

OTTUBRU2022 numru 674




kostruzzjoni. Kellhom jibdew binja ta’ dar. li kienet ser tieħu post gorboġ qadim li kien spiċċa munzell kantuni fuq xulxin. U madwarhom siġar imqaċċtin, imbarazz li nġabar matul is snin u fridges u magni tal-ħasil li sabu ruħhom jistrieħu hemm. Dehra ta’ telqa u ħmieġ. Issa dik darba kienet dar li kellha tiġi restawrata u l ġnien kellu jerġa’ jieħu s sura oriġinali tiegħu. Il-ħaddiema kienu ferħanin jaħdmu f’dan l-ambjent sabiħ. Għalihom kien ħafna aħjar milli jibnu xi blokk flats f’xi triq traffikuża minn fejn għexieren ta’ nies kienu jkunu għaddejjin il-ħin kollu minn taħthom. Hemm f’dak l ambjent kienu jħossuhom ferm iktar ħielsa.
Iżda, bħalma jgħidu, ix-xitan ma għandux ħalib. Fil-qrib kien hemm żewġt iklieb ta’ xi bidwi li ma tantx ħadu pjaċir bihom. Kienu jiġu juru snienhom. Il ħaddiema malajr sabu tarf tagħhom. Bdew jagħtuhom xi ikel milli jkollhom fil-barżakka u l-klieb minn għedewwa saru ħbieb. Jifirħu b’kulħadd għajr b’ħaddiem wieħed. L ixjeħ fosthom. Ma setgħux jifhmu għaliex il klieb baqgħu jinbħu għalih u riedu bilfors jattakkawh. Sakemm fl aħħar xi ħadd intebaħ li kien proprju l kappell tax xiħ bil faldi kbar li kien qed idejjaq il klieb. Kienu qed jibżgħu minnu. U għalhekk il ħaddiema qalu lir raġel xiħ biex ineħħih qabel ma jispiċċa b’xi gidma. Qalulu jxidd beritta bħal tagħhom. “X’nagħmel? Inneħħi l kappell għal dawn il klieb? Dak ma nneħħiehx biex insellem lin-nies ħa nneħħih għall-klieb?” U baqa’ bih. Bil klieb jmorru kuljum jinbħu għalih u dan jitfgħalhom il ġebel u jġorr xi sawt biex jiddefendi ruħu. Għadda minn xahar ta’ turment għax ma riedx ineħħi l kappell. Saret qisha sfida bejnu u bejn il klieb. Sfida li ma riedx jitlifha. Nitbissmu għall ġrajja iżda ħafna drabi fil ħajja nagħmlu bħax xiħ. Noħolqu ġlied fuq sfidi immaġinarji. Insejħulhom prinċipji li iktar ikunu fittizji milli reali. U bħax xiħ ngħaddu xhur u snin nitlewmu u hekk flok ngħixu f’ambjent ta’ ħbiberija nkunu għażilna li nqattgħu ħajjitna niġġieldu u nisfidaw.

jistenna l eżekuzzjoni tas sentenza tal mewt.





Jacques kien iben bankier Franċiż, ateu konvint, imma ommu kienet mara twajba Nisranija. differenza ġabitu fi kriżi u ħass li l-aħjar li jgħix kif ifettillu, bla ebda ndħil ta’ fidi u reliġjon. Iżżewweġ u kellu tifla iżda żżwieġ ma tantx saddad inqas minn tliet snin kienu diġà ddivorzjaw. ħajja iktar libertina. Ried iktar flus u meta ra li missieru ma kienx ser ikompli jippumpjalu l franki ddeċieda li jagħmilhom hu malajr. banka fejn jissarrfu l-flus sid u telaq b’somma kbira. Iżda nqabad fil-fatt u meta ġie mrekken spara fuq min kien isegwih. Qatel wieħed mill pulizija u fiera oħrajn. ċella waħdu joħroġ biss għal siegħa jdur fil bitħa meta priġunieri oħra jkunu xi mkien ieħor. Kien jidher bniedem iddisprat. Ma ried ikellem lil ħadd. Anke meta l-qassis tal-ħabs, ċertu Father Devoyod, ipprova joħloq ħbiberija, Jacques qatagħlu fil-qasir u wrieh li ma għandux pjaċir bih. qassis ma qatax qalbu. Kien iħallilu xi kotba profani u reliġjużi li setgħu jgħinuh iqatta’ l ħin. Frott dawn il kotba ntebaħ kemm sabiħ kien il passatemp tal qari

