tħalli s-sinna timla d-dinja. U kelma bħal vleġġa. Darba mitfugħa ma tkunx tista’ ġġibha lura.

Ġibidlu l-attenzjoni

Xħiħ għadda minn ħdejn ir raġel li kien jieħu ħsieb il bieb ta’ barra ta’ ħotel u lanqas indenja ruħu jagħtih tip talli kien refagħlu l bagalji sal karozza. Qabel telqet il-karozza, ir-raġel qallu: “Sinjur, jekk tintebaħ li tkun tlift il-kartiera ftakar li hawnhekk lanqas biss ħriġtha minn butek!”

7 IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2022

IL-LAQGĦA TA’ OTTUBRU

Il-laqgħa saret fl-ewwel tax-xahar iddedikat lill Madonna tar Rużarju. Kellemna ħabibna Joe Portelli dwar din l-omm tagħna tas sema. Beda bl importanza tal Konċilju Vatikan II li permezz tiegħu l-Knisja Kattolika aġġornat ruħha mad dinja moderna. Il verità tibqa’ dejjem waħda imma l-modi kif twassalha jinbidlu maż żminijiet. U l Papa Ġwanni XXIII li bosta ħasbuh Papa ta’ transizzjoni ħoloq rivoluzzjoni fil Knisja. Ingħatat importanza l kuxjenza mgħallma sew bħala lboxxla tal bniedem, l istudju tal Bibbja b’mod aktar xjentifiku modern u l-bqija. U fost ittagħlim kien hemm ukoll dak li għandu x’jaqsam ma’ ommna tas sema. Ma kienx sar dokument speċifiku fuqha imma ġiet inkorporata f’dak dwar il Knisja u dan jagħmel ħafna sens. Hija omm il Knisja u għalhekk ħaġa waħda magħha minn meta Kristu, minn fuq is-salib, afdaha f’idejn lappostlu l maħbub. U għalhekk maħbubin inkunu aħna wkoll meta naċċettawha għandna. Semma episodji tal esperjenza fl Albanija li kien għamel mas

Soċjetà tagħna tal Museum. F’lezzjoni minnhom kien qed jgħid lit-tfal Albaniżi li aħna għandna żewġ ommijiet, waħda naturali u l-Madonna. Tifel fuq tiegħu b’ċajta qal li huma għandhom tlieta għaliex kienu jtambrulhom f’moħħhom li lpartit Komunista hu ommhom ukoll! Kemm hu importanti li aħna nagħmlu minn kollox sabiex insaħħu din ir rabta tagħna ma’ ommna tas sema. Temm il lezzjoni sabiħa tiegħu billeġġenda ħelwa Albaniża ta’

8

Rozafa. Tliet aħwa riedu jibnu l kastell ta’ Shkoder iżda kull darba jsibu l ħitan imwaqqgħa. Kellmu lil wieħed xiħ u qalilhom li hemm magħmul fuq dik l-għolja u sabiex jitneħħa kien hemm bżonn li litteralment ikaħħlu fil ħajt waħda min-nisa tagħhom. Ftiehmu li ma jgħidu xejn lin-nisa tagħhom u tlaqqatha l ewwel waħda li tmur tilqagħhom. Il-kbir u l fustani kisru l ftehim u qalulhom iżda ż żgħir ma qalilhiex u għalhekk xħin ħarġet tilqagħhom kellhom jgħidulha bil-ftehim. Ma pprotestatx. Aċċettat id-destin tagħha iżda peress li kellha tarbija żgħira ridithom biss li fil ħajt li ser jagħlquha warajh iħallu tliet toqbiet… waħda għal għajnha sabiex tkun tista’ tara lil binha, oħra għal sidirha sabiex tkun tista’ treddgħu u oħra għal idha sabiex tmellislu. Turina limħabba ta’ omm. Tinsa lilha nnifisha għax l importanti l wild tagħha. Minna jonqos meta ma nersqux lejn din l-omm tagħna tas sema.

Nirringrazzjaw ħafna lil Joe Portelli talli ħsibijiet sbieħ li qasam magħna. Nagħmlu sew li dak li smajna nippruvaw nagħmlu ħilitna sabiex inwettquh. X’serħan il-qalb inħossu meta bilverità ngħixu konxji li għandna din l omm li tħobbna tant.

GĦAL-LAQGĦA TA’ NOVEMBRU

Bħalma għamilna fl-aħħar snin din is sena wkoll il laqgħa ta’ Novembru ser tkun tikkonsisti f’Quddiesa. Huwa xieraq li niftakru f’dawk il-ħbieb li kienu fostna iżda llum m’għadhomx magħna... niftakru f’dawk iż żgħażagħ li mietu ħesrem fl aħjar ta’ ħajjithom; niftakru fl old boys li xi darba jew oħra ġew għal din il laqgħa u llum qegħdin fi ħdan ilMulej; niftakru f’dawk il ġenituri kollha tal-ġuvintur tallum u tal old boys li għad li ħallewna għadhom f’qalbna.