u beda jaqra u jaqra iżda biss kotba profani. Jum minnhom kellu biss ktieb reliġjuż x’jaqra. Inzerta ktieb fuq il Madonna u fih issemmew id dehriet ta’ Fatima li fihom il Madonna wriet xewqitha biex isir talb għall midinbin.
Jacques jgħid li dak il-ħin ħass leħen ġewwieni dawl speċjali f’moħħu. Ried jaqra iktar fuq il Madonna. Bagħat għall qassis u dan skanta bil bidla. Bidla ta’ siegħa iżda riedet ħafna iktar kura biex issir bidla ta’ veru, bidla permanenti.
Il-qassis ħajjar lil ex martu tmur iżżuru u ġġib magħha lil bintu u dawn iżżjarat saru spissi. B’Jacques jgħannaq lil bintu u jgħidilha kemm jixtieq li jkun ħdejha biex jgħinha ma taqax fl-iżbalji tiegħu. Ommu kienet mietet iżda Jacques kien iħoss li kienet qed titlob għalih. Kien iħossha qribu. Missieru kien iżuru iżda b’ċerta indifferenza u ma ried jibdel xejn l-istil ta’ ħajja tiegħu. Dulur kbir għal Jacques
li xtaq li anke missieru jara d dawl li ra hu. Kiteb ittri ta soghba lill familjari tal vittma tieghu. Jitlobhom jaħfrulu.
Il-bidla kompliet u Jacques mhux biss tbiddel hu iżda ried jibda jikteb dwar ġrajjietu u dak kollu li kien għadda minnu. Il kitba tiegħu saret prietka għal min ried jikkonverti.

Sakemm wasal jum il ħaqq tal bnedmin l-ewwel ta’ Ottubru 1957.
Jacques qam kmieni biex iħejju ruħu għall-aħħar jum. Miegħu kien hemm il-qassis li kien sar l ikbar ħabib tiegħu. Meta kienu mexjin lejn il giljottina Jacques kellu idejh marbutin wara dahru u talab lil Fra Devoyod, “Newwilli l-kurċifiss” u biesu bil-qalb.
Min kien preżenti jixhed li qatt ma ra mewt ta’ kkundannat bħal dik ta’ Jacques Fesch.
Jacques miet iżda kitbietu għadha ħajja u ħaj ukoll l eżempju tiegħu. Ma tħossx int ukoll li aħna l-bnedmin kapaċi noħolqu atmosfera ta’ ferħ u ħbiberija jekk flok ponn magħqud niftħuh biex nieħdu b’idejn xulxin?
DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna artiklu dwar:
mhux ukoll beraq u ragħad, is sema bħal jikkalma, jiddawwal u mis-sema toħroġ arkata kbira kkulurita minn orizzont għal ieħor. Mhux għaġeb li l qawsalla laqtet l-immaġinazzjoni ta’ ħafna, inklużi poeti. Mill ħafna eżempji, u mil-letteratura Ingliża nsibu, tnejn; it-tnejn mill-era Romantika imma li r reazzjoni tagħhom għall-qawsalla kienet daqsxejn differenti.
William Wordsworth (1770 1850), fil poeżija li ġġib l-isem My Heart Leaps, jiddeskrivi lgost kbir, meta tifel żgħir, kien jara qawsalla u bħal jixtieq li dan il gost u l istagħġib jibqa’ miegħu, issa li huwa adult, (din il-poeżija kitibha fl-1802) u anke meta jixjieħ. Din il

oħra tiegħu.

My heart leaps up when I behold A rainbow in the sky; So was it when my life began; So is it now I am a man; So be it when I shall grow old, Or let me die!
Il-poeta l-ieħor huwa John Keats (1795 1821), li ħasra li miet qasir il għomor. Ħafna mill poeżiji tiegħu fihom sens qawwi ta’ ferħ u melankonija, ta’ ħajja u mewt, u anke xeħta filosofika. Imma ebda xeħta xjentifika, anzi poeżija twila u ikkumplikata li ġġib lLamia, huwa jilmenta li blispjegazzjoni xjentifika qawsalla li sab Newton, huwa bħal seħer u lelement misterjuż tal
qawsalla. Do not all charms fly, At the mere touch of cold philosophy? There was an awful rainbow once in heaven: We know her woof, her texture; she is given In the catalogue of common things. Philosophy will clip an Angels’s wings Conquer all the mysteries by rule and line, Empty the haunted air, and gnomed mineUnweave a rainbow.
Minkejja l opinjoni ta’ Keats, li kien wieħed mill ikbar poeti Ingliżi (u li kieku ma mietx daqstant żgħir min jaf x’kien ser jagħtina), spjegazzjoni xjentifika suppost iżżid mhux tnaqqas misseħer u l maġija, anzi taf iġġib sodisfazzjon kbir. Pereżempju meta Pitagoru (sitt seklu qK) skopra t teorema tat triangoli li għadha ġġib ismu, huwa offra ħafna sagrifiċċji lill-allat; waqt li Arkimedu (287212 qK) meta sab prinċipju importanti fuq d-densità ta’ oġġetti,

ħareġ jiġri għarwien mill banju jgħajjat il-famuża ‘Ewreka!’ Min naħa l oħra Newton meta sab l ispjegazzjoni talqawsalla, għal xi żmien ma ppubblika xejn, għax kien daqsxejn newrotiku u jibża’ li ħaddieħor jisraqlu lideat. Fil-1998 il-kittieb kontemporanju Richard Dawkins (1941- ) fil-ktieb Unweaving the Rainbow: Science, Delusion and the Appetite for Wonder, jikteb li t-titlu ħadu minn Keats. Dawkins jgħid li Keats ma setax ikun żbaljat iktar u l idea tal ktieb tiegħu hija li jdawwar il-fehma ta’ min jaħsibha bħal Keats.
Ix Xjenza hija, jew għandha tkun, ta’ sodisfazzjon kbir mentali u anke ispirazzjoni għall-poeżija.

Fidi





Meta fl-1982 Mother Theresa kienet fi New York, ġurnalist staqsieha: “Għandek ħafna djar imxerrdin mad dinja. Tinkwieta kif ser tlaħħaq ma’ tant spejjeż?” “Lanqas xejn. Jien nemmen fil Vanġelu fejn Ġesù qalilna: ‘Dak li jieħu ħsieb it tajr u l-ġilji jieħu ħsiebkom.’ Żgur li dak li qal dan il kliem mhu ser iħallina qatt weħidna. Iqanqal qlub biex il-ħtiġijiet tal-foqra tagħna ma jibqgħux bla mismugħa!”

kienet ser tiġi ppruvata quddiemu peress li dak iż żmien kien First Lord of the Admiralty. Kien Settembru 1939. Qalulu li ser jeqirdu xi submarine antik. Instemgħet splużjoni kbira u fost il ħafna biċċiet li telgħu fil wiċċ kien hemm bieb ta’ toilet bl ittri WC… li kienu joqogħdu tajjeb ħafna għal isem u kunjom ilpersunaġġ imsemmi. Anke Churchill tbissem bil-qalb!