Il Quddiesa tkun tissodisfa wkoll il-preċett ta’ smigħ talQuddies tal-Ħadd.

Mela għal nhar is-Sibt 5 ta’ Novembru fis-7.30p.m. fis-sala talMUSEUM (subien).

IL ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2022
9

Ħuti, jekk xi ħadd minnkom joħroġ barra mis sewwa u ħaddieħor ireġġgħu, ħa jkun jaf dak li reġġa’ midneb mill ħażen ta’ triqtu li hu jsalva ruħu mill-mewt u jgħatti kotra ta’ dnubiet.” Ġakbu 5, 19 20

L awtriċi Irene Champernowne kienet miexja mal-plajja. Iltaqgħet ma’ xi tfal żgħar iwaddbu l-ġebel lill-gawwija feruta. Waqfet u b’ton ta’ ħlewwa qaltilhom, “Miskina l gawwija min jaf xi tweġġa’.” U kompliet tfissrilhom kif iħossuhom kieku huma meta mweġġa’ u xi ħadd ikompli jweġġagħhom. Nofs siegħa wara, hi u sejra lura mill passiġġata reġgħet iltaqgħet mat-tfal u sabithom jitimgħu lill gawwija u jibnulha ‘dar għal lejl!’

Niftakar meta sibt ħin sabiex ngħallem liż-żgħar flok nikkritikhom?

Jekk qed tippjana għal sena iżra’ r-ross. Jekk qed tippjana għal għaxar snin ħawwel siġra. Jekk qed tippjana għall ħajja eduka persuna. Qawl Ċiniż

Kelmet

10 IL ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2022
#

Ħsibijiet utli

minn

persunaġġi ta’fama

U mal-ħsibijiet tifsir qasir li mhux bilfors

taqbel miegħu!

Tifsir: Tgħin bla ma tistenna ħlas mhux faċli. Iżda għajnuna bħal din timliek b’sodisfazzjon qaddis.

Tifsir: Bosta ħwejjeġ li ma għandhomx prezz fuqhom iġorru valuri kbar. L onestà ma tinxtarax imma għandha valur immens fit tiswir tal-karattru.

“Ħalli għal għada dak li kieku mitt xtaqt li ma għamiltx.” Pablo Picasso (1881-1973) Fost l-ikbar artisti tal-Arti Moderna

Tifsir: Min iħalli għal għada ttajjeb li jista’ jagħmel illum ikun qed jitlef okkażjoni li mhux bilfors tirripeti ruħha għada.

“Illum kien għalik jum mitluf jekk matulu ma għentx lil xi ħadd li ma jistax ipattilek ilpjaċir li għamiltlu.” John Bunyan 1628-1688) Awtur Ingliż li tana l ktieb famuż Pilgrim’s Progress.

“Ħafna nies fallew għax qatgħu qalbhom meta ma kinux jafu kemm kienu viċin is-suċċess.” Thomas Edison (1847-1931) Inventur Amerikan. Tifsir: Kultant bejn fjask u suċċess hemm biss saram wieħed: il-qtigħ il-qalb.

IL ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2022 11

“Jekk tħares lejn ix-xemx iddellijiet ma jdejqukx għax jispiċċaw warajk.” Walt Whitman (1819 1892) poeta Amerikan. Tifsir: Quddiem xi problema ibqa’ aħseb pożittiv għax in negattività mhix ser issolvilek linkwiet.

Indjan li b’ħidmietu kiseb l indipendenza ta’ pajjiżu. Tifsir: It-tagħlim sabiħ. Illum popolari ħafna l università tat tielet età. Nies fuq is-sittin jieħdu gost jibdew korsijiet li jwasslu għal diplomi u gradi universitarji li qatt ma ħolmu li jiksbu fi snin żgħożithom. Titlef l-ebda okkażjoni ta’ tagħlim.

“Jekk trid ma tiġix ikkritikat tagħmel xejn, tgħid xejn, tmur imkien qisek ma teżistix.” Aristotile Filosfu u xjentist Grieg (384 Q.K. 322 Q.K). Tifsir: Għaddew iktar minn elfejn sena u għandna l istess. Jekk tagħti kas tal kritika ma twettaq xejn f’ħajtek.

“Għix bħallikieku ser tmut illum u tgħallem qisu ma int ser tmut qatt.” Gandhi (1869-1948) Mexxej

Mark Twain (1835-1912) Awtur Amerikan li tana r-rakkont sabiħ ta’ Tom Sawyer. Tifsir: Jgħidu li fuq qabar ta’ xi ħadd tpoġġa l kliem: ‘Hawn jinsab midfun xi ħadd li twieled, għex u miet bla ma qatt intebaħ għaliex twieled.’ Jalla ħajjitna tgħin biex inħallu d dinja ftit aħjar milli sibnieha.

12 IL ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2022

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Il-Ħbieb Isejħu - Novembru 2022 by Michael Debono - Issuu