Ħaseb kmieni!
Raġel mar jiftaħ kont bankarju fuq bintu li kellha biss sitt xhur. Qal lill-kaxxiera li ried jaħsbilha għallfutur. Meta kien qed jimla lformola, iltaqa’ mal mistoqsija:
isimha:
Bħal serduq

Is-serduq ma tantx hu maħbub mhux għax iqum kmieni iżda għax iħobb jiftaħar li hu qam u donnu jrid lil kulħadd jagħmel bħalu. U xi bnedmin jimitawh u għalhekk bħas serduq ma tantx jiġbdu simpatija.
Deduzzjoni

L Arċisqof Helder Camara tal-Brażil kien iħobb jgħid: “Jekk nitlob ftit ħobż għall foqra jgħidu li jien qaddis; Jekk nistaqsi għaliex ilfoqra ma għandhomx ħobż jgħidu li jien komunist.”

IL-LAQGĦA TA’ SETTEMBRU



Ħadna gost nisimgħu lil ħabibna Dun Manwel Cutajar ikellemna fuq il-ferħ. Sejjes il-lezzjoni fuq punti li kien kiteb is Sur George N Cassar. Żewwaq il lezzjoni bl esperjenza tiegħu ta’ għoxrin sena missjoni l Albanija. Fost il punti prinċipali li semmielna sabiex tkun ferħan hemm bżonn tinsa lilek innifsek u tkun ta’ servizz għal ħaddieħor. Dak li jagħmel ilmissjunarju, jitlaq kollox u jmur jaqdi popli oħra. Il Mulej qalilna li lanqas tazza ilma frisk mogħtija mill-qalb ma hi minsija minnu. Huwa dmir tagħna li nżommu lilna nfusna kuntenti anke sabiex ma ndejqux lil ħaddieħor. Tinkwetax fuq affarijiet li ma għandekx kontroll fuqhom. Linkwiet huwa bħal rocking chair… jibqa’ jitbandal iżda ma jwasslek imkien. Aċċetta bil-qalb dak li jiġri għax dak li jagħżel Alla hu aħjar minn dak li tagħżel int. Jekk m’intix kuntent b’dak li għandek illum, ara taħseb li ser tkun kuntent b’dak li sa jkollok għada. Toqgħodx tħammem fuq likrah tal bieraħ, elf darba aħjar tinsa u titbissem milli tiftakar u tqarras wiċċek. Tistenniex millħajja kulma tixtieq, jew inkella
dak li ma tistax tagħtik. Jekk tassew trid tkun hieni, idra ħobb dak li għandek tagħmel flok tagħmel dak li tħobb. Idra gawdi l affarijiet żgħar u sempliċi tal ħajja u apprezza dak li int imżejjen bih. U żomm dejjem f’moħħok li min hu sewwa ma’ Alla ma jonqsu xejn. Semmielna bosta stejjer fosthom ta’ mara li talbitu jiftakar fiha u f’familtha fit-talb tiegħu. Kien irnexxielhom jibnu negozju iżda binhom iżżgħir, waqt serqa, kien indarab b’tali mod li spiċċa f’koma. Tmiss b’idejk il problemi ta’ ħaddieħor u tipprova tagħmel li tista’. L Albanija hija post ta’ natura sabiħa ħafna. Kellu
parroċċa ta’ xi erba’ rħula f’post li fiż żmien kien hemm għelieqi mgħarrqa (marsh land) u rnexxielhom ineħħu l ilma żejjed u b’hekk saru tajba għallagrikoltura. Jagħmlu ħafna qamħirrum u bi prodott tajjeb igawdu sena sħiħa min-nies salannimali - iżda xita żejda tgħarraq il prodott u kollox ibati. Ra d differenza bejn post u ieħor. Hu pajjiż li bata ħafna taħt dittatorjat Komunista li kienet tiċħad dak kollu li hu reliġjuż. Kien hemm postijiet fejn il periklu kont tħossu qrib u fejn irid ikollok ċirku ta’ nies li jħarsek iżda hemm ukoll postijiet oħra fejn tħossok aktar mistrieħ. F’ċerti nħawi tal-pajjiż liġijiet arkajċi ta’ tpattija bil mewt għadhom jeżistu… jibqgħu jpattu qtil bi qtil ieħor. Sfortunatament is-serq ukoll hu ħaġa komuni. Iżda l għalqa tal-Mulej vasta… u xxogħol fiha ma jintemm qatt. Alla qatt ma jaqta’ qalbu mill bniedem!

Nirringrazzjaw lil Dun Manwel tal punti interessanti u l esperjenzi li qasam magħna.
GĦAL-LAQGĦA TA’ OTTUBRU

Il-laqgħa ta’ Ottubru ser issir nhar is-Sibt 1 ta’ Ottubru fis7.30p.m. peress li l-ħin talquddies fil-parroċċa jkun inbidel għall-ħin tax-xitwa u l-aħħar quddiesa tkun fis6.30p.m.
Stedinna lill-ħabib tagħna Joe Portelli sabiex jiġi jkellemna. Għalhekk ħabib, ħalli dan ilħin sabiex niltaqgħu flimkien nisimgħu lezzjoni interessanti.
Mela għal nhar is-Sibt 1 ta’ Ottubru fis-7.30p.m.
F’dan ix-xahar iddedikat lillMadonna tar-Rużarju, tinsiex issellmilha b’din ittalba tant għal qalbha!

It tielet qal: L aħjar b għajnejk merfugħa lejn is-sema.” Electrician li kien qed jaħdem fil qrib, semagħhom jitkellmu u lissen, “Tgħidu x’tgħidu jien l-aħjar talb li lissint meta kont imdendel minn sieq waħda ma’ arblu tad-dawl f’nofs maltempata sajjetti!”

Nesperimenta fuq il pożizzjonijiet meta nkun nitlob? Ġieli tlabt il-Missierna b’vuċi għolja? Ġieli nħares lejn is-sema jew noqgħod għarkupptejja?



“
Ejjew inqimu mixħutin fl art; ninżlu għarkupptejna quddiem il-Mulej li ħalaqna.” Salm 95: 6
Kliem internazzjonali li daħal fi lsienna… u l-ġrajjiet marbuta magħhom
Fil Malti għandna kliem li ħadna mingħand il-barranin. Ngħiduhom imma mhux dejjem niflu l istorja ta’ warajhom
Quiz (kwiżż)

Leġġenda popolari
Irlandiża tirrakkonta li din il kelma xandarha sid ta’ teatru f’Dublinu, il belt kapitali li fl 1791 għamel imħatra ma’ xi ħbieb li ried jivvinta kelma ġdida. U fil fatt il leġġenda tgħid li ħoloq il-kelma ‘quiz’. Kitibha fuq eluf ta’ karti u qabbad xi tfal iwaħħlu l karti mal ħitan tad djar ta’ Dublinu. In-nies bdew jistaqsu din il-kelma xi tfisser u donnu ħadd ma kien jaf. Hekk nibtet mhux biss il-kelma quiz imma magħha intrabtet ukoll l-idea ta’ mistoqsija bla tweġiba, eżami, test eċċ. Illum hawn min jikkontesta l verità ta’ din it tifsira għall kelma quiz.

Clue
Nużawha ħafna meta nitkellmu dwar xi investigazzjoni. Clue tfisser ħjiel ta’ tagħrif
li jista’ jwassal għas soluzzjoni tal każ. Il kelma ġejja mill kelma Griega clew li tfisser spag. U hi marbuta ma’ storja ta’ persunaġġ tal-mitoloġija Griega li daħal f’għar li kien mudlam u mserrep u biex żgur isib triqtu lura rabat tarf l ispaga mad daħla tal għar u beda jġorr il-kobba miegħu. Hekk seta’ jsib t triq lura billi jimxi mal-ispag li kien uża waqt id-dħul tiegħu. Maż-żmien il-kelma clew tbiddlet u bl Ingliż saret clue. Illum bil-Malti modern niktbuha klu.
Nimrod Ġeneralment jużawha għal min għandu isem ta’ injorant u mhux kapaċi jwettaq id dmirijiet li hu mħallas għalihom.
L-istorja hi marbuta mas-sensiela televiżiva Looney Tunes u kien Bugs Bunny li sejjaħ lil Elmer Fudd il kaċċatur bla sengħa u bla ħila bħala nimrod. Ta’ stagħġib hu l-fatt li oriġinarjament nimrod kienet tfisser kaċċatur kapaċi imma ssaħħa tal-midja biddlet it-tifsir oriġinali u llum meta ssejjaħ lil xi ħadd nimrod tkun qed turih li hu nieqes minn kull talent u kapaċità.
Traġedja Marbuta ma’ kelma Griega u oriġinarjament kienet tfisser ilbies
ta’ mogħża. Għax fir rappreżentazzjonijiet traġiċi Griegi l-atturi kienu jilbsu lbies magħmul mill ġild tal mogħoż u hekk il-kelma traġedja għaddiet għal dawk ix-xeni li kienu jwasslu stejjer ta’ diżgrazzji. Frott dawn ir-rappreżentazzjonijiet teatrali, il-ġild tal-mogħża ntrabat għal dejjem mat traġedji mhux biss ta’ fuq il-palk imma wkoll tal ħajja.
Deadline Nużawha meta nkunu marbutin li nwettqu xi biċċa xogħol sa żmien stipulat. Il-kelma hi relatata ma storja tal ħabs Amerikan f’Camp Sumter. F’dan il-ħabs kien hemm sinjal li ħadd ma seta’ jmur ’l hemm minnu u min kien jażżarda kien jispiċċa maqtul mill gwardji tal-post. Għalhekk dan is-sinjal kien jissejjaħ deadline. Kienet sistema verament krudila li kien ħoloq ċertu Henry Wirz li kien imexxi dan il ħabs. Tant kienet inumana s-sistema ta’ Henry Wirz li hu stess ġie kkundannat għall mewt mixli bi mwiet bla ħtija ta’ għexieren ta’ ħabsin li forsi f’mument ta’ aljenazzjoni kienu jaqbżu din il linja fatali. Instab li kien abbuża mill pożizzjoni tiegħu u ħallas b’ħajtu. Iżda l-invenzjoni krudila tiegħu tal linja tal mewt baqgħet u aħna



llum għadna nużaw l kelma deadline għad li nikkundannaw ilkrudeltà marbuta magħha.

Jumbo Xi ħaġa kbira. Infatti nlaqqmu wieħed mill-ikbar ajruplani ilBoeing 747 bħala Jumbo. Hi kelma Kenjana u hi marbuta ma’ xi ħadd ta’ setgħat kbar bħal kap ta’ tribu.
Ingliżi ħadu din il-kelma pajjiżhom u meta fl 1880 biegħu ljunfant kbir lil sid ta’ ċirku Amerikan taw l-isem ta’ Jumbo lil dan l annimal li kien ikbar ferm minn sħabu l iljunfanti oħra. U hekk Jumbo rbatnieha ma’ dimensjoni li turi kobor.
Grokk Marbuta ma’ kaptan navali Ingliż li kien imlaqqam Old Grog għax kien jilbes lbies materjal imsejjaħ grogram. Ma kienx popolari mal baħrin għax ried li jnaqqsilhom ir razzjon tax xorb u hekk flok tazza mdaqqsa beda jġagħalhom jixorbu minn tazza ferm iżgħar. Min ried juża tazza ikbar seta’ jżid ix xorb bl ilma. Il-baħrin bdew isejħu dawn ittazzi żgħar grog bi stmerrija għal dan il kaptan u aħna biddilnieha ftit u tazza żgħira tax-xorb nirreferu għaliha bħala grokk.

